Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0079

    Direttiva 2009/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 201, 01/08/2009, p. 29–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0168

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/79/oj

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 201/29


    DIRETTIVA 2009/79/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Lulju 2009

    dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti

    (Verżjoni kodifikata)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993, fuq imqabad tal-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b’żewġ roti (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    (2)

    Id-Direttiva 93/32/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li ghandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 92/61KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif sostitwita permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti fir-rigward tal-istands tagħhom. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu li l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE, fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/24/KE dwar is-sistemi tal-vetturi, il-komponenti u l-elementi tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

    (3)

    Peress illi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tal-miżura, jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jinkiseb dan l-għan.

    (4)

    Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness II, Parti B għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għal imqabad tal-idejn għall-passiġġieri ta’ kull tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment ħieles ta’ tali vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 3

    L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 4

    1.   L-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri:

    jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura b’żewġ roti jew tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, milli jagħtu approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent,

    jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri,

    jekk l-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

    2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent għal kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew ta’ kwalunkwe tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti.

    3.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Id-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A, hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ERLANDSSON


    (1)  ĠU C 234, 30.9.2003, p. 19.

    (2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 65) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.

    (3)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28.

    (4)  Ara l-Anness I, Parti A.

    (5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.


    ANNESS I

    1.   REKWIŻITI ĠENERALI

    Fejn issir dispożizzjoni għall-ġarr ta’ passiġġier, il-vettura għandha jkollha sistema ta’ maqbad għall-idejn tal-passiġġier. Din għandha tieħu l-forma ta’ ċinga jew maqbad tal-idejn jew imqabad tal-idejn.

    1.1.   Iċ-ċinga

    Iċ-ċinga għandha titwaħħal mal-magħqad jew ma’ partijiet oħra mqabbda mal-istruttura b’tali mod li tkun tista’ tintuża faċilment mill-passiġġier. Iċ-ċinga u kif tkun imwaħħla jridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jitqaċċtu, forza ta’ ġbid vertikali ta’ 2 000 N applikata statikament fiċ-ċentru tal-wiċċ taċ-ċinga bi pressjoni massima ta’ 2 MPa.

    1.2.   Maqbad tal-idejn

    Jekk jintuża maqbad tal-idejn għandu jkun qrib il-magħqad u simetriku għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    Il-maqbad tal-idejn għandu jkun disinjat b’mod li jkun jiflaħ, mingħajr ma jinqata’, forza vertikali ta’ ġbid ta’ 2 000 N applikata statikament fiċ-ċentru tal-wiċċ tal-maqbad tal-idejn bi pressjoni massima ta’ 2 MPa.

    Jekk żewġ imqabad tal-idejn ikunu użati, huma jridu jitwaħħlu wieħed kull naħa b’mod simmetriku

    Dawn l-imqabad tal-idejn iridu jkunu ddisinjati b’mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinqatgħu, forza vertikali ta’ ġbid ta’ 1 000 N, applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-wiċċ tal-maqbad tal-idejn bi pressjoni massima ta’ 1 MPa.

    L-Appendiċi 1

    Dokument ta’ informazzjoni dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti

    (biex titwaħħal mal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent jekk din tintbagħat separatament mill-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura)

    Nru tal-ordni (mogħti mill-applikant): …

    L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri fuq vettura bil-mutur b’żewġ roti jrid ikun fiha l-informazzjoni mniżżla taħt il-punti li ġejjin fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE:

    Il-Parti 1, Taqsima A, punti:

    0.1,

    0.2,

    0.4 sa 0,6;

    Il-Parti 1, Taqsima A, punti:

    minn 1.4 sa 1.4.2.

    Appendiċi II

    Isem tal-Amministrazzjoni

    Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta’ apparati ta’ sigurtà għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti

    MUDELL

    Rapport Nru … Skond is-servizz tekniku … data …

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent: … Numru tal-estensjoni: …

    1.

    Trade mark jew isem tal-vettura: …

    2.

    Tip ta’ vettura: …

    3.

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    4.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …

    5.

    Id-data meta l-vettura ddaħħlet għat-test: …

    6.

    Approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent mogħtija/rifjutata (1)

    7.

    Post: …

    8.

    Data: …

    9.

    Firma: …


    (1)  Ħassar skont kif addattat.


    ANNESS II

    PARTI A

    Direttiva mħassra flimkien mal-emendament tagħha

    (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE

    (ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28)

    Direttiva tal-Kummissjoni 1999/24/KE

    (ĠU L 104, 21.4.1999, p. 16)

    PARTI B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

    (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva

    Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

    Data ta’ applikazzjoni

    93/32/KEE

    L-14 ta’ Diċembru 1994

    L-14 ta’ Ġunju 1995 (*)

    1999/24/KE

    Il-31 ta’ Diċembru 1999

    L-1 ta’ Jannar 2000 (**)


    (*)  Konformement mat-tielet sub-paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/32/KEE:

    “Mid-data msemmija fl-ewwel sub-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta mal-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li huma konformi ma’ din id-Direttiva.”

    Id-data msemmija hija l-14 ta’ Diċembru 1994; ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/32/KEE.

    (**)  Konformement mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/24/KE:

    “1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri:

    jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura b’żewġ roti jew ta’ tip ta’ maqbad tal-idejn għall-passiġġieri, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE,

    jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri,

    jekk l-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2000 l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti għal raġunijiet relatati mal-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jew kull tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.”


    ANNESS III

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Direttiva 93/32/KEE

    Direttiva 1999/24/KE

    Din id-Direttiva

    Artikoli 1, 2 u 3

     

    Artikoli 1, 2 u 3

    Artikolu 4(1)

     

     

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 4(1)

     

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(2)

     

    Artikolu 4(3)

     

    Artikolu 5

     

    Artikolu 6

    Artikolu 5

     

    Artikolu 7

    Anness

     

    Anness I

    Appendiċi 1

     

    Appendiċi 1

    Appendiċi 2

     

    Appendiċi 2

     

    Anness II

     

    Anness III


    Top