Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 – Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑210/09)
“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Importazzjoni ta’ settijiet tat-televiżjoni tal-kulur provenjenti mit-Turkija – Rikors għad-danni – Preskrizzjoni – Inammissibbiltà”
Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Dannu kontinwat – Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 47, 48, 50, 61, 62)
Suġġett
Rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti tallega li subiet għaliex il-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timpedixxi lill-awtoritajiet Torok milli jiksru l-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, meta tiġi ddeterminata l-oriġini tas-settijiet tat-televixin tal-kulur provenjenti mit-Turkija importati fil-Komunità. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Formenti Seleco SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |