DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla Estiża)
14 ta’ Marzu 2022 ( *1 )
“Miżura istruttorja – Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Produzzjoni ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti”
Fil-Kawża T‑136/19,
Bulgarian Energy Holding EAD, stabbilita f’Sofia (il-Bulgarija),
Bulgartransgaz EAD, stabbilita f’Sofia,
Bulgargaz EAD, stabbilita f’Sofia,
irrappreżentati minn M. Powell u K. Struckmann, avukati,
rikorrenti,
sostnuti minn
Ir-Repubblika tal-Bulgarija, irrappreżentata minn E. Petranova, L. Zaharieva u T. Mitova, bħala aġenti,
parti intervenjenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn H. van Vliet, G. Meessen, J. Szczodrowski u C. Georgieva, bħala aġenti,
konvenuta,
sostnuta minn
Overgas Inc., stabbilita f’Sofia, irrappreżentata minn S. Cappellari u S. Gröss, avukati,
parti intervenjenti,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikoli 261 u 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 8806 finali tas‑17 ta’ Diċembru 2018, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ AT.39849 – BEH Gas) u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni,
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla Estiża),
komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise, P. Nihoul, R. Frendo (Relatur) u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑1 ta’ Marzu 2019, ir-rikorrenti, Bulgarian Energy Holding EAD, Bulgartransgaz EAD u Bulgargaz EAD, ippreżentaw rikors intiż, prinċipalment, għall-annullament u, sussidjarjament, għar-riforma tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)8806 finali, tas‑17 ta’ Diċembru 2018, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ AT.39849 – BEH Gas), li tikkonstata abbuż min-naħa tagħhom ta’ pożizzjoni dominanti f’diversi swieq u li għalhekk timponilhom multa (iktar’ il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). |
|
2 |
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti qajmu seba’ motivi. Permezz tal-ewwel motiv tagħhom, huma jsostnu li, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni Ewropea kisret b’diversi modi l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tad-difiża tagħhom. Huma jallegaw, essenzjalment, li huma ma kellhomx aċċess jew li ma kellhomx aċċess suffiċjenti għal dokumenti li, fil-fehma tagħhom, fihom provi li jiskaġunaw. |
|
3 |
Permezz ta’ digriet tas‑26 ta’ Mejju 2021, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), wara talba li tinsab fir-rikors, ordnat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u fid-dawl tal-garanziji previsti fl-Artikolu 103(1) tal-imsemmi regolament, biex tippreżenta l-minuti ddettaljati tat-tmien laqgħat li saru mill-Kummissjoni ma’ Overgas Inc. (iktar ’il quddiem il-“minuti ddettaljati”), it-talbiet ta’ kunfidenzjalità ta’ Overgas relattivi għalihom, il-verżjonijiet kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet ippreżentati minn Overgas SA wara dawn it-tmien laqgħat (iktar ’il quddiem l-“osservazzjonijiet dwar il-laqgħat” u l-verżjoni kunfidenzjali tar-rapport imfassal mir-rappreżentanti tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sala tal-informazzjoni fit‑28 ta’ Ġunju 2018 (iktar ’il quddiem ir-“rapport ta’ informazzjoni”). Il-Kummissjoni ssodisfat din it-talba fis‑17 ta’ Ġunju 2021 billi ppreżentat fil-proċess l-annessi bir-referenza X.1 sa X.16. |
|
4 |
Skont l-Artikolu 103(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-Qorti Ġenerali tintalab teżamina, abbażi tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt invokati minn parti prinċipali, in-natura kunfidenzjali, fir-rigward tal-parti prinċipali l-oħra, ta’ ċerta informazzjoni jew dokumenti ppreżentati quddiemha wara miżura istruttorja msemmija fl-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura, hija għandha tivverifika jekk din l-informazzjoni jew dokumenti humiex rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni fuq it-tilwima u humiex kunfidenzjali. |
|
5 |
Sussegwentement, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-Qorti Ġenerali tikkonkludi, matul l-eżami previst fl-Artikolu 103(1) ta’ dan ir-regolament, li ċerta informazzjoni jew atti ppreżentati quddiemha jkunu rilevanti sabiex tiġi deċiża t-tilwima u jkunu kunfidenzjali fir-rigward tal-parti prinċipali l-oħra, hija għandha tibbilanċja din il-kunfidenzjalità mar-rekwiżiti tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ kontradittorju. |
|
6 |
F’dan il-każ, matul il-proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE, ir-rikorrenti opponew in-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni jew ta’ dokumenti li Overgas kienet issottomettiet quddiem il-Kummissjoni. Huwa fuq din il-bażi li huma jinvokaw ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom, kif jirriżulta mill-punt 2 iktar ’il fuq. Id-dokumenti inkwistjoni huma magħrufa kemm mill-Kummissjoni, parti prinċipali f’din il-kawża, kif ukoll minn Overgas, parti intervenjenti insostenn tagħha. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti, li huma affettwati mid-deċiżjoni kkontestata, huma meħtieġa li jiddefendu l-interessi tagħhom fil-konfront ta’ dawn tal-aħħar mingħajr ma jkunu jafu bl-imsemmija elementi tal-fajl amministrattiv, minkejja l-kwalità tagħhom bħala partijiet prinċipali quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
7 |
F’tali ċirkustanzi, il-prinċipji ta’ kontradittorju u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, iggarantiti mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li l-osservanza tiegħu għandha tiġi mistħarrġa mill-qorti tal-Unjoni, jimplikaw, waqt l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ att ikkontestat, li r-rikorrenti jingħataw l-ikbar aċċess possibbli għall-fajl, sabiex ikunu jistgħu jsostnu l-argumenti kollha disponibbli u rilevanti insostenn tar-rikors tagħhom. |
|
8 |
Minn dan isegwi wkoll, f’tali ċirkustanzi, li, matul l-analiżi prevista skont l-Artikolu 103(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandha qabel kollox tiġi eżaminata n-natura eventwalment kunfidenzjali tal-informazzjoni jew tad-dokumenti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali wara miżura istruttorja u, fil-każ fejn ma għandhomx din in-natura, li jiġu kkomunikati lir-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, fl-ipoteżi fejn l-imsemmija informazzjoni jew dokumenti jkunu ta’ natura kunfidenzjali, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tagħmel eżami doppju, li jinkludi wkoll il-kwistjoni dwar jekk l-elementi inkwistjoni humiex rilevanti sabiex tiġi deċiża l-kawża. |
|
9 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunfidenzjalità ta’ element fil-fajl ma hijiex iġġustifikata fil-każ, pereżempju, ta’ informazzjoni li hija diġà pubblika jew li jista’ jkollhom aċċess għaliha l-pubbliku ġenerali jew ċerti oqsma speċjalizzati, informazzjoni li tinsab ukoll f’siltiet jew f’dokumenti oħra tal-fajl li għalihom il-parti li tixtieq iżżomm in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni inkwistjoni naqset milli tagħmel talba għal dan il-għan, informazzjoni li ma hijiex suffiċjentement speċifika jew preċiża sabiex tiżvela data kunfidenzjali jew anki informazzjoni oħra li tirriżulta b’mod wiesa’ jew li tista’ tiġi dedotta minn informazzjoni oħra legalment aċċessibbli mill-persuni interessati (ara d-digriet tal‑11 ta’ April 2019, Google u Alphabet vs Il‑Kummissjoni, T‑612/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:250, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
10 |
Bl-istess mod għandha titfakkar, f’dan l-istadju, il-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li informazzjoni li kienet kunfidenzjali, iżda li jkollha ħames snin jew iktar, għandha, minħabba dan, tinżamm għall-arkivji u għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet l-oħra, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali li minnhom ikun jirriżulta li, minkejja ż-żmien li għadda minn fuqhom, din l-informazzjoni għadha tikkostitwixxi sigriet essenzjali, pereżempju industrijali jew kummerċjali, li l-kxif tagħha jippreġudika lil parti jew lil terz (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑11 ta’ April 2019, Google u Alphabet vs Il‑Kummissjoni, T‑612/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:250, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
11 |
Fl-aħħar, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura, wara li tkun qieset l-elementi msemmija fl-Artikolu 103(2), ta’ dawn ir-regoli, kif ġie espost fil-punt 5 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tagħti l-informazzjoni jew id-dokumenti kunfidenzjali lill-parti prinċipali l-oħra, billi tissuġġetta, jekk ikun il-każ, l-iżvelar tagħhom għal impenji speċifiċi, jew tista’ tiddeċiedi li ma tikkomunikahomx, billi tippreċiża, permezz ta’ digriet immotivat, il-modalitajiet li jippermettu lill-parti prinċipali l-oħra, sa fejn ikun possibbli, li tesprimi l-opinjoni tagħha, inkluż li tordna l-preżentata ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali jew sunt ta’ dawn il-provi. |
Fuq it‑talbiet ta’ Overgas għat‑trattament kunfidenzjali tar‑rendikonti ddettaljati
|
12 |
Fit‑18 ta’ Jannar 2018, Overgas informat, permezz ta’ messaġġ elettroniku, lill-Kummissjoni li hija kienet tqis li l-minuti ddettaljati kellhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Overgas irrepetiet u żviluppat din it-talba fl‑20 ta’ Frar ta’ wara. |
|
13 |
Mill-ittra ta’ Overgas lill-Kummissjoni tal‑20 ta’ Frar 2018 jirriżulta li din kienet tibża’, essenzjalment, li l-iżvelar ta’ ċerti elementi li jidhru fil-minuti ddettaljati jista’ jkollu konsegwenzi negattivi sinjifikattivi ta’ natura ekonomika, amministrattiva jew ġudizzjarja. |
|
14 |
Għaldaqstant, fil-kuntest partikolari tal-kawża, il-motivi ta’ Overgas li jiġġustifikaw it-trattament kunfidenzjali tar-rendikonti ddettaljati huma fihom infushom ta’ natura sensittiva u għalhekk għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali. |
|
15 |
Madankollu, il-motivi mressqa minn Overgas insostenn tat-talba tagħha għal trattament kunfidenzjali quddiem il-Kummissjoni huma rilevanti sabiex tiġi deċiża l-kawża. Fil-fatt, fil-parti tal-ewwel motiv tagħhom li tirrigwarda l-fatt li l-Kummissjoni ma tathomx aċċess għall-minuti ddetaljati, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li huma ma kinux jafu bil-ġustifikazzjonijiet imsemmija minn Overgas sabiex issostni l-kunfidenzjalità tal-imsemmija minuti, b’mod li din l-oġġezzjoni tqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni setgħetx validament tilqa’ t-talbiet għal trattament kunfidenzjali ta’ Overgas, mingħajr ma tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. |
|
16 |
Għalhekk, il-Qorti Ġenerali għandha tibbilanċja, kif imsemmi fl-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, in-natura kunfidenzjali tat-talbiet inkwistjoni mar-rekwiżiti tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ kontradittorju. |
|
17 |
F’dan ir-rigward, fid-dawl, minn naħa, tal-interess tal-kawża u, min-naħa l-oħra, tal-fatt li ma jistax jiġi eskluż li l-iżvelar tal-motivi li jiġġustifikaw it-trattament kunfidenzjali tar-rendikonti ddettaljati flimkien ma’ dak ta’ ċerti elementi li jinsabu fihom jista’ jkollu konsegwenzi ekonomiċi, amministrattivi jew ġudizzjarji sinjifikattivi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li jippermetti li jiġu rrikonċiljati l-interessi kontradittorji tal-partijiet, b’mod partikolari, bil-produzzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni jew tad-dokumenti li jkollhom il-kontenut essenzjali tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiġi ordnata tippreżenta t-talba tat‑18 ta’ Jannar 2018, bir-referenza X.9(1), fejn jitħassru s-siltiet li jinsabu bejn il-kliem “riperkussjonijiet oħra” u l-kliem “fil-każ fejn il-kontenut mhux kunfidenzjali”. |
Fuq il‑verżjoni kunfidenzjali tar‑rapport ta’ informazzjoni
|
18 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, matul il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni organizzat, b’kollox, tmien laqgħat ma’ Overgas. Dawn il-laqgħat inżammu fit‑13 ta’ Ottubru 2010, fit‑13 ta’ Jannar, fis‑17 ta’ Marzu u fil‑15 ta’ Diċembru 2011, fis‑17 ta’ Ġunju 2013, fit‑13 ta’ Ottubru 2015, u fis‑17 ta’ Marzu u fl‑20 ta’ Ottubru 2016. |
|
19 |
Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li, għal kull laqgħa organizzata ma’ Overgas, il-Kummissjoni fasslet, minn naħa, minuti ddettaljati u, min-naħa l-oħra, noti fil-qosor. |
|
20 |
Għandu jiġi osservat ukoll li r-rikorrenti kisbu n-noti fil-qosor tat-tmien laqgħat u li, fit‑28 ta’ Ġunju 2018, ir-rappreżentanti esterni tar-rikorrenti kellhom aċċess għall-minuti ddettaljati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sala ta’ informazzjoni. Skont din il-proċedura, prevista fil-paragrafu 98 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiċi għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE (ĠU 2011, C 308, p. 6), ir-rappreżentanti esterni ta’ parti jista’ jkollhom aċċess għad-dokumenti kunfidenzjali, taħt is-superviżjoni ta’ aġent tal-Kummissjoni u f’kamra fi ħdan il-bini tagħha. Ir-rappreżentanti jistgħu jużaw l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom fis-sala, sabiex jeżerċitaw id-difiża tal-klijent tagħhom, li madankollu ma jistgħu jiżvelawlhom ebda informazzjoni kunfidenzjali. |
|
21 |
Fil-kuntest tal-proċedura tas-sala ta’ informazzjoni, ir-rappreżentanti esterni tar-rikorrenti fasslu verżjoni kunfidenzjali tar-rapport ta’ informazzjoni li fiha huma esprimew b’mod partikolari l-opinjoni tagħhom dwar l-informazzjoni li tinsab fil-minuti ddettaljati. Dan ir-rapport jikkostitwixxi l-anness bir-referenza X.16. |
|
22 |
Ir-rappreżentanti esterni tar-rikorrenti stabbilixxew ukoll verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport imsemmi bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u kkomunikawha lir-rikorrenti. |
|
23 |
Madankollu, ir-rikorrenti jqisu li din il-verżjoni mhux kunfidenzjali kienet nieqsa minn interess għad-difiża tagħhom, filwaqt li l-minuti ddettaljati, eżaminati fis-sala ta’ informazzjoni, kienu jinkludu mhux biss informazzjoni mhux kunfidenzjali, iżda wkoll provi li jiskaġunaw. |
|
24 |
Konsegwentement, fl-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma setgħetx, permezz tal-proċedura tas-sala ta’ informazzjoni, tipprekludihom milli jsiru jafu personalment bil-kontenut tal-minuti ddettaljati u li minn dan jirriżulta ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
|
25 |
Skont il-punt 8 iktar ’il fuq, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rapport ta’ informazzjoni jinkludix elementi li għandhom effettivament jitqiesu kunfidenzjali. |
|
26 |
Qabel kollox, f’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-indikazzjonijiet mogħtija mir-rappreżentanti esterni tar-rikorrenti, fil-paġni 396 sa 398 u 400 sa 403 tan-numerazzjoni kontinwa, fir-rigward tal-elementi li huma kien jqisu bħala li jiskaġunaw, ma jinkludux, bħala tali, informazzjoni kunfidenzjali li tipprekludi l-iżvelar tagħha. |
|
27 |
Sussegwentement, l-elementi segwenti, fi kwalunkwe każ, jew ma għadhomx jew ma għandhomx iktar, skont il-każ, natura kunfidenzjali u għaldaqstant xejn ma jipprekludi l-iżvelar tagħhom:
|
|
28 |
Min-naħa l-oħra, l-elementi li ġejjin huma ta’ natura kunfidenzjali u għalhekk, kif jirriżulta mill-punt 8 iktar ’il fuq, għandha ssir analiżi li tirrigwarda wkoll ir-rilevanza tagħhom sabiex tiġi deċiża l-kawża:
|
|
29 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, sabiex ir-rikorrenti nnifishom, sa fejn huwa possibbli, ikunu jistgħu jesponu l-opinjoni tagħhom, hemm lok li l-Kummissjoni tiġi ordnata tippreżenta verżjoni ġdida tar-rapport ta’ informazzjoni, bir-referenza bħala l-Anness X.16, bil-kundizzjoni li taħbi:
|
Fuq il‑minuti ddettaljati
|
30 |
Kif diġà ġie espost fil-punti 23 u 24 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti jqisu, fl-ewwel motiv tagħhom, li l-minuti ddettaljati jinkludu mhux biss informazzjoni mhux kunfidenzjali, iżda wkoll provi li jiskaġunaw. |
|
31 |
Madankollu, mill-punti 13 sa 17 iktar ’il fuq jirriżulta li Overgas kellha raġun tallega li l-iżvelar ta’ ċerti elementi li jinsabu fil-minuti ddettaljati seta’ jkollu konsegwenzi serji. Konsegwentement, dawn il-minuti, meħuda globalment, għandhom, bħala prinċipju, jitqiesu li huma kunfidenzjali. |
|
32 |
Barra minn hekk, fil-punt 29 iktar ’il fuq ġie konkluż li r-rikorrenti għandhom jingħataw aċċess għar-rapport ta’ informazzjoni suġġett għal żewġ elementi qosra li ma humiex rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-kawża. Konsegwentement, għandu jitfakkar li, f’dan ir-rapport, ir-rappreżentanti esterni tar-rikorrenti ddeskrivew il-kontenut tal-minuti ddettaljati u li huma identifikaw fihom l-elementi li, fil-fehma tagħhom, jiskaġunaw. |
|
33 |
Konsegwentement, fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi espressament il-preżentata ta’ sunt mhux kunfidenzjali tad-dokumenti inkwistjoni u tal-fatt li r-rapport ta’ informazzjoni huwa simili għal tali sunt, inkluż bl-oskuramenti elenkati fil-punt 29 iktar ’il fuq, isir bilanċ ġust tal-interessi preżenti jekk jitqies li ma hemmx lok li jiġu kkomunikati lir-rikorrenti l-minuti ddettaljati stess, li jikkorrispondu għall-Annessi X.1 sa X.8. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat
|
34 |
Overgas kitbet u ppreżentat osservazzjonijiet dwar il-laqgħat, li fihom hija żviluppat l-argumenti li hija kienet qajmet matul il-laqgħat tagħha mal-Kummissjoni. |
|
35 |
Ir-rikorrenti kellhom aċċess biss għal verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-parti l-kbira tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat. |
|
36 |
Għaldaqstant, konformement mal-punt 8 iktar ’il fuq, għandu jiġi eżaminat jekk l-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat kinux effettivament jinkludu elementi kunfidenzjali, u sussegwentement għandha tiġi vverifikata, jekk ikun il-każ, jekk ikunu rilevanti sabiex tiġi deċiża l-kawża u, fl-aħħar, għandhom jiġu bbilanċjati l-motivi tan-natura kunfidenzjali tagħhom mar-rekwiżiti tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ kontradittorju, konformement mal-punt 11 iktar ’il fuq. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tat‑13 ta’ Ottubru 2010
|
37 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tat‑13 ta’ Ottubru 2010, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.10, għandu jiġi rrilevat li l-elementi li ġejjin ma għandhomx jew, fi kwalunkwe każ, ma humiex ta’ natura kunfidenzjali:
|
|
38 |
Min-naħa l-oħra, wara l-eżami indikat fil-punt 8 iktar ’il fuq, jirriżulta li, għalkemm l-elementi li ġejjin tal-anness bir-referenza X.10 għadhom ta’ natura kunfidenzjali, ma humiex rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima:
|
|
39 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, sabiex ir-rikorrenti nnifishom, sa fejn huwa possibbli, ikunu jistgħu jesponu l-opinjoni tagħhom, hemm lok għalhekk li l-Kummissjoni tiġi ordnata tippreżenta verżjoni ġdida tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tat‑13 ta’ Ottubru 2010, li tikkostitwixxi l-anness bir-referenza X.10, bil-kundizzjoni li jinżamm l-oskurament li jinsab fihom:
|
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tat‑13 ta’ Jannar 2011
|
40 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tat‑13 ta’ Jannar 2011, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.11, l-elementi li ġejjin ma għandhomx jew, fi kwalunkwe każ, ma humiex ta’ natura kunfidenzjali:
|
|
41 |
Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-eżami indikat fil-punt 8 iktar ’il fuq, jidher li s-siltiet oskurati fil-paġna 171 tan-numerazzjoni kontinwa fl-inċiż li jibda bil-kliem “Overgas bagħtet ukoll reċentement ittra” u s-silta oskurata fil-paragrafu tal-paġna 172 tal-imsemmija numerazzjoni li jibda bil-kliem “diġà matul il-laqgħa tagħna tat‑13 ta’ Jannar 2011” huma kunfidenzjali, peress li jistgħu jkunu relatati mal-konsegwenzi gravi li kienu jħassbu lil Overgas fil-każ fejn il-minuti ddettaljati, li l-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat jikkostitwixxu l-estensjoni tagħhom, jiġu żvelati. Madankollu, il-kontenut ta’ dawn is-siltiet huwa irrilevanti sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima, sa fejn ma jinvolvix evalwazzjoni fuq l-aġir tar-rikorrenti. |
|
42 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li l-Kummissjoni tiġi ordnata tippreżenta verżjoni ġdida tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tat‑13 ta’ Jannar 2011 bir-referenza X.11, bil-kundizzjoni li tinżamm il-kunfidenzjalità, fil-paġna 171 tan-numerazzjoni kontinwa, tas-siltiet oskurati fl-inċiż li jibda bil-kliem “Overgas ukoll bagħtet reċentement ittra” u, fil-paġna 172 tal-imsemmija numerazzjoni, tal-passaġġ oskurat fil-paragrafu li jibda bil-kliem “diġà fil-laqgħa tagħna tat‑13 ta’ Jannar 2011”. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tas‑17 ta’ Marzu 2011
|
43 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tas‑17 ta’ Marzu 2011, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.12, għandu jiġi kkonstatat li l-elementi segwenti ma humiex kunfidenzjali:
|
|
44 |
Min-naħa l-oħra, għandu jinżamm kunfidenzjali dan li ġej:
|
|
45 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni għandha għalhekk tiġi ordnata tippreżenta verżjoni ġdida tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tas‑17 ta’ Marzu 2011, bir-referenza X.12, bil-kundizzjoni li jinżamm l-oskurament tal-isem tal-kumpanniji terzi ċċitati fil-paġna 193 tan-numerazzjoni kontinwa u tat-tabelli li jidhru fil-paġni 201 u 202 tal-imsemmija numerazzjoni. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tal‑15 ta’ Diċembru 2011
|
46 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tal‑15 ta’ Diċembru 2011, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.13, għandu jiġi rrilevat li l-elementi segwenti ma humiex ta’ natura kunfidenzjali;
|
|
47 |
Għall-kuntrarju, għandu jitqies li huwa kunfidenzjali dan li ġej:
Madankollu, din l-informazzjoni ma hijiex rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima, sa fejn huwa biżżejjed għar-rikorrenti li jkunu jafu li dawn huma impriżi attivi fis-settur tal-gass jew klijent finali, li jirriżulta mill-kuntest. |
|
48 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tiġi ordnata tippreżenta verżjoni ġdida tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tal‑15 ta’ Diċembru 2011, bir-referenza X.13, bil-kundizzjoni li żżomm oskurati l-isem tal-kumpanniji terzi ċċitati fil-paġni 205 u 206 tan-numerazzjoni kontinwa kif ukoll tas-silta li tikkaratterizza waħda minnhom fit-tieni inċiż tal-paġna 205 tal-imsemmija numerazzjoni. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tas-17 ta’ Ġunju 2013
|
49 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tas‑17 ta’ Ġunju 2013, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.14, għandu jiġi kkonstatat li l-verżjoni allegatament mhux kunfidenzjali li ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva ma kienet tinkludi ebda oskurament. |
|
50 |
Għaldaqstant, peress li r-rikorrenti diġà kellhom aċċess għal dan l-anness bħala tali, it-talba tagħhom intiża għall-komunikazzjoni tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat ma għandhiex skop fir-rigward ta’ dan l-anness u ma hemmx lok li tiġi ordnata l-komunikazzjoni mill-ġdid tiegħu. |
Fuq l‑osservazzjonijiet dwar il‑laqgħat tal‑laqgħa tal‑20 ta’ Ottubru 2016
|
51 |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tal‑20 ta’ Ottubru 2016, li jikkostitwixxu l-anness bir-referenza X.15, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma kisbu ebda komunikazzjoni tagħhom, anki taħt forma mhux kunfidenzjali. |
|
52 |
Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dawn l-osservazzjonijiet jirrigwardaw l-iżvilupp tas-suq tal-gass fil-Bulgarija u l-allegata attitudni ta’ Bulgargaz u ta’ Bulgartransgaz fil-mument meta dawn ġew redatti, fis‑16 ta’ Novembru 2016, jiġifieri wara t-tmiem tal-perijodu tal-ksur, li seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2015. B’mod iktar preċiż, l-osservazzjonijiet imsemmija ta’ Overgas kienu jikkonċernaw prattiki relatati, b’mod partikolari, mal-prezz u man-nuqqas ta’ żvilupp tal-infrastrutturi li din kienet tqis bħala meħtieġa għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni fil-Bulgarija. |
|
53 |
Fid-dawl tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn Overgas u r-rikorrenti, l-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-laqgħa tal‑20 ta’ Ottubru 2016, li jsemmu l-iżviluppi allegatament neċessarji tas-suq Bulgaru u li jmorru lura għas-sena 2016 biss, jistgħu jitqiesu li għadhom sensittivi u għalhekk kunfidenzjali. |
|
54 |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ġustament tosserva, fir-risposta tagħha għall-miżura istruttorja tas‑17 ta’ Ġunju 2021, li l-ilmenti mressqa minn Overgas fl-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tas‑16 ta’ Novembru 2016 ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
55 |
Fil-fatt, ċertament, il-Kummissjoni semmiet avvenimenti li seħħew fl-2016, billi rrilevat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-pajp għat-trażmissjoni ta’ gass Rumen 1 kien l-uniku mezz vijabbli sabiex iwassal gass lejn il-Bulgarija, tal-inqas sax-xahar ta’ April 2016, u li l-ftehim kummerċjali tal-2005 li jagħti lil Bulgargaz l-użu esklużiv ta’ dan il-pajp għat-trażmissjoni ta’ gass kien intemm fit-30 ta’ Settembru 2016. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li dawn iż-żewġ elementi sempliċement isemmu l-istat tas-suq qabel il-laqgħa tal‑20 ta’ Ottubru 2016 li jirreferu għaliha l-osservazzjonijiet dwar il-laqgħat tas‑16 ta’ Novembru ta’ wara u mhux l-iżviluppi li għadhom neċessarji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li Overgas kienet diġà kisbet aċċess għal din l-infrastruttura fl‑1 ta’ Jannar 2015, li fiha hija ffissat id-data tat-tmiem tal-ksur, anki għall-prattiki li jikkonċernaw in-network ta’ trasport Bulgaru. |
|
56 |
Fir-rigward tal-istazzjon ta’ ħażna ta’ Chiren, il-Kummissjoni stabbilixxiet it‑23 ta’ Settembru 2014 bħala d-data tat-tmiem ta’ kull aġir illegali wara aċċess mogħti lil operatur terz. |
|
57 |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Anness X.15 huwa irrilevanti sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima. |
Konklużjonijiet dwar is‑segwitu li għandu jingħata lill‑miżura istruttorja tas‑26 ta’ Mejju 2021
|
58 |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet deċiżi fil-punti 17, 29, 33, 39, 42, 45, 48, 50 u 57 iktar ’il fuq, għandu:
|
|
Għal dawn ir-raġunijiet, IL-QORTI Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tordna: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magħmul fil-Lussemburgu, fl‑14 ta’ Marzu 2022. Reġistratur E. Coulon President S. Gervasoni |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.