Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 – GS vs Il‑Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-149/11)
“Rikors għal annullament – Regolament (UE) Nru 1210/2010 – Possibbiltà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Dispożizzjoni ta’ regolament li tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ ċerti muniti tal-euro li ma humiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni - Assenza ta’ interess dirett tar-rikorrent - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1210/2010) (ara l-punti 18, 19, 24, 25, 28)
Suġġett
Talba għall-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1) |
|
Dispożittiv |
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk subiti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja. |