Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R1377

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79 tat-2 ta’ Lulju 1979 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ

    ĠU L 166, 04/07/1979, p. 6–8 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/11/1988; Impliċitament imħassar minn 31988R3642

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/1377/oj

    31979R1377



    Official Journal L 166 , 04/07/1979 P. 0006 - 0008
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0192
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0154
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0154


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79

    tat-2 ta’ Lulju 1979

    li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1119/79 [3] jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-qamħirrun ibridu;

    Billi, sabiex din is-sistema tikseb tkun tista’ tikseb il-mira tagħha, il-Kummissjoni għandha jkollha għad-disposizzjoni tagħha ċ-ċifri ta’ importazzjoni mistennija; billi, għal dan l-iskop, għandha tiġi fornita b’ċerta nformazzjoni mill-Istati Membri;

    Billi x-xorta ta’ din l-informazzjoni u d-dati finali għall-komunikazzjoni tagħha għandhom ikunu stabbiliti; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3083/73 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 685/79 [5], għandu jiġi supplimentat kif imiss;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3083/73 huwa għalhekk mibdul bl-Anness ta’ dan.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1979.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,fit-2 ta’ Lulju 1979.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    [3] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 13.

    [4] ĠU L 314, tal-15.11.1973, p. 20.

    [5] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 15.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Nru | Xorta ta' informazzjoni (skond l-ispeċje u l-grupp tal-varjetà) | Data sa meta l-informazzjoni trid tingħata |

    Sena kalendarja ta' qabel il-ħsad | Sena kalendarja tal-ħsad | Sena kalendarja ta' wara l-ħsad |

    1. | Stima taż-żona miżrugħa taħt il-kuntratt (f' ett) | 1 ta' Diċembru | | |

    2. | Żona totali mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 1 ta' Lulju. | |

    3. | Tbassir tal-konsum intern (f'100 kg) | | 15 ta' Novembru. | |

    4. | Żona totali aċettata għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 15 ta' Novembru. | |

    5. | Ħsad stmat (f'100 kilogrammi) | | 15 ta' Novembru. | |

    6. | Kwantitajiet totali maħsuda (f'100 kg) | | | 1 ta' Ottubru. |

    7 | Prezz tal-bejgħ nett irċevut minn min ikabbar | | | 1 ta' Ottubru. |

    8. | Kummerċ totali (f'100 kg) għas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. |

    9. | Ħażniet totali miżmuma mill-bejjiegħa bl-ingrossa fit-tmiem tas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. |

    10. | Informazzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni għall-qamħirrum ibridu | L-10 ta' kull xahar |

    11. | Informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' qamħirrum ibridu minn pajjiżi terzi | |

    12. | Informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament KEE Nru 2514/78 | 30 jum wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Anness ta' dak ir-Regolament |

    --------------------------------------------------

    Top