Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – IMI et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑378/06)
“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Dħul mill-bejgħ rilevanti – Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni - Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi - Trattament ugwali”
1. Proċedura – Eċċezzjoni ta’ litis pendens – Identità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi ta’ żewġ rikorsi – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat sussegwentement (ara l-punt 29)
2. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 40-42)
3. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Tul tal-ksur – Ksur għal perijodu twil – Żieda ta’ 10 % tal-ammont inizjali kull sena – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 B) (ara l-punti 57, 58)
Suġġett
Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l‑Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
IMI plc, IMI Kynoch Ltd, Yorkshire Fittings Ltd, VSH Italia Srl, Comap SA u Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG huma kkundannati għall‑ispejjeż |