This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011L0064
Council Directive 2011/64/EU of 21 June 2011 on the structure and rates of excise duty applied to manufactured tobacco (codification)
Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni)
Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni)
ĠU L 176, 05/07/2011, p. 24–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
5.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/24 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/64/UE
tal-21 ta’ Ġunju 2011
dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat
(kodifikazzjoni)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttivi tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (1), 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti (2) u 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (3) ġew emendati kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttivi għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f’att wieħed. |
(2) |
Jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Unjoni dwar il-prodotti tat-tabakk tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, kif rikjest mill-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta jitqies li l-prodotti tat-tabakk jistgħu jikkawżaw dannu serju għas-saħħa u li l-Unjoni hija Parti fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Għandu jittieħed kont tal-qagħda prevalenti għal kull wieħed mit-tipi varji ta’ tabakk manifatturat. |
(3) |
Wieħed mill-għanijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa li jimmantjeni unjoni ekonomika, li l-karatteristiċi tagħha huma simili għal dawk ta’ suq domestiku, fejn hemm kompetizzjoni attiva. Fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan hija biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta’ prodotti f’dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni. |
(4) |
It-tipi varji ta’ tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu użati, ghandhom ikunu definiti. |
(5) |
Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti u tip ieħor ta’ tabakk li jiġi użat għat-tipjip. |
(6) |
Rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma wara sempliċiment immaniġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti għall-iskop ta’ tassazzjoni uniformi ta’ dawn il-prodotti. |
(7) |
Manifattur jeħtieġ li jigi definit bħala persuna naturali jew legali li fil-fatt jipprepara l-prodotti tat-tabakk u jistabbilixxi l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull Stat Membru li għalih il-prodotti kkonċernati ser jiġu rilaxxati għall-konsum. |
(8) |
Fl-interess ta’ tassazzjoni uniformi u ġusta, definizzjoni ta’ sigaretti, sigarri u sigarri żgħar u ta’ tabakk ieħor għat-tipjip għandha tkun stabbilita sabiex, rispettivament, rombli tat-tabakk li skont it-tul tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ sigaretti jew aktar jiġu ttrattati bħala żewġ sigaretti jew aktar għall-finijiet ta’ sisa, tip ta’ sigarru li huwa simili f’ħafna modi għas-sigarett jiġi ttrattat bħala sigarett għall-finijiet ta’ sisa, tabakk għat-tipjip li huwa simili f’ħafna modi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jiġi ttrattat bħala tabakk imqatta’ fin għall-finijiet ta’ sisa, u l-iskart tat-tabakk ikun definit b’mod ċar. Fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi li tista’ tikkawża implimentazzjoni immedjata għall-operaturi Ġermaniżi u Ungeriżi kkonċernati, il-Ġermanja u l-Ungerija għandhom ikunu awtorizzati jipposponu l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ sigarri u sigarri żgħar sal-1 ta’ Jannar 2015. |
(9) |
Sa fejn dazji tas-sisa huma kkonċernati, l-armonizzazzjoni tal-istrutturi għandha, b’mod partikolari, tirriżulta f’kompetizzjoni fid-diversikategoriji ta’ tabakk manifatturat li jiffurmaw parti mill-istess grupp li ma ġġarrabx distorsjoni bl-effetti tal-imposizzjoni tat-taxxa u, konsegwentement, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali tal-Istati Membri. |
(10) |
Il-bżonnijiet imperattivi ta’ kompetizzjoni jimplikaw sistema ta’ prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppi kollha ta’ tabakk manifatturat. |
(11) |
L-istruttura tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti għandha tinkludi, flimkien ma’ komponent speċifiku kkalkolat fuq kull unità tal-prodott, komponent proporzjonali bbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut, li jinkludi t-taxxi kollha. It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ tas-sigaretti għandha l-istess effett ta’ dazju tas-sisa ad valorem u dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat meta r-relazzjoni bejn il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa u l-piż totali tat-taxxa tiġi stabbilita. |
(12) |
Mingħajr preġudizzju għall-istruttura mħallta tat-taxxa u l-persentaġġ massimu tal-komponent speċifiku tal-piż totali tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jingħataw mezzi effettivi biex jimponu dazju tas-sisa speċifiku jew minimu fuq is-sigaretti, sabiex jiżguraw li tal-anqas ċertu ammont minimu ta’ tassazzjoni japplika madwar l-Unjoni. |
(13) |
Għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tas-sisa minimi fuq kull kategorija ta’ tabakk manifatturat. |
(14) |
Fir-rigward tas-sigaretti, kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi għandhom ikunu assigurati, id-diviżjoni tas-swieq tat-tabakk għandha titnaqqas u l-għanijiet tas-saħħa għandhom ikunu enfasizzati. Għalhekk, rekwiżit minimu relatat mal-prezz għandu jirreferi għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għall-istess raġunijiet, il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. |
(15) |
F’dak li jirrigwarda l-livelli tal-prezzijiet u s-sisa, b’mod partikolari għas-sigaretti, li huma bl-aktar mod ċar l-aktar kategorija importanti ta’ prodotti tat-tabakk, kif ukoll għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, għad hemm differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri li jistgħu jfixklu t-tħaddim tas-suq intern. Ċertu grad ta’ konverġenza bejn il-livelli ta’ taxxa applikati fl-Istati Membri jgħin biex jitnaqqsu l-frodi u l-kuntrabandu fl-Unjoni. |
(16) |
Tali konverġenza tgħin ukoll biex tiżgura livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Il-livell ta’ tassazzjoni huwa fattur ewlieni fil-prezz tal-prodotti tat-tabakk, li min-naħa tiegħu jinfluwenza d-drawwiet tat-tipjip tal-konsumaturi. Il-frodi u l-kuntrabandu jimminaw il-livelli tal-prezz ikkaġunati mit-taxxa, b’mod partikolari tas-sigaretti u tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti u għalhekk jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet tal-kontroll fuq it-tabakk u l-protezzjoni tas-saħħa. |
(17) |
Fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex sigaretti, għandha tiġi stabbilita inċidenza armonizzata ta’ taxxa għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ tabakk manifatturat. L-iffissar ta’ dazju tas-sisa minimu globali mfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru stabbilit ta’ oġġetti huwa l-aktar xieraq għall-funzjonament tas-suq intern. |
(18) |
Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, rekwiżit tal-Unjoni relatat mal-prezz għandu jiġi espress b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dawk fil-qasam tas-sigaretti u għandu jieħu l-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut bħala l-punt ta’ referenza. |
(19) |
Huwa meħtieġ li l-livelli minimi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jinġiebu qrib il-livelli minimi applikabbli għas-sigaretti, sabiex jittieħed kont aħjar tal-grad ta’ kompetizzjoni li teżisti bejn iż-żewġ prodotti, rifless fix-xejriet ta’ konsum osservati, kif ukoll tan-natura ugwalment ta’ ħsara tagħhom. |
(20) |
Il-Portugall għandu jingħata l-possibbiltà li japplika rata mnaqqsa għal sigaretti magħmula minn produtturi li jaħdmu fuq skala żgħira u kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħda tal-Ażores u ta’ Madeira. |
(21) |
Perijodi tranżitorji għandhom jippermettu lill-Istati Membri jadattaw ruħhom mingħajr problemi għal-livelli tad-dazju tas-sisa globali, u b’hekk jitnaqqsu l-effetti sekondarji possibbli. |
(22) |
Sabiex tkun evitata l-ħsara għall-ekwilibriju ekonomiku u soċjali ta’ Korsika, huwa kemm essenzjali kif ukoll ġustifikabbli li tiġi prevista deroga, sal-31 ta’ Diċembru 2015, li permezz tagħha Franza tista’ tapplika rata tad-dazju tas-sisa li tkun aktar baxxa mir-rata nazzjonali fuq is-sigaretti u t-tabakk l-ieħor manifatturat rilaxxat għall-konsum f’Korsika. Sa dik id-data, ir-regoli tat-taxxa għal tabakk manifatturat rilaxxat għall-konsum hemmhekk għandhom jinġiebu f’konformità sħiħa mar-regoli għal Franza kontinentali. Madanakollu, għandu jkun evitat tibdil f’daqqa żżejjed u għandu għalhekk ikun hemm żieda fi stadji tad-dazju tas-sisa attwalment impost fuq is-sigaretti u t-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti f’Korsika. |
(23) |
Il-maġġoranza tal-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa jew jagħtu rifużjonijiet tad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ tabakk manifatturat skont l-użu li jsir minnhom u l-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet għall-użu partikolari għandhom bżonn jiġu speċifikati f’din id-Direttiva. |
(24) |
Għandha tiġi prevista proċedura biex ir-rati jew l-ammonti stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu riveduti kull tant żmien fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha xierqa. |
(25) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għall-armonizzazzjoni tal-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa li l-Istati Membri jimponu fuq it-tabakk manifatturat.
KAPITOLU 2
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 2
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva tabakk manifatturat għandu jfisser:
(a) |
sigaretti; |
(b) |
sigarri u sigarillos; |
(c) |
tabakk għat-tipjip:
|
2. Prodotti magħmula kollha kemm huma jew inparti minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterji stipulati fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 5 (1) għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti jew tabakk għat-tipjip.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, prodotti li m’għandhomx tabakk u li jintużaw esklużivament għal skopijiet mediċi m’għandhomx jiġu meqjusa bħala tabakk manifatturat.
3. Minkejja dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni, id-definizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-għażla tas-sistema u l-livell ta’ tassazzjoni li għandhom japplikaw għall-gruppi differenti ta’ prodotti msemmija f’dawn l-Artikoli.
Artikolu 3
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva sigaretti għandhom ifissru:
(a) |
rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma u li mhumiex sigarri jew sigarri żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1); |
(b) |
rombli tat-tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mdaħħla f’tubi tal-karti; |
(c) |
rombli tat-tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mgeżwra f’karti tas-sigaretti. |
2. Romblu tat-tabakk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu, għall-għanijiet tad-dazju tas-sisa, jiġi kkunsidrat bħala żewġ sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 8 ċm iżda mhux itwal minn 11-il ċm, jew tliet sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 11-il ċm iżda mhux itwal minn 14-il ċm, u l-kumplament.
Artikolu 4
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma sigarri jew sigarri żgħar jekk jistgħu jkunu u, minħabba l-karatteristiċi tagħhom u l-aspettattivi normali tal-konsumatur, huma intiżi esklużivament għat-tipjip għaliex huma:
(a) |
rombli tat-tabakk b’kisja fuq barra ta’ tabakk naturali; |
(b) |
rombli tat-tabakk b’mili ta’ taħlita mfarrka u għandhom kisja fuq barra tal-kulur normali ta’ sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż, fejn xieraq, il-filter iżda mhux, fil-każ ta’ sigarri tipped, il-ponta, fejn il-piż ta’ unità, mhux inkluż il-filter jew il-bokkin, mhuwiex anqas minn 2,3 g u mhux aktar minn 10 g, u ċ-ċirkonferenza fuq tal-anqas terz tat-tul mhijiex anqas minn 34 mm. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej jista’ jkompli jiġi applikat mill-Ġermanja u l-Ungerija sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Is-sostanzi li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew cigarillos, jekk jistgħu jintużaw għat-tipjip kif inhuma:
(a) |
rollijiet ta’ tabakk magħmula kollha minn tabakk naturali; |
(b) |
rollijiet ta’ tabakk b’karta ta’ tgeżwir magħmula minn tabakk naturali; |
(c) |
rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’għata ta’ barra ta’ lewn normali ta’ sigarru li jgħatti l-prodott kompletament, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, u l-qoxra, li t-tnejn kemm huma jsiru minn tabakk rikostitwit, fejn ilpiż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hija ta’ mhux inqas minn 1,2 g u fejn l-għata tkun mwaħħla f’għamla spirali b’angolu akut ta’ għallinqas 30o mal-fus lonġitudinali tas-sigarru; |
(d) |
rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’għata ta’ barra b’lewn normali ta’ sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, fejn il-piż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hu ta’ mhux inqas minn 2,3 g u ċ-ċirkonferenza għallinqas aktar minn terz tat-tul tkun mhux inqas minn 34 mm. |
3. Prodotti li jikkonsistu parzjalment f’sustanzi li mhumiex tabakk iżda li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri u sigarri żgħar.
Artikolu 5
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva tabakk għat-tipjip ifisser:
(a) |
tabakk li gie mqatta’ jew maqsum, mdawwar jew ippressat f’forma ta’ kaxxi u jista’ jintuża għat-tipjip mingħajr ipproċessar industrijali ulterjuri; |
(b) |
skart tat-tabakk impoġġi għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqax taħt l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 u li jista’ jiġi mpejjep. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, skart tat-tabakk għandu jiġi kkunsidrat bħala fdal mill-weraq tat-tabakk u prodotti sekondarji miksuba mill-ipproċessar tat-tabakk jew mill-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk. |
2. Tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta’ anqas minn 1 1,5 millimetru għandu jiġi meqjus bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti.
Stati Membri jistgħu wkoll iqisu t-tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta’ 1,5 millimetru jew aktar u li kien mibjugħ jew intiż biex jinbiegħ għall-brim tas-sigaretti bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti.
Artikolu 6
Persuna naturali jew legali stabbilita fl-Unjoni li tikkonverti t-tabakk f’prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandha titqies bħala manifattur.
KAPITOLU 3
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SIGARETTI
Artikolu 7
1. Sigaretti manifatturati fl-Unjoni u dawk impurtati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal dazju tas-sisa ad valorem ikkalkolat fuq il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut, inklużi dazji doganali, u anke għal dazju tas-sisa speċifiku kkalkolat fuq kull unit tal-prodott.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu d-dazji doganali mill-bażi għall-kalkolu tad-dazju tas-sisa ad valorem fuq is-sigaretti.
2. Ir-rata tad-dazju tas-sisa ad valorem u l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku għandhom ikunu l-istess għas-sigaretti kollha.
3. Fl-istat finali tal-armonizzazzjoni tal-istrutturi, l-istess relazzjoni għandha tiġi stabbilita għas-sigaretti f’kull Stat Membru bejn id-dazju tas-sisa speċifiku u s-somma tad-dazju tas-sisa ad valorem u t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, b’tali mod li l-firxa tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tirrifletti b’mod ġust id-differenza fil-prezzijiet tal-kunsinna tal-manifatturi.
4. Fejn meħtieġ, id-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti jista’ jinkludi komponent minimu tat-taxxa, dment li jkunu rispettati strettament l-istruttura mħallta ta’ tassazzjoni u l-faxxa tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa kif stipulata fl-Artikolu 8.
Artikolu 8
1. Il-persentaġġ tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fl-ammont tal-piż tat-taxxa totali fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b’referenza għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.
2. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-valur totali tas-sigaretti kollha rilaxxati għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ dejta relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn 5 % u ma għandux ikun aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:
(a) |
dazju tas-sisa speċifiku; |
(b) |
id-dazju tas-sisa ad valorem u t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. |
4. Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti ma għandux ikun inqas minn 7,5 % u ma għandux ikun aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:
(a) |
dazju tas-sisa speċifiku; |
(b) |
id-dazju tas-sisa ad valorem u l-VAT imposta fuq il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. |
5. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti sseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa, espress bħala perċentwal tal-piż totali tat-taxxa, taħt il-perċentwal ta’ 5 % jew 7,5 %, skont liema jkun applikabbli, jew ’il fuq mill-perċentwal ta’ 76,5 % tal-piż totali tat-taxxa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla.
6. Soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jimponu dazju tas-sisa minimu fuq is-sigaretti.
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw lis-sigaretti taxxi minimi tal-konsum skont ir-regoli previsti f’dan il-Kapitolu.
2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd għat-taxxi li, skont dan il-Kapitolu, jiġu imposti fuq sigaretti u li jikkonsistu:
(a) |
f’dazju tas-sisa speċifiku għal kull unità tal-prodott; |
(b) |
f’dazju tas-sisa ad valorem kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut; |
(c) |
f’VAT proporzjonali għall-prezz tal-bejgħ bl-imnut. |
Artikolu 10
1. Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.
Madankollu, l-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 101 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, ma għandomx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ 57 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
2. Mill-1 ta’ Jannar 2014, id-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 60 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.
Madankollu, l-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 115 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija għandhom jingħataw perijodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2017 sabiex jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.
3. L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 fid-dati indikati fih.
Artikolu 11
1. Fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib id-dazju tas-sisa globali taħt il-livelli indikati fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax dak id-dazju sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla.
2. Fejn Stat Membru jżid ir-rata tal-VAT fuq is-sigaretti, huwa jista’ jnaqqas id-dazju tas-sisa globali sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tal-VAT, espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jnaqqas id-dazju tas-sisa globali sa taħt il-livelli, espressi bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulati fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 u fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 rispettivament.
Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa’ jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis.
Artikolu 12
1. Il-Portugall jista’ japplika rata mnaqqsa ta’ sa 50 % inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 10 lil sigaretti kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħda tal-Ażores u ta’ Madeira, magħmula minn manifatturi li jaħdmu fuq skala żgħira li l-produzzjoni annwali tagħhom ma teċċedix 500 tunnellata.
2. B’deroga mill-Artikolu 10, Franza tista’ tkompli tapplika għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għas-sigaretti rilaxxati għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika sa kwota annwali ta’ 1 200 tunnellata. Irrata mnaqqsa għandha tkun:
(a) |
sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 44 % tal-prezz għas-sigaretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’dawk id-dipartimenti; |
(b) |
mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 88 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut; |
(c) |
mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. |
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TABAKK MANIFATTURAT MINBARRA S-SIGARETTI
Artikolu 13
Il-gruppi li ġejjin ta’ tabakk manifatturat prodotti fl-Unjoni u importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti, f’kull wieħed mill-Istati Membri, għal dazju tas-sisa minimu kif stabbilit fl-Artikolu 14:
(a) |
sigarri u sigaretti żgħar; |
(b) |
tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti; |
(c) |
tabakk ieħor għat-tipjip. |
Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa li jista’ jkun:
(a) |
jew dazju ad valorem ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut ta’ kull prodott, stabbilit b’mod liberu mill-manifatturi stabbiliti fl-Unjoni u minn importaturi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 15; jew |
(b) |
dazju speċifiku mfisser bħala ammont għal kull kilogramm, jew fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar, alternattivament għal numru mogħti ta’ oġġetti; jew |
(c) |
taħlita tat-tnejn, li tgħaqqad element ad valorem u element speċifiku. |
Fil-każijiet fejn id-dazju tas-sisa jkun jew ad valorem jew imħallat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa.
2. Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT), imfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru mogħti ta’ oġġetti, għandu jkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal:
(a) sigarri jew sigarri żgħar: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1 000 wieħed jew għal kull kilogramm;
(b) tabakk imqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti: 40 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta’ tabakk imqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew EUR 40 għal kull kilogramm;
(c) tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazju tas-sisa globali fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 43 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 47 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-dazju tas-sisa globali fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 46 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 54 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dazju tas-sisa globali fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 48 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2020, id-dazju tas-sisa globali fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm.
Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-valur totali tat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali tat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ dejta relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.
3. Ir-rati jew l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu effettivi għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-grupp tat-tabakk manifatturat inkwistjoni, mingħajr distinzjoni f’kull grupp għal dik li hija kwalità, dehra, oriġini tal-prodotti, il-materjali użati, il-karatteristiċi tad-ditti involuti jew kull kriterju ieħor.
4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, Franza tista’ tkompli tapplika, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015, rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat li mhux sigaretti rilaxxat għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun:
(a) għal sigarri u sigarri żgħar: mill-inqas 10 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha;
(b) għal tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti:
(i) |
sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 27 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; |
(ii) |
mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 30 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; |
(iii) |
mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 35 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; |
(c) għal tabakk ieħor għat-tipjip: mill-inqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha.
KAPITOLU 5
L-IFFISSAR TAL-PREZZ MASSIMU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT TAT-TABAKK MANIFATTURAT, IL-ĠBIR TA’ DAZJU TAS-SISA, EŻENZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET
Artikolu 15
1. Manifatturi, jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni, u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi terzi għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti huma maħsuba li jiġu rilaxxati għall-konsum.
L-ewwel subparagrafu ma jistax, madankollu, ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
2. Biex jiffaċilitaw il-ġbir tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu, għal kull grupp ta’ tabakk manifatturat, jistabbilixxu skala ta’ prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut bil-kondizzjoni li kull skala għandha firxa u varjetà suffiċjenti biex tikkorrispondi effettivament għall-varjetà ta’ prodotti li joriġinaw mill-Unjoni.
Kull skala għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-grupp ta’ tabakk manifatturat ikkonċernata minnha, mingħajr distinzjoni fuq il-bażi ta’ kwalità, preżentazzjoni, l-oriġini tal-prodotti jew tal-materjali użati, il-karatteristiċi tal-intrapriżi jew ta’ kwalunkwe kriterju ieħor.
Artikolu 16
1. Ir-regoli biex jinġabar id-dazju tas-sisa għandhom ikunu armonizzati sa mhux aktar tard mill-istadju finali ta’ armonizzazzjoni tad-dazju tas-sisa. Waqt l-istadji preċedenti d-dazju tas-sisa għandu, fil-prinċipju, jinġabar permezz ta’ bolol ta’ taxxa. Jekk jiġbru d-dazju tas-sisa permezz ta’ bolol ta’ taxxa, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu dawn il-bolol disponibbli lill-manifatturi u negozjanti fi Stati Membri oħra. Jekk jiġbru d-dazju tas-sisa b’mezzi oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ebda ostaklu, la amministrattiv u lanqas tekniku, ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
2. Importaturi u manifatturi tal-Unjoni ta’ tabakk manifatturat għandhom ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-regoli dettaljati biex jinġabar u jitħallas id-dazju tas-sisa.
Artikolu 17
Dawn li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mid-dazju tas-sisa jew dazju tas-sisa diġà mħallas fuqhom jista’ jingħata lura:
(a) |
tabakk denaturat manifatturat użat għal skopijiet industrijali u ortikulturali; |
(b) |
tabakk manifatturat li huwa distrutt taħt sorveljanza amministrattiva; |
(c) |
tabakk manifatturat li huwa intiż unikament għal testijiet xjentifiċi konnessi mal-kwalità tal-prodott; |
(d) |
tabakk manifatturat li reġa’ nħadem mill-produttur. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li għalihom huma soġġetti l-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet imsemmija fuq.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena l-valur tal-euro fil-muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għall-ammonti tad-dazju tas-sisa globali.
Ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara.
2. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammonti tat-taxxi tas-sisa fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali previst fil-paragrafu 1 jekk il-konverżjoni tal-ammonti tat-taxxi tas-sisa espressi f’euro jirriżultaw f’żieda ta’ inqas minn 5 % jew inqas minn EUR 5, skont liema ammont hu l-aktar baxx, fit-taxxa tas-sisa espressa f’munita nazzjonali.
Artikolu 19
1. Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport u, fejn xieraq, proposta dwar ir-rati u l-istruttura tad-dazju tas-sisa stabbiliti f’din id-Direttiva.
Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-valur reali tar-rati tad-dazju tas-sisa u l-għanijiet usa’ tat-Trattat.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq it-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (5), tiddetermina lista ta’ dejta statistika meħtieġa għar-rapport, eskluża dejta relatata ma’ persuni fiżiċi individwali jew entitajiet legali. Minbarra d-dejta li hija diġà disponibbli għall-Istati Membri, il-lista għandha tinkludi biss dejta li l-ġbir u l-muntaġġ tagħha ma jkunx jinvolvi piż amministrattiv sproporzjonat min-naħa tal-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni m’għandhiex tippubblika jew b’xi mod ieħor tikxef dejta fejn dan ikun jista’ jwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali.
Artikolu 20
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 21
Id-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A, huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 22
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 23
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
FAZEKAS S.
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8.
(2) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10.
(3) ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40.
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 21)
Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE |
Artikolu 1 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE |
Artikolu 1 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE |
Artikolu 1 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE |
Artikolu 1 biss |
Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE |
Artikolu 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE |
Artikolu 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE |
Artikolu 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE |
Artikolu 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE |
|
Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE |
Artikolu 3 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE |
Artikolu 3 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE |
Artikolu 3 biss |
PARTI Β
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 21)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
92/79/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
— |
92/80/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
— |
95/59/KE |
— |
— |
1999/81/KE |
fl-1 ta’ Jannar 1999. |
fl-1 ta’ Jannar 1999. |
2002/10/KE |
1 ta’ Lulju 2002 (1) |
— |
2003/117/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2004. |
— |
2010/12/UE |
fil-31 ta’ Diċembru 2010 |
fl-1 ta’ Jannar 2011. |
(1) B’deroga mid-data mniżżla fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/10/KE:
(a) |
ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tikkonforma mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/10/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008; |
(b) |
ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ikunu awtorizzati jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/10/KE (dwar l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 92/79/KEE) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008. |
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 92/79/KEE |
Direttiva 92/80/KEE |
Direttiva 95/59/KE |
Din id-Direttiva |
— |
— |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1 |
— |
— |
Artikolu 1(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 2(1), frażi introduttorja |
Artikolu 2(1), frażi introduttorja |
— |
— |
Artikolu 2(1)(a) u (b) |
Artikolu 2(1)(a) u (b) |
— |
— |
Artikolu 2(1)(c), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(1)(c)(i) |
— |
— |
Artikolu 2(1)(c), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(1)(c)(ii) |
— |
— |
Artikolu 2(1), kliem finali |
— |
— |
— |
Artikolu 2(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 2(2) |
— |
— |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
— |
— |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1) |
— |
— |
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
— |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(2) |
— |
— |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(1) |
— |
— |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4(2) |
— |
— |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 4(3) |
— |
— |
Artikolu 5, frażi introduttorja |
Artikolu 5(1), frażi introduttorja |
— |
— |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1)(a) |
— |
— |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(1)(b) |
— |
— |
Artikolu 6, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 6, it-tieni paragrafu |
Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6 |
— |
— |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 16(6) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 8(2), (3) u (4) |
Artikolu 7(2), (3) u (4) |
— |
— |
Artikolu 16(1) sa (5) |
Artikolu 8(1) sa (5) |
— |
— |
Artikolu 16(7) |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 1 |
— |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 2(1) u (2) |
— |
— |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 2(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 2(4) |
— |
— |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 2a |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 3(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 3(2) |
— |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 3(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 3(4) |
— |
— |
Artikolu 12(2) |
— |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 2 |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
— |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, sentenza introduttorja |
— |
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, sentenza introduttorja |
— |
Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu, sentenza introduttorja |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
— |
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
— |
Artikolu 3(1) is-seba’ subparagrafu |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), it-tmien subparagrafu |
— |
— |
— |
Artikolu 3(1), id-disa’ subparagrafu |
— |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), l-għaxar subparagrafu |
— |
Artikolu 14(2), it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), il-ħdax-il subparagrafu |
— |
Artikolu 14(2), ir-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), it-tnax-il subparagrafu |
— |
Artikolu 14(2), il-ħames subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), it-tlettax-il subparagrafu |
— |
Artikolu 14(2), is-sitt subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), l-erbatax-il subparagrafu |
— |
— |
— |
Artikolu 3(2) |
— |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 3(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 14(4) |
— |
— |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 9(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 9(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
— |
— |
Artikolu 12 |
— |
— |
— |
Artikolu 13 |
— |
— |
— |
Artikolu 14 |
— |
— |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 5(1) |
— |
Artikolu 18(1) |
Artikolu 2(6) |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1) |
— |
— |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 18 |
Artikolu 20 |
— |
— |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 21, l-ewwel paragrafu |
— |
— |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 21, it-tieni paragrafu |
— |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
— |
— |
Anness I |
— |
— |
— |
Anness II |
— |
— |
— |
— |
Anness I |
— |
— |
— |
Anness II |