Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02023D2817-20231218

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2023/2817 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2817/2023-12-18

02023D2817 — MT — 18.12.2023 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2023/2817 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2023

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33)

(ĠU L 2817 18.12.2023, p. 1)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90045, 29.1.2024, p.  1 ((UE) 2023/28172023/2817)




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2023/2817 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2023

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33)



Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma ta’ kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva fil-31 ta' Diċembru 2023, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN sejissottoskrivi b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 (BĊE/2023/31), il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta' trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 tikkorrispondi mal-ponderazzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew att, ►C1  kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024 is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE ◄ muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.  
Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2819 (BĊE/2023/32) għall-BĊNi taż-żona tal-euro u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2816 (BĊE/2023/36) għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro, rispettivament, fl-ewwel jum operattiv tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) wara l-1 ta’ Jannar 2024, kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandha tirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.
2.  
Fl-ewwel jum ta' negozju tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2024, il-BĊE jew il-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 1 għandhom kull wieħed jittrasferixxu b'mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammonti rispettivi dovuti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz ta’ TARGET.
2.  
Fejn BĊN ma jkollux aċċess għal TARGET, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi akkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fiż-żmien dovut.
3.  
Kwalunkwe imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkulat ta' kuljum, billi jintuża l-metodu ta' kalkolu attwali fuq 360 jum, b'rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta' mgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin.
4.  
Il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skont l-Artikolu 2 għandhom, maż-żmien, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dan it-trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta' Jannar 2024.
2.  
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.
3.  
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.




ANNESS I

KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi



 

Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Diċembru 2023

(EUR)

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Jannar 2024

(EUR)

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

320 744 959,47

324 804 337,12

4 059 377,65

Deutsche Bundesbank

2 320 816 565,68

2 357 134 464,40

36 317 898,72

Eesti Pank

24 800 091,20

26 380 542,23

1 580 451,03

Central Bank of Ireland

149 081 997,36

192 804 200,92

43 722 203,56

Bank of Greece

217 766 667,22

199 981 180,60

-17 785 486,62

Banco de España

1 049 820 010,62

1 046 669 933,56

-3 150 077,06

Banque de France

1 798 120 274,32

1 770 700 531,41

-27 419 742,91

Hrvatska narodna banka

71 390 921,62

68 511 469,74

-2 879 451,88

Banca d’Italia

1 495 637 101,77

1 418 000 151,07

-77 636 950,70

Central Bank of Cyprus

18 943 762,37

19 506 662,74

562 900,37

Latvijas Banka

34 304 447,40

34 304 447,40

0,00

Lietuvos bankas

50 953 308,28

52 241 484,12

1 288 175,84

Banque centrale du Luxembourg

29 000 193,94

32 215 221,04

3 215 027,10

Il-Bank Ċentrali ta' Malta

9 233 731,03

11 398 732,44

2 165 001,41

De Nederlandsche Bank

515 941 486,95

522 912 791,50

6 971 304,55

Oesterreichische Nationalbank

257 678 468,28

261 694 545,91

4 016 077,63

Banco de Portugal

206 054 009,57

205 826 684,42

-227 325,15

Banka Slovenije

42 390 727,68

43 743 853,57

1 353 125,89

Národná banka Slovenska

100 824 115,85

101 787 541,48

963 425,63

Suomen Pankki

161 714 780,61

160 783 830,00

-930 950,61

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

 

 

 

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

106 431 469,51

105 901 044,16

-530 425,35

Česká národní banka

203 445 182,87

212 419 113,73

8 973 930,86

Danmarks Nationalbank

190 422 699,36

192 652 650,82

2 229 951,46

Magyar Nemzeti Bank

167 657 709,49

171 240 786,83

3 583 077,34

Narodowy Bank Polski

653 126 801,54

659 979 031,02

6 852 229,48

Banca Națională a României

306 228 624,99

312 712 804,23

6 484 179,24

Sveriges Riksbank

322 476 960,60

318 699 033,14

-3 777 927,46

Total (1):

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0,00

(1)   

Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.




ANNEX II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi



 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2023

(EUR)

Sehem imħallas mill-1 ta’ Jannar 2024

(EUR)

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

(EUR)

BĊNi taż-żona tal-euro

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

320 744 959,47

324 804 337,12

4 059 377,65

Deutsche Bundesbank

2 320 816 565,68

2 357 134 464,40

36 317 898,72

Eesti Pank

24 800 091,20

26 380 542,23

1 580 451,03

Central Bank of Ireland

149 081 997,36

192 804 200,92

43 722 203,56

Bank of Greece

217 766 667,22

199 981 180,60

-17 785 486,62

Banco de España

1 049 820 010,62

1 046 669 933,56

-3 150 077,06

Banque de France

1 798 120 274,32

1 770 700 531,41

-27 419 742,91

Hrvatska narodna banka

71 390 921,62

68 511 469,74

-2 879 451,88

Banca d’Italia

1 495 637 101,77

1 418 000 151,07

-77 636 950,70

Central Bank of Cyprus

18 943 762,37

19 506 662,74

562 900,37

Latvijas Banka

34 304 447,40

34 304 447,40

0,00

Lietuvos bankas

50 953 308,28

52 241 484,12

1 288 175,84

Banque centrale du Luxembourg

29 000 193,94

32 215 221,04

3 215 027,10

Il-Bank Ċentrali ta' Malta

9 233 731,03

11 398 732,44

2 165 001,41

De Nederlandsche Bank

515 941 486,95

522 912 791,50

6 971 304,55

Oesterreichische Nationalbank

257 678 468,28

261 694 545,91

4 016 077,63

Banco de Portugal

206 054 009,57

205 826 684,42

-227 325,15

Banka Slovenije

42 390 727,68

43 743 853,57

1 353 125,89

Národná banka Slovenska

100 824 115,85

101 787 541,48

963 425,63

Suomen Pankki

161 714 780,61

160 783 830,00

-930 950,61

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

 

 

 

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 991 180,11

3 971 289,16

-19 890,95

Česká národní banka

7 629 194,36

7 965 716,76

336 522,40

Danmarks Nationalbank

7 140 851,23

7 224 474,41

83 623,18

Magyar Nemzeti Bank

6 287 164,11

6 421 529,51

134 365,40

Narodowy Bank Polski

24 492 255,06

24 749 213,66

256 958,60

Banca Națională a României

11 483 573,44

11 726 730,16

243 156,72

Sveriges Riksbank

12 092 886,02

11 951 213,74

-141 672,28

Total (1):

8 948 334 725,55

8 925 412 773,07

-22 921 952,48

(1)   

Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.

Top