Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0989

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/2007 tat- 23 ta’ Awwissu 2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

    ĠU L 219, 24/08/2007, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/09/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/989/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 219/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 989/2007

    tat-23 ta’ Awwissu 2007

    li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Franza għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Barèges-Gavarnie” u t-talba tar-Repubblika Ċeka għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Hořické trubičky” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

    (2)

    Billi ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu introdotti fit-reġistru.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU C 279, 17.11.2006, p. 9 (Barèges-Gavarnie); ĠU C 280, 18.11.2006, p. 10 (Hořické trubičky).


    ANNESS

    1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.3 —   Ġobon

    FRANZA

    Barèges-Gavarnie (DPO)

    2.   Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament

    Klassi 2.4 —   Ħobż, prodotti ta’ l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    Hořické trubičky (IĠP)


    Top