Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0557

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat- 23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

    ĠU L 132, 24/05/2007, p. 5–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0589

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/557/oj

    24.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 132/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 557/2007

    tat-23 ta’ Mejju 2007

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jistabbilixxi l-ħtiġijiet bażiċi li l-bajd irid jissodisfa qabel ma jitqiegħed fis-suq Komunitarju. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu stipulati regoli ġodda dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (2), għalhekk għandu jitħassar u jkun sostitwit minn Regolament ġdid.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4), japplikaw għall-bajd. Għalhekk, għandha ssir referenza kemm jista' jkun għal dawn ir-Regolamenti orizzontali.

    (3)

    Il-kwalità tal-karattersitiċi għall-bajd tal-Klassi A għandha tkun iffissata sabiex tiggarantixxi li l-kwalità għolja tal-bajd tasal direttament għand il-konsumatur finali u twaqqaf kriterji li jistgħu jkunu vverifikati mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni. Tali karatteristiċi tal-kwalità għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard Nru 42 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd bil-qoxra fil-kummerċ internazzjonali bejn u lill-pajjiżi membri tal-UN/ECE.

    (4)

    Bajd kiesaħ li imbagħad jitħalla f'temperatura ambjentali jista' jwassal għal kondensazzjoni, li tiffaċilita t-trobbija tal-batterji fuq il-qoxra u li probabbli jidħlu fil-bajda. Għalhekk, il-bajd għandu jkun maħżun u ttrasportat preferibbilment f'temperatura kostanti, u ġeneralment m'għandux jinżamm fil-kesħa qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur finali.

    (5)

    Ġeneralment, il-bajd m'għandux jinħasel jew jitnaddaf għax tali prattiċi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-qoxra tal-bajd, li huwa ostaklu effettiv biex ma jidħlux batterji, b'xejra sħiħa ta’ karatteristiċi antimikrobiċi għall-bajda. Madankollu, xi prattiċi, bħal per eżempju t-trattament tal-bajd bir-raġġi ultravjola, m'għandhomx ikunu interpretati li huma proċess ta’ tindif. Barra dan, bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel minħabba l-ħsara potenzjali li tista' ssir lill-ostakli fiżiċi, bħall-epiderma, li tista' sseħħ waqt jew wara l-ħasil. Tali ħsara tista' tiffavorixxi kontaminazzjoni li tgħaddi mill-qoxra permezz tal-batterji u telf fl-umdità u b'hekk iżżid ir-riskji għall-konsumaturi, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet tat-tnixxif u tal-ħżin ma jkunux ottimali.

    (6)

    Madankollu, f'xi Stati Membri jintużaw xi sistemi li jintużaw għall-ħasil tal-bajd li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u li joperaw taħt kundizzjonijiet li jkunu kontrollati bir-reqqa, għandhom riżultati tajbin. Skond l-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel dwar it-talba mill-Kummissjoni relatata mar-riskji Mikrobijoloġiċi tal-ħasil tal-Bajd għall-Ikel adottata fis-7 ta’ Settembru 2005 (5), il-prassi tal-ħasil tal-bajd kif issir f'ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar mill-punt ta’ l-iġjene tista' tkun sostnuta sakemm, fost oħrajn, ikun żviluppat kodiċi ta’ prassi għas-sistemi għall-ħasil tal-bajd.

    (7)

    Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż, u bħala rekwiżiti minimi tat-tikkettjar għandhom ikunu ffissati għadd limitat ta’ klassifiċi tal-piż u ta’ termini ċari li jikkorrispondu, mingħajr ma jipprojbixxu t-tikkettjar volontarju, u sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (6).

    (8)

    Huma biss l-impriżi li l-bini u t-tagħmir tekniku tagħhom ikunu adattati għall-iskala u t-tip ta’ l-operazzjonijiet tagħhom, u li għalhekk jippermettu l-maniġġ adegwat tal-bajd li għandhom jiġu awtorizzati biex jagħżlu l-bajd skond il-kwalità u skond il-piż, bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.

    (9)

    Għandu jkun iffissat żmien massimu stipulat għall-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti sabiex jiffaċilita l-ispezzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

    (10)

    Barra l-obbligu ġenerali biex tiġi stabbilita t-traċċabilità ta’ l-ikel, l-għalf, l-annimali li jipproduċu l-ikel, u kwalunkwe sustanza oħra intenzjonata biex tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata fl-ikel jew l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, u d-distribuzzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel (7), għandha tkun stabbilita ċertu informazzjoni dwar l-ippakkjar għat-trasport li jkun fihom il-bajd u d-dokumenti li jakkumpanjaw sabiex jitwettqu l-kontrolli.

    (11)

    Sabiex jitwettqu l-kontrolli b'mod effettiv kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, meta l-bajd jitqassam fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li fis-sit tal-produzzjoni, jsir l-immarkar tal-bajd bil-kodiċi tal-produttur. Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, il-bajd ta’ Klassi B għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur u/jew b'indikazzjoni oħra jekk jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru ieħor. Għandu jkun iċċarat li jekk il-kodiċi tal-produttur waħdu ma jippermettix li ssir distinzjoni ċara tal-klassifikazzjoni tal-kwalità, il-bajd tal-Klassi B għandu jkun immarkat b'indikazzjoni oħra.

    (12)

    Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tal-produttur għandha tiġi ffissata kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006. Barra dan, għandu jkun iċċarat li tista' ssir eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ l-immarkar bil-kodiċi tal-produttur jekk it-tagħmir tekniku għall-immarkar tal-bajd ma jippermettix li jkun immarkat bajd maqsum jew maħmuġ.

    (13)

    Għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi ta’ indikazzjonijiet oħra possibbli biex jiġi mmarkat il-bajd tal-Klassi B kif msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

    (14)

    Skond l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards dwar it-tqegħid fis-suq tal-bajd (8), id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ma applikawx għall-bajd li jasal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel għall-ipproċessar. Sabiex itejbu l-kontrolli f'tali konsenji, l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ l-immarkar biss fuq it-talba ta’ tali operaturi. Madankollu, għandu jkun stipulat perjodu raġjonevoli tranżizzjonali ta’ sena sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu tali eżenzjonijiet.

    (15)

    Id-Direttiva 2000/13/KE tistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fil-prodotti kollha ta’ l-ikel li jitqiegħdu fis-suq. Madankollu, għandhom ikunu pprovduti rekwiżiti speċifiċi ta’ mmarkar għall-pakketti.

    (16)

    L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/13/KE jiddefinixxi li data minima ta’ kemm iservi l-prodott ta’ l-ikel tkun id-data sakemm il-prodott ta’ l-ikel iżomm il-kwalitajiet speċifiċi tiegħu meta jinħażen kif suppost. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, din id-data għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun nbied.

    (17)

    Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li turi kemm tkun friska l-bajda. Għal dan l-għan, għandu jkun iffissat limitu ta’ żmien massimu li jiċċara l-użu ta’ tali indikazzjonijiet.

    (18)

    Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li tenfasizza l-formola ta’ l-għalf li tkun ingħatat lit-tiġieġ tal-bajd. Huwa xieraq li jkunu ffissati rekwiżiti minimi għal tali indikazzjonijiet.

    (19)

    Meta l-bajd jinbiegħ farrad, ċertu informazzjoni li normalment tkun fuq il-pakkett għandha tkun aċċessibbli lill-konsumatur.

    (20)

    Minbarra r-rekwiżiti ta’ l-iġjene ġenerali għat-tgeżwir u l-ippakkjar tal-prodotti ta’ l-ikel, għandhom ikunu stipulati xi rekwiżiti oħra sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju ta’ tħassir jew il-kontaminazzjoni tal-bajd matul il-ħżin u t-trasport. Tali livelli għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard tal-UN/ECE Nru 42.

    (21)

    Il-bajd industrijali mhuwiex tajjeb għall-konsum uman. Għalhekk huwa xieraq li jkunu rikjesti xi strixxi jew tikketti speċjali biex ikun identifikat malajr l-ippakkjar li jkun fih tali bajd.

    (22)

    Huma biss ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li għandhom il-bini u t-tagħmir tekniku xieraq għall-ippakkjar mill-ġdid tal-bajd. Għalhekk huwa xieraq li kwalunkwe attivitajiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid jiġu limitati għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar.

    (23)

    L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel huma obbligati li jistabbilixxu t-traċċabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-produtturi, il-kolletturi u ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu obbligati li jżommu rekords addizzjonali speċifiċi sabiex jippermettu li xi servizzi ta’ spezzjoni jiċċekkjaw il-konformità ma’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni.

    (24)

    Għandhom ikunu stipulati l-metodi u l-kriterji biex jitwettqu l-kontrolli.

    (25)

    Huwa xieraq li tiġi kkontrollata l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott bħala ħaġa waħda, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott li jinstab li ma jkunx konformi għandu jkun projbit sakemm ma jiġix ippruvat li jkun hemm konformità.

    (26)

    Għandhom ikunu permessi ċerti tolleranzi meta l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi ċċekkjata. Tali tolleranzi għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti u l-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni.

    (27)

    Pajjiżi terzi jista' jkollhom rekwiżiti differenti minn dawk iffissati għall-Komunità għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd. Sabiex ikunu ffaċilitati l-esportazzjonijiet, il-bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni għandu jingħata permess li jkun konformi ma’ tali rekwiżiti.

    (28)

    Għandhom ikunu ffissati d-dettalji dwar il-valutazzjoni ta’ l-ekwivalenza ta’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni f'pajjiżi terzi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni fuq talba ta’ pajjiżi terzi. Għandhom ikunu stipulati ċerti rekwiżiti għall-immarkar u t-tikkettjar għall-bajd importat minn pajjiżi terzi.

    (29)

    Għall-Kummissjoni huwa bżonnjuż li jkollha d-data disponibbli dwar l-għadd ta’ postijiet li huma reġistrati li fihom it-tiġieġ tal-bajd.

    (30)

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ksur sinifikanti ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex l-Istati Membri oħra li jistgħu jkunu effettwati jkunu jistgħu jingħataw twissija b'mod xieraq.

    (31)

    Il-forniment tal-bajd għan-negozju bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra min-naħa jiddependi fuq il-forniment ta’ bajd mill-kontinent Ewropew. Fid-dawl tad-dewmien tat-trasport u tal-kundizzjonijiet tal-klima, il-preservazzjoni tal-bajd ittrasportat lejn id-dipartimenti Franċiżi ta’ barra tinvolvi t-twettiq ta’ arranġamenti speċifiċi għall-forniment, li jinkludu l-possibbiltà li l-bajd jintbagħat imkessaħ. Dawn l-arranġamenti speċjali jistgħu jkunu ġġustifikati min-nuqqas li hemm bħalissa ta’ kapaċitajiet lokali għall-produzzjoni biżżejjed tal-bajd. Sakemm jinbnew biżżejjed kapaċitiajiet tal-produzzjoni lokali, dawn l-arranġamenti eċċezzjonali għandhom jiġu estiżi għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

    (32)

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jippermetti lil Stati Membri li jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, ċerti tipi ta’ bejgħ dirett ta’ bajd mingħand il-produtturi lill-konsumatur finali. Sabiex ikunu meqjusa l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd f'ċerti reġjuni fil-Finlandja, il-bejgħ mingħand il-produtturi lill-bejjiegħa bl-imnut f'dawk ir-reġjuni għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament.

    (33)

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta’ gaġeġ mhux modernizzati tkun projbita sa mill-1 ta’ Jannar 2012 skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (9). Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar volontarju previsti fir-rigward tal-gaġeġ mhux modernizzati qabel dik id-data sabiex teżamina l-bżonn jekk dan it-tikkettjar isirx obbligatorju.

    (34)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-definizzjonijiet

    Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw kif jixraq.

    Barra dan, id-definizzjonijiet ta' l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

    (a)

    “pakkett” tfisser tgeżwir li jkun fih bajd tal-Klassi A jew B, li jeskludi l-ippakkjar għat-trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali;

    (b)

    “bejgħ farrad” tfisser l-offerta għall-bejgħ bl-imnut ta’ bajd lill-konsumatur finali, mhux fil-pakketti;

    (c)

    “kollettur” tfisser kwalunkwe stabbiliment reġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex jiġbor il-bajd mingħand il-produtturi biex jieħdu f'ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel;

    (d)

    “data sa meta għandu jinbiegħ” tfisser il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (e)

    “industrija ta’ l-ikel” tfisser kwaunkwe stabbiliment li jipproduċi l-prodotti tal-bajd intenzjonat għal-konsum uman, li jeskludi l-kejterers bil-massa;

    (f)

    “industrija mhux ta’ l-ikel” tfisser kwalunkwe negozju li jipproduċi l-prodotti ta’ l-ikel li jkun fihom il-bajd li mhumiex intenzjonati għal konsum uman;

    (g)

    “kejterers” tfisser l-entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2000/13/KE;

    (h)

    “bajd industrijali” tfisser bajd mhux intenzjonat għall-konsum uman;

    (i)

    “lott” tfisser il-bajd f'pakketti jew farrad u mill-istess sit ta’ produzzjoni jew ċentru ta’ l-ippakkjar, li jinsab f'post wieħed, fl-istess pakketti jew farrada, bl-istess data ta’ meta jkun nbied il-bajd jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel jew id-data ta’ l-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija, u fil-każ tal-bajd ikklassifikat, l-istess klassifika tal-kwalità u tal-piż;

    (j)

    “ippakkjar mill-ġdid” tfisser it-trasferiment fiżiku tal-bajd lejn pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li jkun fih il-bajd.

    Artikolu 2

    Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd

    1.   Il-bajd tal-Klassi A għandu jkollu dawn il-karattersitiċi minimi li ġejjin:

    (a)

    il-qoxra u l-epiderma: forma normali, nodfa u mingħajr ħsara;

    (b)

    il-kobor ta’ l-arja: l-għoli ta’ mhux iżjed minn 6 mm, stazzjonarju; madankollu, għall-bajd li jrid jitqiegħed fis-suq bħala “extra”, ma għandux jaqbeż il-4 mm;

    (c)

    l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b'mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali;

    (d)

    l-abjad: trasparenza ċara;

    (e)

    mikrobu: żvilupp imperċepibbli;

    (f)

    materja estranja: mhux permissibbli;

    (g)

    riħa estranja: mhux permissibbli.

    2.   Il-bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel jew jitnaddaf, qabel jew wara l-klassifikazzjoni, ħlief kif previst fl-Artikolu 3.

    3.   Il-bajd tal-Klassi A m'għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f'bini jew impjanti fejn it-temperatura tinżamm artifiċjalment ta’ l-anqas 5 °C. Madankollu, bajd li jkun inżamm f'temperatura taħt il-5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa jew f'bini tal-bejgħ jew f'bini anċillari tagħhom għal mhux aktar minn 72 siegħa m'għandux jitqies bħala mkessaħ.

    4.   Il-bajd tal-Klassi B għandu jkun dak il-bajd li ma jilħaqx il-karatteristiċi ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li m'għadx għandu dawk il-karatteristiċi jista' jitwaqqa' għall-Klassi B.

    Artikolu 3

    Bajd maħsul

    1.   L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jkomplu jawtorizzaw liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd, sakemm dawk iċ-ċentri joperaw skond il-gwidi nazzjonali għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista' jitqiegħed fis-suq f'dawk l-Istati Membri li fihom inħarġu tali awtorizzazzjonijiet.

    2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ gwidi nazzjonali għal prassi tajba għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd minn operaturi tan-negozju ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

    Artikolu 4

    Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż

    1.   Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż kif ġej:

    (a)

    XL-kbir ħafna: piż ≥ 73 g;

    (b)

    L-kbir: piż ≥ 63 g u < 73 g;

    (c)

    M-medju: piż ≥ 53 g and < 63 g;

    (d)

    S-żgħir: piż < 53 g;

    2.   Il-klassifika skond il-piż għandha tkun indikata permezz ta’ l-ittri jew it-termini korrispondenti kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew permezz ta’ taħlita tat-tnejn, li tista' tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw indikazzjonijiet oħra addizzjonali, sakemm ma jkunx hemm iċ-ċans li tali indikazzjonijiet ikunu żbaljati ma’ l-ittri jew it-termini definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.

    3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn il-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jkun ippakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż minimu nett tal-bajd għandu jingħata fi grammi u l-indikazzjoni “Bajd ta’ qisien differenti” jew termini ekwivalenti għandha tidher fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

    Artikolu 5

    L-awtorizzazzjoni taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

    1.   Huma biss l-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu li għandhom ikunu awtorizzati bħala ċentri għall-ippakkjar fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

    2.   L-awtorità kompetenti għandha talloka kodiċi għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, b'kodiċi tal-bidu għall-Istat Membru konċernat kif speċifikat fil-punt 2.2 ta’ l-Anness mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE (10).

    3.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom it-tagħmir tekniku neċessarju biex jiżgura li l-bajd jiġi mmaniġġjat sewwa. Dan għandu jinkludi kif jixraq:

    (a)

    tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati biex jippermetti li l-kwalità ta’ kull bajda tiġi eżaminata għaliha weħidha, jew tagħmir ieħor li jkun jixraq;

    (b)

    apparati biex ikejlu l-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja;

    (c)

    tagħmir biex jagħżel il-bajd skond il-piż;

    (d)

    miżien approvat wieħed jew aktar biex jiżen il-bajd;

    (e)

    tagħmir biex jimmarka l-bajd.

    Artikolu 6

    Limitu ta’ żmien għal klassifikazzjoni, l-immarkar, l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti

    1.   Il-bajd għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart ijiem wara li jkun inbied.

    2.   Il-bajd li jitqiegħed fis-suq skond l-Artikolu 14 għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien erbat ijiem wara li jkun inbied.

    3.   Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel msemmija fl-Artikolu 12(1)(d) għandha tkun immarkata waqt l-ippakkjar skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

    Artikolu 7

    Informazzjoni li tintwera fuq l-ippakkjar għat-trasport

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fis-sit ta’ produzzjoni, kull ippakkjar għat-trasport li jkun fih il-bajd għandu jkun identifikat mill-produttur permezz ta':

    (a)

    l-isem u l-indirizz tal-produttur;

    (b)

    il-kodiċi tal-produttur;

    (c)

    l-għadd tal-bajd u/jew il-piż tiegħu;

    (d)

    id-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

    (e)

    id-data ta’ meta ntbagħat.

    Fil-każ ta’ ċentri ta’ l-ippakkjar ipprovduti b'bajd mhux ippakkjat mill-entitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinsabu fl-istess post, l-identifikazzjoni fuq il-kontenituri tista' ssir fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.

    2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun applikata lill-ippakkjar għat-trasport u tkun tinsab fid-dokumenti li jakkumpanjaw. Kopja ta’ dawn id-dokumenti għandha tinżamm minn kwalunkwe operatur li jintervjeni u li għandu jrid jitwassal il-bajd. L-oriġinali tad-dokumenti li jakkumpanjaw għandhom jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jikklassifika l-bajd.

    Fejn lottijiet li jaslu għand kollettur jinqasmu mill-ġdid għal tqassim lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkumpanjaw jistgħu jkunu sostitwiti minn tikketti għall-kontenituri tat-trasport xierqa, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 applikata għall-ippakkjar tat-trasport m'għandhiex tinbidel u għandha tibqa' fuq l-ippakkjar għat-trasport sa ma jitneħħa l-bajd sabiex immedjatament ikun ikklassifikat, immarkat u ippakkjat.

    Artikolu 8

    L-immarkar tal-bajd għal tqassim minn fruntiera għal oħra

    1.   Il-bajd li jitqassam minn sit tal-produzzjoni għal kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar, jew industrija li mhijiex ta’ l-ikel li tinsab fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma jħalli s-sit tal-produzzjoni.

    2.   Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-sit tal-produzzjoni jista' jagħti eżenzjoni mir-rekwiżit previst fil-paragrafu 1, fejn il-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar fi Stat Membru ieħor li jkun jeħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Tali eżenzjoni tista' tingħata biss fuq it-talba taż-żewġ operaturi konċernati u bi ftehim miktub minn qabel ta’ l-Istat Membru fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F'tali każijiet, kopja tal-kuntratt ta’ konsenja għandu jakkumpanja l-konsenja.

    3.   It-tul minimu tal-kuntratti ta’ konsenji msemmija fil-paragrafu 2 ma jistax ikun ta’ anqas minn xahar.

    4.   Is-servizzi ta’ spezzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, ta’ l-Istati Membri konċernati, u ta’ kwalunkwe Stati Membri ta’ tranżitu, għandhom ikunu nfurmati qabel ma tingħata eżenzjoni skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    5.   Il-bajd tal-Klassi B li jitqiegħed fis-suq fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u, fejn xieraq, ikollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li tkun tista' ssir distinzjoni faċli mill-bajd tal-Klassi A.

    Artikolu 9

    Il-kodiċi tal-produttur

    1.   Il-kodiċi tal-produttur għandu jikkonsisti fil-kodiċi u l-ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan għandu jkun jidher faċilment u jinqara b'mod ċar u jkollu għoli ta’ l-anqas ta’ 2 mm.

    2.   Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli li l-bajd maqsum jew maħmuġ ikun immarkat, mhux se jkun obbligatorju li jsiru l-marki bil-kodiċi tal-produttur.

    Artikolu 10

    Indikazzjonijiet dwar il-bajd tal-Klassi B

    L-indikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tkun ċirku b'dijametru ta’ mill-anqas 2 mm madwar l-ittra “B” għolja ta’ l-anqas 5 mm, jew tikka kkulurita li tkun tidher faċilment b'dijametru ta’ mill-anqas 5 mm.

    Artikolu 11

    L-immarkar tal-bajd li jitwassal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel

    1   Sat-30 ta’ Ġunju 2008, l-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 mhux se japplikaw għall-bajd prodott fil-Komunità, li jinġabar mill-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel li hu innifsu huwa approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, direttament mill-fornituri normali tiegħu. F'dak il-każ, il-konsenja tkun taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ l-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel, li b'dan il-mod għandu ukoll r-responsabbiltà li l-bajd jużah biss għall-ipproċessar.

    2.   Mill-1 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-operaturi fuq it-talba tagħhom mill-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn il-bajd jitwassal direttament mis-sit ta’ produzzjoni lejn l-industrija ta’ l-ikel.

    Artikolu 12

    L-immarkar tal-pakketti

    1.   Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandu jkollhom:

    (a)

    il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

    (b)

    il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti jistgħu jiġu identifikati jew bil-kliem “Klassi A” jew bl-ittra “A” kemm jekk waħidhom jew flimkien mal-kelma “frisk”;

    (c)

    il-klassifikazzjoni tal-piż skond l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

    (d)

    id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

    (e)

    il-kliem “bajd maħsul” għal bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

    (f)

    bħala kundizzjoni speċjali skond l-Artikolu 3(1)(6) tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tagħti parir lill-konsumaturi biex iżommu l-bajd imkessaħ wara li jinxtara.

    2.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u li tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom il-metodu ta’ trobbija.

    Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, għandhom jintużaw it-termini li ġejjin biss:

    (a)

    għaltrobbija konvenzjonali, it-termini stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness I, u biss jekk jitwettqu l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II;

    (b)

    għalproduzzjoni organika, it-termini stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (11).

    It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur għandha tkun spjegata fuq jew fin-naħa ta’ ġewwa tal-pakkett.

    Fejn it-tiġieġ tal-bajd jinżammu f'sistemi ta’ produzzjoni skond ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija jista' jkun ikkumplimentat minn wieħed mill-indikazzjonijiet imsemmija fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Il-paragrafu 2 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness II, li jistgħu jgħoddu biss għal produtturi ta’ l-Istati Membri kkonċernati u bil-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja.

    4.   Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi B fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom:

    (a)

    il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

    (b)

    il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti għandhom ikunu identifikati jew bil-kliem “Klassi B” jew bl-ittra “B”;

    (c)

    id-data ta’ l-ippakkjar;

    5.   Għall-pakketti tal-bajd prodott fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li t-tikketti jitwaħħlu b'tali mod sabiex jitqattgħu meta l-pakketti jinfetħu.

    Artikolu 13

    Indikazzjoni tad-data minima ta’ kemm iservi prodott

    Id-data minima ta’ kemm iservi prodott imsemmija fl-Artikolu3(1)(5) tad-Direttiva2000/13/KE għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun inbied. Fejn ikun indikat il-perjodu tal-bidien, id-data minima ta’ kemm iservi prodott għandha tkun determinata mill-ewwel jum ta’ dak il-perjodu.

    Artikolu 14

    Il-pakketti mmarkati bħala “extra”

    1.   Il-kliem “extra” jew “extra fresh” jistgħu jintużaw bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ kwalità fuq il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A sad-disa' jum wara li jinbied il-bajd.

    2.   Fejn jintużaw l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, id-data ta’ meta l-bajd ikun inbied u l-limitu ta’ żmien ta’ disat ijiem għandu jintwera fuq il-pakkett b'tali mod li jidher faċilment u jinqara b'mod ċar.

    Artikolu 15

    Indikazzjoni dwar kif jingħalfu t-tiġieġ tal-bajd

    Fejn tintuża indikazzjoni dwar il-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    (a)

    referenza tista' ssir għal ċereali bħala ingredjent ta’ l-għalf biss meta dawn ikunu jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % bil-piż mir-riċetta ta’ l-għalf li tingħata, li minnu mhux aktar minn 15 % ta’ prodotti li joħorġu miċ-ċereali.

    (b)

    mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % imsemmi fil-punt (a), fejn issir referenza għal ċereali speċifiku, għandu jammonta għal ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Jekk issir referenza speċifika għal aktar minn ċereali wieħed, kull wieħed għandu jammonta għal ta’ l-anqas 5 % tar-riċetta ta’ l-għalf.

    Artikolu 16

    Informazzjoni li għandha tintwera għal bajd li jinbiegħ farrad

    Għal bajd li jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b'tali mod li tkun tidher faċilment u tinqara b'mod ċar mill-konsumatur:

    (a)

    il-klassifikazzjoni skond il-kwalità;

    (b)

    il-klassifikazzjoni skond il-piż skond l-Artikolu 4;

    (c)

    indikazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 12(2);

    (d)

    spjegazzjoni dwar it-tifsira tal-kodiċi ta’ produzzjoni;

    (e)

    id-data minima ta’ kemm iservi prodott.

    Artikolu 17

    Il-kwalità tal-pakketti

    Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu kontra l-iskossi, xotti, indaf u fi stat tajjeb, u magħmula minn materjali li jipproteġu l-bajd minn irwejjaħ barranin u mir-riskju ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità.

    Artikolu 18

    Bajd industrijali

    Il-bajd industrijali għandu jitqiegħed fis-suq f'kontenituri għall-ippakkjar bi strixxa jew tikketta ħamra.

    Dawn l-istrixxi u tikketti għandhom juru:

    (a)

    l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li għalihom huwa intenzjonat il-bajd;

    (b)

    l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd;

    (c)

    Il-kliem “bajd industrijali” f'ittri majjuskoli b'għoli ta’ 2 mm, u l-kliem “mhux tajbin għal konsum uman” f'ittri b'għoli ta’ mill-anqas 8 mm.

    Artikolu 19

    L-ippakkjar mill-ġdid

    Il-bajd ippakkjat tal-Klassi A jista' jerġa' jkun ippakkjat biss minn ċentri ta’ l-ippakkjar. Kull pakkett għandu jkun fih biss bajd ta’ lott wieħed.

    Artikolu 20

    Reġistri li jridu jinżammu mill-produtturi

    1.   Il-produtturi għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija, u għal kull metodu ta’ trobbija li intuża għandhom jispeċifikaw:

    (a)

    id-data tat-tqegħid, l-età waqt it-tqegħid u l-għadd tat-tiġieġ tal-bajd;

    (b)

    id-data tal-qatla u l-għadd ta’ tiġieġ maqtula;

    (c)

    il-produzzjoni ta’ kuljum ta’ bajd;

    (d)

    l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li nbiegħ għal kull jum jew li twassal kuljum b'mezzi oħra;

    (e)

    l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja.

    2.   Fejn ikun indikat il-metodu ta’ l-għalf skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fil-parti A.III ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja, u jispeċifikaw għal kull metodu ta’ għalf li ntuża:

    (a)

    il-kwantità u t-tip ta’ l-għalf provdut u/jew imħallat fil-post;

    (b)

    id-data meta wasal l-għalf.

    3.   Fejn produttur juża metodi ta’ trobbija differenti f'sit wieħed ta’ produzzjoni, l-informazzjoni msemmija f'paragrafi 1 u 2 għandha titqassam skond il-gallinar.

    4.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, il-produtturi jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 21

    Reġistri li jridu jinżammu mill-kolletturi

    1.   Il-kolletturi għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

    (a)

    il-kwantità ta’ bajd li jiġbru, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

    (b)

    il-kwantità ta’ bajd imqassma liċ-ċentri rilevanti ta’ l-ippakkjar, skond il-produttur, bl-isem, l-indirizz, l-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd.

    2.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, l-entitajiet reponsabbli mill-ġbir jistgħu jżommu fajls ta’ fatturi u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat fil-paragrafu1.

    Artikolu 22

    Reġistri li jridu jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

    1.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

    (a)

    il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li jirċievu, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

    (b)

    wara li l-bajd ikun ikklassifikat, il-kwantitajiet skond il-klassifikazzjoni tal-kwalità u l-piż;

    (c)

    il-kwantitajiet ta’ bajd ikklassifikat li jirċievu mingħand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott;

    (d)

    il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikati li jitwasslu għand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, imqassma skond il-produttur, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

    (e)

    l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li twassal, ikklassifikat skond il-kwalità u l-piż, fil-każ tal-bajd tal-Klassi B id-data ta’ l-ippakkjar jew fil-każ tal-bajd tal-Klassi A d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott, u skond ix-xerrej, bl-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.

    Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar, ta’ kull ġimgħa, għandhom jaġġornaw ir-reġistru ta’ l-istokk fiżiku.

    2.   Fejn il-bajd tal-Klassi A u l-pakketti tagħhom għandhom indikazzjoni dwar kif jintgħalef it-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw tali indikazzjonijiet għandhom iżommu reġistri separati skond il-paragrafu 1.

    3.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 23

    Żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri

    Reġistri u fajls imsemmija fl-Artikoli 7(2), 20, 21 u 22 għandhom jinżammu għal ta’ l-anqas tnax-il xahar mid-data ta’ meta nħolqu.

    Artikolu 24

    1.   Minbarra l-kampjunar aleotorju, l-operaturi għandhom ikunu spezjonati bi frekwenza li għandha tkun determinata mis-servizzi ta’ spezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 li jqisu, ta’ l-anqas:

    (a)

    ir-riżultati tal-kontrolli ta’ qabel;

    (b)

    il-kumplessità tal-mezzi għall-kummerċjalizzazzjoni li jgħaddi minnhom il-bajd;

    (c)

    il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar;

    (d)

    il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat;

    (e)

    kwalunkwe tibdil sostanzjali mis-snin ta’ qabel fit-tip ta’ bajd prodott jew ipproċessat jew fil-metodu tal-kummerċjalizzazzjoni.

    2.   L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22 għandhom ikunu disponibbli fuq l-ewwel talba għas-servizzi ta’ spezzjoni.

    Artikolu 25

    Deċiżjonijiet dwar nuqqas ta’ konformità

    1.   Deċiżjonijiet mis-servizzi ta’ spezzjoni wara l-ispezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 li jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie ċċekkjat.

    2.   Fejn il-grupp ikkontrollat ikun meqjus illi ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ spezzjoni għandu jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, għajr jekk u sakemm tingħata prova illi kienet saret konformi ma’ dan ir-Regolament.

    3.   Is-servizz ta’ spezzjoni li jkun għamel il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat kienx qed isir jew qiegħed isir konformi ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 26

    Tolleranza lejn id-difetti fil-kwalità

    1.   It-tolleranzi li ġejjin se jkunu permessi meta jkunu ċċekjati lottijiet ta’ bajd tal-Klassi A:

    (a)

    fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, ftit qabel ma jitilqu: 5 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità;

    (b)

    fl-istadji l-oħra tal-kummerċjalizzazzjoni: 7 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità.

    2.   Għal bajd li jitqiegħed fis-suq bħala “extra” jew “extra fresh”, m'hi se tingħata l-ebda tolleranza għall-għoli tal-kobor ta’ l-arja fil-ħin ta’ l-ippakkjar jew ta’ l-importazzjoni.

    3.   Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

    Artikolu 27

    Tolleranza fil-piż tal-bajd

    1.   Minbarra fil-każ previst fl-Artikolu 4(3), waqt il-verifika ta’ bajd tal-Klassi A, għandha tingħata tolleranza fir-rigward tal-piż għal kull bajda. Tali lottijiet jista' jkun fihom mhux aktar minn 10 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ piż li jkunu viċin ta’ dak immarkat fuq il-pakkett, iżda mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ bajd inferjuri li jmiss.

    2.   Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

    Artikolu 28

    Tolleranza fl-immarkar tal-bajd

    Għandu jkun hemm tolleranza ta’ 20 % għall-bajd b'marki li ma jinqrawx fil-verfika tal-lottijiet u pakketti.

    Artikolu 29

    Bajd fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    Bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni jista' jsir konformi ma’ rekwiżiti differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwalità, l-immarkar u t-tikkettjar, jew b’rekwiżiti addizzjonali.

    Artikolu 30

    Bajd importat

    1.   Kwalunkwe evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti li jinsabu f'dan ir-Regolament jintlaħqux b'mod effettiv mill-operaturi fil-pajjiżi terzi konċernati. Din għandha tkun aġġornata regolarment.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    2.   Il-bajd importat minn pajjiżi terzi għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini skond il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166.

    3.   Il-pakketti li jkun fihom il-bajd importat minn pajjiżi li ma joffrux biżżejjed garaniziji fl-ekwivalenza ta’ regoli kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandu jkollhom fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar:

    (a)

    il-pajjiż ta’ l-oriġini;

    (b)

    il-metodu tat-trobbija bħala “standard mhux tal-KE”.

    Artikolu 31

    Ir-rappurtaġġ

    Ta’ kull sena, qabel l-ewwel ta’ April, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, dwar l-għadd ta’ siti ta’ produzzjoni bi tqassim tal-metodi tat-trobbija, u jinkludu l-kapaċità massima ta’ l-istabbiliment fl-għadd ta’ għasafar preżenti f'ħin wieħed.

    Artikolu 32

    Notifika dwar il-ksur

    Permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, dwar kwalunkwe ksur li jkun instab mis-servizzi ta’ spezzjoni, jew kwalunkwe suspett serju dwar dan, li jistgħu jeffettwaw il-kummerċ tal-bajd intra-Komunitarju. Il-kummerċ intra-Komunitarju huwa meqjus li jkun effettwat partikolarment fil-każ ta’ ksur serju minn operaturi li jipproduċu jew iqiegħdu fis-suq bajd biex jinbiegħ fi Stat Membru ieħor.

    Artikolu 33

    Eċċezzjonijiet għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra

    1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(3), il-bajd intenzjonat għal bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra, jista' jintbagħat imkessaħ lejn dawk id-dipartimenti. F'dak il-każ, id-data sa meta għandu jinbiegħ tista' tiġi estiża sa 33 jum.

    2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12 u 16, għandu jkun jidher il-kliem “bajd imkessaħ” u d-dettalji dwar it-tkessiħ għandhom jingħataw fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

    Il-marka li tiddistingwi l-“bajd imkessaħ” għandha tkun triangolu ekwilaterali b'kull naħa twila ta’ l-anqas 10 mm.

    Artikolu 34

    Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja

    Il-bajd li jinbiegħ direttament mill-produttur lill-bejjiegħa bl-imnut fir-reġjuni msemmija fl-Anness III għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-metodu ta’ trobbija għandu jkun identifikat kif jixraq skond l-Artikoli 12(2) u 16(c) ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 35

    L-evalwazzjoni ta’ prassi rigward ċertu tikkettjar volontarju

    Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni se tevalwa l-użu li jsir mit-tikkettjar volontarju skond l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2), sabiex, jekk ikun hemm bżonn dan isir obbligatorju.

    Artikolu 36

    Ir-revoka

    Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 hu rrevokat b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 37

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    L-Artiklu 33 għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2001/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 39).

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (5)  The EFSA Journal (2005) 269, 1-39.

    (6)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

    (7)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

    (8)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament irrevokat bir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 b'effett mill-1 ta’ Lulju 2007.

    (9)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (10)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

    (11)  ĠU L 198, 22. 7.1991, p. 1.


    ANNESS I

    PARTI A

    Termini msemmija fl-Artikolu 12(2) għal punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2):

    Kodiċi lingwi

    1

    2

    3

    BG

    “яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито”

    “яйца от кокошки – подово отглеждане”

    “яйца от кокошки – клетъчно отглеждане”

    ES

    “Huevos de gallinas camperas”

    “Huevos de gallinas criadas en el suelo”

    “Huevos de gallinas criadas en jaula”

    CS

    “Vejce nosnic ve volném výběhu”

    “Vejce nosnic v halách”

    “Vejce nosnic v klecích”

    DA

    “Frilandsæg”

    “Skrabeæg”

    “Buræg”

    DE

    “Eier aus Freilandhaltung”

    “Eier aus Bodenhaltung”

    “Eier aus Käfighaltung”

    ET

    “Vabalt peetavate kanade munad”

    “Õrrekanade munad”

    “Puuris peetavate kanade munad”

    EL

    “Αυγά ελεύθερης βοσκής”

    “Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής”

    “Αυγά κλωβοστοιχίας”

    EN

    “Free range eggs”

    “Barn eggs”

    “Eggs from caged hens”

    FR

    “Oeufs de poules élevées en plein air”

    “Oeufs de poules élevées au sol”

    “Oeufs de poules élevées en cage”

    GA

    “Uibheacha saor-raoin”

    “Uibheacha sciobáil”

    “Uibheacha ó chearca chúbarnaí”

    IT

    “Uova da allevamento all'aperto”

    “Uova da allevamento a terra”

    “Uova da allevamento in gabbie”

    LV

    “Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas”

    “Kūtī dētas olas”

    “Sprostos dētas olas”

    LT

    “Laisvai laikomų vištų kiaušiniai”

    “Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai”

    “Narvuose laikomų vištų kiaušiniai”

    HU

    “Szabad tartásban termelt tojás”

    “Alternatív tartásban termelt tojás”

    “Ketreces tartásból származó tojás”

    MT

    “Bajd tat-tiġieg imrobbija barra”

    “Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’l-art”

    “Bajd tat-tiġieġ imrobbija filgaġeġ”

    NL

    “Eieren van hennen met vrije uitloop”

    “Scharreleieren”

    “Kooieieren”

    PL

    “Jaja z chowu na wolnym wybiegu”

    “Jaja z chowu ściółkowego”

    “Jaja z chowu klatkowego”

    PT

    “Ovos de galinhas criadas ao ar livre”

    “Ovos de galinhas criadas no solo”

    “Ovos de galinhas criadas em gaiolas”

    RO

    “Ouă de găini crescute în aer liber”

    “Ouă de găini crescute în hale la sol”

    “Ouă de găini crescute în baterii”

    SK

    “Vajcia z chovu na voľnom výbehu”

    “Vajcia z podostieľkového chovu”

    “Vajcia z klietkového chovu”

    SL

    “Jajca iz proste reje”

    “Jajca iz hlevske reje”

    “Jajca iz baterijske reje”

    FI

    “Ulkokanojen munia”

    “Lattiakanojen munia”

    “Häkkikanojen munia”

    SV

    “Ägg från utehöns”

    “Ägg från frigående höns inomhus”

    “Ägg från burhöns”


    PARTI B

    Termini msemmija fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2)

    Il-kodiċi tal-lingwi

     

    BG

    “уголемени клетки”

    ES

    “Jaulas acondicionadas”

    CS

    “Obohacené klece”

    DA

    “Stimulusberigede bure”

    DE

    “ausgestalteter Käfig”

    ET

    “Täiustatud puurid”

    EL

    “Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί”

    EN

    “Enriched cages”

    FR

    “Cages aménagées”

    GA

    “Cásanna Saibhrithe”

    IT

    “Gabbie attrezzate”

    LV

    “Uzlaboti būri”

    LT

    “Pagerinti narveliai”

    HU

    “Feljavított ketrecek”

    MT

    “Gaġġeg arrikkiti”

    NL

    “Aangepaste kooi” of “Verrijkte kooi”

    PL

    “Klatki ulepszone”

    PT

    “Gaiolas melhoradas”

    RO

    “Cuști îmbunătățite”

    SK

    “Obohatené klietky”

    SL

    “Obogatene kletke”

    FI

    “Varustellut häkit”

    SV

    “Inredd bur”


    ANNESS II

    Rekwiżiti minimi għal sistemi ta' produzzjoni għad-diversi metodi ta' produzzjoni tal-bajd

    1.

    “Bajd tat-tiġieg imrobbija barra” għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE.

    Partikolarment iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    it-tiġieġ għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal biċċiet ta' art fil-beraħ. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jċaħħadx produttur milli jirrestrinġi l-aċċess għal perjodu ta' żmien limitat fis-sigħat ta' filgħodu skond il-prassi tajba tas-soltu għall-biedja, li jinkludu t-trobbija ta' l-annimali.

    Fil-każ ta' aktar restrizzjonijiet, li jinkludu restrizzjonijiet veterinarji, adottati taħt id-dritt Komunitarju biex titħares is-saħħa pubblika u ta' l-annimali, li għandhom l-effett li jirrestrinġu l-aċċess tat-tiġieġ għal biċċiet ta' art fil-beraħ, il-bajd jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala “bajd tat-tiġieg imrobbija fil-beraħ” sakemm iddum ir-restrizzjoni, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal aktar minn tnax-il ġimgħa;

    (b)

    il-biċċiet ta' art fil-beraħ li għalihom it-tiġieġ ikollhom aċċess iridu jkunu miksija l-aktar bil-ħaxix u ma jintużawx għall-ebda skop ieħor għajr bħala ġonna tal-frott, imsaġar u mergħat tal-bhejjem jekk dawn ta' l-aħħar ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti;

    (c)

    id-densità massima tal-bhejjem għall-biċċiet ta' art fil-beraħ ma tistax tkun ta' aktar minn 2 500 tiġieġa għal kull ettaru ta' art disponibbli għat-tiġieġ jew tiġieġa waħda għal kull 4 m2 il-ħin kollu. Iżda, meta għallinqas 10 m2 għal kull tiġieġa jkunu disponibbli u fejn tintuża r-rotazzjoni u t-tiġieġ jingħataw aċċess indaqs għaż-żona kollha matul il-ħajja tal-qatgħa, kull reċint użat għandu f'kull ħin jiżgura ta' l-anqas 2,5 m2 għal kull tiġieġa;

    (d)

    il-biċċiet ta' art fil-beraħ ma jistgħux jestendu lil hinn minn raġġ ta' 150 m mill-eqreb fetħa tal-bini. Madankollu estensjoni ta' sa 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini tkun permissibbli sakemm għadd bizzejjed ta' postijiet ta' kenn kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(3)(b)(ii) tad-Direttiva 1999/74/KE ikunu mqassma f'distanzi ndaqs matul il-ftuħ kollu kemm hu b'ta' l-anqas erba' postijiet ta' kenn kull ettaru.

    2.

    “Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma' l-art” għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE.

    3.

    “Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” għandu jiġi prodott f'azjendi tat-tjur li jissodisfaw ta' l-anqas:

    il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE sal-31 ta’ Diċcembru 2011, jew

    il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

    4.

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-punti 1. u 2. ta' dan l-Anness għall-istabbilimenti b'anqas minn 350 tiġieġ tal-bajd jew jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija fir-rigward ta' l-obbligi msemmija fit-tieni sentenza tal-punt 1(d) u fil-punti 1(e), 2, 3(a)(i) u 3(b)(i) ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/74/KE.


    ANNESS III

    Ir-Reġjuni tal-Finlandja msemmija fl-Artikolu 34

    Il-provinċji ta':

    Lappi,

    Oulu,

    ir-reġjuni ta' Karelia ta' Fuq u Savo ta' Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant,

    Åland.


    ANNESS IV

    It-tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 36

    Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 5

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Artikolu 2(1), (2) u (3)

    Artikolu 6

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 7

    Artikolu 4

    Artikolu 8(1) sa (4)

    Artikolu 6

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 8

    Artikolu 8(6)

    Artikolu 8(7)

    Artikolu 11

    Artikolu 9

    Artikolu 13

    Artikolu 10

    Artikolu 12(4)(c)

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 14

    Artikolu 13 (1) u (3)

    Artikolu 12

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 16

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 30

    Artikolu 17

    Artikolu 12

    Artikolu 18

    Artikolu 19

    Artikolu 18

    Artikolu 20

    Artikolu 14

    Artikolu 21

    Artikolu 19

    Artikolu 22

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 23

    Artikolu 24

    Artikolu 20

    Artikolu 25(1), (2) u (3)

    Artikolu 21

    Artikolu 25(4)

    Artikolu 24

    Artikolu 26

    Artikolu 23

    Artikolu 27

    L-Artikoli 7 (2) Artikolu 22

    Artikolu 28

    Artikolu 29

    Artikolu 32

    Artikolu 30

    Artikolu 31

    Artikolu 32

    Artikolu 33

    Artikolu 26

    Artikolu 34

    Artikolu 27

    Artikolu 35

    Artikolu 4

    Artikolu 36

    Artikolu 17

    Artikolu 37

    Artikolu 38

    Artikolu 36

    Artikolu 39

    Artikolu 37

    ANNESS I

    ANNESS II

    ANNESS I

    ANNESS III

    ANNESS II

    ANNESS IV

    Artikolu 15

    ANNESS V


    Top