Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3642

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3642/88 tat-23 ta’ Novembru 1988 li jemenda r-Regolament (EEC) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni tat-tagħrif meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-Rregolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ

    ĠU L 317, 24/11/1988, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3642/oj

    31988R3642



    Official Journal L 317 , 24/11/1988 P. 0018 - 0018
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0224
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0224


    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3642/88

    tat-23 ta’ Novembru 1988

    li jemenda r-Regolament (EEC) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni tat-tagħrif meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-Rregolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3997/87 [2] u b’mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3083/73 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2811/86 [4], jispeċifika l-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u l-limitu ta’ żmien għal dawk in-notifikazzjonijiet; billi huwa provdut li l-informazzjoni dwar il-kwistjoni tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-qamħirrum ibridu għandhom ikunu nnotifikati darba fix-xahar; billi dik il-frekwenza ma tippermettix li l-kwantità ta’ importazzjonijiet prevedibbli jkunu magħrufa fi żmien biżżejjed u ma tippermettix miżuri li x-xejra tas-suq tista’ tenħtieġ li jittieħdu, id-dati li fihom għandha tintbagħat l-informazzjoni għandhom jiġu aġġustati;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-żrieragħ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 3083/73 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

    1. Id-dħul biswit 10 huma sostitwiti bi:

    "Numru | Natura tat-tagħrif | Data li fiha t-tagħrif għandu jiġi provdut |

    10 | Tagħrif dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ improtazzjoni: (9) | |

    | —għall-qamħirrum ibridu | l-10, l-20 u l-aħħar jum ta’ kul xahar |

    | —għal sorgu ibridu | l-10 ta’ kull xahar" |

    2. Is-sentenza introduttorja u l-ewwel inċiż fin-nota (

    9

    ) t’isfel tal-paġna hija ssostitwita b’dan li ġej:

    "L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta kif jidher hawn taħt:

    - il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-qamħirrum ibridu kull 100 kilogramm,

    - ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal sorgu ibridu fi… (xahar) għal kull 100 kilogramm."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 37.

    [3] ĠU L 314, tal-15.11.1973, p. 20.

    [4] ĠU L 260, tat-12.9.1986, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top