This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0423
Council Decision (EU) 2015/423 of 6 March 2015 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union within the seventh meeting of the Conference of the Parties to the Rotterdam Convention as regards the amendments of Annex III to the Rotterdam Convention on the Prior Informed Consent Procedure for certain hazardous chemicals and pesticides in international trade
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/423 tas- 6 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/423 tas- 6 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali
ĠU L 68, 13/03/2015, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/423
tas-6 ta' Marzu 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 192 u 207, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta' Rotterdam”) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (1). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam fl-Unjoni. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi li jimportaw ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħarsien offrut mill-Konvenzjoni ta' Rotterdam, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi appoġġata r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika dwar l-inklużjoni fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam tal-asbestos krisotilu, metammidofos, triklorfon, fentijon (il-formolazzjonijiet b'Volum Ultra Baxx (VUB) b'640 g jew aktar ta' ingredjent attiv/L) u formolazzjonijiet likwidi (konċentrat emulsjonabbli jew konċentrat solubbli) li fihom diklorur tal-parakkwat fil-livell ta' 276 g/L jew aktar, li jikkorrispondu għall-jon tal-parakkwat fil-livell ta' 200 g/L jew aktar. Dawn is-sustanzi diġà huma pprojbiti jew ristretti ħafna fl-Unjoni, u għaldaqstant huma suġġetti għal rekwiżiti tal-esportazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ taħt il-Konvenzjoni ta' Rotterdam. |
(4) |
Is-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam hija mistennija tieħu deċiżjonijiet dwar l-emendi proposti għall-Anness III. L-Unjoni għandha tappoġġa dawk l-emendi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam hija li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (3) fir-rigward tal-inklużjoni tal-asbestos krisotilu, metammidofos, triklorfon, fentijon (il-formolazzjonijiet b'Volum Ultra Baxx (VUB) b'640 g jew aktar ta' ingredjent attiv/L) u formolazzjonijiet likwidi (konċentrat emulsjonabbli jew konċentrat solubbli) li fihom diklorur tal-parakkwat fil-livell ta' 276 g/L jew aktar, li jikkorrispondu għall-jon tal-parakkwat fil-livell ta' 200 g/L jew aktar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
K. GERHARDS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta' Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).