Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 – CMB u Christof vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/07)

“Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-AER – Provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku – Ċaħda tal-offerta – Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Żball skużabbli – Kriterji ta’ għoti – Regoli proċedurali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Applikabbiltà għall-atti adottati minn aġenziji stabbiliti abbażi tal-leġiżlazzjoni sekondarja li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 57, 58)

2.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Inklużjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 59-61)

3.                     Rikors għal annullament - Rikors kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija - Inammissibbiltà - Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva - Deċiżjoni adottata wara talba li tinvoka fatti ġodda u sostanzjali - Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 89-93)

4.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ appell - Dekadenza - Żball skużabbli - Kunċett - Proċeduri ta’ riżoluzzjoni bonarja previsti fis-sejħa għal offerti - Użu ta’ tali proċedura mill-offerent - Inklużjoni (ara l-punti 99, 103)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 115)

6.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea - Regolament finanzjarju - Dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Kamp ta’ applikazzjoni - Kuntratti pubbliċi mogħtija minn korpi maħluqa mill-Komunitajiet, li għandhom personalità ġuridika u li jirċievu sussidji mill-imsemmi baġit - Inklużjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikolu 167(1), u Nru 2666/2000, Artikolu 7(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2343/2002, Artikolu 74) (ara l-punti 153-157)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta (Artikolu 253KE) (ara l-punti 170-172, 177)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EuropeAid/124192/D/SUP/YU li tirrigwarda l-provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku (ĠU 2006, S 233‑248823), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CMB Maschinenbau & Handels GmbH u J. Christof GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.