SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
28 ta’ Frar 2008
Kawża C-17/07 P
Wineke Neirinck
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) – Proċedura ta’ reklutaġġ – Ċaħda ta’ kandidatura – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni”
Test sħiħ bil-Franċiż.................................................................. II-B-2 – 0000
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), ta’ l-14 ta’ Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tagħha għall-kariga ta’ ġurista fis-settur tal-politika immobbiljara fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) u n-nomina ta’ kandidat ieħor għall-imsemmija kariga, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni.
Deċiżjoni: Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, ta’ l-14 ta’ Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04), hija annullata in kwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-obbligu ta’ motivazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-27 ta’ April 2004, li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta’ reklutaġġ għall-kariga ta’ ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. L-appell huwa miċħud għall-bqija. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-27 ta’ April 2004, li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta’ reklutaġġ għall-kariga ta’ ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, hija annullata. Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, it-totali ta’ dawk sostnuti minn W. Neirinck quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Ammissibbiltà – Eżami ex officio mill-Qorti tal-Ġustizzja
2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Gustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))
3. Uffiċjali – Rikors – Interess ġuridiku – Rikors għal annullament imressaq kontra impjieg minn rikorreni li ma jistax jiġi impjegat huwa stess – Inammissibbiltà
(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)
4. Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Caħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Regolarizzazzjoni ta’ motivazzjoni insuffiċjenti matul il-proċedura kontenzjuża – Kundizzjonijiet
(Artikolu 253 KE; Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25, u Artikolu 90(2))
5. Uffiċjali – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Evalwazzjoni tal-kompetenzi tal-kandidati – Setgħa diskrezzjonali tal-Kumitat ta’ l-Għażla – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti
(Regolamenti tal-Persunal, Anness III; Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra, Artikolu 82)
6. Uffiċjali – Rikors – Rikors għad-danni – Annullament ta’ l-att illegali kkontestat – Kumpens suffiċjenti
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)