Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 - Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/04)

“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Pubblikazzjoni frankofona – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi – Rikors għal annullament ta’ akkwirent prospettiv li ma ntgħażilx – Obbligu ta’ motivazzjoni – Frodi – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Regolament (KEE) Nru 4064/89”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Esklużjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twettaq l-eżami approfondit ta’ konċentrazzjoni (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Arikolu 6(1)(ċ)) (ara l-punt 89)

2.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni - Teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tal-kontroll, uniku jew konġunt, eżerċitat fuq impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Holding operation ta’ assi qabel l-awtorizzazzjoni tal-konċentrazzjoni mill-Kummissjoni - Possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza determinanti fuq l-attività marbuta mal-assi - Assenza - Akkwist ta’ assi bil-ħsieb li jerġgħu jinbiegħu (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 3 u 4) (ara l-punti 116-118, 125, 132, 138-140, 142, 144, 150, 153)

3.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Tranżazzjoni mwettqa qabel ma tkun ġiet innotifikata - Konsegwenzi - Possibbiltà li l-Kummissjoni tiddikjara t-tranżazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Possibbiltà li l-Kummissjoni tħassar deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli - Assenza - Nuqqas ta’ notifika li jista’ jiġi ssanzjonat permezz tal-impożizzjoni ta’ multa (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 6 sa 8, u 14) (ara l-punti 156-161, 201, 202)

4.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Notifika - Obbligu - Portata - Holding operation ta’ assi li ma tikkostitwixxix konċentrazzjoni - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 1(1), 4(1) u 7(1)) (ara l-punti 171, 231, 232)

5.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Tħassir ta’ deċiżjoni li tawtorizza konċentrazzjoni - Kriterji - Deċiżjoni miksuba b’mod frawdolenti - Konċentrazzjoni kklassifikata bħala akkwist ta’ ishma fuq bażi temporanja - Rekwiżit ta’ prova tal-akkwist tal-kontroll (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 3(1)(b), 5(a) u 8(5)(a)) (ara l-punti 191-194)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi - Deċiżjoni li tawtorizza konċentrazzjoni - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 8(2)) (ara l-punti 226-228, 233, 234)

7.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika - Setgħa diskrezzjonali ta’ evalwazzjoni - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 2) (ara l-punti 248, 249)

8.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni - Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti - Indizji - Tibdil tal-pożizzjoni inizjali tal-partijiet fis-swieq affettwati - Konsegwenzi ta’ ċessjoni mill-ġdid tal-assi - Dħul mill-bejgħ globali tal-partijiet fit-tranżazzjoni - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikoli 2(3) u 8(3)) (ara l-punti 284-286, 288)

9.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Definizzjoni tas-suq inkwistjoni - Kriterji - Sostitwibbiltà tal-prodotti - Struttura tal-offerta u tat-talba - Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti trażversali ta’ konċentrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89) (ara l-punti 302-306)

10.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni - Mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni - Mument tan-notifika tat-tranżazzjoni - Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju tal-konklużjoni ta’ ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni wara l-konċentrazzjoni - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89, Artikolu 2) (ara l-punti 326, 327, 338)

11.                     Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Eżami mill-Kummissjoni - Impenji tal-kumpanniji kkonċernati ta’ natura li jirrendu t-tranżazzjoni nnotifikata kompatibbli mas-suq komuni - Impenn ta’ ċessjoni mill-ġdid tal-assi - Kriterji tal-għażla tal-akkwirent - Kompetitur attwali jew potenzjali - Indipendenza, riżorsi finanzjarji u kompetenza kkonfermati - Radd lura tal-assi lil akkwirent finanzjarju - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89; Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimedji aċċettabbli taħt ir-Regolamenti Nru 4064/89 u Nru 447/98, punt 49) (ara l-punti 340-346)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 – Lagardère/Natexis/VUP) (ĠU L 125, p. 54).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Lagardère SCA.