Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2009 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/05)

“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna stabbilita mill-awtoritajiet Taljani favur ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji b’kapital żgħir jew medju – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Natura selettiva tal-miżura – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni – Artikolu 87(3)(ċ) KE”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Kontradizzjoni – Effetti (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 67)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2)KE (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 6(1) u 7) (ara l-punti 69, 70)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 78, 85)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 153-156)

5.                     Rikors għal annullament – Motivi – Motivi li jistgħu jitqajmu kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 88(2) KE u 230 KE) (ara l-punti 169-171)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi (Artikolu 87(3)(c) KE) (ara l-punti 174, 175, 179)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/638/KE, tas-6 ta’ Settembru 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna li l-Italja għandha l-intenzjoni timplementa favur ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji b’kapital żgħir jew medju kkwotati fi swieq regolati (ĠU 2006, L 268, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.