Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0785

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 3461) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/3461

    ĠU L 127, 16/05/2019, p. 23–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/05/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/785/oj

    16.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 127/23


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/785

    tal-14 ta' Mejju 2019

    dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE

    (notifikata bid-dokument C(2019) 3461)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru permezz ta' apparat tar-radju bbażat fuq teknoloġija ultra-wideband (“UWB”) fl-Unjoni. Din tiżgura li l-ispettru tar-radju jkun disponibbli madwar l-Unjoni b'kundizzjonijiet armonizzati, ixxejjen l-ostakli għall-użu tat-teknoloġija UWB u timmira li toħloq suq uniku effettiv għas-sistemi UWB b'għadd ġmielu ta' ekonomiji ta' skala u benefiċċji għall-konsumaturi.

    (2)

    Għalkemm tipikament is-sinjali ultra-wideband għandhom qawwa baxxa ħafna, teżisti l-possibbiltà ta' interferenza dannuża ma' servizzi tar-radjukomunikazzjoni, u din jeħtieġ tiġi mmaniġġjata. Għaldaqstant jenħtieġ li din id-Deċiżjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-apparat ultra-wideband tkun tevita l-interferenza dannuża (inkluż meta din l-interferenza jaf tkun ikkawżata bl-aċċess għall-ispettru tar-radju mis-sistemi tar-radjuastronomija, tas-satelliti għall-esplorazzjoni tad-dinja u tar-riċerka spazjali), u tikseb bilanċ bejn l-interessi tas-servizzi importanti u l-objettiv ġenerali tal-politika li jinkisbu kundizzjonijiet favorevoli għall-introduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall benefiċċju tas-soċjetà.

    (3)

    Fis-16 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti, skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) biex tidentifika l-kundizzjonijiet tekniċi għall-introduzzjoni armonizzata tal-applikazzjonijiet tar-radju bbażati fuq it-teknoloġija UWB fl-Unjoni Ewropea biex jinkisbu kundizzjonijiet tekniċi aġġornati għal dawn l-applikazzjonijiet.

    (4)

    Bi tweġiba għal dak il-mandat permanenti, is-CEPT adottat rapport (3) biex tipproponi erba' miżuri. L-ewwel nett, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tekniċi jkunu jiddeskrivu t-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjal b'mod aktar newtrali biex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet innovattivi. It-tieni, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-użu ġeneriku tal-UWB ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-applikazzjonijiet ta' detezzjoni tal-materjali. It-tielet, jenħtieġ ikun hemm limitu ta' -65 dBm/MHz għat-tagħmir kollu ta' detezzjoni tal-materjali, inkluż analiżi tal-materjali tal-bini (BMA) fil-banda ta' 8,5-10,6 GHz. Ir-raba', jenħtieġ li baned tal-frekwenzi 3,8-4,2 GHz u 6-8,5 Ghz tiġi introdotta l-possibbiltà ta' mitigazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni (trigger-before-transmit) għas-sistemi tal-kontroll tal-aċċess għall-vetturi bbażati fuq it-teknoloġija UWB.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni jenħtieġ tappoġġa l-armonizzazzjoni ġenerali tal-qafas regolatorju tal-UWB biex tittejjeb il-konsistenza tal-limiti u t-tekniki tal-mitigazzjoni bejn ir-Regolamenti differenti tal-UWB u biex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tat-teknoloġija UWB.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni tipprevedi limiti regolatorji u tidentifika tekniki tal-mitigazzjoni biex ikun żgurat użu effiċjenti tal-ispettru filwaqt li tkun żgurata l-koeżistenza ma' utenti oħra tal-ispettru. L-evoluzzjoni teknoloġika tista' tipprovdi soluzzjonijiet oħrajn li tal-anqas jiżguraw livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ ikun permess l-użu ta' tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni, bħal soluzzjonijiet misjuba fi standards armonizzati possibbli futuri maħluqa mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, diment li dawn tal-anqas ikunu jiżguraw livell ekwivalenti ta' prestazzjoni u protezzjoni tal-ispettru u li b'mod verifikabbli jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti ta' dan il-qafas regolatorju.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2007/131/KE ġiet emendata kemm-il darba. Għal raġunijiet ta' ċarezza ġuridika, jenħtieġ titħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju mill-apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “apparat li juża teknoloġija ultra-wideband” tfisser apparat li jinkorpora, bħala parti integrali jew bħala aċċessorju, teknoloġija għal radjukomunikazzjoni ta' medda qasira, li tinvolvi l-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni intenzjonali ta' enerġija ta' frekwenzi tar-radju li tinfirex fuq medda tal-frekwenzi aktar wiesgħa minn 50 MHz, li tista tirfes bosta baned tal-frekwenzi allokati għal servizzi tar-radjukomunikazzjoni;

    (b)

    “bażi bla interferenzi u mhux protetta” tfisser li ma tista' ssir l-ebda interferenza dannuża lil xi servizz tar-radjukomunikazzjoni u li ma tista' ssir l-ebda rikjesta għall-protezzjoni ta' dawn l-apparati kontra interferenzi li joriġinaw mis-servizzi tar-radjukomunikazzjoni;

    (c)

    “ġewwa” tfisser ġol-bini jew il-postijiet fejn tipikament l-ilqugħ ikun jipprovdi l-attenwazzjoni meħtieġa biex jiġu protetti s-servizzi tar-radjukomunikazzjoni kontra l-interferenzi dannużi;

    (d)

    “vettura bil-mutur” għandha l-istess tifsira kif stabbilit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

    (e)

    “vettura ferrovjarja” għandha l-istess tifsira kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)(4) tar-Regolament (UE) 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

    (f)

    “e.i.r.p” tfisser potenza rradjata isotropika ekwivalenti, li hija l-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f'direzzjoni speċifika relattiva għal antenna isotropika (gwadann assolut jew isotropiku);

    (g)

    “densità spettrali ta' potenza medja massima” tfisser il-potenza medja għal kull bandwidth tal-unità (iċċentrata fuq dik il-frekwenza) irradjata fid-direzzjoni tal-livell massimu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-kejl u li hija speċifikata bħala l-e.i.r.p. tat-tagħmir tar-radju li qed jiġi ttestjat bi frekwenza partikolari;

    (h)

    “l-ogħla potenza” tfisser il-potenza li tinsab fi ħdan il-bandwidth ta' 50 MHz bil-frekwenza li fiha sseħħ l-akbar potenza rradjata medja, irradjata fid-direzzjoni tal-livell massimu bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kejl u li hija speċifikata bħala l-e.i.r.p.;

    (i)

    “densità spettrali tal-potenza totali” tfisser il-medja tal-valuri tad-densità spettrali tal-potenza medja imkejla fuq sfera madwar ix-xenarju tal-kejl b'riżoluzzjoni ta' mill-inqas 15-il grad.

    (j)

    “abbord inġenju tal-ajru” tfisser l-użu ta' links tar-radju għal skopijiet ta' komunikazzjoni ġo inġenju tal-ajru;

    (k)

    “LT1” tfisser sistemi maħsuba għat-traċċar ġenerali tal-lokazzjoni ta' persuni u oġġetti li jistgħu jitħaddmu fuq bażi mhux liċenzjata.

    Artikolu 3

    Fi żmien sitt xhur wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli l-ispettru tar-radju, fuq bażi bla interferenzi u mhux protetta, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, diment li l-apparat ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u jkun jintuża ġewwa jew, jekk jintuża barra, ma jkunx imwaħħal ma' installazzjoni fissa, infrastruttura fissa jew antenna fissa fuq barra. L-apparat li juża teknoloġija ultra-wideband u li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandu jkun permess ukoll fil-vetturi bil-mutur u ferrovjarji.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-baned identifikati fl-Anness minn apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni jibqgħu rilevanti, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 2007/131/KE hi mħassra.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Mariya GABRIEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33).

    (3)  Ir-Rapport 69 tas-CEPT – Rapport tas-CEPT lill-Kummissjoni Ewropea b'reazzjoni għall-mandat “Teknoloġija Ultra-Widband fid-dawl ta' aġġornament potenzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE”, approvat fis-26 ta' Ottubru 2018 mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni Elettronika.

    (4)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 1)


    ANNESS

    1.   UŻU ĠENERIKU TAL-ULTRA-WIDEBAND (UWB)

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    – 90 dBm/MHz

    – 50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,1 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 36 dBm

    3,1 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) jew DAA (2)

    – 36 dBm

    jew

    0 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    – 80 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) jew DAA (2)

    – 40 dBm

    jew

    0 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    – 70 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) jew DAA (2)

    – 30 dBm

    jew

    0 dBm

    4,8 < f ≤ 6 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    – 65 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' DAA (2)

    – 25 dBm

    jew

    0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    2.   SISTEMI TAT-TRAĊĊAR TAL-LOKAZZJONI, it-Tip 1 (LT1)

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    – 90 dBm/MHz

    – 50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 36 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    – 80 dBm/MHz

    – 40 dBm

    3,8 < f ≤ 6,0 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    – 65 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' DAA (3)

    – 25 dBm

    jew

    0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    3.   TAGĦMIR UWB INSTALLAT FIL-VETTURI BIL-MUTUR U FERROVJARJI

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    – 90 dBm/MHz

    – 50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,1 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 36 dBm

    3,1 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    – 36 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    – 80 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    – 40 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    – 70 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    – 30 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    4,8 < f ≤ 6 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    – 53,3 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' TPC (6) + e.l. (7)

    – 13,3 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    – 65 dBm/MHz

    jew

    – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    – 25 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    Ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw fi ħdan il-baned 3,8-4,2 GHz u 6-8,5 GHz għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni huma ddefiniti fit-tabella li ġejja.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    3,8 < f ≤ 4,2 GHz

    – 41,3 dBm/MHz b'operazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5 % (f'1h)

    0 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz b'operazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5 % (f'1h) jew TPC

    0 dBm

    Il-mitigazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni hu ddefinit bħala trażmissjoni UWB li tinbeda biss meta jkun meħtieġ, b'mod speċifiku meta s-sistema tindika li tagħmir UWB hu fil-qrib. Il-komunikazzjoni hi skattata minn utent jew mill-vettura. Il-komunikazzjoni sussegwenti tista' titqies bħala “komunikazzjoni skattata”. Tapplika l-mitigazzjoni eżistenti tal-LDC (jew inkella TPC fil-medda ta' 6 GHz sa 8,5 GHz). Ma għandux jiġi applikat rekwiżit ta' limitu estern meta tintuża t-teknika tal-mitigazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi.

    Għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi għandhom jintużaw tekniki tal-mitigazzjoni ta' skattar qabel it-trażmissjoni li jkunu jipprovdu livell xieraq ta' prestazzjoni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f'partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, tal-anqas għandha tkun żgurata prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Dawn it-tekniki għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    4.   UWB ABBORD L-INĠENJI TAL-AJRU

    Il-valuri tad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għat-tagħmir ta' medda qasira li juża teknoloġija UWB, bl-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni jew mingħajrhom, huma elenkati fit-tabella hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    Rekwiżiti għat-tekniki tal-mitigazzjoni

    f ≤ 1,6 GHz

    – 90 dBm/MHz

    – 50 dBm

     

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

     

    2,7 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz

    -36 dBm

     

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    – 80 dBm/MHz

    -40 dBm

     

    3,8 < f ≤ 6,0 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 30 dBm

     

    6,0 < f ≤ 6,650 GHz

    – 41,3 dBm/MHz

    0 dBm

     

    6,650 < f ≤ 6,6752 GHz

    – 62,3 dBm/MHz

    – 21 dBm

    jenħtieġ tiġi implimentata inċiżjoni ta' 21 dB biex jintlaħaq il-livell ta' -62,3 dBm/MHz (8)

    6,6752 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    7,25 sa 7,75 GHz (protezzjoni FSS u MetSat (7,45 sa 7,55 GHz)) (8)  (9)

    7,75 to 7,9 GHz (protezzjoni MetSat) (8)  (10)

    8,5 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

     

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

     

    5.   TAGĦMIR TA' DETEZZJONI TAL-MATERJALI BL-UŻU TA' TEKNOLOĠIJA UWB

    5.1.   Introduzzjoni

    It-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bl-użu ta' UWB huma maqsumin f'żewġ klassijiet:

    Tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bl-użu ta' UWB u bbażat fuq il-kuntatt, li għalih it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun f'kuntatt dirett mal-materjal li qed jiġi investigat;

    Tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bl-użu ta' UWB u bbażat fuq in-nuqqas ta' kuntatt, li għalih it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun qrib il-materjal investigat u t-trażmettitur UWB jiġi direzzjonat lejn il-materjal li qed jiġi investigat (pereżempju manwalment bl-użu ta' sensur tal-prossimità jew b'disinn mekkaniku).

    Tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bbażat fuq it-teknoloġija UWB għandu jikkonforma mar-Regolament tal-UWB ġeneriku bbażat fuq il-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fit-Taqsima 1 ta' dan l-Anness jew għandu jikkonforma mal-limiti speċifiċi għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali kif definiti fit-Taqsimiet 5.2 u 5.3.

    Ir-Regolament tal-UWB ġeneriku jeskludi l-installazzjonijiet fissi fuq barra. L-emissjonijiet irradjati minn tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali ma għandhomx jaqbżu l-limiti tar-Regolament għal użu ġeneriku tal-UWB speċifikati fit-Taqsima 1. It-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni speċifikati għall-użu ġeneriku tal-UWB fit-Taqsima 1.

    Il-limiti speċifiċi għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali, inkluż it-tekniki tal-mitigazzjoni, huma elenkati fit-tabelli li ġejjin. L-emissjonijiet irradjati mit-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali li hu permess skont din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu sal-aktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet imsemmija fit-tabelli li ġejjin. Il-konformità mal-limiti speċifiċi għandha tkun żgurata mit-tagħmir imqiegħed fuq struttura rappreżentattiva tal-materjal investigat. Il-limiti speċifiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin huma applikabbli fl-ambjenti kollha għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali, ħlief għal dak li għalih tapplika n-nota 5 ta' dawn it-tabelli, li teskludi l-installazzjoni fissa fuq barra f'ċerti meded tal-frekwenzi applikabbli.

    5.2.   Tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bbażat fuq il-kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bbażat fuq il-kuntatt bl-użu tat-teknoloġija UWB huma definiti fit-tabella hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bl-użu tal-UWB u bbażat fuq il-kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73 GHz

    – 85 dBm/MHz (11)

    – 45 dBm

    1,73 < f ≤ 2,2 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    2,2 < f ≤ 2,5 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    – 65 dBm/MHz (11)  (12)

    – 25 dBm

    2,69 < f ≤ 2,7 GHz (14)

    – 55 dBm/MHz (13)

    – 15 dBm

    2,7 < f ≤ 2,9 GHz

    – 70 dBm/MHz (11)

    – 30 dBm

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz (11)  (16)  (17)

    – 30 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz (14)

    – 50 dBm/MHz (12)  (16)  (17)

    – 10 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    – 50 dBm/MHz6 (16)  (17)

    – 10 dBm

    4,8 < f ≤ 5,0 GHz (14)

    – 55 dBm/MHz (12)  (13)

    – 15 dBm

    5,0 < f ≤ 5,25 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    5,25 < f ≤ 5,35 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    5,35 < f ≤ 5,6 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    5,6 < f ≤ 5,65 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    5,65 < f ≤ 5,725 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    5,725 < f ≤ 6,0 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 10 dBm

    6,0 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz (15)

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9,0 GHz

    – 65 dBm/MHz (17)

    – 25 dBm

    9,0 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    5.3.   Tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bbażat fuq in-nuqqas ta' kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bbażat fuq in-nuqqas ta' kuntatt bl-użu tat-teknoloġija UWB huma definiti fit-tabella hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali bl-użu ta' UWB u bbażat fuq in-nuqqas ta' kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73 GHz

    – 85 dBm/MHz (18)

    – 60 dBm

    1,73 < f ≤ 2,2 GHz

    – 70 dBm/MHz

    – 45 dBm

    2,2 < f ≤ 2,5 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 25 dBm

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    – 65 dBm/MHz (18)  (19)

    – 40 dBm

    2,69 < f ≤ 2,7 GHz (21)

    – 70 dBm/MHz (20)

    – 45 dBm

    2,7 < f ≤ 2,9 GHz

    – 70 dBm/MHz (18)

    – 45 dBm

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    – 70 dBm/MHz (18)  (23)  (24)

    – 45 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz (21)

    – 70 dBm/MHz (19)  (23)  (24)

    – 45 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    – 50 dBm/MHz (23)  (24)

    – 25 dBm

    4,8 < f ≤ 5,0 GHz (21)

    – 55 dBm/MHz (19)  (20)

    – 30 dBm

    5,0 < f ≤ 5,25 GHz

    – 55 dBm/MHz

    – 30 dBm

    5,25 < f ≤ 5,35 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 25 dBm

    5,35 < f ≤ 5,6 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 25 dBm

    5,6 < f ≤ 5,65 GHz

    – 50 dBm/MHz

    – 25 dBm

    5,65 < f ≤ 5,725 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 40 dBm

    5,725 < f ≤ 6,0 GHz

    – 60 dBm/MHz

    – 35 dBm

    6,0 < f ≤ 8,5 GHz

    – 41,3 dBm/MHz (22)

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9,0 GHz

    – 65 dBm/MHz (24)

    – 25 dBm

    9,0 < f ≤ 10,6 GHz

    – 65 dBm/MHz

    – 25 dBm

    f > 10,6 GHz

    – 85 dBm/MHz

    – 45 dBm

    Il-valuri limitu tal-ogħla potenza għall-mekkaniżmu tal-LBT biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-servizzi tar-radju elenkati hawn taħt huma ddefiniti fit-tabella li ġejja.

    Rekwiżiti tekniċi tal-mekkaniżmu LBT għat-tagħmir ta' detezzjoni tal-materjali

    Medda tal-frekwenzi

    Is-servizz tar-radju li għandu jiġi skopert

    Il-valur limitu tal-ogħla potenza

    1,215 < f ≤ 1,4 GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    + 8 dBm/MHz

    1,61 < f ≤ 1,66 GHz

    Servizz mobbli bis-satellita

    – 43 dBm/MHz

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    Servizz mobbli terrestri

    – 50 dBm/MHz

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    – 7dBm/MHz

    Rekwiżiti addizzjonali għad-detezzjoni tar-radar: smigħ kontinwu u tifi awtomatiku fi żmien 10 ms għall-medda tal-frekwenzi relatata jekk jinqabeż il-valur limitu (tabella bil-mekkaniżmu tal-LBT). Mument ta' skiet ta' mill-inqas 12-il sekonda waqt smigħ kontinwu hu meħtieġ qabel ma t-trażmettitur ikun jista' jerġa' jinxtegħel. Dan il-mument ta' skiet li matulu r-riċevitur LBT biss ikun attiv għandu jkun żgurat anki meta t-tagħmir ikun mitfi.


    (1)  Fi ħdan il-banda ta' 3,1 GHz sa 4,8 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħidma Baxxa (“LDC”) u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (2)  Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-Detezzjoni u l-Evitar (“DAA”) u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (3)  It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-2 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (4)  It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (5)  It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (6)  It-teknika tal-mitigazzjoni tat-Trażmettitur b'Kontroll tal-Potenza (“TPC”) u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.7.1.1, 4.7.1.2 u 4.7.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (7)  Il-limitu estern (e.l.) ≤ -53.3 dBm/MHz hu meħtieġ. Il-limitu estern hu ddefinit fil-klawżoli 4.3.4.1, 4.3.4.2 u 4.3.4.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (8)  Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni, bħall-użu ta' bokkaporti protetti, diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni ekwivalenti.

    (9)  Protezzjoni ta' 7,25 sa 7,75 GHz (Servizz tas-Satellita Fissa) u 7,45 sa 7,55 GHz (Satellita Meteoroloġika): -51,3 - 20*log10(10[km]/x[km])(dBm/MHz) għal għoli 'l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000 metru, fejn x hu l-għoli f'kilometri tal-inġenju tal-ajru 'l fuq mill-art, u -71,3 dBm/MHz għal għoli 'l fuq mill-art ta' 1 000 metru u inqas.

    (10)  Protezzjoni ta' 7,75 to 7,9 GHz (Satellita Meteoroloġika):

    – 44,3 - 20*log10(10 [km]/×[km]) (dBm/MHz) għal għoli 'l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000 metru, fejn x hu l-għoli f'kilometri tal-inġenju tal-ajru 'l fuq mill-art, u -64,3 dBm/MHz għal għoli 'l fuq mill-art ta' 1 000 metru u inqas.

    (11)  It-tagħmir li juża l-mekkaniżmu Isma' Qabel Titkellem (Listen Before Talk – “LBT”) hu permess li jopera fil-medda tal-frekwenzi ta' 1,215 GHz sa 1,73 GHz b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 Ghz b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu LBT hu ddefinit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (12)  Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet mhux fissi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għall-potenza rradjata totali:

    (a)

    Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)

    Fil-medda tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (13)  Biex jitħarsu s-Servizzi tar-Radjuastronomija (RAS) fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun anqas minn -65 dBm/MHz.

    (14)  Restrizzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħidma għal 10 % kull sekonda.

    (15)  L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (16)  Fi ħdan il-banda 3,1 GHz sa 4,8 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat l-LDC, tapplika n-nota 5.

    (17)  Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat id-DAA, tapplika n-nota 5.

    (18)  It-tagħmir li juża l-mekkaniżmu tal-LBT hu permess li jopera fil-medda tal-frekwenzi ta' 1,215 GHz sa 1,73 GHz b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 Ghz b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu LBT hu ddefinit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni.

    (19)  Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet mhux fissi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għall-potenza rradjata totali:

    (a)

    Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)

    Fil-medda tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (20)  Biex jitħarsu s-Servizzi tar-Radjuastronomija (RAS) fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza totali għandha tkun anqas minn -65 dBm/MHz.

    (21)  Restrizzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħidma għal 10 % kull sekonda.

    (22)  L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (23)  Fi ħdan il-banda 3,1 GHz sa 4,8 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat l-LDC, tapplika n-nota 5.

    (24)  Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b'densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta' -41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta' 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma ddefiniti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li tal-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat id-DAA, tapplika n-nota 5.


    Top