SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)
23 ta’ Settembru 2015 ( *1 )
“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-ECHA — Dokumenti li joriġinaw minn terzi — Terminu stabbilit sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Interess pubbliku superjuri — Informazzjoni ambjentali — Emissjonijiet fl-ambjent”
Fil-Kawża T‑245/11,
ClientEarth, stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit),
The International Chemical Secretariat, stabbilita f’Göteborg (l-Isvezja),
irrappreżentati minn P. Kirch, avukat,
rikorrenti,
vs
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (ECHA), irrappreżentata minn M. Heikkilä, A. Iber u T. Zbihlej, bħala aġenti, assistiti minn D. Abrahams, barrister,
konvenuta,
sostnuta minn
Il-Kummissjoni Ewropea, inizjalment irrappreżentata minn E. Manhaeve, P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement minn Manhaeve, Oliver u F. Clotuche-Duvieusart u fl-aħħar nett minn Manhaeve, Clotuche-Duvieusart u J. Tomkim, bħala aġenti,
u minn
European Chemical Industry Council (Cefic), stabbilit fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentat minn Y. van Gerven u M. Bronckers, avukati,
intervenjenti,
li għandha bħala suġġett talba ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Marzu 2011 fir-rigward ta’ rifjut ta’ aċċess għal informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi,
IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),
komposta minn M. E. Martins Ribeiro (Relatur), President, S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin,
Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-30 ta’ Jannar 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza
Il-kuntest ġuridiku
A – Dritt internazzjonali
1. Ftehim TRIPS
1 |
Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs), tal-15 ta’ April 1994 (ĠU L 336, p. 214, iktar ’il quddiem il-“Ftehim TRIPS”), li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), fih parti II, intitolat “Standards dwar id-disponibbiltà, l-għan u l-użu tad-Drittijiet tal-Propjetà Intelletwali”. F’din il-parti, fit-Taqsima 7, intitolata “Protezzjoni ta’ Informazzjoni mhux Żvelata”, hemm l-Artikolu 39 li jipprevedi dan li ġej: “1. Waqt li jassiguraw protezzjoni effettiva kontra l-kompetizzjoni inġusta kif imsemmi fl-Artikolu 10[a] tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi (1967), il-Membri għandhom jipproteġu informazzjoni mhux żvelata skont il-paragrafu 2 u data mogħtija lill-gvernijiet jew lill-aġenziji tal-gvern skont il-paragrafu 3. 2. Persuni naturali u legali għandhom jkollhon il-possibbilità li jipprevjenu l-iżvelar ta’ informazzjoni li hi legalment fil-kontroll tagħhom, akwiżit minn, jew użat minn oħrajn mingħajr il-kunsens tagħhom b’mod mhux skont il-prattika kummerċjali onesta [...] sakemm din l-informazzjoni hi:
3. Il-Membri, meta jeħtieġu, bħala kondizzjoni ta’ approvazzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi jew agrikoli li jużaw entitajiet kimiċi, is-sottomissjoni ta’ testijiet mhux żvelati jew xi data oħra, li l-oriġini tagħhom jinvolvi sforz konsiderevoli, għandhom jipproteġu data bħal din minn użu kummerċjali nġust. Madankollu, il-Membri għandhom jipproteġu data bħal din mill-iżvelar, sakemm ma jkunx neċessarju minħabba l-ordni pubbliku, jew sakemm jittieħdu miżuri sabiex jassiguraw li d-data hi protetta mill-użu kummerċjali inġust.” |
2. Il-Konvenzjoni ta ’ Aarhus
2 |
Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali ġiet iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998, (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”). |
3 |
Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tipprevedi, fl-Artikolu 2(3) tagħha dan li ġej: “L-espressjoni “informazzjoni dwar l-ambjent” tfisser kull informazzjoni disponibbli f’għamla miktuba, viżwali, li tinstema’, elettronika jew fi kwalunkwe forma materjali oħra dwar:
|
4 |
L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi dan li ġej: “Kull parti għandha tieħu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u miżuri oħra neċessarji, inkluż miżuri intiżi biex id-dispożizzjonijiet li jimplementaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni dwar l-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess ġudizzjarju jkunu kompatibbli ma’ xulxin, kif ukoll miżuri adegwati ta’ nfurzar, biex jiġi stabbilit u jinżamm qafas ċar, trasparenti u konsistenti għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni” [TRADUZZJONI MHUX UFFIĊJALI]. |
5 |
L-Artikolu 4(1) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jistabbilixxi dan li ġej: “1. Kull Parti għandha tiżgura li, bla ħsara għal dak li hu stabbilit fil-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, l-informazzjoni dwar l-ambjent mitluba minnhom, b’mod partikolari, jekk issir din it-talba u bla ħsara għall-punt b) ta’ hawn taħt, kopji tad-dokumenti li fihom tinsab effettivament informazzjoni, indipendentement minn jekk dawn id-dokumenti jkunx fihom informazzjoni oħra:
2. L-Informazzjoni dwar l-ambjent imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq tkun disponibbli għall-pubbliku kemm jista’ jkun malajr u mhux iktar tard minn xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, sakemm il-volum u l-kumplessità tal-informazzjoni mitluba ma jiġġustifikawx estensjoni ta’ dan il-perijodu sa massimu ta’ xahrejn mill-applikazzjoni. L-applikant għandu jiġi infurmat dwar kull estensjoni u dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dan. 3. Talba għall-informazzjoni dwar l-ambjent tista’ tiġi rrifjutata jekk:
4. Talba għal informazzjoni dwar l-ambjent tista’ tiġi miċħuda fil-każ fejn l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni jkollu effett ħażin fuq:
Ir-raġunijiet għar-rifjut imsemmija iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv fid-dawl tal-interess li l-iżvelar tal-informazzjoni mitlub jista’ jkollu għall-pubbliku u skont jekk din l-informazzjoni tkunx tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent jew le” [TRADUZZJONI MHUX UFFIĊJALI].” |
B – Dritt tal-Unjoni
1. Regolament (KE) Nru 1049/2001
6 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), fl-Artikolu 2 tiegħu jipprevedi li kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, għandu dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kundizzjonijiet u limiti ddefiniti fl-imsemmi regolament. |
7 |
L-Artikolu 2(3) jipprovdi li r-regolament japplika fil-konfront ta’ “kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni […]”. |
8 |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, intitolat “Eċċezzjonijiet”, hemm previst dan li ġej: “[…] 2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:
[…] jekk ma’ jkunx hemm [interess pubbliku superjuri] fl-iżvelar tiegħu. 3. Aċċess għad-dokument, miktub minn instituzzjoni għall-użu intern jew irċevut minn instituzzjoni, dwar kwistjoni fejnid-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni, għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx [interess pubbliku superjuri] fl-iżvelar tiegħu. 4. Fir-rigward ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2, jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m’għandux jiġi żvelat. […] 6. Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati. […]” |
9 |
L-Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi dan li ġej: “2. Jekk applikazzjoni m’hijiex preċiża biżżejjed, l-istituzzjoni għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f’dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta’ dokumenti. 3. Fil-każ ta’ applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta’ dokumenti, l-istituzzjoni involuta tista’ tkellem lill-applikant b’mod informali, sabiex isibu soluzzjoni imparzjali.” |
10 |
L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001, intitolat “Proċessar ta’ applikazzjonijiet fil-bidu”, jipprevedi dan li ġej: “1. Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Rikonoxximent ta’ l-irċevuta għandha tintbagħat lill-applikant. Sa 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f’dak il-perjodu jew, f’tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tavża l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel talba konfermatorja skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista’, sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel talba konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. 3. […] 4. Nuqqas mill-istituzzjoni li […] twieġeb fit-terminu preskritt jagħti d-dritt lill-applikant li jagħmel talba konfermatorja.” |
11 |
L‑Artikolu 8 tar‑Regolament Nru 1049/2001, intitolat “Proċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji” jipprevedi: “1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f’dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, jiġifieri proċeduri fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew ilment lill-Ombudsman, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 230 u 195 tat-Trattat tal-KE, rispettivament. 2. F’każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta’ applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta’ dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż bi 15 il-jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. 3. Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE.” |
12 |
L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1049/2001, intitolat “Aċċess wara applikazzjoni”, jipprevedi dan li ġej: “1. L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skont il-preferenza tal-applikant. Il-miżata tal-produzzjoni u ta’ l-impustar tal-kopji tista’ tkun għall-applikant. Din il-miżata m’għandhiex taqbeż l-ispiża vera tal-produzzjoni u ta’ l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta’ inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b’xejn. 2. Jekk dokument diġà ġie żvelat mill-istituzzjoni rilevanti u huwa faċilment aċċessibbli lill-applikant, l-istituzzjoni tista’ taderixxi ma’ l-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess billi tavża ‘l-applikant kif jista’ jikseb id-dokument mitlub. 3. Dokumenti għadnhom jiġu forniti f’verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f’format alternattiva bħal Braille, tipa kbira jew tejp) b’kull kunsiderazzjoni tal-preferenza ta’ l-applikant.” |
2. Direttiva 2003/4/KE
13 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375), jipprevedi dan li ġej: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
[...]” |
3. Regolament REACH
14 |
Il-premessa 117 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, (ĠU L 396, p. 1), kif emendat, (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”), tipprevedi dan li ġej: “Iċ-ċittadini ta’ l-UE għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li jistgħu jkunu esposti għalihom, sabiex jippermetulhom jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar l-użu, minnhom, tas-sustanzi kimiċi. Mezz trasparenti sabiex isir dan ikun li jingħataw aċċess liberu u faċli għad-data bażika miżmuma fid-database ta’ l-Aġenzija, inklużi profili fil-qosor ta’ proprjetajiet perikolużi, ir-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar u l-leġislazzjoni Komunitarja relevanti inkluż l-użu awtorizzat u l-miżuri ta’ l-immaniġġar tar-riskji. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippermettu aċċess għal informazzjoni skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar aċċess pubbliku għal tagħrif ambjentali, u ir-Regolament [Nru 1049/2001 …], u skont il-Konvenzjoni [ta’ Aarhus…]” |
15 |
Konformement mal-premessa 118 tar-Regolament REACH, huwa previst dan li ġej: “L-iżvelar ta’ l-informazzjoni taħt dan ir-Regolament huwa suġġett għal rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Dak ir-Regolament jistipula skadenzi perentorji għar-rilaxx ta’ informazzjoni kif ukoll garanziji proċedurali, inkluż id-dritt ta’ l-appell. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti għall-Aġenzija.” |
16 |
Skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-Regolament REACH jipprevedi li “[l]-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli ta’ sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. ” |
17 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
[…]
[…]
|
18 |
L-Artikolu 6 tar-Regolament REACH, intitolat “Obbligu ġenerali sabiex ikunu reġistrati sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet”, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi dan li ġej: “Ħlief fejn dan ir-Regolament jgħid mod ieħor, kull manifattur jew importatur ta’ sustanza, waħidha jew fi preparat wieħed jew aktar, fi kwantitajiet ta’ tunnellata metrika jew aktar kull sena għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija. ” |
19 |
Konformement għall-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament REACH, intitolat “Informazzjoni li għandha tiġi preżentata għall-finijiet ġenerali ta’ reġistrazzjoni”, reġistrazzjoni tinkludi dossier tekniku li fih “talba dwar liema informazzjoni fl-Artikolu 119(2) il-manifattur jew l-importatur iqis li ma għandhiex tkun disponibbli fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e), inkluża ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-pubblikazzjoni tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tiegħu jew ta’ kwalunkwe parti oħra konċernata”. |
20 |
Taħt it-Titolu X, intitolat “L-Aġenzija”, l-Artikolu 77(2), tar-Regolament REACH, intitolat “Kompiti”, jipprevedi: “Is-Segretarjat għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: [...]
[...]” |
21 |
L-Artikolu 118 tar-Regolament REACH, intitolat “Aċċess għall-informazzjoni”, huwa redatt kif ġej: “1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti li jkunu f’idejn l-Aġenzija. 2. L-iżvelar ta’ l-informazzjoni li ġejja għandu normalment jitqies bħala preġudizzjevoli għall-protezzjoni ta’ l-interessi kummerċjali tal-persuna konċernata: […]
Fejn tkun essenzjali azzjoni urġenti sabiex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem jew l-ambjent, bħal f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, l-Aġenzija tista’ tiżvela l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. 3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, inklużi l-appelli jew rimedji meħtieġa għar-reviżjoni ta’ caħda sħiħa jew parzjali ta’ talba għall-kunfidenzjalità, sa l-1 ta’ Ġunju 2008. 4. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-oġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.” |
22 |
L-Artikolu 119 tar-Regolament REACH, intitolat “Aċċess pubbliku elettroniku”, jipprevedi dan li ġej: “1. L-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-Aġenzija dwar sustanzi kemm jekk waħidhom, f’taħlita jew f’oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e): […] 2. L-informazzjoni li ġejja dwar sustanzi kemm jekk waħedhom, fi taħlita jew f’oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e) ħlief fejn parti li tippreżenta l-informazzjoni tippreżenta ġustifikazzjoni skond l-Artikolu 10(a)(xi), aċċettata bħala valida mill-Aġenzija, dwar ir-raġuni għaliex tali pubblikazzjoni tkun potenzjalment ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tar-reġistrant jew għal kwalunkwe parti oħra konċernata: […]
[…]
[…]” |
23 |
L-Anness II tar-Regolament REACH jirrigwarda “Rekwiżiti għat-tfassil tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza”. Il-punt 1.1 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-anness, intitolat “Identifikazzjoni tas-sustanza/taħlita u tal-kumpanija/impriża”, jipprevedi: “Din it-taqsima [...] għandha tippreskrivi l-mod kif għandha tiġi identifikata s-sustanza jew it-taħlita u l-mod kif l-użi rilevanti identifikati, l-isem tal-fornitur tas-sustanza jew tat-taħlita u l-informazzjoni bid-dettalji tal-kuntatt tal-fornitur tas-sustanza jew it-taħlita inkluż kuntatt ta’ emerġenza għandhom jingħataw fl-iskeda tad-dejta dwar is-sikurezza” |
24 |
Il-punt 1.3., Taqsima 1 tal-Anness II, intitolat “Id-dettalji tal-fornitur tal-iskeda tad-dejta dwar is-sikurezza”, jipprevedi dan li ġej: “Għandu jiġi identifikat il-fornitur, kemm jekk huwa l-manifattur, l-importatur, l-unika rappreżentant, l-utent downstream jew id-distributur. Għandhom jingħataw ukoll l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefown tal-fornitur kif ukoll indirizz elettroniku ta’ persuna kompetenti responsabbli mill-iskeda tad-dejta dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, jekk il-fornitur ma jkunx jinsab fl-Istat Membru fejn is-sustanza jew it-taħlita titqiegħed fis-suq u dan ikun innomina persuna responsabbli għal dak l-Istat Membru, għandhom jingħataw l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefown ta’ dik il-persuna responsabbli. Għar-reġistranti, l-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni dwar l-identità tal-manifattur jew l-importatur mogħtija fir-reġistrazzjoni. Meta jkun inħatar rappreżentant uniku, jistgħu jingħataw ukoll id-dettalji tal-manifattur jew tal-formulatur li mhuwiex fl-Unjoni” |
25 |
L-Anness VI tar-Regolament REACH, intitolat “Rekwiżiti ta’ Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10”, jipprevedi, fil-Parti bit-titolu “Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(a)(i) sa (v)”, fil-punt 3, intitolat “Informazzjoni dwar il-Manifattura u l-Użu tas-Sustanzi”:
Is-sena kalendarja tar-reġistrazzjoni (kwantità stmata) […]
|
4. Regolament (KE) Nru 1367/2006
26 |
Il-premessa 3 tar-Regolament (KE) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13), tipprevedi dan li ġej: “[…] Id-disposizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għandhom ikunu konsistenti ma’ dik il-Konvenzjoni.” |
27 |
Il-premessa 8 tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprevedi dan li ġej: “Id-definizzjoni ta’ informazzjoni dwar l-ambjent f’dan ir-Regolament tiġbor fiha informazzjoni fi kwalunkwe forma dwar l-istat ta’ l-ambjent. Din id-definizzjoni, li ġiet allinjata mad-definizzjoni adottata fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (1), għandha l-istess kontenut għal dik stabbilita fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Id-definizzjoni ta’ “dokument” fir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tiġbor fiha informazzjoni dwar l-ambjent kif definit f’dan ir-Regolament.” |
28 |
Il-premessa 12 tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprevedi dan li ġej: “Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus issejjaħ għal aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent fuq talba jew permezz ta’ tixrid attiv mill-awtoritajiet koperti mill-Konvenzjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni, kif ukoll għal aġenziji u korpi simili stabbiliti minn att legali tal-Komunità. Dan jistabbilixxi regoli għal dawn l-istituzzjonijiet li jaqblu fil-parti l-kbira mar-regoli stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Huwa meħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kollha tal-Komunità.” |
29 |
Il-premessa 13 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, tipprevedi dan li ġej: “Fejn il-Konvenzjoni ta’ Aarhus fiha disposizzjonijiet li ma jinstabux ukoll, b’mod sħiħ jew parzjali, fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, huwa meħtieġ li dawn jiġu indirizzati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-ambjent.” |
30 |
Il-premessa 15 tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprevedi dan li ġej: “Fejn ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprevedi eċċezzjonijiet, dawn għandhom japplikaw, bla ħsara għal kwalunkwe disposizzjoni aktar speċifika f’dan ir-Regolament dwar talbiet għal informazzjoni dwar l-ambjent. Ir-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku fl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent [...]” |
31 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, jipprevedi dan li ġej: “L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li jirriżultaw taħt il-Konvenzjoni ta’ l-UNECE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni Aarhus”, billi jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, partikolarment billi:
[…]” |
32 |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, jindika dan li ġej: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament: [...]
[…]
[...]” |
33 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1367/2006, li jinsab fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat “Aċċess għal Informazzjoni dwar l-Ambjent”, jipprevedi: “Ir-Regolament [Nru 1049/2001] għandu japplika għal kwalunkwe talba minn applikant għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-pussess ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità minghajr diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju u, fil-każ ta’ persuna ġuridika, mingħajr diskriminazzjoni dwar fejn hija reġistrata jew fejn ikun iċ-ċentru effettiv ta’ l-attivitajiet tagħha.” |
34 |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 huwa redatt kif ġej: “Fir-rigward ta’ l-ewwel u t-tielet inċiżi ta’ l-Arikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b’eċċezzjoni għal investigazzjonijiet, b’mod partikolari dawk dwar ksur possibli tal-liġi Komunitarja, għandu jitqies li jeżisti interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar fejn l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent. Fir-rigward ta’ l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ir-raġunijiet għal rifjut għandu jiġi interpretat b’ mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku moqdi bil-kxif u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent.” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata
35 |
Permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Diċembru 2010, The International Chemical Secretariat (iktar ’il quddiem “ChemSec”) abbażi tar-Regolamenti Nri 1049/2001 u 1367/2006 kif ukoll tal-Artikolu 118 tar-Regolament REACH, talbet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), fil-kuntest ta’ talba inizjali, l-aċċess għal tliet kategoriji speċifiċi ta’ informazzjoni li jirrigwardaw 356 sustanza kimiċi, jiġifieri: “1. l-isem [ismijiet] tal-manifattur(i)/importatur(i) mad-dettalji ta’ kuntatt; 2. il-kwantità eżatta tas-sustanzi mmanifatturati jew mqiegħda fis-suq; 3. it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ (jiġifieri ta’ 1 sa 10 tunnellati, ta’ 10 sa 100 tunnellata, ta’ 100 sa 1000 tunnellata jew ta’ iktar minn 1000 tunnellata), li fihom it-356 sustanza ġew irreġistrati, fl-ipoteżi fejn l-aċċess għall-informazzjoni msemmi fil-punt 2 ma jkunx possibbli.” |
36 |
F’din it-talba, ChemSec indikat li hija ma sabitx informazzjoni biżżejjed dwar it-356 sustanza inkwistjoni. Hija żiedet dan li ġej: “Skont l-Artikolu 77(2)(e) tar-Regolament REACH, l-ECHA għandha l-obbligu li tagħti, meta mitluba, informazzjoni li ma tkunx inkluża fid-databses disponibbli, konformement mal-Artikolu 118. Konsegwentement, l-informazzjoni kollha li l-ECHA ma tkunx irrilaxxat, għadha ma rrilaxxatx jew li ma għandhiex l-intenzjoni li tirrilaxxa għandhom, meta jintalbu, isiru aċċessibbli skont ir-Regolamenti Nri 1049/2001 u 1367/2006.” |
37 |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2010, l-ECHA wieġbet lil ChemSec kif ġej: “[…] fir-rigward tal-punt 1 tagħkom, l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar manifattur/importatur isseħħ, skont l-Artikolu 118(2)(d), tar-Regolament REACH, u tal-Artikolu 4(3) [sic., fir-realtà l-Artikolu 4(2)], tar-Regolament Nru 1049/2001, informazzjoni dwar rabtiet eżistenti bejn il-manifattur/importatur u l-utenti downstream, u huwa dan li jippreġudika l-protezzjoni ta’ interess kummerċjali. Barra dan, il-fatt li manifattur jew importatur ikun wettaq reġistrazzjoni jikkostitwixxi informazzjoni prezzjuża għas-suq. Din l-informazzjoni tista’ żżid it-trasparenza tas-suq u tippermetti lill-atturi li jadattaw l-aġir tagħhom mal-istatus tal-kompetituri tagħhom. In-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni tal-operaturi tikkorrispondi għalhekk għal interess ġenerali. Ma jistax jiġi stabbilit interess pubbliku superjuri għall-iżvelar ta’ informazzjoni, u ma [ġiet] invokata ebda azzjoni urġenti li tista’ tagħti lok għall-iżvelar ta’ din l-informazzjoni konformement għall-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 118(2) tar-Regolament REACH. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tiġix żvelata bħala eċċezzjoni li tapplika għar-Regolament Nru 1049/2001. Fir-rigward tal-punt 2 tagħkom, intom mitluba tinnutaw li skont l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, bħala prinċipju l-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta hija kkunsidrata bħala li tippreġudika l-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali. Bħal fil-punt preċedenti, l-Artikolu 4(3) [sic. fir-realtà l-Artikolu 4(2)] tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa applikabbli sa fejn l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tippreġudika effettivament l-interess kummerċjali u fejn aħna ma nipperċepixxu ebda raġuni li tippermetti li jiġi konkluż mod ieħor jew li aħna għandna niddevjaw mill-preżunzjoni leġiżlattiva. Barra dan, ebda interess pubbliku superjuri li jista’ jwassal għal konklużjoni differenti ma jista’ jiġi stabbilit. Barra minn hekk, bħal fil-punt preċedenti, ma hija meħtieġa ebda azzjoni urġenti fis-sens tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 118(2) tar-Regolament REACH. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tiġix żvelata bħala eċċezzjoni li tapplika għar-Regolament Nru 1049/2001. Fir-rigward tal-punt 3 tagħkom, intom mitluba tinnutaw li l-ECHA ppubblikat fis-sit tal-internet tagħha […] lista ta’ sustanzi li jibbenefikaw mis-sistema tranżitorja. Din il-lista tippermettilkom li tivverifikaw liema sustanzi kkonċernati ġew irreġistrati u liema ma ġewx [irreġistrati]. Fil-każ ta’ sustanzi li indikajtu fil-lista tagħkom, jista’ jiġi faċilment ivverifikat li l-maġġoranza ta’ dawn is-sustanzi (għadhom) ma ġewx irreġistrati. Konsegwentement, l-ECHA bħalissa ma għandhiex l-informazzjoni li intom tlabtu, b’hekk aħna ma nistgħux nilqgħu t-talba tagħkom dwar dan il-punt. […] L-ECHA tagħmel dak kollu possibbli sabiex tqiegħed fuq is-sit tal-internet tagħha, fl-aħjar żmien possibbli, l-informazzjoni dwar il-medda ta’ tunnellaġġ. Madankollu, it-twettiq tekniku tal-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni għadu qed jiġi żviluppat, u aħna napprezzaw ġentilment li tifhmu li jrid jgħaddi ċertu żmien qabel ma din l-informazzjoni tiżdied gradwalment ladarba l-każijiet ttrattati […]” |
38 |
Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Jannar 2011, ChemSec ressqet talba konfermatorja lill-ECHA bil-għan li tikkunsidra mill-ġdid iċ-“ċaħda tat-talba tagħha tal-1 ta’ Diċembru 2010 li titlob l-aċċess għal dokumenti ambjentali”. Din it-talba konfermatorja ġiet koffirmata minn ClientEarth, li ma kinitx parti fit-talba inizjali, minħabba interess komuni. In-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1 tal-imsemmija ittra hija redatta hekk: “Minkejja li ma kinitx parti fit-talba inizjali, ClientEarth qd tingħaqad mat-talba konfermatorja ta’ ChemSec minħabba interess komuni li tikseb l-aċċess għad-dokumenti mitluba. Fil-każ fejn l-ECHA teżiġi li ClientEarth tressaq talba separata fejn titlob l-aċċess għall-istess dokumenti, aħna nitolbu bir-rispett li din it-talba tiġi kkunsidrata, fir-rigward ta’ ChemSec, bħala talba konfermatorja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 filwaqt li nitolbu eżami mill-ġdid taċ-ċaħda, mill-ECHA, tat-talba tagħha tal-1 ta’ Diċembru 2010 fil-forma u mod indikati hemmhekk.” |
39 |
Fil-punti 4 sa 6 tat-talba konfermatorja tagħhom, ClientEarth u ChemSec (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-“rikorrenti”) sostnew li d-dokumenti li qed jitolbu l-iżvelar tagħhom jirrappreżentaw informazzjoni ambjentali, biex b’hekk japplikaw il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u r-Regolament Nru 1367/2006. |
40 |
Imbagħad, huma josservaw, fil-punti 7 sa 13 tat-talba konfermatorja tagħhom, li l-ismijiet tar-reġistranti tas-sustanzi ma humiex koperti b’eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti. Huma rrilevaw, b’mod partikolari, li l-Artikolu 119(2) tar-Regolament REACH jipprevedi t-tixrid tal-informazzjoni kollha li tidher fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, salv talba ta’ kunfidenzjalità skont tal-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament REACH u li l-ECHA kienet, konsegwentement, obbligata tippubblika l-ismijiet tar-reġistranti fuq is-sit tal-internet tagħha. Għalhekk, l-argument tal-ECHA li jeżisti interess ġenerali li ma tiġix żvelata informazzjoni ta’ operaturi privati, ma huwiex eżatt. Barra minn hekk, huma affermaw li, sa fejn l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li l-istituzzjonijiet li jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, l-ECHA hija obbligata li twettaq analiżi każ b’każ li għalhekk ikun jirrigwarda biss ir-reġistranti li jkunu talbu li isimhom ma jiġix ippubblikat fis-sit tal-internet tal-ECHA. Fil-fatt, huwa illoġiku li tiġi kkonstata l-eżistenza ta’ interess ġenerali sabiex ma jkunx hemm żvelar jekk l-isem jiġi mxerred fuq l-internet. Fil-punti 15 u 19 tat-talba konfermatorja, ir-rikorrenti speċifikaw li l-ECHA hija obbligata tikkuntattja, jekk ikun il-każ, il-kumpanniji li jkunu ressqu talba ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ isimhom, bil-għan li jiġi evalwat, konformement għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-eżistenza eventwali ta’ interess pubbliku superjuri sabiex ma jkunx hemm żvelar, peress li l-informazzjoni mitluba tkun informazzjoni ambjentali, konformement mal-Artikolu 6(1) tar-u Regolament Nru 1367/2006, kull eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv. |
41 |
Fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, ir-rikorrenti osservaw, fil-punti 21 sa 24 tat-talba konfermatorja, li, jekk l-Artikolu 118(2) tar-Regolament REACH jikkostitwixxi preżunzjoni favur in-nuqqas ta’ żvelar tal-kwantità eżatta, l-ECHA għandha minkejja kollox tikkunsidra jekk, fil-każ konkret, l-iżvelar ta’ informazzjoni tiddisturba, jew iddgħajjef, l-interessi kummerċjali inkwistjoni u jekk jeżisti l-interess pubbliku superjuri għall-iżvelar. Madankollu, l-ECHA ma spjegatx kif l-iżvelar dgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u hija ma turix l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri għall-iżvelar. |
42 |
Fir-rigward tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni, ir-rikorrenti enfasizzaw, fil-punti 25 sa 28 tat-talba konfermatorja, li l-ECHA kienet obbligata tagħti l-aċċess għad-dokumenti mitlub fit-terminu previst mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri, salv estensjoni, ħmistax-il jum utli, u li kien inaċċettabbli li huma kellhom jistennew sad-disponibbiltà tal-meddiet totali fuq is-sit tal-internet tal-ECHA. |
43 |
Barra dan, ir-rikorrenti osservaw, fil-punti 29 sa 33 tat-talba konfermatorja, li jeżisti interess superjuri għall-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba. Huma ppreċiżaw li din l-informazzjoni tirrigwarda, fil-fatt, 311 sustanzi li huma kanċeroġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, (CMRs), dwar 17-il sustanza persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, jew sustanzi persistenti ħafna u bijoakkumulattivi (PBTs u vPvBs) u dwar 28 sustanza ta’ livell ekwivalenti ta’ tħassib u li din l-informazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kkonċernati u għall-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta li fiha s-sustanza hija mqiegħda fis-suq tikkostitwixxi informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent. Konsegwentement, konformement mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1367/2006, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jitqies li jirrappreżenta interess pubbliku superjuri. |
44 |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti talbu lill-ECHA li terġa’ tikkunsidra t-talba inizjali u li tagħti aċċess sħiħ għall-informazzjoni mitluba, għajr fil-każijiet fejn l-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 japplikaw, fi tmiem ta’ evalwazzjoni każ b’każ ta’ sustanzi speċifiċi. |
45 |
Permezz tal-ittra tat-8 ta’ Frar 2011, li s-suġġett tagħha kien intitolat “Notifika ta’ estensjoni tat-terminu impost li tirrigwarda t-talba konfermatorja tagħkom għall-aċċess għad-dokumenti” u li ġiet indirizzata unikament lil ChemSec, l-ECHA, b’mod partikolari, esponiet dan li ġej: “Skont l-Artikolu 8(2) [tar-Regolament Nru 1049/2001], l-ECHA tista’, f’każijiet eċċezzjonali, testendi t-terminu għar-risposta ta’ 15-il jum utli. Peress li t-talba tagħkom tirrigwarda numru kbir ħafna ta’ dokumenti mressqa fil-kuntest ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH għal sustanzi elenkati individwalment fit-talba tagħkom u timplika ammont utli konsiderevoli għall-Aġenzija, t-talba tagħkom teħtieġ terminu ta’ trattament addizzjonali. Għaldaqstant, iddeċidejt li nestendi t-terminu inizjali ta’ 15-il jum xogħol” |
46 |
Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Marzu 2011 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), li s-suġġett tagħha huwa intitolat “Talba konfermatorja ta’ eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti”, l-ECHA kkonfermat ir-rifjuti preċedenti tagħha. Din l-ittra ġiet indirizzata lil ChemSec u kien fiha l-frażi “Cc : Vito Buonsante, Client Earth”. |
47 |
L-ewwel nett, l-ECHA osservat li t-talba kienet tirrigwarda l-informazzjoni sottomessa mill-manifatturi, l-importaturi jew r-rappreżentanti esklużivi, fil‑-kuntest tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni previsti mir-Regolament REACH u li l-informazzjoni hija inkluża fid-databases tagħha. Hija osservat ukoll li d-dokumenti tekniċi li ġew sottomessi minn kull manifattur, importatur jew rappreżentant esklużiv għal kull sustanza kimika, kellha diversi dokumenti għal kull sustanza, u li hija interpretat din it-talba fis-sens li hija riedet tikseb aċċess għal dawn id-dokumenti tekniċi kollha li jirrigwardaw it-356 sustanza inkwistjoni (sakemm dawn is-sustanzi kienu rreġistrati mal-ECHA). |
48 |
Fir-rigward tal-punt 1 tat-talba, l-ECHA kkonkludiet li hija trid tikkonferma d-deċiżjoni inizjali li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba. Hija, b’mod partikolari indikat, fil-punt 1(a) tad-deċiżjoni kkontestata, li “l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-manifattur/importatur ta’ sustanzi irreġistrati tirriskja gravament li tiżvela informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn il-manifatturi jew l-importaturi u l-utenti downstream, u għaldaqstant [setgħet], skont l-Artikolu 118(2)(d), tar-Regolament REACH, tippreġudika l-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali”. F’dan ir-rigward, l-ECHA rreferiet “għal raġunijiet oħra li jiġġustifikaw din il-preżunzjoni u li jidhru fid-deċiżjoni inizjali […] tat-22 ta’ Diċembru 2010”. |
49 |
Madankollu, l-ECHA nnutat l-osservazzjoni tar-rikorrenti li “interess ġenerali sabiex tiġi kkunsidrata din l-informazzjoni, fiċ-ċirkustanzi kollha, [bħala] kunfidenzjali jista’ jkun nieqes u jista’ jkun xieraq li jiġi deċiż każ b’każ wara li jikkonsulta lid-detenturi ta’ kull dokumenti tekniċi”. Hija tikkunsidra li, “[m]ingħajr preġudizzju għar-risposta għal din il-mistoqsija, minkejja kollox l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ma t[istax] tingħata, peress li l-[ECHA] [kienet qed teżamina mill-ġdid], mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċessi marbuta mat-tixrid mal-pubbliku tal-informazzjoni dwar is-sustanzi skont l-Artikolu 119(2), tar-Regolament REACH”. |
50 |
L-ECHA speċifikat li l-eżami mill-ġdid tirrigwarda b’mod partikolari t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-identità tal-manifattur, tal-importatur jew tad-distributur, sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli fid-database tal-ECHA. L-ECHA żiedet li, jekk hi kellha tiddeċiedi li tippubblika, fil-ġejjieni, l-identità tal-imsemmija persuni għal ċerti kategoriji ta’ sustanzi, hija jkollha tadatta l-proċeduri tagħha u s-sistema informatika tagħha u, b’mod partikolari, iddaħħal, fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet eżistenti, il-possibbiltà għal dawk ikkonċernati li jressqu talba ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-identità tagħhom. |
51 |
Hija żiedet li “[t]ippermetti l-aċċess f’dan il-mument għal informazzjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mhux biss jiġġenera għall-Aġenzija, ammont utli manwali straordinarjament għoli […,] iżda wkoll jippermetti li jiġu evitati l-proċeduri speċifiċi, previsti mir-Regolament REACH” u li, “b’mod partikolari, id-reġistranti jirriskjaw li jiġu mċaħħda mir-rikors normali li jipprevedi r-regolament kontra ċ-ċaħda ta’ talba ta’ kunfidenzjalità”. L-ECHA ikkonkludiet li ma kienx hemm alternattiva ħlief li tapplika l-Artikolu 4(3)tar-Regolament Nru 1049/2001 u li tirrifjuta l-aċċess sa fejn it-talba titratta kwistjoni li dwarha ma ġiet meħuda ebda deċiżjoni u fejn l-iżvelar joħloq dannu gravi għall-proċess deċiżjonali tal-ECHA u li, peress li jirrigwarda d-deċiżjoni imminenti dwar l-approċċ futur tal-Aġenzija, l-ebda interess pubbliku superjuri ma jiġġustifika l-iżvelar. Barra dan, l-ECHA enfasizzat li hija għandha l-kompitu li tiżgura li d-reġistranti kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali u li tipprovdilhom l-istess opportunitajiet li jippreżervaw l-interessi leġittimi tagħhom. |
52 |
Barra minn hekk, l-ECHA osservat li, fid-dawl tan-numru ta’ dokumenti tekniċi sostanzjali, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti ta’ proporzjonalità, jekk hija tasal għal-konlkużjoni li l-identità tal-manifattur jew tal-importatur jikkostitwixxu informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament REACH. Hija ppreċiżat li n-neċessità li titwettaq analiżi każ b’każ, li tinkludi konsultazzjoni ta’ terzi, ta’ kull talba ta’ aċċess għal dawn id-dokumenti tekniċi tista’ tikkomprometti l-kapaċità tagħha li tiġġestixxi l-kompiti tagħha f’ċerti oqsma u li, konsegwentement, hija għandha tirreżerva d-dritt tagħha li tikkordina mal-applikanti b’mod informali sabiex issib arranġament ġust, konformement mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
53 |
Fir-rigward tal-punt 2 tat-talba, l-ECHA, billi għamlet riferiment għall-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, iddikjarat, fil-punt 1(b), tad-deċiżjoni kkontestata, li kienet “iddeċidiet li żżomm id-deċiżjoni inizjali peress li l-iżvelar tal-kwantità eżatta tas-sustanzi li jikkostitwixxu s-suġġett tat-talba jippreġudika l-interess kummerċjali tar-reġistranti involuti” u li l-“informazzjoni dwar il-kwantità eżatta tiżvela l-parti tas-suq tal-kumpanniji fir-rigward tal-kompetituri tagħhom.” Barra minn hekk, hija tafferma li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni jista’ jkollha effett mil-lat ta’ dritt tal-kompetizzjoni. |
54 |
L-ECHA ddikjarat li ma rrilevat ebda interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar. Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, hija nnutat li t-talba kienet immotivata mix-xewqa li jiġi promoss l-approċċ regolatorju fil-konfront ta’ sustanzi kimiċi li jistgħu jiġu identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Madankollu, il-leġiżlatur jipprovdi, permezz tar-Regolament REACH, mezzi li jippermettu l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju li joħolqu dawn is-sustanzi, prinċipalment il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, din tal-aħħar tipprovdi konsultazzjoni pubblika wiesgħa. |
55 |
Fir-rigward tal-punt 3 tat-talba, l-ECHA kkonfermat, fil-punt 1(c) tad-deċiżjoni kkontestata, li “id-dokument mitlub ma jissemma la fid-databases [tagħha] u lanqas fid-dossiers [tagħha]”. |
56 |
Hija enfasizzat li r-Regolament Nru 1049/2001 ma jimponix obbligu li jinħolqu dokumenti sabiex jiġu sodisfatti talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Madankollu, sabiex ikun jista’ jiġi mogħti tali dokument lil ChemSec, hija jkollha tiġbor l-informazzjoni msemmija fid-dossiers kollha ta’ reġistrazzjoni u tikkalkola l-medda ta’ tunnellaġġ totali tal-kwantitajiet tas-sustanzi inkwistjoni (jekk it-talbiet għal reġistrazzjoni jkunu ġew verament imressqa għal dawn is-sustanzi kollha). Hija ppreċiżat li se jkun l-istess għall-aċċess għall-medda ta’ tunnellaġġ kumulattiv preċiż li jirrigwarda kull sustanza li tissemma fit-talba, fil-każ fejn din ikollha tiġi interpretata b’dan il-mod. |
57 |
Madankollu, l-ECHA żiedet li hija ġabret l-informazzjoni pprovduta dwar il-meddiet ta’ tunnellaġġ mir-rekords individwali tas-sustanzi elenkati fit-talba. Hija annettiet mal-ittra tagħha tabella li fiha din l-informazzjoni, filwaqt li ppreċiżat li “[i]l-metodoloġija użata sabiex jiġi stabbilit it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ [kienet…] qed tinħadem” u li l-“ECHA ma [kinitx] għaldaqstant f’qagħda li tiggarantixxi l-eżattezza tal-imsemmija informazzjoni ġġenerata manwalment”. |
58 |
Fit-3 ta’ Mejju 2011, id-direttur eżekuttiv tal-ECHA ddeċieda, fuq parir tal-bord tad-diretturi tal-ECHA tal-24 ta’ Marzu 2011, li jestendi l-prattika ta’ tixrid fuq l-internet l-ismijiet tar-reġistranti. Din l-estensjoni tal-prattika ta’ tixrid rriżultat f’opinjoni tas-servizz legali tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2010, skont liema l-identità tar-reġistrant hija parti mill-informazzjoni li l-ECHA kellha l-obbligu li tiddissemina, skont l-Artikolu 119(2)(d), tar-Regolament REACH, bħal dawk li jissemmew fl-iskeda tad-data tas-sikurezza, sakemm ma tiġix ifformulata talba ta’ kunfidenzjalità valida skont l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament REACH. |
59 |
F’komunikazzjoni għall-istampa ppubblikata fit-18 ta’ April 2012 fuq is-sit tal-internet tagħha, l-ECHA ddikjarat li kienet ħadet deċiżjoni dwar il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex tikkalkula “ it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ” u ħabbret li se tippubblika din id-data f’Ġunju 2012. Fil-25 ta’ Lulju 2012, ġiet ippubblikata rettifika ta’ din komunikazzjoni tal-istampa fuq is-sit tal-internet tal-ECHA sabiex tikkorreġi żball fil-metodu ta’ kalkolu. |
60 |
F’Ġunju 2012, l-ECHA ppubblikat fuq is-sit tal-internet tagħha t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ aggregat li fih kull sustanza kienet ġiet irreġistrata, l-eċċezzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ġiet mitluba l-kunfidenzjalità, konformement mal-Artikolu 119(2)(b) tar-Regolament REACH. |
61 |
F’Lulju 2012, l-ECHA ppubblikat il-verżjoni 2.0 tal-“manwal tal-preżentazzjoni tad-dejta”, li fih fil-parti 15, intitolata “It-Tqassim”, hija spjegata, b’mod partikolari, il-metodoloġija ta’ pubblikazzjoni tal-ismijiet u l-indirizzi tar-reġistranti. Il-verżjoni 2.0 tal-parti 16 ta’ dan il-manwal, intitolata “Klejms għal Kunfidenzjalità: Kif jitressqu t-talbiet ta’ kunfidenzjalità u kif jiġu fformulati l-ġustifikazzjonijiet tat-talbiet ta’ kunfidenzjalità konformement mal-Artikolu 119(2) [tar-Regolament REACH]”, ġie wkoll ippubblikat, f’Lulju 2012, fuq is-sit tal-internet tal-ECHA u jirrifletti, b’mod partikolari, “l-emendi li jirriżultaw mill-elementi addizjonali għat-talbiet ta’ kunfidenzjalità skont l-Art[ikolu] 119(2)(d) [tar-Regolament REACH] dwar “[i]nformazzjoni oħra murija fl-iskeda tad-data tas-sikurezza”. |
62 |
Permezz tal-komunikazzjoni tal-istampa tat-28 ta’ Novembru 2012, l-ECHA ħabbret li, wara reviżjonijiet tas-sistema informatika tagħha, it-tixrid tal-ismijiet tar-reġistranti, fuq is-sit tal-internet tagħha, kienet għadha kemm bdiet. Madankollu l-ECHA ppreċiżat li l-ismijiet li hija kienet laqgħet talba ta’ kunfidenzjalità dwarhom kienu eżenti mit-tixrid. |
Proċedura u t-talbiet tal-partijiet
63 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Mejju 2011, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors. |
64 |
B’att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-3 ta’ Awwissu 2011, skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ECHA qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Ir-rikorrenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din l-eċċezzjoni fit-28 ta’ Settembru 2011. Permezz ta’ digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011, l-eċċezzjoni ġiet magħquda mal-mertu u l-ispejjeż ġew riżervati. |
65 |
B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-9 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni u l-European Chemical Industry Council (“CEFIC”) talbu sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-ECHA. |
66 |
B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fit-18 ta’ Awwissu 2011, ir-Renju tad-Danimarka talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti. |
67 |
Permezz ta’ digrieti tat-8 ta’ Frar 2012, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talbiet biex jintervjenu tal-Kummissjoni u tar-Renju tad-Danimarka u, permezz tad-digriet tat-18 ta’ Ottubru 2012, laqa’ t-talba biex tintervjeni ċ-Cefic. |
68 |
Fit-22 ta’ Marzu u fl-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni u ċ-Cefic ippreżentaw rispettivament in-noti ta’ intervent tagħhom. |
69 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-21 ta’ Marzu 2012, ir-Renju tad-Danimarka talab li jirtira t-talba tiegħu sabiex jintervjeni. |
70 |
Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Mejju 2012, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba ta’ rtirar tar-Renju tad-Danimarka u kkundanna lil dan tal-aħħar sabiex ibati l-spejjeż tiegħu. |
71 |
Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tieni Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla. |
72 |
Fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura l-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet, li għalihom dawn tal-aħħar wieġbu fit-terminu stabbilit. |
73 |
Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. |
74 |
It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-30 ta’ Jannar 2015. |
75 |
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
76 |
L-ECHA titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
77 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
78 |
Iċ-Cefic jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
79 |
Bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti speċifikaw li, fil-formulazzjoni tat-talbiet tagħhom fir-risposta, huma ma żammewx it-talbiet tagħhom fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-ECHA kisret il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ir-Regolament Nru 1367/2006 u r-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, ir-rikorrenti rrinunzjaw għat-tielet motiv, sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kif ġie vverbalizzat fil-proċess verbali tas-seduta. |
Id-dritt
A – Fuq l-ammissibbiltà
1. Fuq l-eċċezzjoni ta ’ inammissibbiltà
80 |
Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha, l-ECHA tallega, essenzjalment, li r-rikors huwa inammissibbli, fir-rigward ClientEarth, minħabba li din ma kinitx parti fit-talba inizjali ta’ aċċess għad-dokumenti u ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, u, fir-rigward ChemSec, minħabba li r-rikors ma kienx iffirmat f’isimha mill-avukat tagħha, b’tali mod li hija ma hijiex irrappreżentata minn avukat quddiem il-Qorti Ġenerali. |
81 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat, it-tieni lment tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, imqajjem mill-ECHA fil-konfront ta’ ChemSec. |
82 |
L-ECHA ssostni li ChemSec ma hijiex irrappreżentata minn avukat, fis-sens tal-Artikolu 19 tas-Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant ma hijiex parti mit-talba għal annullament tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba l-fatt li r-rikors ma huwiex iffirmat mill-avukat tagħha f’isimha. Bl-iffirmar f’isem ClientEarth biss u billi l-firma hija preċeduta mill-kliem “ippreżentat rispettivament minn ClientEarth permezz ta’ Pierre Kirch, avukat” u, iktar ’l isfel, bil-kliem “f’isem ClientEarth”, l-avukat illimita r-rappreżentanza tiegħu għal din tal-aħħar. |
83 |
Barra minn hekk, l-ECHA ssostni li l-lista ta’ provi prodotti insostenn tar-rikors fil-kawża prinċipali hija ffirmata mill-avukat “għan-nom ta’ ClientEarth”, mingħajr riferiment għal ChemSec. |
84 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, l-oriġinal ta’ kull att ta’ proċedura għandu jiġi ffirmat mill-aġent jew l-avukat tal-partijiet. |
85 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li r-rikors għal annullament ġie redatt mill-avukat għan-nom kemm ta’ ClientEarth kif ukoll ta’ ChemSec, kif jirriżulta mill-ewwel paġna tar-rikors. |
86 |
Barra minn hekk, fil-paġni 2 u 3 tal-imsemmi rikors, tidher l-informazzjoni li tirrigwarda ż-żewġ rikorrenti, b’mod partikolari l-indirizz u n-numru tat-telefon rispettivi tagħhom kif ukoll indikazzjoni li l-avukat qed jirrappreżenta liż-żewġ rikorrenti. |
87 |
It-tieni nett, ma huwiex bl-ebda mod ikkontestat mill-ECHA li r-rikors fih l-oriġinal tal-firma tal-avukat. |
88 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li kull wieħed mir-rikorrenti debitament iddelega setgħa ta’ rappreżentanza lill-avukat li ffirma r-rikors. |
89 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikors huwa konformi kemm mal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, billi fih il-firma tal-avukat tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll mal-Artikolu 44(1) tal-imsemmi regolament, billi jispeċifika l-ismijiet u l-indirizzi tar-rikorrenti kif ukoll jindika l-parti li kontriha qed jiġi ppreżentat ir-rikors. |
90 |
Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-fatt li l-aħħar paġna tar-rikors fiha l-kliem “ippreżentat rispettivament minn ClientEarth permezz ta’ Pierre Kirch, avukat” segwita mill-firma tal-avukat u, iktar ’l isfel il-kliem, “għan-nom ta’ ClientEarth”, mingħajr ma jidher isem ChemSec. |
91 |
Minn naħa waħda, ma jirriżulta mill-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li dan il-kliem huwa mandatorju u li l-avukat għandu jispeċifika fl-aħħar paġna tar-rikors, wara l-firma tiegħu, ir-rikorrenti kkonċernati. |
92 |
Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi sostnut b’mod raġonevoli, fid-dawl tal-kontestazzjonijiet imwettqa fil-punti 84 sa 88 hawn fuq, li s-sempliċi fatt li tissemma ClientEarth qabel u wara l-firma tal-avukat qed tillimita r-rappreżentanza quddiem il-Qorti Ġenerali għal din ir-rikorrenti biss. |
93 |
Sa fejn l-ECHA tosserva li jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2007, Il-Parlament vs Eistrup (T-223/06 P, Ġabra p. II-1581), li l-preżenza tal-firma ta’ avukat hija kkunsidrata bħala regola sostanzjali ta’ forma li għandha applikata b’mod strett u li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha twassal għall-inammissibbiltà tar-rikors, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li s-sentenza Il-Parlament vs Eistrup, iċċitata iktar ’il fuq, tirrigwarda sitwazzjoni li fiha l-oriġinali tar-rikors speċifikament ma kellux il-firma tal-avukat, peress li kien sempliċiment it-timbru tiegħu s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali f’din is-sentenza għalhekk ma tapplikax f’dan il-każ, fejn il-firma tal-avukat fl-oriġinali tar-rikors bl-ebda mod ma hija nieqsa. |
94 |
Barra dan, peress li r-rikors huwa ffirmat mill-avukat tal-partijiet, għandu jiġi miċħud bħala irrilevanti l-argument tal-ECHA skont liema l-fatt li setgħa ta’ rappreżentanza tidher fir-rikors ma tikkumpensax għall-assenza ta’ firma tal-avukat tal-partijiet. |
95 |
Minn dan isegwi li, mill-kliem li jidher fl-ewwel paġna tar-rikors skont liema dan tal-aħħar ġie ppreżentat f’isem iż-żewġ rikorrenti, mill-informazzjoni dwar ir-rikorrenti fil-paġni 2 u 3 tar-rikors, mill-firma tal-avukat li tidher fl-aħħar paġna tiegħu u bit-tressiq taż-żewġ prokuri stabbiliti għal kull rikorrent f’isem l-istess avukat, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991 ġew osservati. |
96 |
Fir-rigward ta’ ChemSec, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha għalhekk tiġi miċħuda. |
97 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-locus standi ta’ ClientEarth, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti ppreżentaw l-uniku u l-istess rikors. Madankollu, skont ġurisprudenza li issa hija stabbilita sew, fir-rigward tal-uniku u l-istess rikors, meta wieħed mir-rikorrenti jkollu locus standi, ma hemmx lok li jiġi eżaminat il-locus standi tar-rikorrenti l-oħra, għajr sabiex wieħed jibbaża ruħu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 1993, CIRFS et vs Il-Kummissjoni, C-313/90, Ġabra p. I-1125, punt 31; tad-9 ta’ Ġunju 2011, Comitato“Venezia vuole vivere”et vs Il-Kummissjoni, C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P, Ġabra p. I-4727, punti 36 sa 38, u tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013, Cisco Systems u Messagenet vs Il-Kummissjoni, T‑79/12, Ġabra, punt 40). |
98 |
Fil-każ inkwistjoni, anki li kieku kellu jitqies li eżami separat tal-ammissibbiltà tar-rikors ta’ ClientEarth jiżvela li din ma għandhiex locus standi, il-Qorti Ġenerali xorta waħda jkollha teżamina r-rikors fl-intier tiegħu. Għaldaqstant ma jeżistux motivi ta’ ekonomija ta’ proċedura li jiġġustifikaw li l-Qorti Ġenerali tiddevja mill-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Cisco Systems u Messagenet vs Il-Kummissjoni, punt 97 iktar ’il fuq, punt 40). |
99 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jirriżulta li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha. |
2. Fuq it-tmiem tan-nuqqas ta ’ ammissibbiltà bbażata fuq l-inammissibbiltà tas-suġġett tar-rikors
100 |
L-ECHA ssostni li dan il-każ jirrigwarda talba għal informazzjoni speċifika u mhux talba ta’ aċċess għad-dokumenti jew għal informazzjoni ambjentali. It-talba inkwistjoni ma kinitx validament magħmula skont ir-Regolament Nru 1049/2001, b’tali mod li kienet inammissibbli, u għalhekk ma kellhomx jirċievu risposta mill-ECHA skont tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, ikun improbabbli li tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. |
101 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, huma biss il-miżuri li jipproduċu effetti legali vinkolanti li jistgħu jeffettwaw l-interessi ta’ terzi billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tagħhom li jikkostitwixxu atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2010, Il-Kummissjoni vs CdT, T-456/07, Ġabra p. II-183, punt 52, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
102 |
Barra minn dan, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sustanza tal-miżura li tagħha jintalab l-annullament, sabiex jiġi ddeterminat jekk hija tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, peress li l-forma li biha din ġiet adottata hija, bħala prinċipju, irrilevanti f’dan ir-rigward (ara d-digriet Il-Kummissjoni vs CdT, punt 101 iktar ’il fuq, punt 53, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
103 |
Manifestazzjoni ta’ opinjoni bil-miktub jew sempliċi dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ma jistgħux jikkostitwixxu deċiżjoni ta’ natura li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, peress li ma jistgħux jipproduċu effetti legali jew mhumiex intiżi sabiex jipproduċu tali effetti (ara d-digriet Il-Kummissjoni vs CdT, punt 101 iktar ’il fuq, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
104 |
Barra minn hekk, ġie deċiż, fir-rigward ta’ rikorsi għal annullament ippreżentati minn individwi, li kull ittra mibgħuta b’risposta għal talba magħmula mid-destinatarju tagħha ma tikkostitwixxix neċessarjament deċiżjoni li tiftaħ it-triq għar-rikors għal annullament (ara d-digriet Il-Kummissjoni/CdT, punt 101 iktar ’il fuq, punt 56, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
105 |
Fir-rigward madankollu tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 8(1) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jikkostitwixxi l-espressjoni speċifika tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja, kull rifjut ta’ aċċess għal dokumenti mitluba mill-amministrazzjoni jista’ jiġi kkontestat b’mod ġudizzjarju. Dan jgħodd indipendentement mill-motiv invokat sabiex jiġi rrifjutat dan l-aċċess (is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il-Kummissjoni, C‑127/13 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 39). |
106 |
Għalhekk, ma jeffettwax id-dritt għal azzjoni legali tal-persuni kkonċernati l-fatt li jiġi sostnut li l-aċċess għal dokument għandu jiġi rrifjutat għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 jew li jiġi sostnut li d-dokument mitlub ma jeżistix. Kwalunkwe soluzzjoni oħra tirrendi impossibbli l-isħarriġ li l-qorti tal-Unjoni għandha twettaq fir-rigward tal-fondatezza ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, għaliex ikun biżżejjed għall-istituzzjoni kkonċernata li tafferma li dokument ma jeżistix sabiex tevita kull stħarriġ ġudizzjarju. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-ineżistenza ta’ dokument li jiġi mitlub l-aċċess għalih jew il-fatt li huwa ma huwiex fil-pussess tal-istituzzjoni kkonċernata ma jimplikawx l-inapplikabbiltà tar-Regolament Nru 1049/2001 (is-sentenza Strack vs Il-Kummissjoni, punt 105 iktar ’il fuq, punti 40 u 41). |
107 |
Għandu jiġi rrilevat li ċ-ċaħda ta’ talba konfermatorja, bħala prinċipju, tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. Il-punt 1 tad-deċiżjoni kkontestata huwa għalhekk intitolat “Deċiżjoni dwar it-talba konfermatorja tagħkom” u, kif jipprevedi l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-ECHA informa lil ChemSec fil-punt 3 tad-deċiżjoni kkontestata dwar il-possibbiltà li tippreżenta rikors skont l-Artikolu 263 TFUE. |
108 |
L-argument tal-ECHA li talba inamissibbli ma tistax tkun suġġetta għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 u, sussegwentement, għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistax jintlaqa’. |
109 |
Ċertament, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 104 hawn fuq, kull risposta għal talba għal informazzjoni ġenerali ma tikkostitwixxix neċessarjament deċiżjoni li twassal għar-rikors għal annullament. |
110 |
Madankollu, ir-rikorrenti talbu informazzjoni definiti sew, dwar lista ta’ sustanzi speċifiċi u maħsuba li huma, skont ir-rikorrenti, fil-pussess tal-ECHA. Fir-risposta tagħha, l-ECHA ma llimitatx ruħha li tikkomunika sempliċiment l-informazzjoni ġenerali, iżda hija adottat deċiżjoni li tiċħad it-talba għal informazzjoni. Indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk l-ECHA kinitx obbligata jew le li tagħti l-aċċess għall-imsemmija informazzjoni, b’mod partikolari skont ir-Regolament Nru 1049/2001, minn dan lanqas ma jirriżulta li hija deċiżjoni negattiva intiża li tipproduċi effetti legali u li tista’ tiġi kkontestata b’rikors. |
111 |
Minn dan isegwi li l-ECHA ma tistax issostni li r-risposta konfermattiva tagħha għat-talba għal informazzjoni tar-rikorrenti hija att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, b’tali mod li r-raġuni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda. |
B – Fuq iż-żamma tas-suġġett tal-kawża fir-rigward tat-talba għal informazzjoni billi tirrigwarda l-ismijiet u d-dettalji tar-reġistranti li ġew żvelati wara l-preżentata tar-rikors
112 |
Permezz tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, ChemSec talbet l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ismijiet tal-manifatturi jew tal-importaturi mad-dettalji li jirrigwardaw 356 sustanza kimika (ara l-punt 35 hawn fuq). |
113 |
Peress li, wara l-preżentata tar-rikors, l-ECHA implementat prattika ġdida ta’ tixrid fuq l-internet ta’ ċerta informazzjoni msemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament REACH u li ppubblikat fuq is-sit tal-internet tagħha, f’ Novembru 2012, parti mill-informazzjoni mitluba, għandu jiġi eżaminat sa fejn ir-rikorrenti għandhom interess ġuridiku fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni. |
114 |
Għandu jitfakkar li jirriżulta mill-ġurisprudenza, li l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu, fid-dawl tas-suġġett tar-rikors, ikun preżenti fil-mument li fih dan jitressaq, u fin-nuqqas ta’ dan, ir-rikors għandu jitqies li huwa inammissibbli. Dan is-suġġett tal-kawża, bħall-interess ġuridiku, għandu jissussisti sakemm tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan, ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni, u dan jippresupponi li r-rikors jista’, jekk jirnexxi, ikun ta’ benefiċċju għall-parti li tkun ippreżentatu (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, C-362/05 P, Ġabra p. I-4333, punt 42, u tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2011, Access Info Europe vs Il-Kunsill, T-233/09, Ġabra p. II-1073, punt 33). |
115 |
Madankollu, jekk l-interess ġuridiku tar-rikorrent ma jibqax jeżisti matul il-proċedura deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq il-mertu ma tista’ tkun ta’ ebda benefiċċju għalih (is-sentenzi Wunenburger vs Il-Kummissjoni, punt 114 iktar ’il fuq, punt 43, u Access Info Europe vs Il-Kunsill, punt 114 iktar ’il fuq, punt 33). |
116 |
F’dan il-każ, mir-risposta tal-ECHA għad-domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li hija ppubblikat l-ismijiet tal-kumpanniji għas-sustanzi kollha irreġistrati sal-aħħar ta’ Novembru 2012, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom il-kumpanniji ressqu talba ta’ kunfidenzjalità. Hija speċifikat li l-pubblikazzjoni kienet tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kumpannija, iżda kienet teskludi kull informazzjoni ta’ natura personali (bħan-numri tat-telefon jew l-indirizzi tal-posta elettronika li jistgħu jiġu assoċjati mal-membri tal-persunal tal-kumpannija). Fir-rigward tas-sustanzi inkwistjoni, l-ECHA indikat li 95 reġistranti talbu li l-identità tagħhom ma tiġix żvelata, b’tali mod li, għal 55 tal-imsemmijin sustanzi, li n-“numéros CE” tagħhom jidher fl-Anness Q.2, ismijiet tal-kumpanniji u l-indirizzi kollha ma humiex disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-ECHA. Min-naħa l-oħra, għas-6 611 kumpannija li rreġistraw is-sustanzi inkwistjoni, l-informazzjoni ġiet ippubblikata fl-intier tagħha (bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni ta’ natura personali). Għandu jiġi ppreċiżat li d-data li tirrigwarda l-informazzjoni li ġiet ippubblikata tirriżulta minn estratt mid-database tal-ECHA tat-23 ta’ April 2014. Matul is-seduta, l-ECHA spjegat li n-numru ta’ reġistranti li l-identità tagħhom ġiet jew ma ġietx ippubblikata hija f’evoluzzjoni kostanti. Id-data disponibbli ma hijiex għaldaqstant aġġornata u tirrappreżenta biss l-istat ta’ pubblikazzjoni fid-data tat-23 ta’ April 2014. |
117 |
Fir-rigward tal-informazzjoni inkwistjoni li issa hija aċċessibbli lill-pubbliku, l-ECHA ddikjarat fir-risposta tagħha għad-domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali li r-rikors m’għadx għandu skop filwaqt li l-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti ma għandhom l-ebda interess fit-tkomplija tal-proċedura f’dan ir-rigward. |
118 |
Ir-rikorrenti jirrilevaw, fil-punt 1 tar-risposta tagħhom għad-domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, li l-ismijiet kollha ma ġewx ikkomunikati mill-ECHA u li, għalhekk, it-talba tagħhom ġiet biss milqugħa parzjalment, b’tali mod li l-kwistjoni tal-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda li tirrigwarda l-punt 1 tat-talba għal informazzjoni tibqa’ miftuħa u għandha tiġi deċiża mill-Qorti Ġenerali. Fis-seduta, huma speċifikaw li qed jitolbu li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi xorta waħda dwar il-punt 1 tat-talba għal informazzjoni sa fejn dan jirrigwarda informazzjoni li kienet, fil-frattemp, disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-ECHA. |
119 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fil-konfront tal-informazzjoni mitluba li ġiet żvelata fuq is-sit tal-internet tal-ECHA, il-kawża tilfet l-iskop tagħha u r-rikorrenti tilfu l-interess ġuridiku tagħhom, b’tali mod li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2004, Turco vs Il-Kunsill, T-84/03, Ġabra p. II-4061, punti 28 sa 30; tad-9 ta’ Settembru 2011, LPN vs Il-Kummissjoni, T-29/08, Ġabra p. II-6021, punt 57; id-Digrieti tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2012, Nickel Institute vs Il-Kummissjoni, T‑180/10, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 20; tal-14 ta’ Jannar 2014, Miettinen vs Il-Kunsill, T‑303/13, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 17 sa 19, u tas-7 ta’ Mejju 2014, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, T‑511/10, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 20). |
120 |
F’dan id-dawl, fir-rigward ta’ din l-informazzjoni, it-talba tar-rikorrenti tista’ għaldaqstant tiġi kkunsidrata li ġiet sodisfatta. L-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li tirrifjuta l-aċċess għal dik l-informazzjoni, ma jipprovdi, għalhekk, ebda benefiċċju. |
121 |
Minn dan isegwi li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba fir-rigward tal-ismijiet u tad-dettalji li ġew żvelati fuq is-sit tal-internet tal-ECHA. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 116 hawn fuq, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat eżattament sa fejn din l-informazzjoni hija attwalment aċċessibbli fuq l-internet. Peress li l-ECHA pprovdiet biss informazzjoni fuq l-istat ta’ pubblikazzjoni fid-data tat-23 ta’ April 2014, in-nuqqas ta’ lok li tingħata deċiżjoni għandu jiġi limitat għad-data ppubblikata f’din id-data. |
122 |
Konsegwentement, se jkun meħtieġ li jiġi eżaminat ir-rikors biss sa fejn huwa dirett kontra ċ-ċaħda tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni li tirrigwarda d-data mhux ippubblikata fid-data tat-23 ta’ April 2014 kif ukoll iċ-ċaħda tal-punti 2 u 3 tat-talba għal informazzjoni. |
C – Fuq il-mertu
123 |
Insostenn tar-rikors għal annullament tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi. L-ewwel motiv, dwar id-deċiżjoni tal-estensjoni tat-terminu tar-risposta għat-talba konfermatorja, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4, (4) u (6) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2), u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2), u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
124 |
Fir-rigward tal-mod li għandhom jiġu eżaminati dawn il-motivi, għandu jiġi osservat li l-ewwel motiv jirrigwarda indistintament il-punti tal-applikazzjoni għal informazzjoni kollha u għaldaqstant jista’ jiġi eżaminat fid-dawl ta’ dawn il-punti kollha, filwaqt li l-erba’ motivi l-oħra għandhom jiġu eżaminati separatament għal kull wieħed mit-tliet punti tat-talba għal informazzjoni. |
125 |
Fir-rigward tal-punt 1 tagħha, sakemm jirrigwarda data li għadha ma ġietx ippublikata fid-data tat-23 ta’ April 2014, ir-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati rispettivament, ir-raba’ fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u fuq l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-ħames fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, għandhom jiġu analizzati flimkien. |
126 |
Fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, għandhom jiġu eżaminati r-raba’ u l-ħames motivi, sa fejn huma bbażati, rispettivament, il-ħames, fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll it-tielet motiv, sa fejn huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, inkunsiderazzjoni tal-koinċidenzi bejn dawn il-motivi. Barra minn hekk, għandu jiġi eżaminat, fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4, (4) u (6) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
127 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni, huwa importanti li jiġi eżaminat, minn naħa waħda, it-tieni motiv, sa fejn huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, min-naħa l-oħra, it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1), (3), u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. |
1. Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jirrigwarda l-punti 1 sa 3 tat-talba għal informazzjoni
128 |
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li d-deċiżjoni tal-ECHA li testendi t-terminu għar-risposta għat-talba konfermatorja ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
129 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjoni kkonċernata għandha terminu ta’ ħmistax-il jum utli sabiex tirrispondi għat-talba konfermatorja. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jipprevedi li “[f]’każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta’ applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta’ dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati”. Fl-aħħar nett, konformement mal-Artikolu 8(3), tal-imsemmi regolament, “ [n]uqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE”. |
130 |
Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-iskadenza tat-termini previsti mill-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma għandux l-effett li jċaħħad l-istituzzjoni mis-setgħa li tadotta deċiżjoni espliċita (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2010, Co‑Frutta vs Il-Kummissjoni, T-355/04 u T-446/04, Ġabra p. II-1, punt 56, u tal-10 ta’ Diċembru 2010, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-494/08 sa T-500/08 u T-509/08, Ġabra p. II-5723, punt 50). |
131 |
Fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti, il-leġiżlatur ippreveda l-konsegwenzi ta’ qbiż tat-terminu previst fl-Artikolu 8(1) u 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, billi jipprevedi, fl-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament, li l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni mill-istituzzjoni jagħti lok għad-dritt li jitressaq rikors ġudizzjarju (is-sentenza Co‑Frutta/Il-Kummissjoni, punt 130 iktar ’il fuq, punt 58). |
132 |
Il-qbiż tat-terminu ta’ risposta għal talba konfermatorja ma tistax madankollu tivvizzja d-deċiżjoni li tingħata dwar it-talba konfermatorja b’illegalità li tiġġustifika l-annullament tagħha (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2012, Steinberg vs Il-Kummissjoni, T‑17/10, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 102). |
133 |
F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-ECHA sostniet, fl-ittra tagħha ta’ estensjoni tat-8 ta’ Frar 2011, wara li fakkret fil-kontenut tat-talba, li l-estensjoni tat-terminu kien iġġustifikat minħabba l-fatt li t-talba kienet tirrigwarda numru kbir ħafna ta’ dokumenti mressqa fil-kuntest tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH għas-sustanzi elenkati fit-talba u li din tal-aħħar timplika ammont utli kunsiderevoli għall-ECHA. |
134 |
Ir-rikorrenti jidhru li qed iqisu li l-allegata illegalità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tista’ teffettwa l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. |
135 |
Madankollu, anki jekk id-deċiżjoni ta’ estensjoni ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, din l-irregolarità ma għandhiex inċidenza fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. |
136 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 132 hawn fuq, is-sempliċi qbiż tat-terminu ta’ risposta għat-talba konfermatorja ma jistax jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Dan japplika wkoll meta l-legalità jew il-validità ta’ deċiżjoni ta’ estensjoni jiġu kkontestati. Fil-fatt, anki jekk l-invalidità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tippermetti biss li jiġi kkunsidrat, l-iktar l-iktar, li t-terminu għar-risposta għat-talba konfermatorja ma jiġix estiż u li, konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet adottata wara l-iskadenza tat-terminu, iżda dan ma jaffettwax il-legalità tagħha. |
137 |
Barra dan, xejn ma jippermetti li jiġi konkluż li l-ECHA kienet tasal għal deċiżjoni differenti mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata, kieku ma ħaditx id-deċiżjoni ta’ estensjoni. |
138 |
Minn dan isegwi li l-ewwel motiv huwa infondat. |
139 |
Barra minn hekk, l-ewwel nett, sa fejn ir-rikorrenti jidhru li qed jissuġġerixxu li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ estensjoni (ara l-punt 133 hawn fuq) ma tippermettilhomx li jiġi ddeterminat jekk din id-deċiżjoni hija vvizzjata minn żball huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-imsemmija motivazzjoni hija ddettaljata biżżejjed sabiex tippermettilhom jifhmu r-raġunijiet li wasslu lill-ECHA sabiex testendi t-terminu u, għaldaqstant, biex tifforma opinjoni dwar il-legalità ta’ din id-deċiżjoni. |
140 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-fondatezza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-estensjoni, għandu jitfakkar li tressqet quddiem l-ECHA talba ta’ aċċess għad-dokumenti li tirrigwarda tliet kategoriji ta’ informazzjoni differenti dwar 356 sustanza differenti. Għaldaqstant, it-talba kienet tirrigwarda numru kbir ħafna ta’ dokumenti u setgħet, fil-fatt, tinvolvi ammont ta’ xogħol eċċezzjonali, b’tali mod li l-kundizzjonijiet ta’ estensjoni previsti mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu sodisfatti f’dan il-każ. |
141 |
Anki jekk ir-rikorrenti jammettu li l-kundizzjonijiet ta’ estensjoni “teoretikament eżistew”, huma jsostnu madankollu li l-estensjoni ma kinitx iġġustifikata, peress li l-ECHA la kkonsultat lil terzi u lanqas evalwat id-dokumenti mitluba każ b’każ. |
142 |
Essenzjalment, ir-rikorrenti jidhru li qed jilmentaw li l-ECHA ma użatx l-estensjoni tat-terminu sabiex teżamina korrettament it-talba konfermatorja. Dan l-argument għandu jiġi miċħud, peress li l-allegati żbalji mwettqa matul l-eżami tat-talba konfermatorja ma jikkontestawx l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, dawn l-allegati żbalji jistgħu jeffettwaw il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata nnifisha, iżda mhux dik tad-deċiżjoni tal-estensjoni tat-terminu. |
143 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud. |
2. Fuq ir-raba ’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, ir-raba ’, fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li jirrigwardaw il-punt 1 tat-talba għal informazzjoni
144 |
Sakemm il-punt 1 tat-talba għal informazzjoni tirrigwarda l-ismijiet u d-dettalji tar-reġistranti li għadhom ma ġewx ippubblikati fuq l-internet sad-data tat-23 ta’ April 2014, għandha ssir analiżi konġunta tar-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati, meta meħuda flimkien, fuq il-fatt li l-ECHA invokat b’mod żbaljat ir-raġunijiet għal rifjut previsti, minn naħa waħda, fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 4(3) tal-imsemmi regolament. |
145 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 15(3) TFUE, kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt riżerva tal-prinċipji u tal-kundizzjonijiet li huma stabbiliti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż, kif jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, li jikkonferixxi lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet l-iktar estiż possibbli. Minn dan ir-regolament jirriżulta wkoll, b’mod partikolari mill-premessa 11 u mill-Artikolu 4 tiegħu, li jipprevedi sistema ta’ eċċezzjonijiet f’dan ir-rigward, li dan id-dritt għal aċċess xorta waħda huwa suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, Ġabra, punt 40, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
146 |
Għandu jitfakkar ukoll li l-eċċezzjonijiet tal-aċċess għad-dokumenti għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett, sabiex ma tiġix ippreġudikata l-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali li tikkonsisti fil-fatt li l-pubbliku jingħata l-iktar aċċess possibbli għad-dokumenti fil-pussess tal-istituzzjonijiet (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2007, L-Isvezja vs Il-Kummissjoni, C-64/05 P, Ġabra p. I-11389, punt 66, u tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2006, Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni, T-391/03 u T-70/04, Ġabra p. II-2023, punt 84). |
a) Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001
147 |
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA ma ppruvatx l-eżistenza ta’ preġudizzju konkret biżżejjed għall-interess protett mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, huma jikkontestaw il-fatt li l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba tista’ tiġi kkunsidrata bħala li tippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati, skont l-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH. Ir-rikorrenti josservaw, b’mod partikolari, li l-pubblikazzjoni tal-ismijiet tar-reġistranti fuq is-sit tal-internet tal-ECHA tmur kontra l-argument tal-ECHA fuq dan il-punt. |
148 |
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-aċċess għal dokument għandu jiġi rrifjutat mill-istituzzjonijiet meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument ikkonċernat. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH jispeċifika, f’dan ir-rigward, li, bħala prinċipju, l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar ir-rabtiet eżistenti bejn manifattur jew importatur u d-distributuri tiegħu jew l-utenti downstream tiegħu huwa kkunsidrat bħala li tikser il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuna kkonċernata. |
149 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, l-ECHA rrifjutat l-aċċess għall-informazzjoni mitluba, b’mod partikolari, peress li l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-manifattur jew l-importatur ta’ sustanzi rreġistrati serjament tirriskja li tiżvela tali informazzjoni u għaldaqstant, skont l-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH, tista’ tippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali (ara l-punt 48 hawn fuq). |
150 |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-ECHA ssostni li hija applikat korrettament, fid-deċiżjoni kkontestata, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH. Hija ssostni wkoll li l-Artikolu 119 tar-Regolament REACH jistabbilixxi sistema speċifika u eżawrjenti ta’ komunikazzjoni u ta’ kunfidenzjalità. |
151 |
Madankollu, l-ismijiet u d-dettalji hija informazzjoni li taqa’ taħt l-Artikolu 119(2)(d) tar-Regolament REACH. Barra dan, minn Novembru 2012, l-ECHA bdiet tippubblika, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, fuq is-sit tal-internet tagħha, l-ismijiet u d-dettalji għas-sustanzi kollha rreġistrati, għajr f’każ ta’ talba ta’ kunfidenzjalità. Għaldaqstant, l-ECHA ma setgħetx tibbaża r-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni mitluba fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118(2)(d), tar-Regolament REACH. |
152 |
Fil-fatt, meta jitqies, minn naħa waħda, li s-sistema ta’ tixrid fuq l-internet, stabbilita mill-Artikolu 119 tar-Regolament REACH hija eżawrjenti, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH, ma huwiex applikabbli għall-informazzjoni intiża mill-Artikolu 119 tal-imsemmi regolament u, konsegwentement, ir-rifjut għal aċċess għall-informazzjoni dwar l-ismijiet u d-dettalji tar-reġistranti ma huwiex iġġustifikat. |
153 |
Meta jitqies, min-naħa l-oħra, li s-sistema prevista mill-Artikolu 119 tar-Regolament REACH ma teskludix totalment, bħala prinċipju, is-sistema ta’ aċċess għad-dokumenti prevista mill-Artikolu 118 tar-Regolament REACH u r-Regolament Nru 1049/2001, lanqas ma jirriżulta li l-Artikolu 119(2)(d) tar-Regolament REACH jipprevedi li l-informazzjoni mitluba f’dan il-każ għandha tiġi żvelata fuq l-internet, għajr jekk l-ECHA tilqa’ talba ta’ kunfidenzjalità. Konsegwentement, fl-assenza ta’ din it-talba, l-ECHA, ma tistax timmotiva r-rifjut ta’ kull żvelar ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-preżunzjoni legali prevista fl-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH, peress li l-iżvelar tagħha jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati. Fil-fatt, il-preżunzjoni legali tal-Artikolu 118 tar-Regolament REACH tista’ biss tiġġustifika li informazzjoni, bħala prinċipju, ma tiġix żvelata filwaqt li dispożizzjoni iktar speċifika, jiġifieri l-Artikolu 119(2)(d) tar-Regolament REACH, teżiġi li din l-informazzjoni tiġi, bħala prinċipju, żvelata. |
154 |
Minn dan isegwi li l-kundizzjonijiet tar-raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118(2)(d) tar-Regolament REACH, ma humiex sodisfatti f’dan il-każ, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk u f’liema miżura l-iżvelar tal-ismijiet tar-reġistranti jista’ tassew jiżvela r-rabtiet bejn manifattur jew importatur u d-distributuri tiegħu jew l-utenti downstream tiegħu. |
b) Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001
155 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA invokat b’mod żbaljat l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti prevista mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar tal-ismijiet tal-manifatturi jew importaturi. |
156 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni timplika li jintwera li l-aċċess inkwistjoni seta’ jippreġudika konkretament u effettivament l-interess protett mill-eċċezzjoni u li r-riskju ta’ preġudizzju kien raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2008, Muñiz vs Il-Kummissjoni, T‑144/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 74, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
157 |
Barra minn hekk, sabiex jaqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-preġudizzju għall-proċess deċiżjonali jrid ikun gravi. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta l-iżvelar tad-dokumenti msemmija jkollu impatt sostanzjali fuq il-proċess deċiżjonali. Issa, l-evalwazzjoni tal-gravità tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari fuq l-effetti negattivi fuq il-proċess deċiżjonali, invokati mill-istituzzjoni dwar l-iżvelar tad-dokumenti msemmija (is-sentenza Muñiz vs Il-Kummissjoni, punt 156 iktar ’il fuq, punt 75). |
158 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, l-ECHA kkonkludiet li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ġew sodisfatti f’dan il-każ. B’mod partikolari, l-ECHA osservat li hija kienet qed teżamina mill-ġdid il-proċessi marbuta mat-tixrid mal-pubbliku ta’ informazzjoni dwar is-sustanzi skont l-Artikolu 119(2) tar-Regolament REACH u li l-eżami mill-ġdid jirrigwarda b’mod partikolari t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-identità tal-manifattur, importatur jew distributur. L-ECHA speċifikat li, jekk hi tiddeċiedi li tippubblika, fil-ġejjieni, l-identità ta’ dawn il-persuni għal ċerti kategoriji ta’ sustanzi, hija jkollha tadatta dawn il-proċeduri u s-sistema informatika tagħha u, b’mod partikolari, tadotta, fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet eżistenti, il-possibbiltà għall-persuni interessati li jressqu applikazzjoni ta’ kunfidenzjalità, dwar l-identità tagħhom. Hija żiedet li, billi tippermetti l-aċċess għall-informazzjoni mitluba abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 mhux biss jiġġenera ammont ta’ xogħol straordinarjament għoli, iżda jippermetti wkoll li jiġu evitati l-proċeduri speċifiċi previsti mir-Regolament REACH (ara l-punti 49 sa 51 hawn fuq). |
159 |
Minn naħa waħda, huwa minnu li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-ECHA kienet qed tikkunsidra li tbiddel il-prattika tagħha ta’ tixrid tal-informazzjoni dwar l-identità tar-reġistranti bil-għan li tadatta din il-prattika għar-rekwiżiti tal-Artikolu 119(2) tar-Regolament REACH u li din l-informazzjoni kienet għalhekk suġġetta għal proċess deċiżjonali tal-ECHA. |
160 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk it-tixrid setgħetx ippreġudikat serjament dan il-proċess deċiżjonali, għandu jiġi rrilevat li l-ismijiet tar-reġistranti ma hijiex informazzjoni fuq il-proċess innifsu, iżda hija pjuttost informazzjoni kkonċernata mid-deċiżjoni li tirriżulta mill-imsemmi proċess. L-aċċess għall-informazzjoni mitluba ma setgħetx tipprekludi lill-ECHA milli tiddeċiedi li tieħu miżuri sabiex timplementa l-obbligi ta’ żvelar ta’ informazzjoni fuq l-internet, li jirriżultaw mill-Artikolu 119(2) tar-Regolament REACH. |
161 |
Barra minn hekk, sa fejn l-ECHA sostniet fid-deċiżjoni kkontestata li l-għoti ta’ aċċess għall-informazzjoni mitluba abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 setgħet tikkawżalha ammont ta’ xogħol manwali straordinarjament għoli, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż biss li jipproteġi l-proċess deċiżjonali u mhux li jevita ammont ta’ xogħol eċċessiv lill-istituzzjonijiet ikkonċernati. |
162 |
L-istess japplika għall-argument tal-ECHA skont liema l-aċċess għall-informazzjoni mitluba abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 tipperemetti li jiġu evitati l-proċeduri previsti mir-Regolament REACH. Fil-fatt, l-allegat riskju ta’ evitar ta’ dawn il-proċeduri ma jirrigwardax il-proċess deċiżjonali, iżda pjuttost il-konsegwenzi ta’ żvelar eventwali tal-informazzjoni mitluba. Madankollu, huwa biss il-proċess deċiżjonali li huwa intiż bħala raġuni għal rifjut previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
163 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ECHA ma ppruvatx li l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba tippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali inkwistjoni. Minn dan isegwi li t-tieni parti bbażata fuq il-ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, u, għaldaqstant, ir-raba’ u l-ħames motivi, sa fejn jirrigwardaw il-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, huma fondati, sa fejn għad hemm lok li tingħata deċiżjoni. |
164 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-motivi mressqa fid-deċiżjoni kkontestata ma humiex suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ informazzjoni mitluba mill-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, b’tali mod li hemm lok li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata dwar dan il-punt sakemm tirrigwarda l-informazzjoni li għadha ma ġietx żvelata fid-data tat-23 ta’ April 2014, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati t-tieni u t-tielet motivi f’dan ir-rigward. |
3. Fuq it-tieni, it-tielet, ir-raba ’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, it-tieni, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) u (6), tar-Regolament Nru 1049/2001, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta ’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ir-raba ’, fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, fis-sens li jirrigwardaw il-punt 2 tat-talba għal informazzjoni
a) Fuq it-tielet, ir-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4), tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ir-raba’, fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001
165 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA ma kellhiex dritt tirrifjuta l-punt 2 tat-talba għal informazzjoni abbażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2), tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH u li l-ECHA ma osservatx il-prinċipju skont liema kull eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali għandha tiġi interpretata ristrettivament, skont l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. |
166 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi eżaminat, Minn naħa waħda, jekk l-ECHA kinitx korretta meta kkunsidrat li l-iżvelar tal-ammont eżatt ta’ sustanzi inkwistjoni seta’ jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati u, min-naħa l-oħra, jekk interess pubbliku superjuri jiġġustifikax l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni. |
Fuq il-preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali
167 |
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA ma osservatx l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi bbażat ruħha fuq il-preżunzjoni tal-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH sabiex tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni kkonċernata mill-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, sa fejn l-imsemmija preżunzjoni ma tippruvax kif jippreġudika l-interessi kummerċjali ta’ persuni naturali jew ġuridiċi li jwettqu r-reġistrazzjoni ta’ kull waħda mit-356 sustanza kkonċernata. |
168 |
L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li s-sistema ta’ eċċezzjonijiet prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u b’mod partikolari fil-paragrafu 2 tiegħu, hija bbażata fuq l-ibbilanċjar tal-interessi opposti f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri, minn naħa, l-interessi li huma favoriti mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, dawk li huma mhedda minn dan l-iżvelar. Id-deċiżjoni meħuda fuq talba għal aċċess għal dokumenti tiddependi mill-kwistjoni dwar liema huwa l-interess li għandu jipprevali fil-każ inkwistjoni (is-sentenza LPN et Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punt 42). |
169 |
It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, jekk, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument, huwiex biżżejjed, bħala prinċipju, li dan id-dokument jaqa’ taħt attività jew interess imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjoni kkonċernata għandha xorta waħda tispjega kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn eċċezzjoni prevista f’dan l-artikolu, madankollu din l-istituzzjoni għandha l-possibbiltà li f’dan ir-rigward, tibbaża ruħha fuq il-preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, għal kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali simili li jistgħu japplikaw għal talbiet ta’ żvelar li jirrigwardaw l-iżvelar tal-istess natura (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Agrofert Holding, C‑477/10 P, Ġabra, punt 57; tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob, C‑404/10 P, Ġabra, punt 116; tas-17 ta’ Ottubru 2013, Il-Kunsill vs Access Info Europe, C‑280/11 P, Ġabra, punt 72, u tas-27 ta’ Frar 2014, Il-Kummissjoni vs Enbw Energie Baden-Württemberg, C‑365/12 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 64 u 65). |
170 |
Madankollu, f’tali każ, hija l-istituzzjoni kkonċernata li għandha tippreċiża liema huma l-kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali li fuqhom tkun qiegħda tibbaża l-preżunzjoni li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti ser jippreġudika wieħed mill-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u dan mingħajr ma tkun meħtieġa twettaq evalwazzjoni konkreta tal-kontenut ta’ kull wieħed minn dawn id-dokumenti (is-sentenza Il-Kunsill vs Access Info Europe, punt 169 iktar ’il fuq, punt 73). |
171 |
B’mod partikolari, ir-rekwiżit li jiġi vverifikat jekk il-preżunzjoni ġenerali inkwistjoni tapplikax realment ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-istituzzjoni għandha teżamina individwalment id-dokumenti kollha mitluba f’dan il-każ. Tali rekwiżit iħalli din il-preżunzjoni ġenerali mingħajr l-effettività tagħha, jiġifieri li tippermetti lill-istituzzjoni tirrispondi għal talba għal aċċess globali b’mod daqstant globali (is-sentenza LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punt 68). |
172 |
Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li preżunzjoni ġenerali ma teskludix il-possibbiltà li jiġi ppruvat li dokument speċifiku li l-iżvelar tiegħu huwa mitlub ma huwiex kopert minn din il-preżunzjoni jew li jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dan id-dokument skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Enbw, punt 169 iktar ’il fuq, punt 100, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
173 |
It-tielet nett, skont l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, l-iżvelar “it-tunnellaġġ preċiż tas-sustanza jew taħlita manifatturati jew imqegħdin fis-suq” huwa, bħala prinċipju, ikkunsidrat bħala li jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuna kkonċernata. |
174 |
F’dan il-każ, fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, l-ECHA, fil-punt 1(b) tad-deċiżjoni kkontestata, iddikjarat li l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH jinkludi preżunzjoni ġenerali skont liema l-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta, bħala prinċipju tippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuna kkonċernata. Hija kkunsidrat li l-ebda prova ma bidlet din il-preżunzjoni legali u li żvelar seta’ jippreġudika l-interessi kummerċjali tar-reġistranti. L-imsemmija informazzjoni tiżvela s-sehem tas-suq tal-kumpanniji meta fir-rigward tal-kompetituri tagħhom. Barra minn hekk, hija sostniet li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni jista’ jkollha impatt fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni (ara l-punt 53 hawn fuq). |
175 |
Għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti talbu lill-ECHA, permezz tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni li tirrigwarda l-kwantità eżatta tas-sustanzi mmanifatturati jew mqiegħda fis-suq, l-informazzjoni li l-iżvelar tagħha huwa, preċiżament skont il-preżunzjoni stabbilita mill-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, bħala prinċipju, hija kkunsidrata bħala li tipreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuna kkonċernata, b’tali mod li din il-preżunzjoni tapplika f’dan il-każ. |
176 |
Sa fejn ir-rikorrenti sempliċiment jaffermaw li, billi bbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, l-ECHA ma ppruvatx kif l-iżvelar tal-kwantità eżatta tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-persuni li wettqu r‑reġistrazzjoni ta’ kull waħda mit-356 sustanza kkonċernata, dawn l-osservazzjonijiet ma jistgħux ibiddlu l-preżunzjoni prevista minn dan l-artikolu. Fil-fatt, meta tapplika l-preżunzjoni legali tal-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, l-awtorità kkonċernata tista’ tikkunsidra li l-iżvelar jista’ jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuna kkonċernata mingħajr ma tkun obbligata li twettaq evalwazzjoni konkreta tal-kontenut ta’ kull dokument li l-iżvelar qed jiġi mitlub. Minħabba din il-preżunzjoni legali u fl-assenza ta’ elementi konkreti li jistgħu jikkontestawha, l-ECHA ma hijiex obbligata li tipprova li l-iżvelar tal-kwantità eżatta tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati. |
177 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li l-eżami meħtieġ għall-ipproċessar ta’ talba ta’ aċċess għad-dokumenti, bħala prinċipju, għandu jkun ta’ natura konkreta u individwali. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza li ġiet iċċitata fil-punt 169 hawn fuq, dan il-prinċipju għandu fil-fatt xi eċċezzjonijiet, b’mod partikolari meta teżisti preżunzjoni ġenerali skont liema l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni jista’ jippreġudika wieħed mill-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Dan jgħodd b’mod partikolari meta, bħal f’dan il-każ, tali preżunzjoni hija pprovduta b’mod espliċitu minn dispożizzjoni legali, jiġifieri l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH. |
178 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, għandu jiġi konkluż li, skont l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH moqri mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-ECHA kellha d-dritt li tikkunsidra li l-iżvelar tal-kwantità eżatta tas-sustanzi rreġistrati tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati. Sussegwentement, għad irid jiġi kkjarifikat jekk l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri jiġġustifikax madankollu l-imsemmi żvelar. |
Fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar
179 |
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA ma tistax tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni sabiex tipproteġi interess kopert minn waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 mingħajr, minn naħa waħda, tivverifika l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-imsemmi dokument u, min-naħa l-oħra, l-ibbilanċjar tal-interessi differenti eżistenti, ħaġa li ma saritx mill-ECHA fid-deċiżjoni kkontestata. |
180 |
Ir-rikorrenti, b’mod partikolari jsostnu li t-talba għal informazzjoni tirrigwarda informazzjoni ambjentali u ta’ emissjonijiet fl-ambjent u li, b’hekk, l-iżvelar tad-data mitluba turi interess pubbliku superjuri, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. Barra minn hekk, huma jallegaw li l-ECHA kisret l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 li jeżiġu, skont ir-rikorrenti, kull eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali għandha tiġi interpretata b’mod strett. |
181 |
F’dan il-każ, l-ECHA ddikjarat, fid-deċiżjoni kkontestata, li hija ma pperċepiet ebda interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba. Hija speċifikat li hija kienet innutat sew li t-talba kienet motivata mix-“xewqa li jiġi promoss l-approċċ regolatorju fil-konfront ta’ sustanzi kimiċi li jistgħu jiġu identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna”. Hija żiedet li “[m]adankollu, il-leġiżlatur [kien] ipprovda, mar-Regolament REACH, mezzi li jippermettu l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju li [setgħu] joħolqu dawn is-sustanzi, prinċipalment il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, din tal-aħħar [ipprovdiet] konsultazzjoni pubblika wiesgħa” (ara l-punt 54 hawn fuq). |
182 |
L-ewwel nett, bil-għan li jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti, għandu jiġi vverifikat li anki jekk l-informazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi informazzjoni ambjentali, jekk kinitx tkun biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tagħha. It-tieni nett, għandha tiġi analizzata l-kwistjoni ta’ jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent, b’tali mod li, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, l-iżvelar tagħha titqies bħala interess pubbliku superjuri. Fl-aħħar nett, it-tielet nett, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rikorrenti humiex korretti meta jsostnu li, f’dan il-każ, l-ECHA naqset milli tibbilanċja l-interessi differenti eżistenti. |
– Fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri f’każ ta’ talbiet ta’ informazzjoni ambjentali
183 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk mit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 li l-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali jippreżentax dejjem interess pubbliku superjuri. |
184 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ir-raġunijiet li jippermettu li tinċaħad talba għal informazzjoni dwar l-ambjent “għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv fid-dawl tal-interess li l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba jista’ jkollu għall-pubbliku u skont jekk din l-informazzjoni tkunx tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent”. |
185 |
Dan il-prinċipju, huwa kkonfermat mit-tieni sentenza tal-premessa 15 tar-Regolament Nru 1367/2006, skont liema “[i]r-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku fl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent”. |
186 |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprovdi li “[f]ir-rigward ta’ l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-[Regolament Nru 1049/2001], ir-raġunijiet għal rifjut għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku moqdi bil-kxif u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent”. Madankollu, mill-kliem u l-istruttura tal-Artikolu 6(1) jirriżulta li l-“eċċezzjonijiet l-oħra” fis-sens tat-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu ma tinkludix il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali proposti bħala raġunijiet mill-ECHA għaċ-ċaħda tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni (ara l-punti 37 u 53 hawn fuq). |
187 |
Fil-fatt, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tistabbilixxi regola li tirrigwarda l-eċċezzjonijiet li jissemmew fl-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni sentenza tal-istess paragrafu (1) ma ssemmix sempliċement l-“eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament [Nru 1049/2001]”. Għaldaqstant, huma intiżi minn din id-dispożizzjoni l-eċċezzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 4(1) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u (3) u (5) (is-sentenza LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punt 83). Peress li l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali taqa’ taħt l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jissemma fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ma hijiex inkluża fil-kunċett ta’ “eċċezzjonijiet l-oħra” li jidhru fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1). |
188 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, ir-rikorrenti ma jistgħux jinvokaw utilment it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. Fil-fatt, minn naħa waħda, it-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu tipprevedi biss l-obbligu ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet minbarra dawk imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, jiġifieri dawk previsti fl-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 187 hawn fuq). |
189 |
Min-naħa l-oħra, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tirreferi biss għal “interess pubbliku” fl-iżvelar u mhux għal interess pubbliku “[superjuri]” fis-sens tal-Artikolu 4(2), in fine, tar-Regolament Nru 1049/2001 (is-sentenza LPN vs Il-Kummissjoni, punt 119 iktar ’il fuq, punt 136). Għaldaqstant ma jirriżultax mit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 li l-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali jippreżenta dejjem interess pubbliku superjuri. |
190 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jaffermaw li t-356 sustanza li għalihom ġiet fformulata talba għall-aċċess għall-informazzjoni huma prodotti kimiċi li jagħmlu ħafna ħsara. Huma jqisu li huwa leġittimu li l-pubbliku li jkun jaf li mijiet ta’ eluf ta’ tunnellati ta’ sustanzi jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent huma fis-suq tal-Unjoni, u li jiġu mmaniġġjati minn ħaddiema u impjegati fi prodotti ta’ konsum. Ir-rikonoxximent tad-dritt taċ-ċittadini li jkollhom għarfien sħiħ tal-kwantità ta’ sustanzi perikolużi fis-suq jippermetti li tiġi eżerċitata pressjoni iktar b’saħħitha favur is-sostituzzjoni ta’ dawn is-sustanzi b’soluzzjonijiet iktar sikuri. |
191 |
Għandu jiġi rrilevat li l-possibbiltà taċ-ċittadini li jiksbu informazzjoni ambjentali xierqa u li jkollhom possibbiltajiet ġenwini ta’ parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent għandha rwol essenzjali f’soċjetà demokratika. Fil-fatt, kif huwa indikat fil-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, aċċess aħjar għall-informazzjoni u għall-parteċipazzjoni ikbar tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet itejbu l-kwalità tad-deċiżjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom issir iktar effikaċi, jikkontribwixxu għall-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li jagħtu l-opportunità lill-pubbliku li jesprimi t-tħassib tiegħu u jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jieħduh debitament inkunsiderazzjoni. |
192 |
Id-dritt tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni jikkostitwixxi l-espressjoni tal-prinċipju tat-trasparenza, li huwa implementat mid-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament Nru 1049/2001, kif jirriżulta mit-tieni premessa tal-imsemmi Regolament, li tipprovdi li t-trasparenza tippermetti li tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali, kif ukoll li tiġi ggarantita leġittimità ikbar, effikaċja ikbar u responsabbiltà ikbar tal-amministrazzjoni fir-rigward tagħhom, u jikkontribwixxi sabiex jissaħħaħ il-prinċpju tad-demokrazija. (is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2007, API vs Il-Kummissjoni, T-36/04, Ġabra p. II-3201, punt 96). |
193 |
Jekk huwa minnu li l-interess pubbliku superjuri jista’ jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokument dan ma għandux neċessarjament ikun distint mill-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 1049/2001 (is-sentenza LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punt 92), madankollu mill-ġurisprudenza jirriżulta li kunsiderazzjonijiet ġenerali waħidhom ma jistabbilixxux li l-prinċipju ta’ trasparenza huwa partikolarment b’saħħtu li jista’ jissupera r-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut tal-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni u li huwa l-applikant li għandu jinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li fuqhom huwa bbażat l-interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punti 93 u 94, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
194 |
F’dan il-każ, mill-argumenti tagħhom miġbura fil-punt 190 hawn fuq jirriżulta li r-rikorrenti, essenzjalment, isostnu sempliċiment li l-fatt li l-informazzjoni mitluba tikkostitwixxi informazzjoni ambjentali li tirrigwarda sustanzi perikolużi tiġġustifika trasparenza ikbar u l-aċċess pubbliku għal din l-informazzjoni sabiex tippermetti parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadin fil-proċess deċiżjonali u b’hekk tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa u l-ambjent. B’dan il-mod, ir-rikorrenti jinvokaw biss, b’mod ġeneriku, il-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 1367/2006 moqri flimkien mar-Regolament Nru 1049/2001, mingħajr ma jargumentaw bl-ebda mod li, fir-rigward il-kwantità eżatta ta’ sustanzi, l-invokazzjoni ta’ dawn l-istess prinċipji, juru, fid-dawl taċ-ċirkustanzi individwali f’dan il-każ, xi saħħa partikolari. Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 193 hawn fuq, kunsiderazzjonijiet ġenerali ma jistabbilixxux li l-prinċipju ta’ trasparenza f’każ partikolari jirbaħ fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba. |
195 |
Barra dan, ir-rikorrenti ma jispeċifikawx ir-raġunijiet li minħabba fihom huwa indispensabbli li tiġi ppubblikata l-kwantità eżatta ta’ sustanzi inkwistjoni u għaliex il-publikazzjoni tat-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ li fiha xi sustanza ġiet irreġistrata, kif previst mill-Artikolu 119(2)(b) tar-Regolament REACH, ma huwiex biżżejjed biex jissodisfa l-interess pubbliku għall-iżvelar. |
196 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li jirriżulta li interess pubbliku superjuri għall-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba fil-kuntest tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni ma jirriżultax sempliċiment mill-fatt, anki jekk jiġi preżunt li dan huwa minnu, li l-informazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi informazzjoni ambjentali. |
– Fuq il-kunċett ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006
197 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta li fiha sustanza titqiegħed fis-suq tikkostitwixxi informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent. Konsegwentement, konformement għall-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1367/2006, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni titqies li tirrappreżenta interess pubbliku superjuri. |
198 |
Ir-rikorrenti jirreferu wkoll għall-Artikolu 4(4)(d) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li jipprevedi, minn naħa waħda, il-fakultà li tinċaħad talba għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-każ fejn l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jkollu effett ħażin fuq “[i]s-sigriet kummerċjali u industrijali meta dan is-sigriet huwa protett bil-liġi sabiex jitħares interess ekonomiku leġittimu.” u, min-naħa l-oħra, li, “[f]’dan il-kuntest, it-tagħrif fuq l-emissjonijiet li huwa rilevanti għall-protezzjoni tal-ambjent għandu jiġi żvelat”. |
199 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1367/2006 jżid regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-talbiet għal aċċess għall-informazzjoni ambjentali mar-Regolament Nru 1049/2001 (is-sentenza LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni, punt 145 iktar ’il fuq, punt 79). |
200 |
B’mod partikolari, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprovdi preżunzjoni legali li l-iżvelar jippreżenta interess pubbliku superjuri meta l-informazzjoni mitluba tkun marbuta ma’ emissjonijiet fl-ambjent, għajr meta din l-informazzjoni tkun tirrigwarda investigazzjoni, b’mod partikolari dik relatata ma’ ksur possibbli tad-dritt Komunitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza LPN vs Il-Kummissjoni, punt 119 iktar ’il fuq, punt 108). |
201 |
Konsegwentement, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 timponi li l-istituzzjoni kkonċernata, li quddiemha titressaq talba għal aċċess għal dokument, tiżvelah meta l-informazzjoni mitluba tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent, anki jekk tali żvelar jirriskja li jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
202 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta l-istituzzjonijiet ikollhom l-intenzjoni li jiċħdu talba għal aċċess għal dokumenti abbażi ta’ eċċezzjoni, huma għandhom jinterpretaw u japplikaw strettament l-imsemmija eċċezzjoni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Lulju 2011, l-Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni, C-506/08 P, Ġabra p. I-6237, punt 75, u l-ġurisprudenza ċċitata), sabiex ma tiġix ippreġudikata l-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali li tikkonsisti fil-fatt li l-pubbliku jingħata l-ikbar aċċess possibbli għad-dokumenti fil-pussess tagħhom (is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011, NLG vs Il-Kummissjoni, T-109/05 u T-444/05, Ġabra p. II-2479, punt 123). |
203 |
Issa, billi tqis li, meta l-informazzjoni mitluba tkun tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent, l-iżvelar għandu interess pubbliku superjuri għall-interess protett minn eċċezzjoni, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tippermetti implementazzjoni speċifika ta’ dan il-prinċipju ġenerali. |
204 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tad-definizzjoni tal-emissjonijiet fl-ambjent, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ “emissjonijiet fl-ambjent” ma huwa ddefinit la mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus u lanqas mir-Regolament Nru 1367/2006. |
205 |
Madankollu, jekk ir-Regolament Nru 1367/2006 ma fihx definizzjoni espliċita tal-kunċett ta’ emissjonijiet fl-ambjent, l-Artikolu 2(2)(d)(ii) ta’ dan ir-regolament isemmi, fil-kuntest tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ informazzjoni ambjentali, “fatturi, bħalma huma s-sustanzi, l-enerġija, l-istorbju, ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjuattiv, l-emissjonijiet, l-iskarigi u ħruġ ieħor fl-ambjent, li jaffettwaw jew x’aktarx jaffettwaw l-elementi ta’ l-ambjent msemmija fil-punt (i)”. Dan il-“punt (i)” jirrigwarda “l-istat ta’ l-elementi ta’ l-ambjent”, iżda mhux “l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem”, li, qiegħed fil-“punt (vi)” tal-imsemmija dispożizzjoni. |
206 |
Anki jekk l-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament Nru 1367/2006, bħala prinċipju, huwa intiż li jiddefinixxi l-kunċett ta’ informazzjoni ambjentali, huwa madankollu permess, fid-dawl tal-kliem tal-“punt ii)” ta’ din id-dispożizzjoni, li jiġi konkluż li jistgħu jikkostitwixxu biss dawk l-emissjonijiet fl-ambjent li għandhom jew jista’ jkollhom effett fuq l-elementi tal-ambjent. |
207 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-Gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, fil-verżjoni tagħha ppubblikata fis-sena 2000, tirreferi għall-kunċett ta’ emissjoni kif jirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80), li l-punt 5 tal-Artikolu 2 tagħha jiddefinixxi l-emissjoni bħala r-rilaxx dirett jew indirett ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħanat jew ħsejjes minn għejjun individwali jew diffużi fl-installazzjoni fl-arja, l-ilma jew l-art; fejn l-installazzjoni tfisser, skont il-punt 3 ta’ dan l-artikolu, unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq b’mod partikolari, attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I tad-direttiva. |
208 |
F’dan il-każ, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi deċiża l-kwistjoni ta’ jekk id-definizzjoni tal-emissjoni fl-ambjent li tirriżulta mill-gwida għall-applikazzjoni u li tippreżumi rilaxx minn installazzjoni tista’ sservi u ma sservix sabiex tinterpreta r-Regolament Nru 1367/2006, għandu jiġi kkonstatat, fi kwalunkwe każ, is-sempliċi manifattura jew tqegħid fis-suq ta’ sustanza ma tistax tiġi kkunsidrata bħala r-rilaxx ta’ din is-sustanza fl-ambjent, b’tali mod li l-informazzjoni dwar il-kwantità mmanifatturata jew imqiegħda fis-suq lanqas ma tista’ tikkostitwixxi informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent. |
209 |
L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti tar-rikorrenti skont liema sustanza li hija mqiegħda fis-suq tinteraġixxi neċessarjament mal-ambjent u mal-bnedmin l-oħra, b’tali mod li t-tqegħid fis-suq jikkostitwixxu diġà l-emissjoni fl-ambjent. |
210 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 205 u 206 hawn fuq, li l-interazzjoni mas-saħħa jew is-sigurtà tal-bnedmin ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li teżisti emissjoni fl-ambjent u li din l-emissjoni tippreżumi rilaxx fl-ambjent li għandu jew jista’ jkollu effett fuq l-elementi tal-ambjent. |
211 |
Sa fejn ir-rikorrenti jargumentaw li, ladarba sustanza titqiegħed fis-suq, hija ma tibqax taħt il-kontroll tal-operatur u tista’ tiġi rrilaxxata fl-ambjent u jkollu effetti fuq l-elementi tiegħu, għandu jiġi rrilevat li r-rilaxx fl-ambjent preżunt mill-kunċett ta’ emissjoni għandu jkun reali u mhux biss potenzjali. Ir-riskju astratt tal-emissjoni ta’ sustanza jeżisti minn meta tiġi mmanifatturata. Huwa ċertament possibbli li dan ir-riskju jiżdied bit-tqegħid fis-suq tas-sustanza. Ma jirriżultax minn dan lanqas li la l-produzzjoni u lanqas it-tqegħid fis-suq ta’ sustanza ma jimplikaw diġà l-emissjoni ta’ din is-sustanza fl-ambjent. Madankollu, is-sempliċi riskju li sustanza tista’ tiġi rrilaxxata fl-ambjent ma tiġġustifikax li l-kwantità tas-sustanza mmanifatturata jew mqiegħda fis-suq tiġi kklassfikata bħala informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent. |
212 |
Konsegwentement, għandu jiġi nnutat li jeżistu sustanzi, jiġifieri b’mod partikolari s-sustanzi intermedji skont l-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH (ara l-punt 17 hawn fuq), li jekk jintużaw bil-mod kif suppost jintużaw, ma jirrilaxxawx emissjonijiet fl-ambjent. |
213 |
Jekk is-sustanzi, barra s-sustanzi intermedji, jistgħu jiġu rrilaxxata fl-ambjent fil-mument taċ-ċiklu ta’ attività tagħhom, dan ma jfissirx madankollu li, għal dawn is-sustanzi, il-kwantità mmanifatturata jew mqiegħda fis-suq tista’ tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni li tirrigwarda sustanzi rrilaxxati fl-ambjent li għandhom jew li jista’ jkollhom effett fuq l-elementi tal-ambjent (ara l-punt 206 hawn fuq). |
214 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-informazzjoni mitluba fil-kuntest tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent. Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri ma jirriżultax, f’dan il-każ, mill-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. |
– Fuq l-ibbilanċjar tal-interessi differenti eżistenti
215 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA ma osservatx l-obbligu li tibbilanċja l-interess pubbliku moqdi permezz tal-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali u l-interessi kummerċjali tal-kumpanniji kkonċernati moqdija mir-rifjut ta’ żvelar, billi tiġi invokata preżunzjoni legali prevista mill-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, skont liema l-iżvelar tal-kwantità eżatta tippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali. |
216 |
Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. |
217 |
Fil-fatt, kif ġie espost fil-punt 178 hawn fuq, l-ECHA għandha dritt li tippreżumi, abbażi tal-imsemmija preżunzjoni legali, li l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba tippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-kumpanniji kkonċernati mingħajr ma jsir eżami konkret ta’ kull informazzjoni. Sussegwentement, hija eżaminat, konformement mal-Artikolu 4(2), in fine, tar-Regolament Nru 1049/2001, jekk, fil-każ partikolari, interess pubbliku superjuri jiġġustifika l-iżvelar. Fl-aħħar nett hija kkonkludiet, ġustament, abbażi ta’ motivazzjoni li kienet ddettaljata biżżejjed biex jinftiehem ir-raġunament tagħha, li dan l-interess pubbliku superjuri kien nieqes. |
218 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li l-ECHA naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni interess pubbliku jew interess pubbliku superjuri għall-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali inkwistjoni u li jitwettaq korrettement l-ibbilanċjar tal-interessi diverġenti skont l-Artikolu 4(2), in fine, tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jiġi miċħud. |
219 |
Ir-rikorrenti ma ppruvawx li l-ECHA ma osservatx il-prinċipju skont liema l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Fil-fatt, iċ-ċaħda ta’ talba għal informazzjoni, ibbażata fuq il-preżunzjoni legali prevista mill-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH u fuq l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri filwaqt li tiġġustifika l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba, ma tippermettix li jiġi konkluż li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess ma ġietx applikata b’mod strett. |
220 |
Minn dan isegwi r-raba’ u l-ħames motivi kif ukoll it-tielet motiv, sa fejn dan huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni. |
b) Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) u (6), tar-Regolament Nru 1049/2001
Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001
221 |
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tikkonsulta terzi, bi ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
222 |
Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-każ ta’ dokumenti li ġejjin minn terz, l-istituzzjoni tikkonsulta lit-terz sabiex jiġi ddeterminat jekk eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1) jew (2) tal-istess regolament hijiex applikabbli, sakemm ma jkunx ċar jekk id-dokument għandux jiġi żvelat jew le. Minn dan isegwi li l-istituzzjonijiet ma humiex obbligati jikkonsultaw lit-terz ikkonċernat inkwistjoni jekk jirriżulta b’mod ċar li d-dokument għandu jiġi żvelat jew ma għandux jiġi żvelat. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonsultaw it-terzi inkwistjoni. Għaldaqstant, il-konsultazzjoni tat-terz ikkonċernat tikkostitwixxi, bħala regola ġenerali, kundizzjoni minn qabel għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni tal-eċċezzjonjiet għall-aċċess previsti mill-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001 fil-każ ta’ dokumenti li joriġinaw minn terzi (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2004, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, T-168/02, Ġabra p. II-4135, punt 55; tat-30 ta’ Jannar 2008, Terezakis vs Il‑Kummissjoni, T-380/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 54 u tat-3 ta’ Ottubru 2012, Jurašinović vs Il-Kunsill, T-63/10, Ġabra, punt 83). |
223 |
Għandu wkoll jitfakkar li l-konsultazzjoni ta’ terz li ma huwiex Stat Membru, prevista fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma torbotx lill-istituzzjoni iżda għandha tippermettilha li tevalwa jekk eċċezzjoni prevista fil-paragrafu (1) jew (2) ta’ dan l-artikolu għandhiex tiġi applikata (is-sentenza Jurašinović vs Il-Kunsill, punt 222 iktar ’il fuq, punt 87). |
224 |
Fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, l-ECHA, peress li rrifjutat l-iżvelar tal-kwantitajiet eżatti minħabba li dan kien jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati, applikat eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Għalkemm huwa paċifiku li l-ECHA ma kkonsultatx il-kumpanniji kkonċernati qabel iddeċidiet fuq it-talba, mill-ġurisprudenza ċċitata jirriżulta fil-punt 222 hawn fuq li l-assenza ta’ konsultazzjoni ta’ terzi hija skont ir-Regolament Nru 1049/2001 jekk waħda mill-eċċezzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament tapplika b’mod ċar għad-dokumenti inkwistjoni. |
225 |
F’dan il-każ, ġie stabbilit diġà fil-punt 178 hawn fuq li l-ECHA ġustament ikkunsidrat, b’mod partikolari abbażi tal-preżunzjoni legali prevista mill-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, li l-iżvelar tal-kwantità eżatta tas-sustanzi inkwistjoni kienet tippreġudika il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-kumpanniji kkonċernati u li, fl-assenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar, kien hemm raġuni sabiex jirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 tapplika b’mod ċar għall-informazzjoni inkwistjoni, b’tali mod li konsultazzjoni ta’ terzi ma kinitx neċessarja. |
226 |
Ir-rikorrenti ma jistgħux jirribattu din il-konklużjoni b’riferiment għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2010, Stichting Natuur en Milieu et (C-266/09, Ġabra p. I-13119). F’din is-sentenza il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4 dwar id-derogi għad-dritt ta’ aċċess. Huwa minnu li skont il-punt 3 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ibbilanċjar, li jipprevedi, tal-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent u l-interess individwali moqdi permezz tar-rifjut tal-iżvelar għandu jsir f’kull każ partikolari mressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti, anki jekk il-leġiżlatur nazzjonali jiddetermina permezz ta’ dispożizzjoni ta’ natura ġenerali kriterji li jippermettu li tiġi ffaċilitata din l-evalwazzjoni komparata tal-interessi inkwistjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma tistax tikkunsidra preżunzjoni legali, bħal dik prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, u li huma għandhom jikkonsultaw terzi kemm fil-każijiet fejn hu ċar li dokument għandu jew ma għandux jiġi żvelat minkejja l-kliem tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
227 |
Mill-iżvilippi preċedenti jirirżulta li l-ewwel parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda. |
Fuq it-tieni parti, bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-priniċpju ta’ proporzjonalità
228 |
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li teżamina l-possibbiltà li tagħti l-aċċess parzjali għall-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta mqiegħda fis-suq għal reġistrant, bi ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
229 |
Mill-kliem tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li, jekk parti biss mid-dokument mitlub huwa kopert minn xi eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati. Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li d-derogi ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2001, Il-Kunsill vs Hautala, C-353/99 P, Ġabra p. I-9565, punt 28, u tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2013, In ‘t Veld/Il-Kummissjoni, T‑301/10, Ġabra, punt 200). |
230 |
Il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 jimponi eżami konkret u individwali tal-kontenut ta’ kull dokument. Fil-fatt, tali eżami ta’ kull dokument biss jista’ jippermetti lill-istituzzjoni tevalwa l-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali lill-applikant. Evalwazzjoni ta’ dokumenti li trid titwettaq b’kategoriji pjuttost milli fir-rigward tal-elementi konkreti ta’ informazzjoni li jinsabu f’dawn id-dokumenti hija bħala prinċipju insuffiċjenti, peress li l-eżami meħtieġ mill-istituzzjoni għandu jippermettilha tevalwa konkretament jekk eċċezzjoni invokata tapplikax realment għall-informazzjoni kollha li tinsab fl-imsemmija dokumenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni, punt 146 iktar ’il fuq, punt 117, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
231 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċittata fil-punt 169 hawn fuq, il-prinċipju li l-eżami meħtieġ għat-trattament ta’ talba ta’ aċċess għal dokumenti għandu jkollha natura konkreta u individwali għandu madankollu xi eċċezzjonijiet, b’mod partikolari meta teżisti preżunzjoni ġenerali li l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni jippreġudika xi wieħed mill-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Barra dan, diġà ġie espost fil-punt 177 hawn fuq, dan japplika speċjalment meta din il-preżunzjoni hija prevista b’mod espliċitu minn dispożizzjoni legali, jiġifieri, f’dan il-każ, l-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH. |
232 |
Sa fejn ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA ma kkunsidratx, wara evalwazzjoni każ b’każ, il-possibbiltà ta’ żvelar l-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ sustanzi speċifiċi, għandu jiġi rrilevat li l-preżunzjoni legali prevista fl-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, li l-iżvelar tal-kwantità eżatta jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati, tkopri s-sustanzi inkwistjoni kollha u li r-rikorrenti ma argumentawx, la għat-totalità ta’ dawn is-sustanzi u lanqas għas-sustanzi speċifiċi, elementi li jistgħu jikkontestaw din il-preżunzjoni legali. Ir-rikorrenti lanqas ma ppruvaw li l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika, minn tal-inqas għal parti mis-sustanzi, l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba. Għaldaqtsant, l-ECHA, mingħajr ma jkollha twettaq eżami każ b’każ, tista’ tikkunsidra li l-informazzjoni dwar il-kwantità eżatta tat-totalità tas-sustanzi inkwistjoni hija koperta mill-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
233 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jiddikjaraw, fir-replika tagħhom, li l-ECHA kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma kkunsidratx il-possibbiltà li l-iżvelar tal-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ sustanzi speċifiċi, konformement mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
234 |
Għalhekk, l-ECHA targumenta li r-rikorrenti qed jinvokaw motiv ġdid li huwa inammissibbli jew, minn tal-inqas, infondat. |
235 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-ammissibbiltà invokat mill-ECHA, għandu jitfakkar li mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44(1)(ċ) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal‑Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, ir-rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi sunt tal-motivi invokati u li l-ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul il-kawża, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Madankollu, motiv li jikkostitwixxi l-amplifikazzjoni ta’ motiv imsemmi preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkollu rabta mill-qrib miegħu għandu jiġi ddikjarat ammissibbli. Hija meħtieġa soluzzjoni analoga għal ilment invokat insostenn ta’ motiv (is-sentenza In ‘t Veld vs Il-Kummissjoni, punt 229 iktar ’il fuq, punt 97). |
236 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 229 hawn fuq, l-awtorità kkonċernata għandha tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità matul l-applikazzjoni tad-derogi għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti. B’mod partikolari, l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 intiż li jikkontribwixxi għall-osservanza ta’ dan il-prinċipju billi jippermetti l-iżvelar parzjali jekk parti biss tad-dokument mitlub hija kkonċernata minn eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess, bil-għan li ma jiġux maqbuża l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. F’dan il-kuntest, ir-riferiment magħmul mir-rikorrenti għall-priniċpju ta’ proporzjonalità ma jikkostitwixxix motiv ġdid, iżda lment li jispeċifika l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. Essenzjalment, ir-rikorrenti jargumentaw li, billi kisret din id-dispożizzjoni, l-ECHA fl-istess ħin kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
237 |
Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa ammissibbli. |
238 |
Konsegwentement, fir-rigward tal-mertu, madankollu hemm lok li jiġi kkonstatat li dan l-ilment ma huwiex fondat, peress li l-ECHA ma kisritx ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li hija ma tatx, wara eżami każ b’każ, l-aċċess għal parti mill-informazzjoni mitluba. |
239 |
Ġie diġà espost fil-punt 232 hawn fuq li, fid-dawl tal-preżunzjoni legali prevista fl-Artikolu 118(2)(ċ) tar-Regolament REACH, tali eżami każ b’każ ma jkunx neċessarju. Din id-dispożizzjoni ma taqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq, jiġifieri li jipproteġi l-interessi kummerċjali. |
240 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din il-preżunzjoni legali mhux neċessarjament jipprekludi l-aċċess għall-informazzjoni mitluba, iżda li teżisti l-possibbiltà li jiġu sostnuti, jekk ikun il-każ, l-elementi li jistgħu jirbattu din il-preżunzjoni jew li tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar sħiħ jew parzjali tal-informazzjoni mitluba (ara, b’analoġija, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 172 hawn fuq). Barra minn hekk, l-ECHA, fi kwalunkwe każ, hija obbligata li tippubblika, konformement mal-Artikolu 119(2)(b) tar-Regolament REACH, it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ li fiha sustanza ġiet irreġistrata. Għalhekk, ir-Regolament REACH jippermetti, sa ċertu punt, l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ sustanza, anki jekk il-kwantità eżatta tagħha ma tiġix żvelata. |
241 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tieni parti tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud u, tant ieħor, l-imsemmi motiv fl-intier tiegħu, fir-rigward tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni. |
242 |
Minn dan isegwi r-rikors huwa infondat sa fejn jirrigwarda r-rifjut tal-punt 2 tat-talba għal informazzjoni. |
4. Fuq it-tieni u t-tielet motivi, ibbażati, rispettivament, it-tieni, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1),(3), u (4) tal-Konvenzjoni ta ’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn jirrigwardaw il-punt 3 tat-talba għal informazzjoni
a) Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001
243 |
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-ECHA ma osservatx l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
244 |
B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA hija obbligata li tikkonsulta r-reġistranti li jressqu talba għall-kunfidenzjalità intiża sabiex ma jiġix żvelat it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ. Huma jżidu li, fir-rigward ta’ reġistranti oħra, din il-konsultazzjoni ma hijiex neċessarja, peress li huwa evidenti li ma jeżisti ebda motiv sabiex tirrifjuta li tagħti l-aċċess għall-informazzjoni mitluba. |
245 |
L-ECHA ssostni li l-konsultazzjoni ta’ terzi ma kinitx neċessarja, peress li hija ma kinitx obbligata tikkonsulta terzi fir-rigward tal-informazzjoni li hija ma kellhiex fil-pussess tagħha. Barra minn hekk, anki jekk hija kellha din l-informazzjoni, din hija suġġetta esklużivament għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tixrid fuq l-internet, previsti fl-Artikolu 119 tar-Regolament REACH. |
246 |
Minn naħa waħda, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 119(2)(b) tar-Regolament REACH, l-informazzjoni dwar it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ hija ppubblikata fuq l-internet, għajr f’każ ta’ talba ta’ kunfidenzjalità li l-fondatezza tagħha hija rrikonoxxuta mill-ECHA. |
247 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1049/2001 japplika, konformement mal-Artikolu 2(3) tiegħu, “lil kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni”, u li, skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament REACH, “[i]r-Regolament Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti li jkunu f’idejn l-[ECHA]”. Minn dan isegwi li d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirrigwarda biss id-dokumenti li jeżistu u li huma fil-pussess tal-istituzzjoni kkonċernata (is-sentenza Strack vs Il-Kummissjoni, punt 105 iktar ’il fuq, punt 38). |
248 |
F’dan il-każ, ChemSec, permezz tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni, talbet l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ li fiha t-356 sustanza inkwistjoni ġew irreġistrati, fl-ipoteżi fejn l-aċċess għall-informazzjoni msemmi fil-punt 2 tat-talba għal informazzjoni, jiġifieri l-kwantità eżatta ta’ dawn is-sustanzi, tkun impossibbli (ara l-punt 35 hawn fuq). |
249 |
Fil-punt 1(c) tad-deċiżjoni kkontestata, l-ECHA ddikjarat li “id-dokument mitlub ma jissemm[a] la fid-databases, u lanqas fid-dossiers tagħha” u li r-Regolament Nru 1049/2001 ma jimponix l-obbligu li jinħolqu dokumenti sabiex tingħata risposta għat-talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Madankollu, sabiex jingħata tali dokument lir-rikorrenti, jekk jiġi preżunt li t-talbiet għal reġistrazzjoni ġew tassew imressqa għas-sustanzi inkwistjoni kollha, ikollha tiġbor l-informazzjoni kollha li tinsab fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni u tikkalkula t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ tas-sustanzi inkwistjoni. Hija ppreċiżat ikun l-istess għall-aċċess għall-medda ta’ tunnellaġġ kumulattiv preċiż li jirrigwarda kull waħda mis-sustanzi li jissemmew fit-talba, fil-każ fejn din ikollha tiġi interpretata b’dan il-mod. L-ECHA madankollu żiedet li hija ġabret l-informazzjoni pprovduta dwar il-medda ta’ tunnellaġġ li tirriżulta mill-fajls individwali tas-sustanzi elenkati fit-talba. Hija annettiet mal-ittra tagħha tabella li fiha din l-informazzjoni, filwaqt li speċifikat li “[i]l-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit it-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ kien […] għadu qed jiġi żviluppat” u li hija “ma hijiex għalhekk f’qagħda li tiggarantixxi l-eżatezza tal-imsmemija informazzjoni ġġenerata manwalment”. |
250 |
Ir-rikorrenti jirrilevaw li ma rċevewx l-informazzjoni mitluba sa fejn it-talba tagħhom tirrigwarda l-medda tal-kwantità għal kull reġstrant, u mhux l-informazzjoni aggregata. Huma jżidu li l-Artikolu 119(2)(b) tar-Regolament REACH jeżiġi li l-ECHA tippubblika t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ għal kull reġistrant individwali. Barra minn hekk, jekk ir-rikorrenti mhux qed isostni li l-ECHA għandha fil-pussess tagħha t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ, huma jikkunsidraw li l-ECHA għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni peress li kellha l-obbligu li xxerridha, skont l-Artikolu 119(2)(b), tar-Regolament REACH. |
251 |
Għandu jiġi rrilevat li, fid-data tad-deċiżjoni kkontestata, l-ECHA kienet għadha ma stabbilixxietx il-metodoloġija sabiex tkun tista’ tistabbilixxi t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ u għalhekk ma setgħetx twettaq it-talba tar-rikorrenti intiża li tikseb l-aċċess għal din l-informazzjoni. |
252 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li r-Regolament REACH ma jimponix l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 119(2)(b) tal-imsemmi regolament dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti previst fl-Artikolu 118(1) tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li tiġi imposta l-osservanza tal-obbligu ta’ tixrid fuq l-internet permezz ta’ talba ta’ aċċess għal dokumenti (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Strack vs Il‑Kummissjoni, punt 105 iktar ’il fuq, punt 44). F’dan id-dawl, talba għall-aċċess għad-dokumenti ma tistax tobbliga l-ECHA sabiex toħloq ċerta informazzjoni li ma teżistix, anki jekk it-tixrid ta’ din l-informazzjoni huwa previst mill-Artikolu 119 tar-Regolament REACH. |
253 |
Għaldaqstant, l-ECHA kienet intitolata li tirrifjuta l-punt 3 tat-talba għal informazzjoni minħabba li hija ma kellhiex l-informazzjoni mitluba. Peress li ma hijiex obbligata li tikkonsulta lill-partijiet terzi għal informazzjoni li ma hijiex fil-pussess tagħha, ma jistax jiġi allegat li l-ECHA kisret l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
254 |
Minn dan isegwi t-tieni motiv għandu jiġi miċħud, fir-rigward tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni. |
b) Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1), (3), u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006
255 |
Ir-rikorrenti jallegaw li l-ECHA kisret l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, billi rrifjutatilhom l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li kienu s-suġġett tat-talba tagħhom għal informazzjoni. |
256 |
Sa fejn it-tielet motiv jirrigwarda l-punt 3 tat-talba għal informazzjoni, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, ir-rikors promotur għandu jinkludi sunt tal-motivi invokati. Din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fuq ir-rikors, skont il-każ, mingħajr ebda informazzjoni oħra sabiex issostniha. B’hekk, ir-rikorrent għandu jispjega l-kontenut tal-motiv li fuqu huwa bbażat ir-rikors, b’tali mod li sempliċi evokazzjoni astratta ma tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regoli tal-Proċedura (is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013, Besselink vs Il-Kunsill, T‑331/11, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 38). |
257 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti jillimitaw ruħhom li jevokaw li t-talba għal informazzjoni hija dwar informazzjoni ambjentali u li d-derogi għad-dritt ta’ aċċess għal din l-informazzjoni huma redatti mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif ukoll mir-Regolament Nru 1367/2006. Madankollu, ir-rikorrenti ma jispjegawx b’liema mod il-Konvenzjoni ta’ Aarhus jew ir-Regolament Nru 1367/2006 jipprekludu ċ-ċaħda, mill-ECHA, tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni minħabba li l-informazzjoni mitluba ma hijiex fil-pussess tagħha. It-tressiq tal-motiv inkwistjoni ma jippermettix għalhekk li jiġi stabbilit liema hu l-ksur allegat, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. |
258 |
Għalhekk, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli sa fejn jirrigwarda l-punt 3 tat-talba għal informazzjoni, skont l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991. |
259 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 4(3(a) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi espliċitament li talba għal informazzjoni dwar l-ambjent tista’ tiġi rrifjutata jekk l-awtorità pubblika li lilha tiġi indirizzata t-talba ma jkollhiex fil-pussess tagħha l-informazzjoni mitluba. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1367/2006 “[i]r-Regolament [Nru 1049/2001] għandu japplika għal kwalunkwe talba minn applikant għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-pussess ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità”, li jwassal ukoll li jiġi konkluż li dan ir-riferiment jirrigwarda biss id-dokumenti eżistenti u fil-pussess tal-istituzzjoni kkonċernata. Għaldaqstant, anki jekk jiġi preżunt li t-total ta’ medda ta’ tunnellaġġ tikkostitwixxi informazzjoni ambjentali, dan il-fatt ma jikkontestax il-legalità taċ-ċaħda tal-punt 3 tat-talba għal informazzjoni. |
260 |
Minn dan isegwi li r-rikors għandu jiġi miċħud sa fejn jirrigwarda l-punt 3 tat-talba għal informazzjoni. |
261 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta, fir-rigward tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, sakemm l-ismijiet u d-dettalji li r-rikorrenti talbu l-iżvelar tagħhom kienu aċċessibbli fuq is-sit tal-internet tal-ECHA fid-data tat-23 ta’ April 2014 (ara l-punt 121 hawn fuq). Fir-rigward tal-informazzjoni l-oħra li kienet is-suġġett tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, ir-rikors għandu jiġi milqugħ (ara l-punt 164 hawn fuq) u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata f’dan ir-rigward. |
262 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward taċ-ċaħda tal-punti 2 u 3 tat-talba għal informazzjoni, ir-rikors għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
263 |
Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, f’każ li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi liberament dwar l-ispejjeż. |
264 |
F’dan il-każ, peress li r-rikors ġie parzjalment milqugħ, hemm lok li jiġi deċiż li r-rikorrenti, l-ECHA u ċ-Cefic għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
265 |
Barra dan, skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, jipprevedi li l-istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tbati wkoll l-ispejjeż tagħha. |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Martins Ribeiro Gervasoni Madise Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-23 ta’ Settembru 2015. Firem |
Werrej
Il-kuntest ġuridiku |
|
A – Dritt internazzjonali |
|
1. Ftehim TRIPS |
|
2. Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus |
|
B – Dritt tal-Unjoni |
|
1. Regolament (KE) Nru 1049/2001 |
|
2. Direttiva 2003/4/KE |
|
3. Regolament REACH |
|
4. Regolament (KE) Nru 1367/2006 |
|
Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata |
|
Proċedura u t-talbiet tal-partijiet |
|
Id-dritt |
|
A – Fuq l-ammissibbiltà |
|
1. Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà |
|
2. Fuq it-tmiem tan-nuqqas ta’ ammissibbiltà bbażata fuq l-inammissibbiltŕ tas-suġġett tar-rikors |
|
B – Fuq iż-żamma tas-suġġett tal-kawża fir-rigward tat-talba għal informazzjoni billi tirrigwarda l-ismijiet u d-dettalji tar-reġistranti li ġew żvelati wara l-preżentata tar-rikors |
|
C – Fuq il-mertu |
|
1. Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jirrigwarda l-punti 1 sa 3 tat-talba għal informazzjoni |
|
2. Fuq ir-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, ir-raba’, fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li jirrigwardaw il-punt 1 tat-talba għal informazzjoni |
|
a) Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
b) Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
3. Fuq it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, it-tieni, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) u (6), tar-Regolament Nru 1049/2001, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ir-raba’, fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, fis-sens li jirrigwardaw il-punt 2 tat-talba għal informazzjoni |
|
a) Fuq it-tielet, ir-raba’ u l-ħames motivi, ibbażati, rispettivament, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4), tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ir-raba’, fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, il-ħames, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
Fuq il-preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali |
|
Fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar |
|
– Fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri f’każ ta’ talbiet ta’ informazzjoni ambjentali |
|
– Fuq il-kunċett ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 |
|
– Fuq l-ibbilanċjar tal-interessi differenti eżistenti |
|
b) Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) u (6), tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
Fuq it-tieni parti, bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-priniċpju ta’ proporzjonalitŕ |
|
4. Fuq it-tieni u t-tielet motivi, ibbażati, rispettivament, it-tieni, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1),(3), u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn jirrigwardaw il-punt 3 tat-talba għal informazzjoni |
|
a) Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 |
|
b) Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1), (3), u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 |
|
Fuq l-ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.