Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2007 – Sison vs Il-Kunsill
(Kawża T-47/03)
“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Kompetenza tal-Komunità – Rikors għal annullament – Drittijiet tad-difiża – Motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Rikors għad-danni”
1. Proċedura – Deċiżjoni li, fil-mori tal-kawża, tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 37-40)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Regolament li jistabbilixxi sanzjonijiet kontra ċerti persuni u entitajiet li ma għandhom ebda rabta ma’ pajjiżi terzi (Artikoli 60 KE, 301 KE u 308 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001) (ara l-punti 98-102)
3. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi (Artikolu 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3); Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379) (ara l-punti 143-146)
4. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li timponi t-teħid ta’ miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet mhux determinati ssuspettati b’attivitajiet terroristiċi – Implementata mill-KomunitaÌ fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha (Artikoli 60 KE, 301 KE u 308 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001) (ara l-punti 149-155)
5. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara l-punti 157-158)
6. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3); Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6)) (ara l-punti 161-169)
7. Unjoni Ewropea – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunità (Artikolu 10 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3); Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4)) (ara l-punti 170-172)
8. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi (Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6) (ara l-punti 173-184)
9. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001; Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6)) (ara l-punti 163, 172-173, 193-198)
10. Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3); Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6)) (ara l-punti 200-202, 206)
11. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola li l-għan tagħha huwa li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 232-235)
12. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 237-242)
13. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova (ara l-punt 250)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/974/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/848/KE (ĠU L 337, p. 85), u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens. |
Dispożittiv
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta’ Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE, hija annullata safejn tikkonċerna lir-rikorrent. |
|
It-talba għal kumpens hija miċħuda. |
|
Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, kif ukoll l-ispejjeż tan-Negotiating Panel of the National Democratic Front of the Philippines, ta’ Luis G. Jalandoni, ta’ Fidel V. Agcaoili u ta’ Maria Consuelo K. Ledesma. |
|
Ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |