This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0762
Regulation (EC) No 762/2008 of the European Parliament and of the Council of 9 July 2008 on the submission by Member States of statistics on aquaculture and repealing Council Regulation (EC) No 788/96 (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' l-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' l-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 218, 13/08/2008, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/01/2014
13.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 218/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 762/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Lulju 2008
dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' l-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 tat-22 ta' April 1996 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' statistiċi dwar il-produzzjoni ta' l-akkwakultura (2) jirrikjedi lill-Istati Membri li jippreżentaw kull sena data dwar il-volum tal-produzzjoni. |
(2) |
Iż-żieda fil-kontribut mill-akkwakultura għall-produzzjoni Komunitarja totali tas-sajd teħtieġ firxa usa’ ta' data għal żvilupp u mmaniġġar razzjonali ta' dan is-settur fi ħdan il-Politika Komuni tas-Sajd. |
(3) |
L-importanza li qed tiżdied ta' l-imqafas u n-nurseries għall-akkwakultura teħtieġ data ddettaljata għal monitoraġġ u mmaniġġar xieraq ta' dan is-settur fi ħdan il-Politika Komuni tas-Sajd. |
(4) |
Jinħtieġ tagħrif kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-valur tal-produzzjoni biex jiġi rrivedut u vvalutat is-suq għall-prodotti ta' l-akkwakultura. |
(5) |
Jinħtieġ tagħrif dwar l-istruttura tas-settur u dwar t-teknoloġiji użati biex tiġi żgurata industrija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 788/96 għandu jiġi rrevokat. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema applikabbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 788/96, dan ir-Regolament għandu jippermetti perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin li għandu jingħata lill-Istati Membri fejn l-applikazzjoni tiegħu għas-sistemi nazzjonali tagħhom ta' l-istatistika tirrikjedi bidliet ewlenin u probabbilment twassal għal problemi prattiċi sinifikanti. |
(8) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta' qafas legali komuni għal produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar is-settur ta' l-akkwakultura, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak illi jinħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (3) jipprovdi qafas ta' referenza għall-istatistika fil-qasam tas-sajd. B'mod partikolari jeħtieġ konformità mal-prinċipji ta' l-imparzjalità, l-affidabbiltà, ir-relevanza, l-effettività fl-infiq, il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika u t-trasparenza. |
(10) |
Il-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data statistika huma għodda meħtieġa għall-immaniġġjar tajjeb tal-Politika Komuni dwar is-Sajd. |
(11) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4). |
(12) |
B'mod partikolari, għandhom jingħataw setgħat lill-Kummissjoni biex taddotta bidliet tekniċi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huwa meħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (5), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Obbligi ta' l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni statistika dwar l-attivitajiet kollha ta' l-akkwakultura mwettqa fit-territorji tagħhom, fl-ilma ħelu u fl-ilma mielaħ.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“L-istatistika tal-Komunità” kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; |
(b) |
“Akkwakultura” kif definita fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6); |
(ċ) |
“Akkwakultura msejsa fuq il-qbid” tfisser il-prattika tal-ġbir ta' kampjuni min-natura selvaġġa u l-użu sussegwenti tagħhom fl-akkwakultura; |
(d) |
“Produzzjoni” tfisser l-ammont prodott mill-akkwakultura ma' l-ewwel bejgħ, inkluża l-produzzjoni mill-imfaqas u min-nurseries offerta għall-bejgħ. |
2. Id-definizzjonijiet l-oħra kollha għall-iskop ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 3
Il-Kumpilazzjoni ta' l-istatistika
1. L-Istati Membri għandhom jużaw stħarriġiet jew metodi oħra li jkunu validi statistikament li jkopru mill-inqas 90 % tal-produzzjoni totali skond il-volum, jew skond l-għadd għall-produzzjoni ta' l-imfaqas u tan-nurseries, bla preġudizzju għall-paragrafu 4. Tista' tingħata stima għall-parti li jifdal tal-produzzjoni totali. Biex issir stima għal aktar minn 10 % tal-produzzjoni totali, tista' tiġi ppreżentata talba għal deroga skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.
2. L-użu ta' sorsi li mhumiex stħarriġiet għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq ta' valutazzjoni ex-post tal-kwalità ta' l-istatistika ta' dawk is-sorsi.
3. Stat Membru li għandu produzzjoni totali annwali ta' anqas minn 1 000 tunnellata metrika jista' jippreżenta data fil-qosor li tagħti stima tal-produzzjoni totali.
4. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-produzzjoni skond l-ispeċijiet. Iżda, il-produzzjoni ta' speċijiet li individwalment ma taqbiżx il-500 tunnellata metrika u ma tirrappreżentax aktar minn 5 % tal-piż tal-produzzjoni skond il-volum fi Stat Membru tista' tigi stmata u aggregata. Il-produzzjoni mill-imfaqas u min-nurseries skond l-għadd ta' dawk l-ispeċijiet tista' tiġi stmata.
Artikolu 4
Data
Id-data għandha tkun għas-sena kalendarja ta' referenza u għandha tkopri:
(a) |
il-produzzjoni annwali (volum u valur unitarju) ta' l-akkwakultura; |
(b) |
il-kontribut annwali (volum u valur unitarju) għall-akkwakultura msejsa fuq il-qbid; |
(ċ) |
il-produzzjoni annwali ta' l-imqafas u tan-nurseries; |
(d) |
l-istruttura tas-settur ta' l-akkwakultura. |
Artikolu 5
Preżentazzjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data msemmija fl-Annessi II, III u IV lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tnax-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja ta' referenza. L-ewwel sena kalendarja ta' referenza għandha tkun l-2008.
2. Mid-data għas-sena 2008 u f'intervalli ta' tliet snin wara dan, id-data dwar l-istruttura tas-settur ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness V għandha tiġi ppreżentata fi żmien tnax-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja ta' referenza lill-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
Valutazzjoni ta' kwalità
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi rapport annwali lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq il-kwalità tad-data ppreżentata.
2. Mal-preżentazzjoni tad-data, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport metodoloġiku dettaljat. F'dan ir-rapport kull Stati Membru għandu jiddeskrivi kif inġabret u indammet id-data. Dan ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar il-metodi tat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta' stima u dwar is-sorsi użati għajr stħarriġiet u valutazzjoni tal-kwalità ta' l-istimi li jirriżultaw. Format propost għar-rapporti metodoloġiċi hu indikat fl-Anness VI.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-grupp ta' ħidma relevanti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola stabbilit permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE.
Artikolu 7
Perjodu tranżitorju
1. Sabiex jimplimetaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, skond il-proċedura ta' mmaniġġar imsemmija fl-Artikolu 10(2), jingħataw perjodi tranżitorji ta' sena kalendarja sħiħa li ma jdumux aktar minn tliet snin mill-1 ta' Jannar 2009 u dan sakemm l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistemi ta' l-istatistika nazzjonali tagħhom teħtieġ adattazzjonijiet kbar u tkun mistennija li toħloq problemi prattiċi konsiderevoli.
2. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jippreżenta talba debitament motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2008.
Artikolu 8
Derogi
1. F'każijiet fejn l-inklużjoni ta' l-istatistika ta' settur partikolari ta' l-attivitajiet ta' l-akkwakultura toħloq, lill-awtoritajiet nazzjonali, diffikultajiet mhux propozjonati ma' l-importanza tas-settur, tista' tingħata deroga skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(2).
Tali deroga għandha tippermetti lill-Stat Membru li jeskludi d-data li tkopri lil dak is-settur mid-data nazzjonali ppreżentata jew juża metodi ta' stima użati biex jipprovdu d-data għal aktar minn 10 % tal-produzzjoni totali.
2. L-Istati Membri għandhom isostnu kull talba għal deroga, li għanda ssir qabel id-data ta' l-għeluq għall-ewwel preżentazzjoni tad-data, billi jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-problemi li ltaqgħu magħhom tul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3. Jekk bidla fil-qagħda għall-ġbir tad-data toħloq diffikultajiet li ma kinux previsti għall-awtoritajiet nazzjonali, talba għal deroga, debitament ġġustifikata, tista' tiġi ppreżentata mill-Istati Membri wara d-data ta' l-għeluq għall-ewwel preżentazzjoni tad-data.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet Tekniċi
1. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, li jirrelataw ma' bidliet tekniċi għall-Annessi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).
2. Il-format li bihom għandha tiġi preżentata l-istatistika għandu jkun adottat skond il-proċedura ta' l-immaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 10
Il-proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 11
Rapport ta' Evalwazzjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2011, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-istatistika miġbura abbażi ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dwar ir-rilevanza u l-kwalità tagħha.
Dan ir-rapport għandu jagħmel wkoll analiżi ta' l-effettività meta mqabbla ma' l-ispejjeż tas-sistema imdaħħla għall-ġbir u t-tħejjija ta' l-istatistika u għandu jindika l-aħjar prattika li tippermetti t-tnaqqis tax-xogħol għall-Istati Membri u t-titjib ta' l-utilità u l-kwalità ta' din id-data.
Artikolu 12
Revoka
1. Mingħajr ħsara għal paragrafu 3, ir-Regolament (KE) Nru 788/96 huwa b'dan imħassar.
2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
3. B'deroga għat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, Stat Membru li jkun ingħata perjodu tranżitorju skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 788/96 matul il-perjodu tranżitorju mogħti.
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 9 ta' Lulju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2008.
(2) ĠU L 108, 1.5.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(6) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
ANNESS I
Definizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-preżentazzjoni tad-data ta' l-akkwakultura
1. |
“Ilma ħelu” tfisser ilma li l-imluħa tiegħu hija negliġibbli b'mod kostanti. |
2. |
“Ilma mielaħ” tfisser l-ilma fejn l-imluħa hi sinifikanti. Dan jista' jkun l-ilma fejn l-imluħa hi għolja b'mod kontinwu (pereżempju l-ilma baħar) jew fejn l-imluħa hi sinifikanti iżda mhux fuq livell għoli kostanti (ilma salmastru): l-imluħa tista' tkun soġġetta għal varjazzjoni perjodika konsiderevoli minħabba l-influss ta' ilma ħelu jew ta' ilma baħar. |
3. |
“Speċijiet” tfisser l-ispeċijiet ta' organiżmi akwatiċi li ġew identifikati li jużaw il-kodiċi internazzjonali alpha-3 kif stabbilit mill-FAO (Lista ASFIS ta' Speċijiet għal Skopijiet ta' Statistika dwar is-Sajd) |
4. |
“Oqsma ewlenin tal-FAO” tfisser l-inħawi ġeografiċi li huma identifikati li jużaw il-kodiċi internazzjonali numeriku-2 kif definit mill-FAO (Handbook CWP ta' l-Istandards Statistiċi dwar is-Sajd Taqsima H: Oqsma tas-Sajd għal Skopijiet Statistiċi). L-oqsma ewlenin tal-FAO li huma koperti għall-iskop ta' dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:
|
5. |
“Għadajjar” tfisser korpi ta' ilma wieqaf jew li ftit li xejn jinbidel, fejn l-ilma jkun relattivament baxx u liema korpi normalment ikunu żgħar, ħafna drabi ffurmat artifiċjalment, imma tista' tapplika wkoll għal għadajjar naturali, tarns, meres jew lagetti. |
6. |
“Imqafas u nurseries” tfisser inħawi fejn jitnisslu, jfaqqsu u jitrabbew b'mod artifiċjali fl-istadji bikrija tal-ħajja l-annimali akkwatiċi. Għal skopijiet ta' statistika, l-imqafas huma limitati għall-produzzjoni ta' bajd fertilizzat. L-ewwel stadji bikrija tat-trobbija ta' l-annimali akkwatiċi huma meqjusa li jiġu prodotti fin-nurseries. |
7. |
“Għeluq u Reċinti” tfisser fondi ta' ilma magħluqin bi xbieki, jew mezzi oħra li jippermettu li l-ilma jiċċirkola liberament. Il-karatteristiċi ta' dawn il-fondi jikkonsistu f'li jkunu jokkupaw kolonna sħiħa ta' l-ilma li tinsab bejn is-sustrat u l-wiċċ ta' ilma u li ħafna drabi jagħlqu volum relattivament kbir ta' ilma. |
8. |
“Gaġeġ” tfisser strutturi magħluqin li l-parti ta' fuq tagħhom tkun miftuħa jew magħluqa. Il-materjal tagħhom ikun xibka jew materjal ieħor poruż li jippermetti li l-ilma ta' barra jiċċirkola ġewwa liberament. Dawn l-istrutturi jistgħu jkunu f'wiċċ l-ilma, sospiżi jew imwaħħlin mas-sustrat iżda xorta jħallu l-bidla ta' l-ilma mill-qiegħ. |
9. |
“Tankijiet u raceways” tfisser strutturi artifiċjali mibnija ’l fuq u taħt il-livell ta' l-art li jifilħu għal rati għoljin ta' bdil ta' l-ilma jew li jifilħu għal rata għolja ta' turnover ta' l-ilma u għal ambjent ikkontrollat ħafna iżda mingħajr ċirkolazzjoni mill-ġdid ta' l-ilma. |
10. |
“Sistemi ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid” tfisser sistemi fejn l-ilma jintuża mill-ġdid wara xi tip ta' trattament (per eżempju tisfija). |
11. |
“Trasferit lejn ambjent ikkontrollat” tfisser ir-rilaxx intenzjonat għal prattiki oħrajn ta' l-akkwakultura. |
12. |
“Meħlus fin-natura” tfisser ir-rilaxx intenzjonat għall-forniment mill-ġdid ta' ħut fix-xmajjar, lagi u ilmijiet oħrajn għajr għal għanijiet ta' l-akkwakultura. Dan il-ħut meħlus jista' mbagħad ikun disponibbli għall-qbid mill-operazzjonijiet tas-sajd. |
13. |
“Volum” tfisser:
|
14. |
“Valur unitarju” tfisser il-valur totali (mingħajr it-taxxa fatturata fuq il-valur miżjud) tal-produzzjoni (fil-munita nazzjonali) diviża bil-volum totali tal-produzzjoni. |
ANNESS II
Produzzjoni mill-akkwakultura minbarra n-nurseries u l-imqafas (1)
Pajjiż: |
|
|
|
|
|
Sena: |
||||
Speċi kkultivati |
Żona maġġuri FAO |
Ilma ħelu |
Ima mielaħ |
Total |
||||||
|
Kodiċi alpha-3 |
Isem komuni |
Isem xjentifiku: |
Volum (tunnellati metriċi) |
Valur unitarju (munita nazzjonali) |
Volum (tunnellati metriċi) |
Valur unitarju (munita nazzjonali) |
Volum (tunnellati metriċi) |
Valur unitarju (munita nazzjonali) |
|
ĦUT |
||||||||||
Għadajjar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tankijiet u “raceways” |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għeluq u reċinti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Gaġeġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sistema ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Metodi Oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KRUSTAĊJI |
||||||||||
Għadajjar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tankijiet u “raceways” |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għeluq u reċinti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Metodi Oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MOLLUSKI |
||||||||||
Fil-qiegħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
’Il fuq mill-qiegħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Metodi Oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ALKA |
||||||||||
Il-Metodi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bajd tal-Ħut (maħsub għal-konsum (2)) |
||||||||||
Il-Metodi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ORGANIŻMI AKKWATIĊI OĦRAJN |
||||||||||
Il-Metodi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Bl-esklużjoni ta' speċijiet għall-akkwarji u ornamentali.
(2) Il-bajd tal-ħut li huwa maħsub għall-konsum li huwa kkunsidrat f'dan il-punt, jirreferi biss għall-bajd estratt maħsub għall-konsum waqt l-ewwel bejgħ.
ANNESS III
Provvista ta' materjal għall-akkwakultura msejsa fuq il-qbid (1)
Pajjiż: |
|
|
|
Sena: |
Speċi kkultivati |
Unità (speċifika) (2) |
Valur Unitarju (fil-munita nazzjonali) |
||
Kodiċi alpha-3 |
L-isem komuni |
Isem Xjentifiku |
||
ĦUT |
||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KRUSTAĊJI |
||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MOLLUSKI |
||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Mingħajr speċijiet għall-akkwarji, speċijiet ornamentali u speċijiet ta' pjanti.
(2) Piż jew numru; jekk jiġu provduti numri, għandu jiġi provdut ukoll fattur ta' konverżjoni għall-piż ħaj.
ANNESS IV
Produzzjoni ta' imqafas u nurseries (1)
Il-pajjiż: |
|
|
|
|
|
|
|
Sena: |
Speċi |
Stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja |
Użi li għalihom huma maħsuba |
||||||
Kodiċi alpha-3 |
L-isem komuni |
Isem Xjentifiku |
Bajd (miljuni) |
Ħut żgħir (miljuni) |
Ittrasferit għal ambjent ikkontrollat (għat-tkabbir) (2) (miljuni) |
Meħlus fin-natura (2) (miljuni) |
||
Bajd |
Ħut żgħir |
Bajd |
Ħut żgħir |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Mingħajr speċijiet għall-akkwarji u speċijiet ornamentali.
(2) Volontarju.
ANNESS V
Data dwar l-istruttura tas-settur ta' l-akkwakultura (a) (d)
Pajjiż: |
|
|
|
Sena: |
|||
|
Żona maġġuri FAO |
Ilma Ħelu |
Ilma Mielaħ |
Totali |
|||
Daqs tal-faċilitajiet (c) |
Daqs tal-faċilitajiet (c) |
Daqs tal-faċilitajiet (c) |
|||||
m3 f' 000 |
Ettari |
m3 f' 000 |
Ettari |
m3 f' 000 |
Ettari |
||
ĦUT |
|||||||
Għadajjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tankijiet u “raceways” |
|
|
|
|
|
|
|
Għeluq u reċinti |
|
|
|
|
|
|
|
Gaġeġ |
|
|
|
|
|
|
|
Sistemi ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid |
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
KRUSTAĊJI |
|||||||
Għadajjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tankijiet u “raceways” |
|
|
|
|
|
|
|
Għeluq u reċinti |
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
MOLLUSKI |
|||||||
Fil-qiegħ (b) |
|
|
|
|
|
|
|
’Il fuq mill-qiegħ (b) |
|
|
|
|
|
|
|
Metodi oħrajn (b) |
|
|
|
|
|
|
|
ALKA |
|||||||
Il-metodi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
(a) Mingħajr speċijiet għall-akkwarji u speċijiet ornamentali.
(b) Jekk il-molluski jikbru fuq il-ħbula, jista' jintuża t-tul.
(c) Għandha tkun ikkunsidrata bħala l-kapaċità potenzjali.
(d) Il-kaxxi skuri jindikaw fejn it-tagħrif mhux applikabbli.
ANNESS VI
Format għar-rapporti metodoloġiċi tas-sistemi nazzjonali għall-istatistika ta' l-akkwakultura.
1. |
Organizzazzjoni tas-sistema nazzjonali għall-istatistika ta' l-akkwakultura.
|
2. |
Il-metodu għall-ġbir, l-ipproċessar u l-kumpilazzjoni tad-data ta' l-akkwakultura.
|
3. |
Aspetti ta' kwalità, skond il-“Kodiċi ta' prattika tas-Sistema ta' l-istatistika Ewropea”.
|