SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)
11 ta’ Marzu 2009 ( *1 )
“Għajnuna mill-Istat — Finanzjament ta’ France Télévisions permezz tal-ħlas ta’ liċenzja awdjoviżiva — Eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti — Rakkomandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa — Impenji tal-Istat Membru aċċettati mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Natura tal-att ikkontestat — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Sentenza Altmark”
Fil-Kawża T-354/05,
Télévision française 1 SA (TF1), stabbilita f’Boulogne-Billancourt (Franza), irrappreżentata minn J.-P. Hordies u C. Smits, avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn C. Giolito, bħala aġent,
konvenuta,
sostnuta minn
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata minn G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, bħala aġenti,
u minn
France Télévisions SA, stabbilita f’Pariġi (Franza), irrappreżentata minn J.-P. Gunther u D. Tayar, avukati,
intervenjenti,
li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1166 finali, tal-20 ta’ April 2005, dwar l-għajnuna mogħtija lil France Télévisions [Għajnuna E 10/2005 (ex C 60/1999) — Franza, Liċenzja awdjoviżwali],
IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (Il-Ħames Awla),
komposta minn M. Vilaras (Relatur), President, M. Prek u V. M. Ciucă, Imħallfin,
Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Ottubru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
Il-kuntest ġuridiku
1 |
L-Artikolu 86(2) KE, jipprovdi li: “Kull impriża responsabbli biex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun soġġetta għar-regoli ta’ dan it-Trattat, b’mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b’mod kuntrarju għall-interessi tal-Komunità.” |
2 |
L-Artikolu 87(1) KE jipprovdi li: “Bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.” |
3 |
L-Artikolu 88 KE jipprovdi li: “1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma’ l-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżiżtu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta’ l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq komuni. 2. Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta’ għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat, m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni. […] 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni skond it-termini ta’ l-Artikolu 87, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali.” |
4 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88] tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1), jipprovdi li: “Għall-għan ta’ dan ir-Regolament: […]
|
5 |
L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li: “1. Il-Kummissjoni għandha tikseb mill-Istati Membri kkonċernati l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-analiżi mill-ġdid, f’koperazzjoni ma’ l-Istat Membru, ta’ skemi ta’ għajnuna eżistenti skond l-Artikolu [88](1) [KE]. 2. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li skema ta’ għajuna eżistenti m’hijiex, jew m’għadhiex, kompatibbli mas-suq komuni, għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-opinjoni preliminarja tagħha u tagħti lill-Istat Memrbu kkonċernat l-opportunità li jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien xahar. F’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista testendi dan il-perjodu.” |
6 |
L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li: “Fejn il-Kummissjoni, fid-dawl ta’ l-informazzjoni sottomessa mill-Istat Membru skond l-Artikolu 17, tikkonkludi li l-iskema ta’ għajnuna eżistenti m’hijiex, jew m’għadhiex, kompatibbli mas-suq komuni, għandha toħroġ rakommandazzjoni li tipproponi [l-adozzjoni ta’] miżuri xierqa lill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rakommandazzjoni tista’ tipproponi, b’mod partikolari:
|
7 |
L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li: “1. Fejn l-Istat Membru kkonċernat jaċċetta l-miżuri proposti u jinforma lill-Kummissjoni dwarhom, il-Kummissjoni għandha tirreġistra dik is-sejba u tinforma lill-Istat Membru dwarha. L-Istat Membru għandu jkun marbut bl-aċċettazzjoni tagħha li jimplementa l-miżuri xierqa. 2. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jaċċettax il-miżuri proposti u l-Kummissjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-argumenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tikkonsidra li dawk il-miżuri huma meħtieġa, għandha tibda l-proċeduri skond l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6, 7 u 9 għandhom jgħoddu mutatis mutandis.” |
8 |
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li: “Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej sommarju tad-deċiżjonijiet li tieħu skond […] l-Artikolu [1]8 f’konformità ma’ l-Artikolu 19(1). L-avviż sommarju għandu jgħid li kopja tad-deċiżjoni tista’ tinkiseb fil-verżjoni jew verżjonijiet tal-lingwa awtentika.” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
9 |
Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Marzu 1993, ir-rikorrenti, Télévision française 1 SA (TF1), proprjetarja tal-istazzjon televiżiv kummerċjali privat TF1, ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni dwar il-metodi ta’ finanzjament u ta’ użu ta’ France 2 u ta’ France 3, żewġ stazzjonijiet televiżivi pubbliċi Franċiżi. Dan l-ilment, li fl- kien is-suġġett ta’ suppliment għall-ilment, kien jallega ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 86(1) KE u tal-Artikolu 87 KE. F’dan l-ilment ir-rikorrenti sostniet li, fost miżuri oħra, il-kumpens tal-liċenzja awdjoviżwali mir-Repubblika Franċiża lil France 2 u lil France 3 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. |
10 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 1999, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tas- (ĠU C 340, p. 57), il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, prevista fl-Artikolu 88(2) KE, fir-rigward tas-sussidji ta’ investiment irċevuti minn France 2 u France 3 kif ukoll kapital inizjali mogħti lil France 2 bejn l-1988 u l-1994. Peress li din il-proċedura ma kinitx tirrigwarda l-liċenzja, din il-miżura tal-aħħar kienet, preliminarjament, ikkunsidrata bħala għajnuna eżistenti li għandha tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ investigazzjoni separata skont l-Artikoli 17 et seq tar-Regolament Nru 659/1999. |
11 |
Fl-2000, France 2 u France 3 saru, mir-Repubblika Franċiża, il-kumpannija holding pubblika France Télévisions SA, stabbilita bil-Liġi Franċiża 2000-719, tal-1 ta’ Awwissu 2000, li temenda l-Liġi 86-1067, tat-, dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni (JORF Nru 177, tat-, p. 11903), u inkarigata sabiex tikkoordina l-attività tal-istazzjonijiet pubbliċi Franċiżi. |
12 |
Permezz tad-Deċiżjoni 2004/838/KE, tal-10 ta’ Diċembru 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza għall-benefiċċju ta’ France 2 u ta’ France 3 (ĠU 2004, L 361, p. 21, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-”), il-Kummissjoni ddeċidiet li s-sussidji ta’ investiment irċevuti minn France 2 u France 3 kif ukoll il-kapital inizjali mogħti lil France 2 bejn l-1998 u l-1994 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) KE. Id-deċiżjoni tal- kienet is-suġġett ta’ rikors għal annullament mir-rikorrenti, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza bir-referenza T-144/04 u miċħud b’Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-, TF1 vs Il-Kummissjoni (T-144/04, Ġabra p. II-761). |
13 |
B’ittra tal-10 ta’ Diċembru 2003, indirizzata lir-Repubblika Franċiża abbażi tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 659/1999 (iktar ’il quddiem l-“ittra tal-”), fil-kuntest tal-eżami kostanti tal-għanjuna eżistenti, il-Kummissjoni ppreżentat lir-Repubblika Franċiża, barra minn hekk, l-analiżi tagħha dwar is-sistema Franċiża tal-liċenzja awdjoviżwali. |
14 |
B’ittri tal-20 ta’ Frar u tat-, l-awtoritajiet Franċiżi rrispondew għall-ittra tal-. Fil- huwa ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni. B’ittri tat- u tal-, tat- u tal-, huma ppreżentaw impenji bi tweġiba għall-analiżi tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-. |
15 |
Permezz tad-Deċiżjoni C (2005) 1166 finali tal-20 ta’ April 2005, dwar l-għajnuna mogħtija lil France Télévisions [għajnuna E 10/2005 (ex C 60/1999) — Franza, Liċenja tax-xandir] (iktar’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), innotifikata fil- lir-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni informat lil dan l-Istat Membru li, abbażi tal-impenji adottati mill-awtoritajiet Franċiżi fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami kostanti tas-sistema tal-liċenzja għall-benefiċċju ta’ France Télévisions, hija tikkunsidra din is-sistema bħala inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) KE u ddeċidiet għaldaqstant li tagħlaq il-proċedura li tikkonċerna din is-sistema li tirrigwarda għajnuna eżistenti (paragrafi 1 u 27 tad-deċiżjoni kkontestata). |
16 |
Fid-29 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni kkomunikat id-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrenti permezz ta’ faks. |
17 |
Fit-30 ta’ Settembru 2005, sommarju tad-deċiżjoni kkontestata ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 240, p. 20), li kien fih riferiment għas-sit Internet tal-Kummissjoni li jippermetti l-aċċess tat-test sħiħ ta’ din id-deċiżjoni. |
Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet
18 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fid-9 ta’ Settembru 2005, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors. |
19 |
Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 u tal-, ir-Repubblika Franċiża u France Télévisions talbu sabiex jintervjenu insostenn tal-Kummissjoni. Dawn it-talbiet intlaqgħu b’digrieti tal- tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Prim’Istanza. |
20 |
Bi tweġiba għal talba ta’ preżentazzjoni ta’ dokumenti tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Jannar 2006, b’ittra tal-, il-Kummissjoni tat id-deċiżjoni tal- iżda wieġbet li ma tistax tippreżenta l-korrispondenza li saret mar-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-eżami kostanti tal-liċenzja. B’ittri tat-, il-Qorti tal-Prim’Istanza informat lill-partijiet li l-preżentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti tista’ tiġi ordnata f’każ li hija tikkunsidra dan neċessarju. |
21 |
Bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Mejju 2008, b’ittra tad-, il-Kummissjoni informat lill-Qorti tal-Prim’Istanza bil-miżuri adottati mir-Repubblika Franċiża skont id-deċiżjoni kkontestata. |
22 |
B’ittra tad-9 ta’ Ottubru 2008 indirizzata lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim’Istanza u inkluża fil-proċess, ir-rikorrenti indikat li hija ser issemmi, matul is-seduta, fatti legali ġodda jiġifieri s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-, SIC vs Il-Kummissjoni (T-442/03, Ġabra p. II-1161), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3506 finali, tas-, dwar l-għajnuna mogħtija lil France Télévisions (għajnuna N 279/2008 — Franza, kapital inizjali lil France Télévisions). |
23 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:
|
24 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Franċiża u minn France Télévisions, titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:
|
Fuq l-ammissibbiltà
Fuq l-osservanza tat-terminu għall-preżentata tar-rikors
L-argumenti tal-partijiet
25 |
Il-Kummissjoni, sostnuta minn France Télévisions, tistaqsi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors fid-dawl tad-data tal-preżentata tiegħu. |
26 |
Id-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet indirizzata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra rreġistrata b’talba għal riċevuta fl-20 ta’ Ġunju 2005 u riċevuta minnha fit-. Għaldaqstant ir-rikorrenti kienet saret taf biha f’din id-data u, f’kull każ, mhux iktar tard mid-, fid-data li fiha hija kienet talbet lill-Kummissjoni sabiex tibgħatilha mill-ġdid b’faks id-deċiżjoni kkontestata minħabba li l-ittra rreġistrata tal- kienet intilfet. |
27 |
Għaldaqstant ir-rikors huwa tardiv. |
28 |
Il-Kummissjoni tiddikjara li m’għandhiex tiġi injorata l-ġurisprudenza li, fil-każ tal-atti li, skont prassi stabbilita u, a fortiori, għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu legali, huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, it-terminu għall-preżentata tar-rikors jibda’ jiddekorri mid-data tal-pubblikazzjoni, iżda hija tikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkorripondix eżattament għall-atti msemmija mill-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata tinkludi kemm ir-rakkomandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa, imsemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, u l-aċċettazzjoni tal-Istat Membru, imsemmija fl-Artikolu 19(1) ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant il-Kummissjoni tistaqsi jekk id-deċiżjoni kkontestata għandhiex tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament u tħalli f’idejn il-ġudizzju tal-Qorti tal-Prim’Istanza fuq dan il-punt. |
29 |
Madankollu l-Kummissjoni tistaqsi dwar ir-rilevanza ta’ din il-ġurisprudenza fil-każijiet meta l-att kien innotifikat lir-rikorrenti. Jekk tiġi applikata, din il-ġurisprudenza twassal sabiex tneħħi kull sinjifikat għall-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 659/1999 u testendi, b’mod inġustifikat, it-termini għall-preżentata tar-rikors tal-interessati prinċipali, f’din il-kawża l-kompetituri tal-impriżi benefiċjarji tal-għajnuna. |
30 |
Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ġiet ikkomunikata lilha kollha kemm hi fit-23 ta’ Ġunju 2005, iżda biss fid-. Il-preżentazzjoni tal-att seħħ fid-, u għaldaqstant ir-rikors huwa ammissibbli. Barra minn hekk, jekk it-terminu beda jiddekorri biss mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikors huwa iktar u iktar ammissibbli. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
31 |
Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata, li l-Istat Membru kkonċernat, f’din il-kawża r-Repubblika Franċiża, huwa l-uniku destinatarju tagħha (ara, f’dan is-sens, id-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Mejju 2008, SNIV vs Il-Kummissjoni, T-327/04, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 33), ma kinitx ġiet innotifikata, iżda ġiet ikkomunikata biss lir-rikorrenti. |
32 |
Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 230 KE, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrenti, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta r-rikorrenti jkun sar jaf bih, skont il-każ. |
33 |
Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kriterju tad-data meta r-rikorrent isir jaf b’att bħala d-data li minnha jibda jiddekorri t-terminu sabiex jiġi ppreżentat rikors huwa ta’ natura sussidjarja meta pparagunat mal-kriterji tad-data tal-pubblikazzjoni jew tan-notifika tal-att (digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Novembru 2005, Tramarin vs Il-Kummissjoni, T-426/04, Ġabra p. II-4765, punt 48; SNIV vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, u TF1 vs Il-Kummissjoni, punt 12 iktar ’il fuq, punt 19). |
34 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-atti li, skont prassi stabbilita tal-istituzzjoni kkonċernata, huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, minkejja li din il-pubblikazzjoni mhijiex kundizzjoni meħtieġa għall-applikabbiltà tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim’Istanza aċċettaw li l-kriterju tad-data ta’ meta r-rikorrent isir jaf bl-att mhuwiex applikabbli u li t-terminu sabiex jiġi ppreżentat rikors jibda jiddekorri mid-data tal-pubblikazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-fatt, it-terzi interessati jistgħu leġittimament jistennew li l-att inkwistjoni ser jiġi ppubblikat (digrieti Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, punt 49, SNIV vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, punt 22, u TF1 vs Il-Kummissjoni, punt 12 iktar ’il fuq, punt 20). Din is-soluzzjoni, li tirreferi għaċ-ċertezza legali u tapplika għat-terzi interessati kollha, tapplika, b’mod partikolari, meta, bħal f’dan il-każ, it-terz interessat li ppreżenta r-rikors sar jaf bl-att qabel il-pubblikazzjoni tiegħu. |
35 |
Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Kummissjoni tagħti lil terzi l-aċċess għat-test sħiħ ta’ deċiżjoni mqiegħda fuq is-sit internet tagħha, flimkien mal-pubblikazzjoni ta’ sommarju fil-Ġurnal Uffiċjali li jippermetti lill-persuni interessati jidentifikaw id-deċiżjoni inkwistjoni u jiġu informati b’din il-possibbiltà ta’ aċċess permezz tal-internet, għandu jitqies li huwa pubblikazzjoni fis-sens tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 230 KE (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2005, Olsen vs Il-Kummissjoni, T-17/02, Ġabra p. II-2031, punt 80; digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-, Air Bourbon vs Il-Kummissjoni, T-321/04, Ġabra p. II-3469, punt 34, u Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, punt 53). |
36 |
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, sommarju tad-“deċiżjonijiet li tieħu skond […] l-Artikolu [1]8 f’konformità ma’ l-Artikolu 19(1)”. |
37 |
Sabiex jiġi stabbilit jekk id-deċiżjoni kkontestata, li mhijiex ibbażata fuq bażi legali espressa, tikkorrispondix għal dak li Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jirreferi għalih permezz tal-espressjoni mfakkra fil-punt preċedenti, l-ewwel nett, għandu jsir eżami mill-ġdid tal-istadji tal-proċedura segwita mill-Kummissjoni f’din il-kawża u, it-tieni nett, li jiġi ppreċiżat is-sens tal-imsemmija espressjoni. |
38 |
L-ewwel nett, mill-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, bl-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2003, ikklassifikata mill-Kummissjoni bl-“ittra Artikolu 17” (paragrafu 15 tad-deċiżjoni kkontestata), din l-istituzzjoni ma llimitatx ruħha li tinforma lir-Repubblika Franċiża bil-konklużjoni preliminari li s-sistema tal-liċenzja ma kinitx jew m’għadhiex iktar kompatibbli mas-suq komuni u li tistieden li dan l-Istat Membru sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. |
39 |
F’din l-ittra, l-Kummissjoni indikat “li, preliminarjament, modifiki fis-sistema eżistenti għandhom isiru sabiex tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tas-sistema Franċiża ta’ liċenzji mar-regoli Komunitarji applikabbli għall-għajnuna mill-Istat” (paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni “qieset li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-osservanza [ta’ ċerti] prinċipji” li jirrigwardaw, essenzjalment, il-proporzjonalità tal-kumpens tal-Istat fil-konfront tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku (it-tielet inċiż tal-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata) u l-użu mix-xandara tas-servizz pubbliku tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont il-kundizzjonijiet tas-suq (it-tieni u t-tielet inċiż tal-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata). |
40 |
B’dan il-mod, il-Kummissjoni ddeċidiet, permezz tal-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2003, li tibgħat lill-Istat Membru kkonċernat “rakkomandazzjoni li tipproponi [l-adozzjoni ta’] miżura xierqa” li madankollu ssir biss, fil-prinċipju, fl-istadju previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999, jiġifieri “fid-dawl ta’ l-informazzjoni sottomessa mill-Istat Membru”. |
41 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, wara li fakkret il-kliem ta’ din ir-rakkomandazzjoni (paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata) u eżaminat l-impenji meħuda mir-Repubblika Franċiża bi tweġiba għal din tal-aħħar (paragrafi 65 et seq tad-deċiżjoni kkontestata) qieset li l-impenji adottati mill-awtoritajiet Franċiżi li jikkonċernaw il-prinċipju tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed [kienu] sodisfaċenti (paragrafu 68 tad-deċiżjoni kkontestata) u li dawn “jirrigwardaw l-aġir kummerċjali tal-istazzjonijiet pubbliċi rrispondew b’mod sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet li hija [kienet] għamlet”(paragrafu 70 tad-deċiżjoni kkontestata). Hija ħadet inkunsiderazzjoni wkoll l-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi li jagħmlu, “fis-sentejn minn din l-ittra”, il-modifiki leġiżlattivi u regolamentari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-impenji u li jipprovdulha, fl-istess terminu, rapport f’dan ir-rigward (paragrafu 71 tad-deċiżjoni kkontestata). |
42 |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq din il-proċedura abbażi ta’ dawn l-impenji differenti tal-awtoritajiet Franċiżi u tal-konstatazzjoni tagħha li huma ssodisfaw ir-rakkomandazzjoni tagħha, (paragrafi 1 u 72 tad-deċiżjoni kkontestata), filwaqt li tfakkar li d-deċiżjoni kkontestata bl-ebda mod ma tippreġudika s-setgħa ta’ eżami kostanti tagħha tal-iskemi ta’ għajnuna eżistenti, prevista fl-Artikolu 88(1) KE (l-paragrafu 73(1) tad-deċiżjoni kkontestata). |
43 |
Mid-deskrizzjoni preċedenti jirriżulta li, f’din il-kawża, il-Kummissjoni ddeċidiet, mill-istadju proċedurali previst fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 659/1999, li tibgħat lir-Repubblika Franċiża r-“rakkomandazzjoni li tipproponi [l-adozzjoni ta’] ta’ miżuri xierqa” prevista fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament. Sussegwentement, malli rċeviet l-impenji tar-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni eżaminathom, ikkunsidrathom li jirrispondu għal din ir-rakkomandazzjoni u konsegwentement aċċettathom. Din l-aċċettazzjoni, li hija bbażata fuq l-eżami preċedenti tal-impenji u li, b’dan il-mod, tmur lil hinn mis-sempliċi fatt li tieħu konjizzjoni ta’ dan, tista’ madankollu tiġi pparagunata,għall-inqas fl-ewwel analiżi u sabiex tikkorrispondi, kemm jista’ jkun, għall-istadji proċedurali letteralment previsti mill-kliem tar-Regolament Nru 659/1999, għall-fatt li “tirreġistra” fis-sens tal-Artikolu 19(1) ta’ dan ir-regolament. |
44 |
It-tieni nett, għandu jiġi stabbilit is-sens tal-espressjoni “deċiżjoni [meħuda] skond […] l-Artikolu [1]8 f’konformità ma’ l-Artikolu 19(1)”, li tinsab fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999. |
45 |
Din l-espressjoni tfisser li l-obbligu ta’ pubblikazzjoni stabbilit minn din id-dispożizzjoni ma jirrigwardax qabel kollox u biss d-“deċiżjoni [meħuda] skond […] l-Artikolu [1]8” tar-Regolament Nru 659/1999 li tintbagħat lill-Istat Membru rakkomandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa, iżda li dan l-obbligu ta’ pubblikazzjoni jinbet biss fil-każ li din ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tiġi aċċettata mill-Istat Membru, li jikkorrispondi għall-każ imsemmi fl-Artikolu 19(1) tal-istess regolament. |
46 |
B’hekk, l-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jobbliga, b’mod definittiv, lill-Kummissjoni, jekk u meta r-rakkomandazzjoni tagħha li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa tiġi aċċettata mill-Istat Membru, li tipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-kontenut ta din ir-rakkomandazzjoni li din l-istituzzjoni kienet iddeċidiet li tibgħat lill-Istat Membru u mill-fatt li din ir-rakkomandazzjoni kienet ġiet aċċettata mill-Istat Membru. It-terzi huma għalhekk informati mhux biss fi stadju intermedjarju tal-proċedura ta’ eżami iżda fl-istadju finali tagħha. |
47 |
F’din il-kawża, id-deċiżjoni kkontestata, anki jekk issir wara proċedura li tat lok għall-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjoni prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999 mill-istadju tal-ittra mibgħuta skont l-Artikolu 17 (ara l-punti 38 sa 40 hawn fuq), tikkorrispondi, fir-realtà, għal dak li dan ir-regolament jiddefinixxi, fl-Artikolu 26(1) tiegħu, permezz tal-espressjoni “deċiżjoni [meħuda] skond […] ta’ l-Artikolu [1]8 f’konformita ma’ l-Artikolu 19(1)”. |
48 |
Id-deċiżjoni kkontestata tikkorrispondi eżatt għal wieħed mill-atti msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999 u, kienet, għaldaqstant, mibgħuta għall-pubblikazzjoni, u dan, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, “minn tmiem l-erbatax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dak l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea” jiġifieri mill-14 ta’ Ottubru 2005 sa nofs il-lejl, li beda jiddekorri t-terminu għall-preżentata tar-rikors. B’dan il-mod u skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 230 KE, l-Artikolu 101 flimkien mal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-terminu għall-preżentata tar-rikors skada t-Tlieta f’nofs il-lejl. |
49 |
Peress li dan ir-rikors ġie ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2005, huwa ammissibbli. |
Fuq in-natura tad-deċiżjoni kkontestata
L-argumenti tal-partijiet
50 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, isssostni li d-deċiżjoni kkontestata, peress li fiha rakkomandazzjoni aċċettata mill-awtoritajiet Franċiżi, ma tipproduċix effett vinkolanti u għaldaqstant mhijiex att li jista’ jiġi kkontestat. |
51 |
Din hija ittra mibgħuta lir-Repubblika Franċiża matul il-fażi tal-eżami kostanti ta’ għajnuna eżistenti. Issa, skont il-kliem stess tal-Artikolu 88(1) KE, il-miżuri xierqa jikkostitwixxu biss proposti. Dan ikun il-każ biss meta l-Istat Membru jiddeċiedi li ma jadottax dawn il-proposti li l-Kummissjoni għandha, jekk hija tqis xieraq, tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 88(2) KE, sabiex teħtieġ tibdil fl-iskema tal-għajnuna inkwistjoni, u din id-deċiżjoni biss għandha natura mandatorja. Il-Kummissjoni m’għandhiex setgħa ta’ restrizzjoni fir-rigward ta’ Stat Membru fil-kuntest tal-investigazzjoni preliminari ta’ miżura tal-Istat. Il-Kummissjoni tinvoka insostenn tal-pożizzjoni tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ottubru 1996, Salt Union vs Il-Kummissjoni (T-330/94, Ġabra p. II-1475, punt 35), u d-digriet Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq. |
52 |
Il-proċedura tal-“miżuri xierqa” tappartjenti għaldaqstant għal proċedura kważi kuntrattwali. F’każ li l-Istat Membru jaċċetta l-proposti tal-miżuri utli tal-Kummissjoni, dan tal-aħħar ikun obbligat li jimplementhom. F’każ ta’ rifjut, il-Kummissjoni tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni. |
53 |
Madankollu, f’dan l-istadju tal-proċedura tal-miżuri xierqa, li barra minn hekk m’għandha l-ebda effett sospensiv, ir-Repubblika Franċiża tista’ tkompli tagħti l-għajnuna abbażi tal-iskema eżistenti għal sentejn oħra min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata. L-uniċi limitazzjonijiet jikkonsistu fit-theddida tal-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-impenji u l-fatt li, meta jiddekorru s-sentejn u fin-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji, l-għajnuna inkwistjoni ma tibqax iktar eżistenti, iżda ġdida. Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni biss tista’ eventwalment ikollha natura mandatorja. |
54 |
Barra minn hekk, l-uniku obbligu impost fuq l-Istat Membru huwa li għandu josserva dawn l-impenji u dan l-obbligu jirriżulta mill-aċċettazzjoni unilaterali tiegħu stess tal-proposti tal-Kummissjoni, u mhux mid-deċiżjoni kkontestata, li tillimita ruħha li tieħu konjizzjoni ta’ dawn l-impenji. |
55 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kellhiex il-possibbiltà, fuq il-bażi biss tan-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji, li tibda proċedura għal nuqqas abbażi tal-Artikolu 88(2) KE jew tal-Artikolu 226 KE. |
56 |
L-argument tar-rikorrenti dwar l-inċentiv magħmul lill-Istati Membri li ma jikkooperawx lealment mal-Kummissjoni huwa wieħed li jiżgwida. Huwa minnu li l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jikkooperax u li jirrifjuta l-proposti kollha ta’ miżuri xierqa. Madankollu dan ifisser ftuħ immedjat tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, segwita minn deċiżjoni unilaterali tal-Kummissjoni li teħtieġ modifika immedjata tal-iskema ta’ għajnuna. Il-proċedura ta’ kooperazzjoni segwita f’din il-kawża tippermetti li jiġi evitat il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali filwaqt li tħalli żmien għall-Istat Membru sabiex jimplementa l-impenji tiegħu bir-ritmu miftiehem iżda mhux f’termini itwal. Is-sistema tinkoraġġixxi għaldaqstant il-kooperazzoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri mingħajr ma tħeġġiġhom sabiex iġibu ruħhom b’mod żleali. |
57 |
Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq in-nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-azzjoni tal-Kummissjoni f’każ ta’ nuqqas, fl-iskadenza tat-terminu mogħti lill-Istat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, huwa ineżatt. In-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji tagħha mir-Repubblika Franċiża jippermetti lir-rikorrenti titlob, quddiem il-qorti nazzjonali, is-sospensjoni tal-ħlas tal-għajnuna l-ġdida li għalhekk issir liċenzja. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tista’ tagħmel interpellazzjoni sabiex tieħu azzjoni, sussegwentement tippreżenta rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni kontra l-Kummissjoni, jekk din l-istituzzjoni ma tibdiex immedjatament il-proċedura formali ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-proċedura formali tiġi kompluta permezz ta’ deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, li tista’ tiġi kkontestata mir-rikorrenti. |
58 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni m’għamlitx, fil-formulazzjoni tal-paragrafu 73 tad-deċiżjoni kkontestata, konfużjoni rigward in-natura tad-deċiżjoni kkontestata, fejn in-natura tagħha tiddependi mis-sustanza ta’ dan id-dokument. |
59 |
Ir-rikorrenti tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
60 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, huma biss l-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jimmodifikaw b’mod kunsiderevoli s-sitwazzjoni legali tiegħu, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 1981, IBM vs Il-Kummissjoni, 60/81, Ġabra p. 2639, punt 9; sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-, Assicurazioni Generali u Unicredito vs Il-Kummissjoni, T-87/96, Ġabra p. II-203, punt 37; tat-, Coca-Cola vs Il-Kummissjoni, T-125/97 u T-127/97, Ġabra p. II-1733, punt 77, u tat-, M6 et vs Il-Kummissjoni, T-112/99, Ġabra p. II-2459, punt 35; Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-, Kronoply vs Il-Kummissjoni, T-130/02, Ġabra. II-4857, punt 43). |
61 |
Sabiex jiġi stabbilit jekk att jew deċiżjoni jipproduċux tali effetti, għandu jsir riferiment għas-sustanza tagħhom (sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, punt 60, iktar ’il fuq, punt 9, u d-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 1991, Sunzest vs Il-Kummissjoni, C-50/90, Ġabra p. I-2917, punt 12; sentenza Coca-Cola vs Il-Kummissjoni, punt 60 iktar ’il fuq, punt 78, u d-Digriet Kronoply vs Il-Kummissjoni, punt 60 iktar ’il fuq, punt 44). |
62 |
Fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat, ir-regoli tal-proċedura li t-Trattat jistabbilixxi jvarjaw skont jekk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna li hija eżistenti jew għajnuna ġdida. Filwaqt li tal-ewwel huma suġġetti għall-Artikolu 88(1) u (2) KE, tal-aħħar huma rregolati mill-paragrafi 2 u 3 tal-istess dispożizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 1992, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-47/91, Ġabra p. I-4145, punt 22). |
63 |
F’dak li jirrigwarda l-għajnuna eżistenti, l-Artikolu 88(1) KE jagħti kompetenza lill-Kummissjoni sabiex tagħmel eżami kostanti tagħhom mal-Istati Membri. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, il-Kummissjoni tipproponi lil dawn tal-aħħar il-miżuri xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq komuni. It-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu jipprovdi sussegwentement li, jekk wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87, jew li din l-għajnuna tkun applikata b’mod abbużiv, hija għandha tiddeċiedi li l-Istat interessat jikkanċellaha jew li jimmodifikaha fit-terminu previst mill-Kummissjoni (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 62 iktar ’il fuq, punt 23, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Awwissu 1994, Namur-Les assurances du crédit, C-44/93, Ġabra p. I-3829, punt 11). |
64 |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 659/1999, fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li skema ta’ għajnuna eżistenti mhijiex, jew ma għadhiex, kompatibbli mas-suq komuni, għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-opinjoni preliminari tagħha u tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien xahar. |
65 |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999, fejn il-Kummissjoni, fid-dawl tal-informazzjoni sottomessa mill-Istat Membru skont l-Artikolu 17 imsemmi iktar ’il fuq, tikkonkludi li l-iskema ta’ għajnuna eżistenti mhijiex, jew ma għadhiex, kompatibbli mas-suq komuni, hija għandha toħroġ rakkommandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa lill-Istat Membru kkonċernat. Ma jistax jiġi kkkontestat li din ir-rakkomandazzjoni, li tikkostitwixxi biss proposta, mhijiex, meħuda waħedha, att li jista’ jiġi kkontestat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Salt Union vs Il-Kummissjoni, punt 51 iktar ’il fuq, punt 35, l-ewwel sentenza). |
66 |
Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 659/1999, fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jaċċettax il-miżuri proposti u l-Kummissjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-argumenti tal-Istat Membru kkonċernat, tibqa’ tikkunsidra li dawn il-miżuri huma meħtieġa, għandha tibda l-proċeduri skont l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-regolament. |
67 |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 659/1999, fejn l-Istat Membru kkonċernat jaċċetta l-miżuri proposti u jinforma lill-Kummissjoni dwarhom, il-Kummissjoni għandha tirreġistra dik is-sejba u tinforma lill-Istat Membru dwarha. |
68 |
Rigward dan il-każ tal-aħħar, rilevanti f’din il-kawża, għandu jiġi miċħud l-approċċ sostnut, essenzjalment, mill-Kummissjoni u li jikkonsisti, abbażi tal-qari tal-Artikolu 19(1) b’mod iżolat u letterali, imsemmi hawn fuq, li jallega li hija ma tieħu l-ebda deċiżjoni f’każ ta’ proċedura ta’ eżami ta’ għajnuna eżistenti li twassal għall-aċċettazzjoni mill-Istat Membru tal-miżuri xierqa proposti, jew ukoll li tqassar il-proċedura tal-Artikolu 17, tal-Artikolu 18 u tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għal proċess kważi kuntrattwali. |
69 |
Fil-fatt, tali approċċ jinjora t-termini u l-għan ta’ din il-proċedura, li tikkostitwixxi, min-natura tagħha stess, proċedura deċiżjonali, kif ukoll jindika dan barra minn hekk l-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999, permezz tal-espressjoni, “deċiżjoni [meħuda] skont […] l-Artikolu [1]8 f’konformità ma’ l-Artikolu 19(1)”. |
70 |
Ċertament, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jistgħu jiddiskutu dwar il-miżuri xierqa proposti. Iżda fl-aħħar nett, huwa biss meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva tagħha sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, li taċċetta l-impenji tal-Istati li jirrispondu għall-preokkupazzjonijiet tagħha, li l-proċedura ta’ eżami tintemm permezz tad-deċiżjoni msemmija fil-punt preċedenti. |
71 |
F’din il-kawża, il-Kummissjoni eżaminat l-impenji tar-Repubblika Franċiża, ikkunsidrat li huma jirrispondu għar-rakkomandazzjoni tagħha u jippermettu għaldaqstant li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tas-sistema tal-liċenzja mas-suq komuni u, għaldaqstant iddeċidiet li tagħlaq din il-proċedura (paragrafi 1 u 72 tad-deċiżjoni kkontestata), filwaqt li tfakkar li d-deċiżjoni kkontestata ma tippreġudika bl-ebda mod s-setgħa tagħha li tagħmel eżami kostanti tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti, previst fl-Artikolu 88(1) KE (paragrafu 73(1) tad-deċiżjoni kkontestata). |
72 |
B’dan il-mod, mhux talli ma ħaditx konjizzjoni b’mod passiv tal-impenji tar-Repubblika Franċiża, iżda l-Kummissjoni adottat deċiżjoni fir-rigward tagħhom, li mingħajrha l-proċedura ta’ eżami tal-liċenzja ma ntemmitx, iżda kienet tkompliet normalment, jiġifieri bl-iskambu tal-korrispondenza bl-għan li jinkisbu impenji sodisfaċenti għall-Kummissjoni jew bil-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 659/1999. |
73 |
Fir-rigward tal-effetti legali vinkolanti tad-deċiżjoni kkontestata, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 19(1) in fine tar-Regolament Nru 659/1999, l-Istat Membru kkonċernat, li, matul il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999, aċċetta neċessarjament il-miżuri xierqa, huwa “marbut […] li jimplimenta” dawn il-miżuri (ara, għar-rikonoxximent mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ tali effett legali vinkolanti, fil-kawżi preċedenti fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 659/1999, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 1993, CIRFS et vs Il-Kummissjoni, C-313/90, Ġabra p. I-1125, punt 36; tal-, Ijssel-Vliet, C-311/94, Ġabra p. I-5023, punti 42 u 43, u tal-, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-288/96, Ġabra p. I-8237, l-punt 65, in fine). |
74 |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jitqegħdux fid-dubju mir-riferiment magħmul mill-Kummissjoni għad-digriet Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, u s-sentenza Salt Union vs Il-Kummissjoni, punt 51 iktar ’il fuq. |
75 |
Fir-rigward tal-kawża li tat lok għad-digriet Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, hija tikkonċerna każ ta’ eżami preliminari ta’ għajnuna ġdida. Dan l-eżami preliminari għandu jagħti lok, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 659/1999, għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3, jew 4 ta’ dan l-artikolu, li din id-deċiżjoni tista’, jekk ikun il-każ, tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li l-ittra li biha l-Kummissjoni kienet, fil-kuntest tal-eżami preliminari, stiednet lir-Repubblika Taljana tirrinunzja għal proposta ta’ regola tranżitorja bejn l-iskema ta’ għajnuna fis-seħħ u l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata kienet tikkostitwixxi att preparatorju tad-deċiżjoni finali u ma tistax għaldaqstant tkun is-suġġett ta’ rikors. |
76 |
Issa, fil-kuntest tal-eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti u fl-ipoteżi ta’ implementazzjoni konformi mill-Istat Membru tal-impenji tiegħu, il-Kummissjoni, wara d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 659/1999, ma adottatx deċiżjoni oħra. Għaldaqstant l-uniku att li t-terzi persuni interessati jkollhom, u, f’din il-kawża, ir-rikorrenti, mhuwiex, bħal fil-kawża Tramarin vs Il-Kummissjoni, att preparatorju ta’ deċiżjoni finali sabiex jintervjenu, iżda d-deċiżjoni msemmija fid-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 659/1999, li din id-deċiżjoni tipproduċi l-effett legali vinkolanti msemmi fil-punt 73 hawn fuq. |
77 |
Ir-riferiment għas-sentenza Salt Union vs Il-Kummissjoni, punt 51 iktar ’il fuq, mhuwiex iktar ta’ natura li jiġġustifika l-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-ipoteżi espressament magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, kienet dik ta’ rifjut mill-Istat Membru li jaċċetta proposta tal-Kummissjoni ta’ miżuri xierqa, liema proposta ma tikkostitwixxix effettivament, ikkunsidrata b’mod iżolat u kif kien ġie rrilevat fil-punt 65 hawn fuq, att li jista’ jiġi kkontestat. Madankollu, is-sitwazzjoni f’din il-kawża hija differenti, peress li tikkorrispondi għal aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa mill-Istat Membru. |
78 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li la d-digriet Tramarin vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, u lanqas is-sentenza Salt Union vs Il-Kummissjoni, punt 51 iktar ’il fuq, ma jsostnu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni. |
79 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-domanda dwar jekk l-effetti legali vinkolanti li jirriżultaw mid-deċiżjoni kkontestata humiex tali li jaffettwaw l-interesssi tar-rikorrenti, għandu jiġi rrilevat li din id-deċiżjoni tikkonferma, f’kuntest ġuridiku u temporali li jillimita speċifikament il-mekkaniżmu ta’ eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti, impenji tar-Repubblika Franċiża li jistgħu jiġu kkunsidrati inadegwati sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tas-sistema tal-liċenzja mas-suq komuni. Għaldaqstant id-deċiżjoni kkontestata tippermetti lir-Repubblika Franċiża tkompli, matul sentejn, timplementa l-iskema tal-għajnuna inkwistjoni. |
80 |
Barra minn hekk u fuq kollox, id-deċiżjoni kkontestata tippermetti, iż-żamma tal-imsemmija skema ta’ għajnuna, apparti minn dan it-terminu ta’ sentejn u permezz ta’ ċerti aġġustamenti. |
81 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata tipproduċi effetti legali vinkolanti tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti u tikkostitwixxi, għaldaqstant, att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 230 KE. |
Fuq l-interess ġuridiku tar-rikorrenti
L-argumenti tal-partijiet
82 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, ma tikkontesta b’ebda mod il-locus standi tar-rikorrenti, iżda ssostni li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha ta’ kompetittriċi ta’ impriża li tibbenefika minn għajnuna mqiegħda volontarjament f’konformità mad-dritt Komunitarju, kisbet sodisfazzjon u għaldaqstant ma għandha l-ebda interess ġuridiku għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. F’każ ta’ annullament, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti tkun inqas sodisfaċenti minn dik li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, li tipprova timmodifika l-iskema tal-għajnuna b’tali mod li tkun iktar favorevoli għall-interess komuni. |
83 |
Ir-rikorrenti tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
84 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżentah ikollha interess li l-att ikkontestat jiġi annullat. Dan l-interess għandu jkun effettiv u attwali u għandu jiġi evalwat fil-ġurnata li fiha jiġi ppreżentat ir-rikors (sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ April 2005, Sniace vs Il-Kummissjoni, T-141/03, Ġabra p. II-1197, punt 25, u tal-, Salvat père & fils et vs Il-Kummissjoni, T-136/05, Ġabra p. II-4063, punt 34). |
85 |
Tali interess jippreżupponi li l-annullament ta’ dan l-att jista’ jkollu, fih innifsu, konsegwenzi legali jew, fi kliem ieħor, li r-rikors jista’, bl-eżitu tiegħu, jipprovdi vantaġġ lill-parti li tkun ippreżentatu (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Settembru 2004, MCI vs Il-Kummissjoni, T-310/00, Ġabra p. II-3253, punt 44, u tal-ġurisprudenza ċċitata). Deċiżjoni li tagħti sodisfazzjoni totali lill-applikant ma tistax, mid-definizzjoni tagħha, tikkawżalu preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizza tat-, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-242/00, Ġabra p. I-5603, punt 46; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-, NBV u NVB vs Il-Kummissjoni, T-138/89, Ġabra p. II-2181, point 32) u dan l-applikant m’għandux interess jitlob l-annullament tagħha. |
86 |
Min-naħa l-oħra, peress li l-applikant isostni li l-att inkwistjoni, anki jekk huwa eventwalment parzjalment favorevoli għalih, ma jipproteġix madankollu b’mod adegwat is-sitwazzjoni legali tiegħu, għandu jiġi rrikonoxxut lilu l-interess ġuridiku sabiex tiġi vverifikata, mill-qorti Komunitarja, il-legalità ta’ din id-deċiżjoni. L-evalwazzjoni tan-natura favorevoli jew le tal-att ikkontestat għandha x’taqsam għaldaqstant mal-mertu, u mhux mal-ammissibbiltà tar-rikors (ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 1989, Katsoufros vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 55/88, Ġabra p. 3579, 3585 sa 3587). |
87 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, li quddiemha r-rikorrenti kienet ippreżentat ilment intiż, b’mod partikolari, għas-sistema tal-liċenzja awdjoviżwali, qieset li ċertu numru ta’ impenji tar-Repubblika Franċiża kienu tali li jiżguraw l-kompatibbiltà ta’ din is-sistema mas-suq komuni. Ir-rikorrenti, minn naħa tagħha, tikkunsidra dawn l-impenji inadegwati għal dan il-għan u tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata preċiżament għaliex hija tikkonfermhom u, b’dan il-mod, tikser, b’dannu għaliha, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. |
88 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni m’għandhiex interess sabiex titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għaliex hija tikkostitwixxi deċiżjoni li hija favorevoli għaliha, huwa bbażat fuq il-premessa li l-kontestazzjonijiet tar-rikorrenti rigward il-mertu, jiġifieri, partikolarment, rigward in-natura manifestament inadegwata ta’ dan l-impenji, huma żbaljati. |
89 |
Issa, ir-rikorrenti kellha, fil-kwalità tagħha bħala operatur ta’ televiżjoni kompetitriċi ta’ France 2 u ta’ France 3, b’mod ċar interess li tistaqsi lill-qorti Komunitarja d-domanda dwar jekk huwiex legali li din l-istituzzjoni qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-impenji meħuda mir-Repubblika Franċiża jippermettux li tiġi assigurata l-kompatibbiltà tas-sistema Franċiża tal-liċenzja mas-suq komuni. |
90 |
Barra minn hekk u kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, annullament tad-deċiżjoni kkontestata li huwa mmotivat minn żball manifest ta’ din l-istituzzjoni fid-determinazzjoni tal-miżuri xierqa li għandhom jiġi implementati, jew minn motivazzjoni insuffiċjenti tal-adegwatezza ta’ dawn il-miżuri għall-problemi identifikati, ma tqiegħedx lir-rikorrenti f’sitwazzjoni inqas favorevoli minn dik li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata. |
91 |
Fil-fatt, annullament għal wieħed minn dawn il-motivi jfisser li d-deċiżjoni kkontestata hija kemm ikkaratterizzata, jew inkella tista’ tiġi kkaratterizzata, minn impenji mhux xierqa u kienet għaldaqstant mhux favorevoli għar-rikorrenti. Wara dan l-annullament, hija l-Kummissjoni, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ippreżentati ta’ finanzjament għal France 2 u għal France 3, li għandha tevalwa, fil-kuntest tal-eżami kostanti kontinwa tal-għajnuna eżisenti, l-opportunità li tipproponi miżuri xierqa oħra fil-futur. |
92 |
Minn dan isegwi, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, li r-rikorrenti għandha interess ġuridiku għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. |
93 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikors huwa ammissibbli. |
Fuq il-mertu
94 |
Dan ir-rikors għandu ħames motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet ta’ difiża. It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-portata insuffiċjenti tal-impenji tar-Repubblika Franċiża. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq abbuż tal-proċedura. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, Ġabra p. I-7747, iktar ’il quddiem is-“sentenza Altmark”). |
95 |
Qabel kollox, għandhom jiġu eżaminati l-motivi bbażati fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-abbuż tal-proċedura. Sussegwentement ser jiġi eżaminat il-motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, u wara ż-żewġ motivi bbażati, rispettivament, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-portata insuffiċjenti tal-impenji. |
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża
L-argumenti tal-partijiet
96 |
Ir-rikorrenti, filwaqt li tirrikonoxxi li l-proċedura amministrattiva fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hija miftuħa biss kontra l-Istati Membri, issostni li, matul il-fażi tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 88(2) KE, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Għar-rikorrenti kienet sorprisa li ma setgħetx tiddiskuti mal-Kummissjoni fuq l-opportunità u l-portata tal-impenji tar-Repubblika Franċiża, peress li, abbażi tagħhom, il-Kummissjoni vvalidat iż-żamma ta’ skema li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li tmur kontra l-Artikolu 87 KE. Id-dibattitu kien ikun iktar u iktar neċessarju mid-djalogu bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni, li wassal għall-konklużjoni li s-sistema tal-liċenzja kienet għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE, li kienet twaqqfet f’daqqa meta kellha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ din is-sistema mas-suq komuni. |
97 |
Ir-rikorrenti tqis li l-pożizzjoni li kienet mogħtija lilha fil-proċedura f’din il-kawża hija ftit kompatibbli mal-ġurisprudenza li, anki fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni bil-miktub, il-Kummissjoni ma tistax tippreġudika s-sitwazzjoni ta’ persuna jekk din tal-aħħar ma ngħatatx l-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha. Fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni meta hija tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 88(1) KE, ir-rispett tad-dritt ta’ smigħ għandu iktar u iktar jiġi ggarantit. L-interruzzjoni tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ din tal-aħħar. |
98 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-pożizzjoni tar-rikorrenti. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
99 |
Għandu jitfakkar li l-proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat hija, fid-dawl tal-istruttura ġenerali tagħha, proċedura miftuħa fir-rigward tal-Istat Membru responsabbli, rigward l-obbligi Komunitarji tiegħu, mill-għoti tal-għajnuna (sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2004, Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni, T-198/01, Ġabra p. II-2717, punt 61, u tal-, Saxonia Edelmetalle vs Il-Kummissjoni, T-111/01 u T-133/01, Ġabra p. II-1579, punt 47). |
100 |
Din il-kunsiderazzjoni, żviluppata mill-ġurisprudenza fil-kuntest tal-kontroll mill-Kummissjoni tal-għajnuna ġdida, hija wkoll valida f’dik tal-eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti. |
101 |
Minn dan jirriżulta li, jekk xejn ma jipprojbixxi lil parti milli tibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni li tallega l-inkompatibbiltà mas-suq komuni ta’ għajnuna mill-Istat, kemm jekk tirrigwarda għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti, din il-possibbiltà ma tagħti lil din il-parti ebda dritt tad-difiża. Il-Kummissjoni ma għandhiex obbligu li tibda dibattitu kontradittorju ma’ din il-parti. |
102 |
Huwa minnu li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 659/1999, li din il-proċedura tista’ tinbeda, fir-rigward tal-għajnuna ġdida, minn deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 u, fir-rigward tal-eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti, minn deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 19(2) tal-istess regolament, il-Kummissjoni “ssejjaħ […] lil partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti” (it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999). Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li f’din il-kawża, id-deċiżjoni kkontestata ma ttieħditx wara tali proċedura formali ta’ investigazzjoni, iżda wara proposta ta’ miżuri xierqa aċċettati mill-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri fil-kuntest tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 659/1999. |
103 |
F’dan l-istadju tal-proċedura tal-eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni ma kinitx stiednet lir-rikorrenti tibgħatilha l-osservazzjonijiet tagħha. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tiżbalja meta tallega l-benefiċċju ta’ drittijiet tad-difiża u tinvoka l-ksur tagħhom mill-Kummissjoni. |
104 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi miċħud dan il-motiv. |
Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ proċedura
L-argumenti tal-partijiet
105 |
Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tidher li qed tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali l-kariga, li tirriżulta madankollu mill-kompetenza esklużiva tagħha, ta’ żvelar ta’ għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti ma tifhimx kif il-Kummissjoni tista’ b’dan il-mod tiddelega din il-kompetenza u, għaldaqstant, tirrikonoxxi effett dirett lill-Artikolu 87 KE, permezz ta’ sempliċi deċiżjoni li tilqa’ l-impenji, filwaqt li regolament kien meħtieġ sabiex jipprovdi l-effett dirett tal-Artikolu 88(3) KE. |
106 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-pożizzjoni tar-rikorrenti. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
107 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li jidher li qed iqajjem dan il-motiv, id-deċiżjoni kkontestata m’għandhiex l-għan li tagħti l-kariga lill-awtoritajiet nazzjonali, li allegatament taqa’ esklużivament taħt il-Kummissjoni, ta’ żvelar ta’ għajnuna mill-Istat eventwali, peress li, barra minn hekk, kif, il-Kummissjoni rrilevat, il-qorti nazzjonali hija, f’kull każ, kompetenti sabiex tikkonstata, skont il-każ, l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 1977, Steinike & Weinlig, 78/76, Ġabra p. 595, punt 14). |
108 |
Fit-tieni lok, u sa fejn, peress li, permezz ta’ dan il-motivi, ir-rikorrenti tilmenta dwar allegat trasferiment mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetenza esklużiva tagħha sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata bl-ebda mod ma tagħti tali trasferiment ta’ kompetenza. |
109 |
Bil-kuntrarju, huwa fl-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva tagħha sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, kisbet mingħand ir-Repubblika Franċiża ċerti impenji intiżi sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà tas-sistema tal-liċenzja mas-suq komuni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll ifakkar il-paragrafu 73 tagħha, bl-ebda mod ma tippreġudika s-setgħa tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 88(1) KE, li tipproċedi għall-eżami kostanti tal-iskemi ta’ għajnuna eżistenti u li tipproponi l-miżuri xierqa meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tas-suq komuni. |
110 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan il-motiv għandu jiġi miċħud. |
Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza Altmark
L-argumenti tal-partijiet
111 |
Ir-rikorrenti tqies li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 86(2) KE fil-każ ta’ għajnuna li tirriżulta minn kumpens żejjed tal-ispiża tal-obbligi tas-servizz pubbliku. |
112 |
Fis-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet l-approċċ imsejjaħ “kumpensatorju”. L-għażla ta’ dan l-approċċ kumpensatorju kienet diġà ġiet ikkonfermata fil-ġurisprudenza sussegwenti kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Qorti tal-Prim’Istanza. |
113 |
Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fis-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, ma tikkonfermax impliċitament li għanjuna li tikkumpensa, jew pjuttost tikkumpensa ż-żejjed, l-ispejjeż sostnuti minn impriża għall-provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (iktar’il quddiem is-“SIEĠ”), tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 86(2) KE huma sodisfatti. |
114 |
Fil-fatt, mhijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tirrispondi, anki impliċitament, fil-kuntest ta’ rinviju preliminari, għal domanda li ma saritx lilha. |
115 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għas-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2001, Ferring (C-53/00, Ġabra p. I-9067, iktar ’il quddiem is-“sentenza Ferring”). Issa f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet espressament l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE billi ddikjarat li vantaġġ li jeċċedi l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-għan ta’ interess ġenerali “ma jistax, f’kull każ, jiġi meqjus neċessarju sabiex dawn l-operaturi jkunu jistgħu jwettqu l-għan partikolari tagħhom”. |
116 |
Sussegwentement, l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE, tissopponi l-għaqda ta’ kundizzjonijiet konnessi mad-definizzjoni, mal-mandat u mal-kontroll tal-għan ta’ servizz pubbliku kif ukoll man-natura proporzjonali tal-kumpens finanzjarju mogħti lill-korrispettiv ta’ dan is-servizz. Madankollu, fis-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet dawn l-istess kundizzjonijiet għal kriterji ta’ evalwazzjoni kumulattivi mhux tal-kompatibbiltà iżda tal-eżistenza stess tal-għajnuna, permezz tal-ewwel, it-tieni u t-tielet kundizzjonijiet definiti fil-punt 95 u fid-dispożittiv ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem, flimkien, il-“kundizzjonijiet Altmark”). Fi kliem ieħor, il-kontroll tal-proporzjonalità tiġi eżerċitata, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-istadju tal-klassifikazzjoni tal-għajnuna, jiġifieri fi stadju qabel dak li fih il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tapplikah. |
117 |
Fl-aħħar nett, fil-prattika tagħha, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 86(2) KE għal sitwazzjonijiet li fihom it-tieni u r-raba’ kundizzjoni Altmark ma kinux ġew sodisfatti, bil-konsegwenza impliċita li, meta l-ewwel u t-tielet kundizzjonijiet Altmark ma jkunux sodisfatti, is-salvataġġ tal-miżura permezz tal-eżami tagħha skont l-Artikolu 86(2) KE jiġi eskluż. Issa, f’din il-kawża, peress li l-Kummissjoni kkonstatat hija stess li t-tielet kundizzjoni Altmark ma kinitx ġiet sodisfatta, dan kellu neċessarjament iwassalha għall-kunklużjoni li din hija tassew għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, mingħajr ma jkun neċessarju li tistaqsi dwar l-eventwali kompatibbiltà tagħha. |
118 |
Għaldaqstant il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta stħarġet jekk miżura tal-Istat ta’ kumpens għall-ispejjeż tas-servizz pubbliku setgħetx tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 86(2) KE, u hija stess ikkonstatat li l-imsemmija miżura ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet Altmark li jippermettu li l-miżura ma taqax taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. |
119 |
Fir-replika, ir-rikorrenti tikkontesta t-tqiegħed fid-dubju tal-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni, kif barra minn hekk jikkonferma l-ilment tagħha. Hija tikkontesta pjuttost il-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni pproċediet biex tagħmel tali eżami. |
120 |
Fil-fatt, ir-rikorrenti tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Fering, fil-punt 115 iktar ’il fuq, ma tirreferix għall-Artikolu 86(2) KE bħala ġustifikazzjoni tas-soluzzjoni adottata. Mhux hekk biss, wara li stabbilixxiet il-prinċipju li kumpens li josserva l-kundizzjoni ta’ ekwivalenza mhuwiex għajnuna, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, “jekk jirriżulta li distributuri grossisti jkollhom mill-fatt li ma jkunux suġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ dirett ta’ prodotti mediċinali vantaġġ li jeċċedi l-ispejjeż addizjonali li huma jsostnu għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li huma imposti fuqhom mil-liġi nazzjonali, dan il-vantaġġ, għall-parti li teċċedi l-imsemmija spejjeż addizzjonali, ma jistax, f’kull każ, jiġi meqjus bħala neċessarju sabiex dawn l-operaturi jkunu jistgħu jwettqu l-missjoni partikolari tagħhom”. Konsegwentement, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “ir-risposta li għandha tingħata hija li l-Artikolu 86(2) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix vantaġġ fiskali li jibbenefikaw minnu l-impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizz pubbliku bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dan il-vantaġġ jeċċedi l-ispejjeż addizzjonali tas-servizz pubbliku”. |
121 |
Għaldaqstant huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja teskludi kull applikazzjoni tad-deroga tal-Artikolu 86(2) KE favur kumpens li jeċċedi l-ispejjeż addizzjonali marbuta mat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, bil-konsegwenza li tali għajnuna għandha tiġi evalwata biss abbażi tal-Artikolu 87(KE). F’dan il-każ, l-eżami tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni jibqa’ jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni iżda, peress li tkun tista’ tapplika d-deroga tal-Artikolu 86(2) KE, dan l-eżami jista’ jwassal biss għal konklużjoni negattiva. |
122 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, ma tinvalidax din l-analiżi. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ma teskludix espressament applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE, iżda lanqas ma tikkonfermaha. |
123 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Franċiża u minn France Télévisions, tikkontesta l-argumenti magħmula mir-rikorrenti. Essenzjalment, hija ssostni li, permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tħawwad żewġ domandi madankollu differenti minn xulxin u li s-sentenza Altmark, punt 94 iktar’il fuq, għenet sabiex tiċċara dan. L-ewwel nett jeħtieġ li jiġi stabbilixxiet meta jkun hemm għajnuna mill-Istat, fis-sens tat-Trattat, u t-tieni nett meta tali natura tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
124 |
Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li s-sistema tal-liċenzja awdjoviżwali hija inkompatibbli mas-suq komuni, minkejja li din l-istituzzjoni kkunsidrat li ċerti kundizzjonijiet Altmark ma kinux ġew osservati. |
125 |
Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat peress illi jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq. |
126 |
Fis-sentenza Altmark, punt 94 iktar’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 87(1) KE jiġu sodisfatti (punt 74 tas-sentenza) u li din id-dispożizzjoni ssemmi l-kundizzjoniijiet li ġejjin. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent min-naħa tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan għandu jkun tali li jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri. It-tielet nett, din l-għajnuna għandha tagħti vantaġġ lil min jibbenefika minnha Ir-raba’ nett, hija għandha twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (punt 75 tas-sentenza). |
127 |
Fir-rigward tal-kundizzjoni relatata mal-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lil minn jibbenefika minnha, il-Qorti tal-Ġustizza rrilevat li jirriżulta mill-ġurisprudenza u, b’mod partikolari, mis-sentenza Ferring, punt 115 iktar ’il fuq, li, sa fejn intervent tal-Istat għandu jiġi meqjus bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv tas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li dawn l-impriżi ma jibbenefikawx, fir-realtà, minn vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent m’għandux għaldaqstant l-effett li jqiegħed lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli meta mqabbla mal-impriżi li jikkompetu magħhom, tali intervent ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE (sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, punt 87). |
128 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, madankollu, sabiex, f’każ konkret, tali kumpens ma jaqax taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu sodisfatti ċertu numru ta’ kundizzjonijiet (sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, punt 88):
|
129 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li intervent tal-Istat li ma jissodisfax waħda jew iktar mill-imsemmija kundizzjonjiet għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. |
130 |
Mill-kliem mingħajr ekwivoku tas-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, jirriżulta li l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom għaldaqstant bħala l-uniku għan il-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat, u iktar preċiżament biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ. |
131 |
B’dan il-mod il-Qorti tal-Ġustizzja rrepetiet u ppreċiżat is-soluzzjoni adottata fis-sentenza Ferring, punt 115 iktar ’il fuq, li r-rikorrenti tinvoka f’diversi okkażjonijiet fis-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub, sabiex tippermetti lill-Istati Membri jevalwaw aħjar jekk l-intervent tagħhom għall-benefiċċju ta’ entità inkarigata mill-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, li jwassal għal obbligu ta’ notifika tal-miżura lill-Kummissjoni, fl-ipoteżi ta’ għajnuna ġdida, jew ta’ kooperazzjoni ma’ din l-istituzzjoni, f’każ ta’ għajnuna eżistenti. |
132 |
Għandu jiġi enfasizzat li l-argument tar-rikorrenti huwa wkoll ikkontestat mill-punti 104 u 105 tas-sentenza Altmark, punt 94 iktar’il fuq, li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni parti tad-domanda preliminari li biha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod partikolari, jekk l-Artikolu 73 KE jistax jiġi applikat għas-sussidji pubbliċi li jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali sostnuti għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. |
133 |
Fil-punti preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, sakemm is-sussidji inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma meqjusa bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv tas-servizzi ta’ transport ipprovduti sabiex jitwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku u li jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet Altmark, dawn is-sussidji ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87 KE, b’tali mod li m’hemmx lok li tiġi invokata d-deroga għal din id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 73 KE. Minn dan isegwi, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju dwar l-għajnuna mill-Istat, f’dan il-każ dawk tal-Artikolu 73 KE, ma japplikawx għall-imsemmija sussidji ħlief sa fejn il-kundizzjonijiet kollha ċċitati iktar ’il fuq ma jkunux sodisfatti u fejn l-imsemmija sussidji ma jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1893/91 tal- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 314). |
134 |
B’hekk jidher b’mod ċar li l-Qorti tal-Ġustizza tagħmel distinzjoni bejn il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat, li tirriżulta f’dan il-każ li ma jiġux sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet Altmark, u dik tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni. Dan ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 73 KE jista’ jiġi kompletament traspost f’din il-kawża, fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 86(2) KE. |
135 |
Id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’Istanza li, sa minn wara s-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, għamlu riferiment għall-kundizzjonijiet imsemmija f’din is-sentenza, ma jqegħdux fid-dubju l-fatt li dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u ma jindikawx li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet xtaqet, meta ddikjarat dawn il-kundizzjonijiet, ittemm l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-miżuri tal-Istat ta’ finanzjment tas-SIEĠ (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Novembru 2003, Enirisorse, C-34/01 sa C-38/01, Ġabra p. I-14243, punti 31 sa 40; tat-, Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, C-451/03, Ġabra p. I-2941, punti 61 sa 72; tas-, Laboratoires Boiron, C-526/04, Ġabra p. I-7529, punti 50 sa 57, u tas-, Essent Netwerk Noord et, C-206/06, Ġabra p. I-5497, punt 79 sa 88, sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, T-157/01, Ġabra p. II-917, punti 97 u 98; tas-, Valmont vs Il-Kummissjoni, T-274/01, Ġabra p. II-3145, punti 130 u 131; tal-, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, T-349/03, Ġabra p. II-2197, punt 310, u tat-, BUPA et vs Il-Kummissjoni, T-289/03, Ġabra p. II-741, punt 258). |
136 |
B’mod partikolari, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, punt 135 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għad-domanda preliminari li biha l-qorti tar-rinviju staqsiet jekk ir-remunerazzjoni riċevuta miċ-ċentri ta’ assistenza fiskali għar-redazzjoni u t-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa, skont il-liġi nazzjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. |
137 |
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret l-erba’ kundizzjonijiet Altmark, billi enfasizzat li l-fatt li jiġu sodisfatti jippermetti l-intervent tal-Istat, ikkunsidrat bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv tas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku, li ma jaqgħux taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. |
138 |
Wara li osservat li l-eżami taż-żewġ kundizzjonijiet tal-aħħar dwar il-livell tar-remunerazzjoni inkwistjoni kien jeħtieġ evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża prinċipali u fakkret li hija ma kinitx kompetenti f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li għaldaqstant hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl tal-imsemmija fatti, jekk ir-remunerazzjoni inkwistjoni kinitx tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. |
139 |
Għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet ħsieb iżżid, f’dan il-kuntest, li peress li l-qorti nazzjonali mhijiex kompetenti sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna jew ta’ skema ta’ għajnuna mas-suq komuni, din l-evalwazzjoni taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt il-kontroll tal-qorti Komunitarja (sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, punt 135 iktar ’il fuq, punt 71). |
140 |
Din il-kunsiderazzjoni tal-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja turi b’mod ċar li dan il-motiv huwa bbażat fuq il-konfużjoni tar-rikorrenti bejn it-test Altmark, li huwa intiż sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE u t-test tal-Artikolu 86(2) KE, li jippermetti li jiġi stabbilit jekk miżura li tikkostitwixxi għajnuna tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni. |
141 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li f’din il-kawża l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi. |
142 |
Fil-fatt, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, qabel kollox, eżaminat jekk is-sistema tal-liċenzja tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Wara li kkonstatat li l-kundizzjoni ta’ eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat relattiva għall-użu ta’ riżorsi tal-Istat kienet sodisfatta (paragrafu 21 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni vverifikat il-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv (paragrafi 22 sa 25 tad-deċiżjoni kkontestata) u qieset, f’dan il-kuntest, li t-tieni u r-raba’ kundizzjonijiet Altmark ma kinux osservati (paragrafi 24 u 25 tad-deċiżjoni kkontestata), mingħajr ma ddeċidiet fuq il-kundizzjonijiet Altmark l-oħra. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonstatat li s-sistema tal-liċenzja awdjoviżwali affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri (paragrafu 26 tad-deċiżjoni kkontestata). |
143 |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li din is-sistema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (paragrafu 27 tad-deċiżjoni kkontestata). |
144 |
Sussegwentement, din l-istituzzjoni eżaminat jekk, kif hija kienet ikkunsidrat preliminarjament fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni tas-27 ta’ Settembru 1999 (ara l-punt 10 hawn fuq), is-sistema tal-liċenzja awdjoviżwali kienet tassew għajnuna mill-Istat eżistenti. Wara li kkonstatat li din is-sistema kienet ġiet stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat u li ma kinitx suġġetta għal modifiki sostanzjali (paragrafi 28 sa 35 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni kkonkludiet li hija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat eżistenti, skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament Nru 659/1999 (paragrafu 36 tad-deċiżjoni kkontestata). |
145 |
Fl-aħħar nett u ġustament, il-Kummissjoni eżaminat il-miżura inkwistjoni fir-rigward tal-Artikolu 86(2) KE sabiex, fl-aħħar nett, tiddeċiedi li tagħlaq il-proċedura fid-dawl tal-impenji meħuda, mill-awtoritajiet Franċiżi, ta’ modifiki fil-leġiżlazzjoni intiża sabiex toffri garanziji suffiċjenti kontra eventwali kumpens żejjed tal-ispejjeż li jirriżultaw mis-servizz pubbliku. |
146 |
B’dan il-mod, kuntrarjament għall-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ma kisritx it-termini tas-sentenza Altmark, punt 94 iktar’il fuq. |
147 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ħames motiv imqajjem mir-rikorrenti għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
L-argumenti tal-partijiet
148 |
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħti l-ebda indikazzjoni li tippermetti li tinftiehem l-għażla tal-Kummissjoni li tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-miżura invokata mal-impenji proposti mir-Repubblika Franċiża. Kuntrarjament għal dawk li tallega l-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma ħawditx il-kritika tal-motivazzjoni u l-kritika tal-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata, iżda hija tillimita ruħha ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija, fuq l-aspett partikolari tal-impenji, insuffiċjentement motivata. L-iktar l-iktar hija tinsisti sussegwentement fuq in-natura iktar u iktar ta’ dispjaċir ta’ dan in-nuqqas ta’ motivazzjoni li dan tal-aħħar jagħmel proċedura li ilha li bdiet iktar minn għaxar snin. Ir-rikorrenti ssostni li hija tillimita ruħha, mingħajr ma tidħol fil-kwistjoni tal-fondatezza tagħhom, li tikkonstata n-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata, li, wara 65 paragrafi ddedikati għall-konstatazzjoni li s-sistema tal-liċenzja ma tippreżentax garanziji suffiċjenti sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà mas-suq komuni, taċċetta mingħajr ebda spjegazzjoni, f’seba’ paragrafi, l-impenji meħuda mir-Repubblika Franċiża. |
149 |
Fid-dawl tal-fatt li l-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat, b’mod partikolari, skont l-interess tal-benefiċjarji jew ta’ persuni oħra interessati sabiex jirċievu spjegazzjonijiet, il-Kummissjoni żbaljat meta ppruvat tillimita l-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkkontestata biss għar-relazzjonijiet bejnha u r-Repubblika Franċiża. Dan ifisser li jġib fix-xejn id-drittijiet tat-terzi nteressati fil-proċedura għall-annullament tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. |
150 |
L-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni hija iktar u iktar ikkaratterizzata fid-dawl tal-interess manifest mir-rikorrenti f’dan il-proċess u hija riflessa min-numru ta’ kuntatti u skambji ta’ ittri. |
151 |
Motivazzjoni li fiha l-Kummissjoni tikkuntenta ruħha b’tifkira formali tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, sabiex sussegwentement tikkonstatata, fil-paragrafu 24 tad-deċiżjoni kkontestata, li “it-tieni kundizzjoni magħmula mis-sentenza Altmark, punt 94 iktar ’il fuq, mhijiex sodisfatta” minħabba li “il-Liġi tal-1986 ma tidentifikax il-parametri objettivi u trasparenti li abbażi tagħhom il-kumpens tal-ispejjeż ta’ servizz pubbliku huwa kkalkolat” ma jistax jiġi kkwalifat b’mod suffiċjenti, peress li dan in-nuqqas ta’ motivazzjoni jaffettwa l-possibbiltà li tiġi evalwata r-rilevanza tal-impenji meħuda mir-Repubblika Franċiża. |
152 |
Għall-istess raġunijiet, analiżi li tillimita ruħha sabiex tikkonstata li l-liġi Franċiża mhijiex tali li tipprevjeni l-kumpens żejjed tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew tas-sussidji trażversali anti-kompetittivi, mingħajr madankollu ma tiddetermina l-ammont ta’ dawn tal-aħħar, m’għandhiex iktar tiġi kklassifikata bħala suffiċjenti. |
153 |
Il-fatt li l-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ proposta ta’ miżuri xierqa lir-Repubblika Franċiża u li segwiet l-approċċ iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli għall-għajnuna tal-Istat lis-servizzi ta’ xandir pubbliku (ĠU 2001, C 320, p. 5, iktar ’il quddiem il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni) ma jbiddilx l-analiżi tar-rikorrenti. Fil-fatt, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkkontestata ma tistax tiġi rrimedjata mill-motivazzjoni li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2003, li r-rikorrenti mhijiex id-destinatarja tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tqiegħedx fid-dubju l-analiżi tal-Kummissjoni li twassal għall-konstatazzjoni li s-sistema tal-liċenzja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li ma tippreżentax garanziji suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni. Madankollu r-rikorrenti tibqa’ mingħajr setgħa li tevalwa l-fondatezza tal-impenji aċċettati mill-Kummissjoni, fin-nuqqas li din l-istituzzjoni milli tispjega l-għażla tagħha li taċċetta l-imsemmija impenji. |
154 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-pożizzjoni tar-rikorrenti. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
155 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni mitluba permezz tal-Artikolu 253 KE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni, li jiġi adottat l-att, b’tali mod li tippermetti lill-persuni interessati li jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra interessati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet. Mhuwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi kollha rilevanti ta’ fatt u ta’ dritt, inkwantu l-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 253 KE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll fil-kuntest tagħha kif ukoll fid-dawl tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 1985, L-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek vs Il-Kummissjoni, 296/82 u 318/82, Ġabra p. 809, punt 19; tal-, Delacre et vs Il-Kummissjoni, C-350/88, Ġabra p. I-395, punti 15 u 16; tad-, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-56/93, Ġabra p. I-723, punt 86, u tat-, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C-367/95 P, Ġabra p. I-1719, punt 63). |
156 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, wara li, l-ewwel nett, fakkret il-proċedura li wasslet għal din id-deċiżjoni (paragrafi 2 sa 16 tad-deċiżjoni kkontestata), it-tieni nett, iddeskriviet is-sistema tal-liċenzja u kkonkludiet dwar in-natura tagħha ta’ għajnuna mill-Istat eżistenti (paragrafi 17 sa 36 tad-deċiżjoni kkontestata), it-tielet nett, ikkonstatat li l-kundizzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE dwar l-eżistenza ta’ SIEĠ (paragrafi 41 sa 50 tad-deċiżjoni kkontestata) kif ukoll dik relatata mal-mandat u mal-kontroll (paragrafi 51 sa 55 tad-deċiżjoni kkontestata) kienu sodisfatti u, r-raba’ nett, bdiet l-eżami tal-kundizzjoni ta’ proporzjonalità tal-kumpens għall-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku (paragrafi 56 et seq tad-deċiżjoni kkontestata), ikkunsidrat, fil-kuntest ta’ dan l-eżami tal-aħħar, li “il-liġi Franċiża ma tagħtix garanziji suffiċjenti kontra eventwali kumpens żejjed tal-ispejjeż li jirriżultaw mis-servizz pubbliku” (paragrafu 60 tad-deċiżjoni kkontestata). |
157 |
Fil-paragrafi 61 sa 63 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni spjegat kif, fil-fehma tagħha, il-liġi Franċiżi ma tipprovdix tali garanziji. |
158 |
Fil-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeskriviet ir-rakkomandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa li hija kienet, konsegwentement, indirizzat lir-Repubblika Franċiża permezz tal-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2003. |
159 |
Sussegwentement, il-Kummissjoni semmiet l-iskambji ta’ ittri li saru mal-awtoritajiet Franċiżi u ddeskriviet u eżaminat l-impenji ppreżentati minn dawn l-awtoritajiet b’risposta għar-rakkomandazzjoni tagħha li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa. Meta kkonstatat li dawn l-impenji kienu jirrispondu għal din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami tal-liċenzja (paragrafi 65 sa 72 tad-deċiżjoni kkontestata). |
160 |
Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hekk imfakkra, jirriżulta, b’mod ċar u komprensibbli, ir-raġunament tal-Kummissjoni bbażat fuq id-deċiżjoni tagħha li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami tal-liċenzja. |
161 |
Barra minn hekk, filwaqt li, fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtiha l-ebda indikazzjoni li tippermettilha li tifhem l-għażla tal-Kummissjoni li fl-aħħar tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-miżura invokata mal-impenji proposti mill-Repubblika Franċiża, ir-rikorrenti ma tipprovdi l-ebda prova preċiża insostenn ta’ din l-affermazzjoni. B’hekk, minkejja li hija semmiet, f’diversi drabi fis-sottomissjoniijiet bil-miktub tagħha, l-eżistenza tal-ilment tagħha kif ukoll dak ta’ komunikazzjoni mal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma tindika xejn kif, fid-dawl ta’ ċerti provi preċiżi ta’ dan l-ilment, dawn l-iskambji ta’ ittri jew ukoll informazzjoni oħra li kienet fil-pussess tagħhom il-Kummissjoni, din l-istituzzjoni kellha l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni iktar milli hija fil-fatt għamlet. |
162 |
Ir-rikorrenti tillimita ruħha li ssemmi b’mod globali ċ-ċirkustanzi li l-proċedura quddiem il-Kummissjoni damet iktar minn għaxar snin, li l-Kummissjoni bbenefikat minn suppliment għall-ilment kif ukoll ħafna kuntatti mar-rikorrenti, li din l-istituzzjoni kellha aċċess għal studju estern, li hija ppubblikat il-komunikazzjoni dwar ix-xandir li d-deċiżjoni kkontestata tagħmel biss riferiment għaliha u, fl-aħħar nett, li seba’ paragrafi biss minn 72 tad-deċiżjoni kkontestata huma ddedikati għall-ġustifikazzjoni tal-għeluq tal-proċedura. Fid-dawl ta’ dawn il-ġeneralitajiet, ir-rikorrenti, skont l-istess kliem tagħha, “tillimita ruħha […] sabiex tikkonstata n-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni” fuq l-aspett partikolari tal-impenji. |
163 |
Għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti, permezz ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma tipprovdi l-ebda element tali li jistabbilixxi l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-imsemmi aspett. |
164 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-ilment intiż għall-motivazzjoni tal-paragrafu 24 tad-deċiżjoni kkontestata dwar it-tieni kundizzjoni Altmark, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fl-imsemmi paragrafu, kkonstatat li din il-kundizzjoni ma kinitx sodisfatta, fatt li mhuwiex ikkontestat mir-rikorrenti. Il-Kummissjoni mmotivat din il-konstatazzjoni bil-fatt li “l-Liġi tal-1986 ma tidentifikax parametri oġġettivi u traparenti li abbażi tagħhom il-kumpens tal-ispejjeż ta’ servizz pubbliku huma kkalkolati”. Għandu jiġi kkunsidrat li din il-motivazzjoni, esposta mill-ħtiġijiet tal-klassifikazzjoni tal-liċenzja bħala għajnuna mill-Istat, hija suffiċjenti |
165 |
Sakemm din ir-raġuni ta’ motivazzjoni tikkonċerna l-kompatibbiltà tas-sistema tal-liċenzja mas-suq komuni, għandha tiġi miċħuda bħala rrilevanti, peress illi, hekk kif diġà ġie rrilevat, it-test Altmark u l-motivazzjoni fil-paragrafu 24 tad-deċiżjoni kkontestata jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat u mhux il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni. |
166 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-motiv ibbażat, essenzjalment, fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kellha tipprova, fid-deċiżjoni kkontestata, tiddetermina l-eżistenza u l-ammont ta’ allegat kumpens żejjed, motiv li jikkostitwixxi, fid-dawl tal-pożizzjoni tar-rikorrenti li hija li s-sistema tal-liċenzja wasslet għal kumpens żejjed, inqas motiv ta’ motivazzjoni milli motiv ta’ mertu bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’eżami, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżami tal-għajnuna eżistenti jista’ jwassal biss għal miżuri għall-futur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummisjoni, T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa T-607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Ġabra p. II-2319, punti 147 u 148; tal-, Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, T-288/97, Ġabra p. II-1169, punt 91, u tas-, Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni, T-127/99, T-129/99 u T-148/99, Ġabra p. II-1275, punt 172). Madankollu huwa biss jekk il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ finanzjament inkwisjoni tippreżenta riskju ta’ kumpens żejjed għall-futur li hija tista’ tasal sabiex tipproponi miżuri xierqa. |
167 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk huwa possibbli li r-riċerka, fil-kuntest tal-eżami kostanti ta’ għajnuna eżistenti, ta’ kumpens żejjed eventwali għall-passat tista’, eventwalment, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ f’din il-kawża, tippreżenta interess għall-evalwazzjoni ta’ din l-għajnuna eżistenti mas-suq komuni, xorta jibqa’ l-fatt li tali riċerka ma tkunx, fiha nnifisha, neċessarjament indispensabbli għal evalwazzjoni korretta tan-neċessità sabiex jiġu proposti miżuri xierqa għall-futur u sabiex jiġu determinati dawn il-miżuri. Ir-riskju jew in-nuqqas ta’ riskju ta’ kumpens żejjed għall-futur jiddependi, fl-aħħar nett, essenzjalment mill-modalitajiet konkreti tas-sistema ta’ finanzjament innifisha, u mhux mill-fatt li din is-sistema kienet, fil-prattika, għamlet kumpens żejjed fil-passat. |
168 |
Issa, dan ma jirriżultax mill-proċess u bl-ebda mod ir-rikorrenti ma stabbilixxiet li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, il-Kummissjoni kellha, għall-ħtiġijiet tal-eżami tas-sistema tal-liċenzja skont l-Artikolu 88(1)KE, tagħmel, apparti mill-eżami tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ din is-sistema, paragun tas-sorsi kollha ta’ finanzjament tas-servizz pubbliku mal-ispejjeż ta’ dan is-servizz, għall-finijiet li ssib l-eżistenza, għall-passat, ta’ eventwali kumpens żejjed mir-Repubblika Franċiża tal-imsemmija spejjeż. |
169 |
F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-Kummissjoni kienet, barra minn hekk, diġà wettqet, fid-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2003, u wara l-ilment tar-rikorrenti, tali eżami għall-perijodu 1988-1994 u li hija kienet ikkonkludiet li ma kienx hemm kumpens żejjed tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku għal dan il-perijodu. |
170 |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti bl-ebda mod ma tallega li hija kienet ressqet ilment li jallega kumpens żejjed fir-rigward tal-perijodu wara l-1994 |
171 |
F’Marzu 1997, l-iktar l-iktar ir-rikorrenti ppreżentat suppliment għall-ilment tagħha tal-10 ta’ Marzu 1993. Indipendentement mill-fatt li dan is-suppliment ta’ lment jista’, f’kull każ, ikun biss ta’ rilevanza għall-perijodu qabel il-preżentazzjoni tiegħu, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti, apparti milli ssemmi fil-qosor u mingħajr sinjifikat partikolari dan id-dokument fir-rikors, ma għamlet l-ebda riferiment ieħor jew rinviju għalih, anki b’mod ġenerali, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u għaldaqstant ma bbażat l-ebda argument fuqu insostenn tal-ilment tagħha li l-Kummissoni kellha teżamina, fid-deċiżjoni kkontestata, il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ kumpens żejjed għall-passat. |
172 |
Minn dan isegwi li r-rikorrenti bl-ebda mod ma stabbilixxiet li, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, il-Kummissjoni kellha, għall-ħtiġijiet tal-eżami tal-liċenzja fir-rigward ta’ għajnuna eżistenti u ta’ eventwali proposta ta’ miżuri xierqa, teżamina jekk dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament kien wassal, flimkien mas-sorsi l-oħrajn ta’ finanzjament ta’ France 2 u ta’ France 3, għal kumpens żejjed tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku matul il-perijodu ta’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Kif tosserva l-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma tippreżenta, fir-rikors tagħha, l-ebda prova li din l-istituzzjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ eżami diliġenti u imparzjali. |
173 |
Barra minn hekk u peress li li għandu jiġi mifhum li l-ilment tar-rikorrenti jinkludi kritika magħmula lill-Kummissjoni li ma ppruvatx, fid-deċiżjoni kkontestata, tiddetermina l-ammont tal-kumpens żejjed li tista’ titħallas fil-futur fin-nuqqas ta’ proposta ta’ miżuri xierqa, għandu jiġi kkonstatat li tali riċerka, barra n-natura purament spekulattiva tagħha, mhijiex, bl-ebda mod, neċessarja għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju ta’ kumpens żejjed u l-formulazzjoni ta’ proposta ta’ miżuri xierqa. |
174 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li għandu jiġi miċħud dan il-motiv, ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, kif ukoll l-ilment ta’ mertu, espress f’dan il-motiv, u bbażat, essenzjalment, fuq allegat ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ eżami tagħha, fir-rigward tal-eżistenza u tal-ammont ta’ kumpens żejjed għall-passat jew għall-futur. |
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-portata insuffiċjenti tal-impenji tar-Repubblika Franċiża
L-argumenti tal-partijiet
175 |
Skont ir-rikorrenti, l-impenji tar-Repubblika Franċiża mhumiex adattati sabiex jiggarantixxu l-kompatibbiltà tas-sistema Franċiża tal-liċenzja mar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ kumpens żejjed tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-użu tal-attivitajiet kummerċjali ta’ France Télévisions skont il-prattiċi tas-suq, il-bejgħ ta’ spazji għar-reklamar bil-prezzijiet tas-suq, l-implementazzjoni ta’ awtorità indipendenti sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn ir-regoli, huma għalhekk għanijiet li diġà setgħu jintlaħqu permezz ta’ mezzi oħrajn jew fuq bażijiet legali oħrajn. |
176 |
Dawn l-impenji huwa purament formali u jillimitaw ruħhom, essenzjalment, għal tibdil leġiżlattiv ma jġibx titjib sinjifikattiv meta mqabbla mal-istrumenti eżistenti, li rriżultaw li ma setgħux jevitaw il-kumpens żejjed u l-provvista ta’ attivitajiet kummerċjali f’kundizzjonijiet ma jikkorrispondux ma’ dawk tas-suq. Ir-riferiment espress, fil-liġi Franċiża, għal prinċipji ta’ dritt Komunitarju f’kull każ diġà applikabbli ma jistax ikollu iktar effett minn dak li kellhom dawn il-prinċipji stess. |
177 |
B’mod partikolari r-rikorrenti hija sorpriża li l-Kummissjoni, wara li kkonstatat, fil-paragrafu 24 tad-deċiżjoni kkontestata, in-nuqqas ta’ parametri oġġettivi u trasparenti li abbażi tagħhom il-kumpens tal-ispejjeż ta’ servizz pubbliku għandu jiġi kkalkolat, tastjenti milli tippreċiża liema għandhom ikunu dawn il-parametri jew, għall-inqas, li tikseb impenji konkreti mir-Repubblika Franċiża f’dan ir-rigward. |
178 |
Il-Kummissjoni kellha pjuttost tipproponi l-kanċellament tal-liċenzja peress illi din tikkumpensa addizzjonalment l-ispiża tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u tikkostitwixxi sussidju antikompetittiv. |
179 |
Dan kien ikun iktar u iktar neċessarju li l-impenji tar-Repubblika Franċiża huma lil hinn mill-proċess li jiġu implementati għall-2006, u dan jikser l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali ta’ dan l-Istat Membru. Fil-fatt, għall-2006, France Télévisions Publicité impenjat ruħha li tiffissa wieħed mill-ispejjeż GRP tagħha [Gross Rating Point (indikatur ta’ pressjoni tal-medja), għal 25% tal-ispiża GRP tar-rikorrenti u tax-xandar kummerċjali M6, li dan huwa ftit kompatibbli mal-impenn tar-Repubblika Franċiża li tobbliga lil France Télévision josserva, permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni legali għal dan il-għan, il-kundizzjonijiet tas-suq fl-attivitajiet kummerċjali tiegħu. |
180 |
Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tiddeduċi mill-affermazzjoni tar-rikorrenti, li l-osservanza tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hija għaldaqstant għan li diġà seta’ jintlaħaq permezz ta’ mezzi oħrajn jew fuq bażi legali oħrajn, li l-implementazzjoni ta’ garanziji ġodda permezz ta’ miżuri xierqa kienet neċessarja u hija tirrileva li din l-affermazzjoni tar-rikorrenti bl-ebda mod ma turi li l-impenji tar-Repubblika Franċiża kellhom portata insuffiċjenti. |
181 |
Skont il-Kummissjoni, mhuwiex korrett li wieħed isostni li l-impenji tar-Repubblika Franċiża mhumiex effettivi, għaliex allegatament mhumiex neċessarji. |
182 |
Kull ma tagħmel ir-rikorrenti huwa li tafferma, mingħajr ma tipprovdi l-ebda bidu ta’ prova, li dawn l-impenji ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju. |
183 |
Dawn l-impenji ma jfissrux sempliċi tibdil leġiżlattiv, iżda l-inklużjoni fis-sistema legali Franċiża, b’tali mod li dawn isiru vinkolanti skont is-sistema Franċiża, ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-finanzjament tal-istazzjonijiet ta’ servizz pubbliku Franċiżi josserva l-prinċipji tal-komunikazzjoni fuq ix-xandir. |
184 |
Fir-rigward tal-argument diversi testi Komunitarji huma diġà imposti fis-sistema legali nazzjonali, il-Kummissjoni tosserva li, jekk għandu jiġi segwit dan ir-raġunament sal-aħħar, il-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna eżistenti u tal-għajnuna ġdida permezz ta’ deċiżjonijiet individwali jsiru inutli, ir-regoli orizzontali huma suffiċjenti. |
185 |
Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti fir-rigward tan-nuqqas ta’ parametri oġġettivi u trasparenti kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata li jippermettu li jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ kumpens żejjed, l-awtoritajiet Franċiżi adottaw l-impenji neċessarji. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssemmi l-paragrafu 67 tad-deċiżjoni kkontestata. |
186 |
L-argument dwar il-prattiċi tat-tariffi tal-istazzjonijiet pubbliċi fl-2006, imqajjem fil-replika, huwa ġdid u għaldaqstant inammissibbli. F’kull każ, l-allegati prattiki jidhru li dejjem jaqgħu taħt il-proċedura ta’ investigazzjoni tal-għajnuna eżistenti sakemm it-terminu ta’ sentejn ikun għadu ma skadiex. Għalhekk, wieħed ma jistax jibbaża fuqhom sabiex juri l-ineffiċjenza tal-allegati impenji. Fuq kollox, fuq il-mertu, ir-rikorrenti ma ġabitx prova li l-allegati prattiki jaqgħu taħt dumping fuq il-prezzijiet. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
187 |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta’ għajnuna eżistenti mhijiex jew m’għadhiex, kompatibbli mas-suq komuni “għandha toħroġ rakommandazzjoni li tipproponi [l-adozzjoni ta’] miżuri xierqa lill-Istat Membru kkonċernat”. Skont din id-dispożizzjoni, “[i]r-rakommandazzjoni tista tipproponi b’mod partikolari […] emenda sustantiva ta’ l-iskema ta’ għajnuna, jew […] introduzzjoni ta’ ħtiġijiet proċedurali, jew […] abolizzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna”. Skont l-Artikolu 19(1) tal-istess regolament, “[f]ejn l-Istat Membru kkonċernat jaċċetta l-miżuri proposti u jinforma lill-Kummisjsoni dwarhom, il-Kummissjoni għandha tirreġistra dik is-sejba”. |
188 |
Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 659/1999 jirriżulta li l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha sabiex tieħu, skont il-kliem tal-Artikolu 26(1) tal-istess regolament, deċiżjoni skont “l-Artikolu [1]8 f’konformità ma’ l-Artikolu 19(1)” ta’ dan ir-regolament, u, f’dan il-kuntest, sabiex tiddetermina l-miżuri xierqa biex tkun f’pożizzjoni li tirrispondi għall-konklużjoni tagħha li tgħid li l-iskema ta’ għajnuna eżistenti mhijiex jew m’għadhiex kompatibbli mas-suq komuni. |
189 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni, peress illi l-istħarriġ tagħha għandu sempliċement jivverifika li din l-istituzzjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-impenji adottati kienu tali li jsolvu l-problemi ta’ kompetizzjoni li kkawżat l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Novembru 1997, Ducros vs Il-Kummissjoni, T-149/95, Ġabra p. II-2031, punt 63; tal-, Keller u Keller Meccanica vs Il-Kummissjoni, T-35/99, Ġabra p. II-261, punt 77; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-, Royal Philips Electronics vs Il-Kummissjoni, T-119/02, Ġabra p. II-1433, punt 78; tat-, ARD vs Il-Kummissjoni, T-158/00, Ġabra p. II-3825, punt 329, u tal-, easyJet vs Il-Kummissjoni, T-177/04, Ġabra p. II-1931, punt 128). |
190 |
Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-impenji tar-Repubblika Franċiża, adottati bħala tweġiba għall-proposti ta’ miżuri xierqa tal-Kummissjoni u aċċettati minn din l-istituzzjoni, ma jinkludu l-ebda titjib sinjifikattiv meta mqabbel mal-istrumenti eżistenti li rriżultaw li ma kinux biżżejjed sabiex jevitaw kumpens żejjed. |
191 |
Għandu jiġi kkonstatat li, minbarra l-fatt li l-affermazzjoni tar-rikorrenti, li s-sistema tal-liċenzja wasslet għal kumpens żejjed, bl-ebda mod m’hija sostnuta, din l-affermezzjoni, f’kull każ, hija rrilevanti. |
192 |
Fil-fatt, għall-ħtiġijiet tal-istħarriġ mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, il-kwistjoni rilevanti mhijiex dik dwar jekk is-sistema tal-liċenzja wasslitx jew le għal kumpens żejjed għall-perijodu preċedenti għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, iżda biss dik dwar jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, il-Kummissjoni kellhiex, għall-eżami ta’ din is-sistema ta’ finanzjament u l-proposta ta’ miżuri xierqa, teżamina jekk jeżistix tali kumpens żejjed. |
193 |
Issa, kif diġà ġie kkonstatat (ara l-punt 172 u 173 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni ma naqsitx mill-obbligu tagħha ta’ eżami, meta ma għamilitx, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, dan l-eżami fid-deċiżjoni kkontestata. |
194 |
Sa fejn ir-rikorrenti bbażat ruħha, fin-nota ta’ sottomissjonijiet tagħha (ara l-punt 179 iktar’il fuq) kif ukoll fl-ittra tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2008, fuq elementi sussegwenti għad-deċiżjoni kkontestata, dawn għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-legalità ta’ att Komunitarju għandha tiġi evalwata skont l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt li kienu jeżistu meta ġie adottat l-att (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-, Franza vs Il-Kummissjoni, 15/76 u 16/76, Ġabra p. 321, punt 7, sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-, Altmann et vs Il-Kummissjoni T-177/94 u T-377/94, Ġabra p. II-2041, punt 119, u tas-, Roquette Frères vs Il-Kummissjoni, T-322/01, Ġabra p. II-3137, punt 325). Konsegwentement, ma jistgħux jiġu kkunsidrati, matul l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ dan l-att, elementi sussegwenti għad-data ta’ meta l-att Komunitarju ġie adottat (sentenza Roquette Frères vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-, Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, T-229/94, Ġabra p. II-1689, punt 102, u tat-, Vounakis vs Il-Kummissjoni, T-165/04, ĠabraSP p. I-A-2-155 u II-A-2-735, punt 114). |
195 |
Barra minn hekk, rigward, b’mod iktar partikolari, dokumenti mressqa mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2008 u ppreżentati minnha bħala fatti legali ġodda, għandu jiġi kkonstatat li, matul is-seduta, ir-rikorrenti ma stabbilixxitx, abbażi ta’ dawn id-dokumenti, l-eżistenza ta’ fatti li seħħew qabel d-deċiżjoni kkontestata, li kienu magħrufa mill-Kummissjoni iżda injorati mir-rikorrenti u li dawn d-dokumenti kienu jippermettu l-iżvelar tagħhom. Barra minn hekk, rigward, b’mod iktar partikolari, is-sentenza SIC vs Il-Kummissjoni, punt 22 hawn fuq, ir-rikorrenti ma stabbilixxitx u ma jidhirx li din is-sentenza ċċarat jew ippreċiżat it-tifsira ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju hekk kif kellha tinftiehem mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha, bil-konsegwenza li d-deċiżjoni kkontestata tidher, fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni u tat-tifsira tagħha hekk ppreċiżata, ivvizzjata minn illegalità. |
196 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, id-domanda li tqum mhijiex jekk il-miżuri proposti kinux jikkostitwixxu titjib sinjifikattiv meta mqabbel mal-istrumenti eżistenti li rriżultaw li ma kinux biżżejjed sabiex jevitaw kumpens żejjed, iżda jekk dawn il-miżuri u l-impenji adottati mir-Repubblika Franċiża jissodisfawx b’mod adegwat il-problemi identifikati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-kompatibbiltà tal-liċenzja mas-suq komuni, peress illi, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indizju li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ eżami diliġenti u imparzjali (ara l-punt 172 iktar’il fuq), il-kwalità ta’ din l-identifikazzjoni tal-problemi mill-Kummissjoni mhijiex inkwistjoni. |
197 |
Għal dan l-eżami, jeħtieġ li wieħed jirreferi mill-ġdid għall-kliem tad-deċiżjoni kkontestata. |
198 |
Fil-paragrafu 56 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tibda l-eżami tagħha tal-proporzjonalità billi tindika li hija “għandha tassigura li l-mekkaniżmu [ta’ finanzjament] jipprovdi garanziji kontra eventwali kumpens żejjed tal-ispejjeż li jirriżultaw mis-servizz pubbliku”. |
199 |
Fil-paragrafu 60 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tiddikjara li hija “tikkunsidra li l-liġi Franċiża ma tipprovdix garanziji suffiċjenti kontra eventwali kumpens żejjed”, u sussegwentement hija tispeċifika, fil-paragrafi 61 sa 63 ta’ din id-deċiżjoni, il-preokkupazzjonijiet tagħha. |
200 |
Essenzjalment, il-Kummissjoni tikkritika l-liġi Franċiża, l-ewwel nett, li “ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tistipula espliċitament li l-kumpens mill-Istat tal-ispiża tal-attivitajiet ta’ servizz pubbliku ta’ netwerk li għandu missjonijiet ta’ servizz pubbliku m’għandux jeċċedi dak li huwa neċessarju sabiex ikopri din l-ispiża, fid-dawl tal-profitt nett tal-attivitajiet kummerċjali ta’ dan in-netwerk” (paragrafu 61 tad-deċiżjoni kkontestata), it-tieni nett, li “qatt ma tindika b’mod espliċitu li [dawn] l-attivitajiet kummerċjali […] għandhom jintużaw skont il-prattiċi ta’ suq” (paragrafu 62 tad-deċiżjoni kkontestata), it-tielet nett, li “ma tipprovdix espliċitament li kull użu kummerċjali ta’ programm ta’ televiżjoni li jaqa’ taħt missjonijiet ta’ servizz pubbliku kif ukoll il-bejgħ ta’ spazji għar-reklmar minn netwerk tat-televiżjoni li għandu missjonijiet ta’ servizz pubbliku għandhom isiru bil-prezz tas-suq” (paragrafu 63 tad-deċiżjoni kkontestata). |
201 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-diffikultajiet identifikati mill-Kummissjoni, ibbażati fuq il-kunsiderazzjoni tagħha li l-liġi Franċiża ma tipprovdix garanziji suffiċjenti u li timmotiva, għaldaqstant, il-proposta tagħha ta’ miżuri xierqa, huma relatati mal-fatt li din il-liġi ma tinkludix b’mod espliċitu, fit-test tagħha, ċerti rekwiżiti fformulati fid-dritt Komunitarju. |
202 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-proposti ta’ miżuri xierqa esposti mill-Kummissjoni fil-kumplament tad-deċiżjoni kkontestata jwieġbu bis-sħiħ għall-preokkupazzjonijiet tagħha. |
203 |
B’hekk, meta, fil-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tindika li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jadottaw il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-osservanza ta’ ċerti prinċipji, din l-istituzzjoni tifformula dawn il-prinċipji, li huma tlieta, fi kliem li jissodisfaw eżattament it-tliet preokkupazzjonijiet espressi minnha fil-paragrafi 61 sa 63 tad-deċiżjoni kkontestata. |
204 |
Barra minn hekk u apparti minn dan l-appell għall-ossevanza ta’ ċerti prinċipji u għall-adozzjoni ta’ miżuri neċessarji f’dan is-sens, il-Kummissjoni tiddikjara, fil-proposta tagħha ta’ miżuri xierqa, li awtorità indipendenti għandha tivverifika perijodikament l-osservanza mill-istazzjonijiet tas-servizz pubbliku tal-obbligi tagħhom li jeżerċitaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont il-prinċipji tas-suq u, b’mod partikolari, li ma jipprattikawx dumping fuq il-prezz ta’ bejgħ tal-ispazji għar-reklamar (it-tieni u t-tielet inċiż tal-paragrafu 64, in fine, tad-deċiżjoni kkontestata). |
205 |
Fir-rigward tal-impenji proposti mill-awtoritajiet Franċiżi u deskritti mill-Kummissjoni fil-paragrafi 67, 69 u 71 tad-deċiżjoni kkontestata, dawn huma intiżi sabiex jirrispondu għall-preokkupazzjonijiet u għall-proposti ta’ miżuri xierqa ta’ din l-istituzzjoni. |
206 |
L-ewwel impenn huwa intiż sabiex jissodisfa l-preokkupazzjoni (ara l-paragrafu 61 tad-deċiżjoni kkontestata) u l-proposta (ara l-ewwel inċiż tal-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata) dwar il-kumpens żejjed tal-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku. B’hekk, l-awtoritajiet Franċiżi “impenjaw ruħhom sabiex jiżguraw li, fil-kuntest tar-redazzjoni tal-liġi tal-Finanzi, l-ammont tal-mezzi finanzjarji propost […] sabiex jiġi allokat lill-Grupp France Télévisions jkopri biss l-ispiża ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku” (paragrafu 67 tad-deċiżjoni kkontestata). L-awtoritajiet Franċiżi L-awtoritajiet Franċiżi “indikaw ukoll li l-qligħ eventwali kkonstatat fl-aħħar tas-sena huwa […] kollu kemm hu investit mill-ġdid [fl-] attivitajiet tal-[istazzjonijiet pubbliċi], iktar preċiżament għall-finijiet ta’ tiġdid jew modernizzazzjoni tal-apparat ta’ produzzjoni tagħhom” u din dan il-qligħ eventwali jittieħed inkunsiderazzjoni fl-abbozz tal-baġit tas-sena s-segwenti (paragrafu 67 tad-deċiżjoni kkontestata). Dejjem fl-istess paragrafu, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw ruħhom sabiex jinkludu fil-leġiżlazzjoni Franċiżi l-prinċipju tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku. |
207 |
It-tieni impenn huwa intiż sabiex jissodisfa l-preokkupazzjonijiet (ara l-paragrafi 62 u 63 tad-deċiżjoni kkontestata) u l-proposti (ara t-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 64 tad-deċiżjoni kkontestata) dwar l-aġir kummerċjali tal-istazzjonijiet pubbliċi u huwa intiż sabiex jimmodifika, għal dan il-għan, il-formulazzjoni tal-liġi Franċiża (paragrafu 69 tad-deċiżjoni kkontestata). |
208 |
Barra minn hekk, ir-Repubblika Franċiża adottat, bi tweġiba għall-proposta ta’ miżuri xierqa tal-Kummissjoni dwar kontroll perijodiku, l-impenn li tikkontrolla annwallment, permezz ta’ organu ta’ verifika indipendenti li r-rapport tiegħu jiġi mibgħut lill-Parlament, l-osservanza mill-istazzjonijiet pubbliċi tal-obbligu tagħhom li jeżerċitaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont il-kundizzjonijiet tas-suq (ara l-aħħar sentenza tal-paragrafu 69 tad-deċiżjoni kkontestata). |
209 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għaldaqstant hemm qbil perfett bejn il-preokkupazzjonijiet tal-Kummissjoni espressi fil-paragrafi 61 sa 63 tad-deċiżjoni kkontestata u tal-proposti tagħha ta’ miżuri xierqa, kif ukoll bejn dawn il-proposti u l-impenji tar-Repubblika Franċiża. |
210 |
Fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-paragrafu 24 tad-deċiżjoni kkontestata u ppreżentat, għall-ewwel darba, fl-istadju tar-replika, mingħajr ma madankollu ma jirriżultaw elementi ta’ dritt jew ta’ fatt żvelati matul il-proċedura u lanqas ma jikkostitwixxi l-amplifikazzjoni ta’ motiv imsemmi fir-rikors, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura. F’kull każ, dan l-ilment huwa infondat, inkwantu huwa jibbaża fuq paragrafu tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna unikament il-klassifikazzjoni tas-sistema tal-liċenzja bħala għajnuna mill-Istat. |
211 |
Għaldaqstanti, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni, kemm matul il-formulazzjoni minnha tal-proposti ta’ miżuri xierqa jew matul l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenji tar-Repubblika Franċiża. |
212 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi miċħud dan il-motiv. |
213 |
Peress li r-rikorrenti tilfet fuq il-motiv kollha, dan ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq l-ispejjeż
214 |
Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress illi r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni u ta’ France Télévisions, skont it-talbiet ta’ dawn tal-aħħar. |
215 |
Skont l-Artikolu 87(4)(1) tal-istess regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet intervenjenti fil-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi. Għaldaqstant ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Vilaras Prek Ciucă Mogħtija fil-Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fil-11 ta’ Marzu 2009. Firem |
Werrej
Il-kuntest ġuridiku |
|
Il-fatti li wasslu għall-kawża |
|
Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet |
|
Fuq l-ammissibbiltà |
|
Fuq l-osservanza tat-terminu għall-preżentata tar-rikors |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq in-natura tad-deċiżjoni kkontestata |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq l-interess ġuridiku tar-rikorrenti |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq il-mertu |
|
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ proċedura |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza Altmark |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-portata insuffiċjenti tal-impenji tar-Repubblika Franċiża |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
Fuq l-ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.