Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2011 – Uralita vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/08)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-klorat tas-sodju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Rikors għal annullament – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha (Artikoli 81 KE u 82 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53(1)) (ara l-punti 38-42)

2.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Persuna ġuridika responsabbli għat-tmexxija tal-impriża matul il-ksur - Tmiem - Tmiem minħabba l-assorbiment minn impriża oħra - Kumpannija assorbita li kienet kumpannija parent li lilha kienet ġiet imputata r-responsabbiltà tal-aġir tagħha stess - Imputazzjoni tar-responsabbiltà lill-akkwirent - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE) (ara l- punti 55-62)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F/38.695 – Klorat tas-Sodju), sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Uralita, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.