SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
2 ta’ Marzu 2023 ( *1 )
Werrej
|
I. Il-kuntest ġuridiku |
|
|
A. Id-dritt internazzjonali |
|
|
B. Id-dritt tal-Unjoni |
|
|
1. Id-Direttiva “habitats” |
|
|
2. Id-Direttiva “għasafar” |
|
|
C. Id-dritt Pollakk |
|
|
1. Il-liġi dwar il-foresti |
|
|
2. Ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba |
|
|
3. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura |
|
|
4. Il-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent |
|
|
5. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent |
|
|
II. Il-proċedura prekontenzjuża |
|
|
III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
IV. Fuq ir-rikors |
|
|
A. Fuq l-ewwel ilment |
|
|
1. Fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ispeċi |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2. Fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-habitats |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
B. Fuq it-tieni lment |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
a) Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tat-tieni lment |
|
|
b) Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu |
|
|
Fuq l-ispejjeż |
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Artikolu 6(1) sa (3), Artikolu 12(1)(a) sa (d), Artikolu 13(1)(a) u Artikolu 16(1) – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Artikolu 4(1), Artikolu 5(a), (b) u (d) u Artikolu 9(1) – Ġestjoni tal-foresti fuq il-bażi ta’ prattika tajba – Pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Artikolu 6(1)(b) u Artikolu 9(2) – Eżami tal-legalità, kemm fil-mertu u kemm minn aspett proċedurali, tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti – Dritt għal azzjoni legali tal-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent”
Fil-Kawża C‑432/21,
li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu abbażi tal-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn M. Brauhoff, G. Gattinara, C. Hermes u D. Milanowska, bħala aġenti,
rikorrenti,
vs
Ir-Repubblika tal-Polonja, irrappreżentata minn B. Majczyna, bħala aġent,
konvenuta,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, M. L. Arastey Sahún (Relatriċi), F. Biltgen, N. Wahl u J. Passer, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: L. Medina,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
Wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li:
|
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt internazzjonali
|
2 |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, intitolat “Partiċipazzjoni tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet dwar attivitajiet partikolari”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Kull parti:
|
|
3 |
L-Artikolu 9 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat “Aċċess għall-ġustizzja”, jipprovdi: “[…] 2. Kull Parti għandha tiżgura, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tagħha, li l-membri tal-pubbliku kkonċernat
3. Barra minn hekk u bla ħsara għall-proċeduri ta’ reviżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull parti għandha tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji eventwali previsti mid-dritt intern tagħha jkunu jistgħu jipproċedu bi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jiksru dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent. 4. Barra minn hekk u bla ħsara għall-paragrafu 1 iktar ’il fuq, il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 iktar ’il fuq għandhom jipprovdu rimedji xierqa u effettivi, inkluż ordnijiet fejn ikun xieraq, u għandhom ikunu ġusti, ekwi, fil-ħin u m’għandhomx jiswew b’mod li jiġi prekluż l-użu tagħhom. Id-deċiżjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jingħataw jew jiġu rreġistrati bil-miktub. Deċiżjonijiet ta’ qrati, u kull fejn possibbli ta’ korpi oħrajn, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
B. Id-dritt tal-Unjoni
1. Id-Direttiva “habitats”
|
4 |
L-Artikolu 1tad-Direttiva “habitats” jistipula: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]
[…]”. |
|
5 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej: “1. L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat. 2. Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità. […]”. |
|
6 |
L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jipprevedi: “1. Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet ta’ din id-Direttiva. 3. Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali. 4. Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati. Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.” |
|
7 |
L-Artikolu 12(1) tal-istess direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a) fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu:
|
|
8 |
Skont kliem l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva “habitats”: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistbailixxu [jistabbilixxu] sistema għall-ħarsien strett ta’ l-ispeċi tal-pjanti elenkati fl-Anness IV (b), u li jipprojbixxu:
|
|
9 |
L-Artikolu 16 tal-istess direttiva jistipula: “1. Sakemm ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti u d-deroga mhix ta’ dannu għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 12, 13, 14 u15 (a) u (b):
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kull sentejn rapport skond l-għamla stabbilita mill-Kumitat dwar id-derogi mħaddna skond il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar dawn id-derogi f’perjodu ta’ żmien massimu ta’ 12-il xahar wara li tirċievi r-rapport u trid tagħti rendikont lill-Kumitat. […]”. |
2. Id-Direttiva “għasafar”
|
10 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva “għasafar” huwa fformulat kif ġej: “1. Din id-Direttiva hija dwar il-konservazzjoni tal-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat. Din tkopri l-protezzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-ispeċi u tippreskrivi regoli għall-isfruttar tagħhom. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għasafar, il-bajd, il-bejtiet u l-ambjent naturali tagħhom.” |
|
11 |
L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. L-ispeċi msemmija fl-Anness I għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw l-ambjent naturali tagħhom bil-għan li tkun assigurata s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom. F’konnessjoni ma’ dan, għandu jittieħed kont tal-:
Id-drawwiet u l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-populazzjoni għandhom ikunu meħuda in konsiderazzjoni bħala sfond għal evalwazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-aktar territorji tajbin fin-numru u daqs, partikolarment bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri simili għall-ispeċi migratorji regolari mhux elenkati fl-Anness I, billi jżommu f’moħħhom il-bżonn tagħhom għal protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva, rigward iż-żoni ta’ tgħammir, tbiddil u żoni fejn iqattgħu x-xitwa u postijiet ta’ waqfien tul ir-rotot migratorji tagħhom. […] […] 4. Fir-rigward taż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw tniġġis jew deterjorazzjoni tal-ambjent naturali u kwalunkwe tfixkil li jaffettwa l-għasafar, sakemm dawn jistgħu ikunu sinifikanti fil-kuntest tal-għanijiet ta’ dan l-Artikolu. Barra minn dawn iż-żoni tal-protezzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-iżjed possibbli biex jevitaw it-tniġġis jew deterjorazzjoni tal-ambjent naturali.” |
|
12 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 u 9, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ protezzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1, li tipprojbixxi partikolarment:
[…]
[…]”. |
|
13 |
Skont kliem l-Artikolu 9 tal-istess direttiva: “1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonjiet tal-Artikoli 5 sa 8, fejn ma hemm ebda soluzzjoni oħra sodisfaċenti għar-raġunijiet li ġejjin:
2. Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:
3. Kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. […]”. |
C. Id-dritt Pollakk
1. Il-liġi dwar il-foresti
|
14 |
L-Artikolu 6(1) tal-ustawa o lasach (il-Liġi dwar il-Foresti), tat-28 ta’ Settembru 1991 (Dz. U. tal-1991, Nru 101, Pożizzjoni 444), fil-verżjoni kkonsolidata tagħha (Dz. U. tal-2018, Pożizzjoni 2129) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Foresti”), jistipula: “It-termini użati fil-liġi huma dawn li ġejjin: […]
[…]”. |
|
15 |
L-Artikolu 14b ta’ din il-liġi, li ġie introdott fl-1 ta’ Jannar 2017 permezz tal-Artikolu 2 tal-ustawa o zmianie ustawy o ochronie przyrody oraz ustawy o lasach (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura u l-Liġi dwar il-Foresti), tas-16 ta’ Diċembru 2016 (Dz. U. tal-2016, Pożizzjoni 2249), huwa fformulat kif ġej: “1. Il-proprjetarji ta’ foresti għandhom jimplimentaw l-għanijiet u l-prinċipji ta’ ġestjoni tal-foresti indikati fil-liġi, b’mod partikolari għandhom jissodisfaw l-obbligi msemmija fl-Artikolu 9(1), fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 14(4) kif iddeterminat minnhom, sakemm il-mod ta’ kif jiġi osservat obbligu partikolari ma jkunx ġie ddeterminat mil-liġi. […] 3. Il-ġestjoni tal-foresti eżegwita konformement mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti ma tiksirx id-dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi, ta’ formazzjonijiet u ta’ komponenti naturali partikolari, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 u tal-Artikolu 52 tal-[ustawa o ochronie przyrody (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura), tas-16 ta’ April 2004 (verżjoni kkonsolidata Dz. U. tat-2018, Pożizzjoni 1614) (iktar ’il quddiem il-‘Liġi dwar il-Protezzjoni tan-natura’)].” |
|
16 |
L-Artikolu 22 tal-Liġi dwar il-Foresti jipprevedi: “1. Il-Ministru għall-ambjent għandu japprova pjan ta’ ġestjoni tal-foresti għall-foresti li huma proprjetà tat-Teżor pubbliku u pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti simplifikati għall-foresti li jifformaw parti mir-riżorsi tal-proprjetà agrikola tat-Teżor pubbliku. […] 4. Il-Ministru għall-ambjent għandu jissuperviżjona l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti għall-foresti li huma proprjetà tat-Teżor pubbliku u l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti ssimplifikati għall-foresti li jifformaw parti mir-riżorsi tal-proprjetà agrikola tat-Teżor pubbliku. […]”. |
2. Ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba
|
17 |
Ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba ta’ ġestjoni tal-foresti huma previsti fir-rozporządzenie Ministra Środowiska w sprawie wymagań dobrej praktyki w zakresie gospodarki leśnej (ir-Regolament tal-Ministru għall-Ambjent dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ta’ Ġestjoni tal-Foresti), tat-18 ta’ Diċembru 2017 (Dz. U. tal-2017, Pożizzjoni 2408) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ Prattika Tajba”). |
|
18 |
Il-paragrafu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Ir-rekwiżiti segwenti fil-qasam ta’ prattiċi tajba ta’ ġestjoni tal-foresti huma ddefiniti kif ġej:
|
3. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura
|
19 |
L-Artikoli 48 sa 50 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura jipprovdu li l-Ministru għall-ambjent, li jaġixxi bi qbil mal-Ministru għall-Agrikoltura, għandu jiddetermina, permezz ta’ regolament, b’mod partikolari l-ispeċi ta’ pjanti, ta’ annimali u ta’ fungi protetti, il-projbizzjonijiet li jirrigwardawhom, kif ukoll il-metodi tal-protezzjoni tagħhom. |
|
20 |
L-Artikoli 51 u 52 ta’ din il-liġi jipprevedu il-projbizzjonijiet possibbli li jirrigwardaw l-ispeċi ta’ annimali u ta’ pjanti protetti. |
|
21 |
L-Artikolu 56 tal-imsemmija liġi jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-possibbiltà li jawtorizzaw l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 51 u 52 tal-istess liġi. |
4. Il-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent
|
22 |
L-Artikolu 44 tal-ustawa o udostępnianiu informacji o środowisku i jego ochronie, udziale społeczeństwa w ochronie środowiska oraz o ocenach oddziaływania na środowisko (il-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent u l-Protezzjoni Tiegħu, fuq il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fil-Protezzjoni tal-Ambjent u fuq l-Istudji ta’ Effetti fuq l-Ambjent), tat-3 ta’ Ottubru 2008 (verżjoni konsolidata Dz. U. tal-2018, Pożizzjoni 2018) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent”) jagħti lill-organizzazzjonijiet ambjentali d-dritt li jipparteċipaw fi proċedura li teħtieġ parteċipazzjoni tal-pubbliku, id-dritt li jressqu rikors amministrattiv kontra deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura li teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, kif ukoll id-dritt li jippreżentaw rikors quddiem qorti amministrattiva kontra tali deċiżjoni. |
5. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent
|
23 |
Skont kliem l-Artikolu 323 tal-ustawa – Prawo ochrony środowiska (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent), tas-27 ta’ April 2001 (verżjoni konsolidata Dz. U. tal-2019, Pożizzjoni 1396) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent”): “1. Kull persuna direttament mhedda minn dannu jew li ġarrbet dannu minħabba ħsara illegali għall-ambjent tista’ teżiġi li l-entità responsabbli mit-theddida jew mill-ħsara terġa tistabbilixxi l-istat ta’ fatt legali u tieħu l-miżuri preventivi, b’mod partikolari billi tistabbilixxi installazzjonijiet jew tagħmir intiż li jipprevjeni t-theddida jew il-ħsara; meta dan ma jkunx possibbli jew ikun eċċessivament diffiċli, hija tista’ teżiġi l-waqfien tal-attività li tat lok għat-theddida jew għall-ħsara. 2. Meta t-theddida jew il-ħsara tirrigwarda l-ambjent inkwantu beni komuni, it-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ titressaq mit-Teżor pubbliku, minn unità ta’ gvern lokali, kif ukoll minn organizzazzjoni ambjentali.” |
II. Il-proċedura prekontenzjuża
|
24 |
Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni bdiet proċedura EU Pilot [Fajl EUP(2011)2856] u talbet lill-awtoritajiet Pollakki jipprovdu kjarifiki dwar l-eżenzjoni, prevista mil-leġiżlazzjoni Pollakka, mill-obbligi previsti mid-direttivi “habitats” u “għasafar” f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti. Fid-dawl tas-soluzzjonijiet proposti minn dawn l-awtoritajiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura EU Pilot. |
|
25 |
Fid-dawl tal-informazzjoni u tal-ilmenti li ġew sussegwentement ippreżentati quddiemha, il-Kummissjoni qieset li kien hemm ksur tad-dritt tal-Union. Barra minn hekk, hija osservat li d-dritt Pollakk ma kienx jiggarantixxi lill-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent il-possibbiltà li jikkontestaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti permezz ta’ rimedji amministrattiv u ġudizzjarju, u b’dan il-mod kien jikser l-obbligu li tiġi żgurata l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet mogħtija lill-dawn l-organizzazzjonijiet mid-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
26 |
Fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika tal-Polonja ittra ta’ intimazzjoni, li fiha sostniet, fl-ewwel lok, li, billi introduċiet, fis-sistema nazzjonali, dispożizzjonijiet li jipprevedu li l-ġestjoni tal-foresti bbażata fuq rekwiżiti ta’ prattika tajba ma jiksru ebda dispożizzjoni dwar il-konservazzjoni tan-natura prevista fid-direttivi “għasafar” u “habitats”, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 12(1)(a) sa (d), l-Artikolu 13(1)(a), u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats”, kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(a), (b) u (d), u l-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”. Fit-tieni lok, l-imsemmija istituzzjoni allegat li, billi tipprekludi lill-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent milli jikkontestaw quddiem qorti l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq sit Natura 2000 u, konsegwentement, billi eskludiet mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva d-drittijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” u li jirrigwardaw dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika tal-Polonja kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, b’rabta mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, mal-Artikolu 216(2) TFUE, mal-Artikolu 47 tal-Karta, kif ukoll mal-Artikolu 6(1)(b), u mal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
|
27 |
Fl-20 ta’ Settembru 2018, ir-Repubblika tal-Polonja rrispondiet għal din l-ittra ta’ intimazzjoni. |
|
28 |
Fis-26 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata, li ġiet irċevuta fl-istess jum mir-Repubblika tal-Polonja, li fiha din l-istituzzjoni kkonfermat l-ilmenti fformulati fl-ittra ta’ intimazzjoni, filwaqt li talbet li r-Repubblika tal-Polonja tadotta, fit-terminu ta’ xahrejn b’effett minn meta rċeviet l-opinjoni motivata, il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha magħha. |
|
29 |
Fis-26 ta’ Settembru 2019, ir-Repubblika tal-Polonja rrispondiet għall-opinjoni motivata billi kkontestat in-nuqqasijiet allegati mill-Kummissjoni filwaqt li ddikjarat, f’dak li jirrigwarda l-ewwel ilment espost f’din l-opinjoni, l-adozzjoni fil-ġejjieni ta’ dispożizzjonijiet ġodda intiżi li jiċċaraw l-istat tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
|
30 |
Peress li ma kinitx sodisfatt b’din ir-risposta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors. |
III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
31 |
Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Lulju 2022, bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni informat lil din tal-aħħar li s-semmija, fit-talbiet tagħha li jinstabu fid-dispożittiv tar-rikors fil-verżjoni tiegħu fil-lingwa tal-proċedura u li jirrigwardaw l-ewwel ilment tagħha, tal-Artikolu 13(1)(a) u (d) tad-Direttiva “habitats” u tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “għasafar”, kienet unikament dovuta għal żball tal-pinna u rrettifikat dawn it-talbiet fis-sens li dawn ma għandhomx jirreferu għall-imsemmija dispożizzjonijiet iżda, rispettivament, għall-Artikolu 13(1)(a) tad-Direttiva “habitats” u għall-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-suġġett tar-rikors ippreżentat bis-saħħa tal-Artikolu 258 TFUE huwa limitat mill-proċedura prekontenzjuża prevista f’din id-dispożizzjoni u li, konsegwentement, l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni u r-rikors għandhom ikunu bbażati fuq ilmenti identiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Jannar 2016, Il-Kummissjoni vs Ċipru, C‑515/14, EU:C:2016:30, punt 12). |
|
33 |
Din-l-eżiġenza tirrispondi l-għan tal-proċedura prekontenzjuża li, skont ġurisprudenza stabbilita, huwa dak li l-Istat Membru kkonċernat jingħata l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jinvoka l-eċċezzjonijiet tad-difiża tiegħu b’mod utli kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2022, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (Ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni), C‑213/19, EU:C:2022:167, punt 131 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
34 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li, kemm fl-ittra ta’ intimazzjoni u fl-opinjoni motivata kif ukoll fl-argumenti żviluppati fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni semmiet, b’mod kostanti, l-Artikolu 13(1)(a) tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”, mingħajr ma għamlet riferiment għad-dispożizzjonijiet żbaljatament imsemmija fit-talbiet tar-rikors fil-verżjoni tiegħu fil-lingwa tal-proċedura. Min-naħa l-oħra, din is-semmija bl-ebda mod ma wasslet sabiex ir-Repubblika tal-Polonja tiġi indotta fi żball peress li, kemm fir-risposta tiegħu kif ukoll fil-kontroreplika tiegħu, dan l-Istat Membru għamel riferiment, b’mod konsistenti, għall-Artikolu 13(1)(a) tad-Direttiva “habitats” u għall-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
35 |
Minn dan jirriżulta li r-Repubblika tal-Polonja kienet manifestament f’pożizzjoni li ssostni b’mod sħiħ il-motivi tad-difiża tagħha fir-rigward tal-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni, u dan, kemm fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, mingħajr ma l-iżbalji tal-pinna indikati fil-punt 31 ta’ din is-sentenza ma affettwaw ħażin id-drittijiet tad-difiża tal-imsemmi Stat Membru. |
|
36 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel ilment tar-rikors tal-Kummissjoni għandu jinqara fis-sens li jirrigwarda l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 12(1)(a) sa (d), l-Artikolu 13(1)(a), u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats”, kif ukoll l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(a), (b) u (d), u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
IV. Fuq ir-rikors
A. Fuq l-ewwel ilment
1. Fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ispeċi
a) L-argumenti tal-partijiet
|
37 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni essenzjalment issostni li l-introduzzjoni, fid-dritt Pollakk, ta’ dispożizzjoni li tgħid li l-ġestjoni tal-foresti eżerċitata abbażi tar-rekwiżiti ta’ prattika tajba tal-foresti ma tikser ebda dispożizzjoni dwar il-konservazzjoni tan-natura koperta mir-rekwiżiti previsti mid-direttivi “għasafar” u “habitats” tikkostitwixxi traspożizzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ta’ dawn id-direttivi. |
|
38 |
F’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-ispeċi, fir-rikors tagħha l-Kummissjoni tfakkar li l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar” jipprevedu l-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta’ protezzjoni stretta għall-ispeċi ta’ annimali elenkati fil-punt(a) tal-Anness IV tad-Direttiva “habitats” u għall-ispeċi ta’ pjanti elenkati fil-punt (b) tal-Anness IV ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-obbligu li jiġu protetti l-għasafar selvaġġi, konformement mad-Direttiva “għasafar”. Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar” jippermettu deroga mill-imsemmija obbligi, dawn id-derogi għandhom, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġu interpretati b’mod strett. |
|
39 |
Issa, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Pollakka ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ traspożizzjoni korretta u ma tipprovdix qafas legali għal sistema koerenti ta’ projbizzjonijiet u ta’ derogi konformi mal-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ direttivi. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, li jipprevedi li l-ġestjoni tal-foresti mwettqa konformement mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba tal-foresti ma tiksirx id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-natura, il-Kummissjoni tosserva, b’mod partikolari, li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jipprevedix il-kundizzjoni, imsemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats”, li tgħid li l-attività ma għandhiex tkun ta’ ħsara “għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom”. |
|
41 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssostni li dan ir-regolament ma jipprevedi ebda projbizzjoni jew obbligu ta’ waqfien tax-xogħlijiet ta’ ġestjoni tal-foresti f’dawn is-siti fil-każ li jiġu skoperti speċi protetti. |
|
42 |
Barra minn hekk, bil-kotra tar-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”, ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba allegatament ma jipprevedix li deroga mir-regoli tal-protezzjoni tal-ispeċi hija possibbli biss jekk ma jkunx hemm “alternattiva sodisfaċenti”. |
|
43 |
Dan ir-regolament lanqas ma jipprevedi xi obbligu li jiġi applikat wieħed mill-motivi ta’ deroga stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” jew fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
44 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar, f’dak li jirrigwarda l-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva “habitats”, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kundizzjoni dwar in-natura intenzjonali tal-qbid jew tal-qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi prevista minn din id-dispożizzjoni hija ssodisfatta anki meta l-awtur tal-att aċċetta biss il-possibbiltà ta’ tali qbid jew ta’ tali qtil (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2021, Föreningen Skydda Skogen, C‑473/19 u C‑474/19, EU:C:2021:166, punt 51, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). L-istess konstatazzjoni tapplika fir-rigward tal-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
45 |
Il-Kummissjoni tagħmel. Barra minn hekk, riferiment għall-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-foresti tal-Istat, tas-6 ta’ Marzu 2018, indirizzata lid-diretturi tad-direttorati reġjonali tal-foresti tal-Istat, li fiha dan id-Direttur Ġenerali kkonstata li għalkemm l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba hija volontarja, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-każ ta’ operazzjonijiet li jmorru kontra dawn id-dispożizzjonijiet, il-proprjetarju tal-foresta għandu, madankollu, jikseb kull darba deroga, jiġifieri l-kunsens tal-awtorità kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura sabiex iwettaq l-operazzjonijiet inkwistjoni. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, din l-ittra tikkonferma li l-għan imfittex mill-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti huwa li tiġi stabbilita eżenzjoni ġenerali mill-obbligu li jintalbu derogi individwali. |
|
46 |
Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tirribatti li, konformement mal-Artikoli 48 sa 50 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura, il-Ministru għall-ambjent għandu jiddefinixxi, permezz ta’ regolament, l-ispeċi ta’ pjanti, ta’ annimali u ta’ fungi koperti mid-diversi kategoriji ta’ protezzjoni, li jeħtieġu li jiġi ddeterminati żoni ta’ protezzjoni tar-rifuġji tagħhom jew tas-siti tagħhom (u, f’dak li jirrigwarda l-annimali, anki tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom jew fejn ikunu regolarment), u li huma, konformement ma din il-liġi, protetti minn projbizzjonijiet xierqa, previsti fl-Artikoli 51 u 52 ta’ din il-liġi. B’applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-ispeċi partikolarment prezzjużi huma allegatament protetti konformement mar-regolamenti rispettivi tal-Ministru għall-ambjent fil-qasam ta’ protezzjoni tal-ispeċi. |
|
47 |
L-introduzzjoni fl-ordinament ġuridiku Pollakk tar-rekwiżiti ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti ma biddlitx il-prinċipji li jirriżultaw mill-Artikoli 48 sa 50 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura u tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu l-projbizzjonijiet fir-rigward tal-ispeċi strettament protetti. |
|
48 |
F’dak li jirrigwarda r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, dan għandu jiġi eżaminat fil-kuntest kemm tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent, kif ukoll tal-ustawa o zapobieganiu szkodom w środowisku i ich naprawie (il-Liġi dwar il-Prevenzjoni u t-Tiswija tad-Danni Ambjentali), tat-13 ta’ April 2007 (verżjoni konsolidata Dz. U. tal-2020, Pożizzjoni 2187) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Prevenzjoni u t-Tiswija tad-Danni Ambjentali”). Issa, l-obbligu taż-żamma, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija liġijiet. Għaldaqstant, il-fatt li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jipprevedix expressis verbis il-kundizzjoni li tgħid li l-attività inkwistjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara “għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom” ma jagħmlux kuntrarju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
49 |
L-argument tal-Kummissjoni li jgħid li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jipprevedi ebda obbligu li jintemmu x-xogħlijiet ta’ ġestjoni tal-foresti fis-siti inkwistjoni huwa kontradett mill-formulazzjoni tal-punt 3(1) ta’ dan ir-regolament. |
|
50 |
Fil-każ ta’ identifikazzjoni ta’ siti ta’ speċi protetti, il-proprjetarju tal-foresta huwa allegatament obbligat li jibdel l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti billi japplika miżuri ta’ limitazzjoni b’tali mod li jiġu evitati l-qtil, il-qerda u t-tfixkil intenzjonali. Meta l-proprjetarju tal-foresta jixtieq iwettaq operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti f’żona jew f’sit fejn ġiet skoperta speċi protetta, huwa obbligat li jikseb deroga individwali konformement mal-kundizzjonijiet ġenerali li jirriżultaw mill-Artikolu 56 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura, fejn dawn il-kundizzjonijiet jirriflettu l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
51 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tkompli tesponi li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba jipprevedi protezzjoni addizzjonali tal-ispeċi meta mqabbla ma dik prevista fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ġenerali. Fil-fatt, huwa possibbli li kampjun ta’ speċi protetta jistabbilixxi ruħu f’post ġdid fejn jgħix wara t-tfassil tal-pjan tal-kompiti ta’ konservazzjoni ta’ sit speċifiku Natura 2000. F’tali każ, bis-saħħa taż-żjarat fuq il-post, il-proprjetarju tal-foresta jista’ saħansitra jevita l-effetti dannużi mhux intenzjonali |
|
52 |
Peress li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti ma jidderogax mid-dispożizzjonijiet tad-direttivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti fil-qasam ta’ protezzjoni tal-ispeċi, ma huwiex neċessarju li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ikun jinkludi l-kundizzjonijiet u l-elementi elenkati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
53 |
F’dak li jirrigwarda l-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-foresti tal-Istat, tas-6 ta’ Marzu 2018, imsemmija mill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li din l-ittra ma tammontax għal interpretazzjoni vinkolanti tal-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti. |
|
54 |
B’risposta għall-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2021, Föreningen Skydda Skogen (C‑473/19 u C‑474/19, EU:C:2021:166), dan l-Istat Membru jirribatti li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti fis-sens strett ma humiex operazzjonijiet li jikkonsistu fil-qerda jew fil-qtil intenzjonali tal-kampjuni ta’ speċi protetti. |
|
55 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma wrietx li l-awtorità li adottat ir-Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ Prattika Tajba riedet il-qbid jew il-qtil ta’ kampjun ta’ speċi ta’ annimal protett jew, minn tal-inqas, li aċċettat il-possibbiltà ta’ tali qbid jew qtil. |
|
56 |
Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni tosserva li l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jgħid li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba huwa applikat u għandu jiġi eżaminat flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet rispettivi fil-qasam tal-ambjent la huwa sostnut mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament u lanqas fil-prattika dwar l-applikazzjoni tiegħu. |
|
57 |
F’dak li jirrigwarda l-possibbiltà ta’ bdil tax-xogħlijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, imsemmija mir-Repubblika tal-Polonja, il-Kummissjoni tosserva li bidla fil-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet meta fiż-żona kkonċernata jiġu identifikati speċi protetti ma tiggarantixxix li dawn l-attivitajiet ma jkunux jinvolvu tfixkil jew mhux ser jikkawżaw il-mewt tal-kampjuni ta’ dawn l-ispeċi protetti. |
|
58 |
B’risposta għall-argument tar-Repubblika tal-Polonja dwar is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2021, Föreningen Skydda Skogen (C‑473/19 u C‑474/19, EU:C:2021:166), il-Kummissjoni ssostni li l-operaturi li jwettqu attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti jistgħu ikunu konxji mill-eżistenza ta’ riskju ta’ qerda tal-habitats jew tal-ispeċi u jistgħu jaċċettaw dan ir-riskju. |
|
59 |
Fil-kontroreplika tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tirrepeti li huwa abbażi tal-Artikoli 48, 49 u 50 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura li l-Ministru għall-ambjent stabbilixxa projbizzjonijiet għal ċerti speċi. Issa, peress li l-Artikolu 14b tal-Liġi dwar il-Foresti ma jagħmilx riferiment għall-imsemmija dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura, ma jistax jiġi sostnut li r-Repubblika tal-Polonja kisret il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
60 |
Barra minn hekk, ebda dispożizzjoni tar-Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba ma tipprevedi deroga mill-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” jew fl-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li dan ir-regolament jistipula r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u mill-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
61 |
Dan l-Istat Membru jqis li l-Kummissjoni tinterpreta r-rekwiżit dwar il-bdil tax-xogħlijiet b’mod ġenerali wisq u mhux korrett, billi tippreżentah bħala rekwiżit li jista’ jagħti lok għal tfixkil jew għal qerda ta’ sit ta’ riproduzzjoni jew ta’ post ta’ mistrieħ. |
|
62 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tkompli tesponi li jeżistu diversi modi ta’ bdil tas-xogħlijiet, li jiddependu fil-parti l-kbira fuq il-pożizzjonament, fuq il-kundizzjonijiet tas-sit, fuq it-tul tax-xogħlijiet, fuq il-kompożizzjoni tal-ispeċi, fuq il-kopertura tal-foresti u, fuq kollox, fuq l-għan tal-protezzjoni u fuq il-bijoloġija ta’ speċi inkwistjoni. |
|
63 |
F’dak li jirrigwarda s-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2021, Föreningen Skydda Skogen (C‑473/19 u C‑474/19, EU:C:2021:166), ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, minn naħa, li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti ma jikkostitwixxux atti ta’ qtil jew ta’ qbid intenzjonali, fis-sens ta’ dik is-sentenza. Min-naħa l-oħra, konformement mal-punt 3(1) tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, jekk proprjetarju ta’ foresta jidentifika, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ spezzjoni fuq il-post, speċi protetta, huwa jkun obbligat li jieħu miżuri sabiex jibdel l-operazzjonijiet inizjali tiegħu, b’tali mod li ma jippermettix il-qbid jew il-qtil intenzjonali. Dawn il-modalitajiet huma konformi mal-imsemmija sentenza. |
b) L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
64 |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, id-Direttiva “habitats”, għandu jitfakkar li l-Artikolu 12(1) tagħha jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi tal-annimali msemmija f’din id- dispożizzjoni, fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu l-attivitajiet li l-imsemmija dispożizzjoni elenkati fl-inċiżi (a) sa (d). |
|
65 |
B’mod iktar partikolari, l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva “habitats” jipprevedi, fl-inċiż (a), il-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ qbid jew ta’ qtil intenzjonali ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi fis-selvaġġ, fl-inċiż (b), il-projbizzjoni ta’ tfixkil intenzjonali ta’ dawn l-ispeċi b’mod partikolari matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni, ta’ tkabbir, ta’ ibernazzjoni u ta’ migrazzjoni, fl-inċiż (ċ), il-projbizzjoni ta’ qerda intenzjonali jew ta’ teħid tal-bajd intenzjonali mis-selvaġġ u, fl-inċiż (d), il-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni jew qerda ta’ siti ta’ riproduzzjoni jew ta’ postijiet ta’ mistrieħ. |
|
66 |
L-Artikolu 13(1)(a) ta’ din id-direttiva jistipula, min-naħa tiegħu, li l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi tal-pjanti msemmija f’din id-dispożizzjoni li jipprojbixxu il-ġbir, il-qtugħ, il-qlugħ mill-għeruq jew il-qerda intenzjonali ta’ dawn il-pjanti fil-firxa naturali tagħhom fis-selvaġġ. |
|
67 |
Fl-istess ħin, l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats” jipprovdi li, sakemm ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti u sakemm id-deroga ma tkunx ta’ dannu għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet b’mod partikolari tal-Artikoli 12 u 13 ta’ din id-direttiva fil-każijiet elenkati fl-inċiżi (a) sa’ (e) tal-imsemmi Artikolu 1(1). |
|
68 |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, id-Direttiva “għasafar”, l-Artikolu 5 tagħha jipprevedi li, bla ħsara għall-Artikoli 7 u 9 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ protezzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, u li tipprojbixxi partikolarment l-attivitajiet elenkati fl-inċiżi (a) sa (e) tal-imsemmi Artikolu 5. |
|
69 |
B’mod iktar partikolari, l-imsemmi Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar” jipprevedi, fl-inċiż (a), il-projbizzjoni ta’ qtil jew ta’ qbid intenzjonali tal-għasafar irrispettivament mill-metodu użat, fl-inċiż (b), il-projbizzjoni ta’ qerda jew ta’ ħsara intenzjonali tal-bejtiet u tal-bajd tagħhom kif ukoll it-tneħħija tal-bejtiet tagħhom, u, fl-inċiż (d), il-projbizzjoni ta’ tfixkil intenzjonat tagħhom, b’mod partikolari, waqt il-perjodu ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir, sakemm dan it-tfixkil jista’ jkollu effett sinjifikattiv fil-kuntest tal-għanijiet ta’ din id-direttiva. |
|
70 |
Fl-istess ħin, konformement mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 5 sa 8 tagħha jekk ma teżisti ebda soluzzjoni sodisfaċenti oħra, għar-raġunijiet elenkati f’din l-ewwel dispożizzjoni. |
|
71 |
F’dak li jirrigwarda tad-Direttiva “habitats”, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 12, 13 u 16 tagħha jifformaw totalità koerenti ta’ normi intiżi sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernati, b’tali mod li kull deroga li tkun inkompatibbli ma’ din id-direttiva tkun tikser kemm il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 12 jew 13 tagħha kif ukoll ir-regola li derogi jistgħu jingħataw konformement mal-Artikolu 16 tal-istess direttiva (sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2005, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, C‑6/04, EU:C:2005:626, punt 112). |
|
72 |
Barra minn hekk, filwaqt li enfasizzat li l-habitats u l-ispeċi mhedda jifformaw parti mill-patrimonju naturali tal-Unjoni, b’tali mod li l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni hija obbligu impost, abbażi tar-responsabbiltà komuni, fuq l-Istati Membri kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, fil-kuntest ta’ din id-direttiva, li tipprovdi regoli kumplessi u tekniċi fil-qasam tad-dritt tal-ambjent, l-Istati Membri huma speċjalment obbligati li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom intiża li tiżgura t-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva tkun ċara u preċiża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C‑46/11, mhux ippubblikata, EU:C:2012:146, punti 26 u 27 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
73 |
Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda d-Direttiva “għasafar”, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kriterji li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-projbizzjonijiet previsti f’din id-direttiva għandhom ikunu riprodotti f’dispożizzjonijiet nazzjonali suffiċjentement ċari u preċiżi, peress li l-eżattezza tat-traspożizzjoni hija ta’ importanza partikolari f’qasam fejn il-ġestjoni tal-patrimonju komuni hija fdata, għat-territorji rispettivi tagħha, f’idejn l-Istati Membri (sentenza tas-26 ta’ Jannar 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C‑192/11, mhux ippubblikata, EU:C:2012:44, punt 56). |
|
74 |
Fil-kawża preżenti, għandu jiġi osservat li, skont kliem l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, il-ġestjoni tal-foresti eżegwita konformement mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti ma tiksirx id-dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi, ta’ formazzjonijiet u ta’ komponenti naturali partikolari, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 u tal-Artikolu 52 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura. |
|
75 |
Issa, l-imsemmija Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura tittrasponi, fl-ordinament ġuridiku Pollakk, id-dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. B’mod iktar partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51 u 52 ta’ din il-liġi jipprevedu projbizzjonijiet fir-rigward tal-ispeċi ta’ annimali u ta’ pjanti protetti u ġew, skont ir-Repubblika tal-Polonja, adottati, b’mod partikolari, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” kif ukoll tal-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
76 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, huwa fformulat b’mod ġenerali u għandu portata wiesgħa ħafna. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni toħloq, skont kliemha stess, preżunzjoni li tgħid li l-ġestjoni tal-foresti eżegwita konformement mal-paragrafu 1 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma tiksirx, b’mod partikolari, l-imsemmija Artikoli 51 u 52. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din tippermetti, bla ħsara għall-osservanza tal-imsemmija rekwiżiti, li jkun hemm deroga, b’mod ġenerali, mid-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jimplimentaw l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar” għall-finijiet tal-operazzjonijiet mibdija fil-kuntest ta’ tali ġestjoni tal-foresti, meta dawn l-operazzjonijiet jinvolvu atti pprojbiti mid-dispożizzjonijiet imsemmija l-aħħar. |
|
77 |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja li tgħid li l-ġestjoni tal-foresti ma tinkludix operazzjonijiet li jinvolvu tali atti pprojbiti, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti huwa kapaċi jawtorizza operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti b’mod ġenerali, inkluż meta dawn x’aktarx jinvolvu atti pprojbiti abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” kif ukoll l-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”, u b’mod partikolari dawk li jikkonsistu fil-qerda u fil-qtil intenzjonali ta’ kampjuni ta’ speċi protetti. |
|
78 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 12(1)(a) sa (ċ) tad-Direttiva “habitats” jistgħu japplikaw għal attività, bħal attività ta’ sfruttament ta’ foresti, li l-għan tagħha huwa manifestament differenti mill-qbid jew mill-qtil, mit-tfixkil ta’ speċi ta’ annimali jew mill-qerda jew mit-teħid intenzjonat tal-bajd (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2021, Föreningen Skydda Skogen, C‑473/19 u C‑474/19, EU:C:2021:166, punt 53). |
|
79 |
L-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti jista’, konsegwentement, jiġi interpretat u applikat mill-awtoritajiet nazzjonali bħala li jikkostitwixxi deroga mid-dispożizzjonijiet Pollakki kollha li jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”, u b’mod partikolari dawk li jimplimentaw l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” kif ukoll l-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
80 |
Wara dan, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, kif ukoll il-paragrafu 1 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jikkorrispondux mal-kundizzjonijiet, previsti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”, li għandhom jiġu sodisfatti mill-Istati Membri li jixtiequ jidderogaw b’mod partikolari kemm mill-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva “habitats” kif ukoll mill-Artikolu 5 tad-Direttiva “għasafar”. |
|
81 |
Fil-fatt, il-paragun bejn, minn naħa, il-formulazzjoni tal-paragrafu 1 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, li jelenka dawn ir-rekwiżiti, u, min-naħa l-oħra, il-każijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”, konformement mal-Artikolu 16(1)(a) sa (e) tad-Direttiva “habitats” u mal-Artikolu 9(1) (a) sa (ċ) tad-Direttiva “għasafar”, jippermetti li jiġi kkonstatat li l-imsemmija rekwiżiti ma jikkorrispondux mal-imsemmija każijiet imsemmija minn dawn iż-żewġ direttivi. |
|
82 |
F’dan ir-rigward, il-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats”, li tgħid li ma jeżistux alternattiva sodisfaċenti u li d-deroga ma tkunx ta’ ħsara għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom, ma tinstabx fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, mingħajr ma huwa rilevanti, għall-finijiet ta’ din l-aħħar konstatazzjoni, il-fatt li jsir magħruf jekk l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti kollha tippermettix jew ma tippermettix li l-ispeċi kkonċernati jinżammu fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, hekk kif donnha tiddikjara, essenzjalment, ir-Repubblika tal-Polonja. Bl-istess mod, il-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”, li tipprevedi li ma teżistix alternattiva sodisfaċenti, ma hijiex prevista fid-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament. |
|
83 |
Barra minn hekk, hekk kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni, il-paragrafu 1 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jinkludi ebda riferiment għar-raġunijiet ta’ deroga stipulati fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
84 |
Fl-aħħar, għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja ssostni wkoll li hemm dispożizzjonijiet oħra ta’ liġijiet Pollakki li jippermettu li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ deroga previsti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 9 tad-Direttiva “għasafar”, xorta jibqa’ l-fatt li, anki jekk jitqies li din iċ-ċirkustanza tiġi ppruvata, tkun teżisti, f’tali każ, kontradizzjoni bejn, minn naħa, id-deroga ġenerali prevista fl-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti u, min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet oħra allegatament applikabbli. |
|
85 |
Issa, kontradizzjoni bejn id-diversi dispożizzjonijiet nazzjonali mhux biss tali tkun tammonta għal ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, iżda hija wkoll ta’ natura li twassal sabiex l-awtoritajiet amministrattivi inkarigati mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva tal-Unjoni jkunu żbaljati dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C‑192/11, mhux ippubblikata, EU:C:2012:44, punt 58). |
|
86 |
Barra minn hekk, jidher li r-realtà ta’ dan ir-riskju seħħet f’dan il-każ, hekk kif dan jirriżulta mill-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-foresti tal-Istat, tas-6 ta’ Marzu 2018, indirizzata lid-diretturi tad-direttorati reġjonali tal-foresti tal-Istat u msemmija mill-Kummissjoni, li minnha jirriżulta li dan id-Direttur Ġenerali telaq mill-premessa li l-proprjetarju tal-foresta ma huwiex obbligat li jikseb deroga għal operazzjonijiet fil-foresti li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba. |
|
87 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, billi adotta l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, li jipprevedi li ġestjoni tal-foresti eżegwita konformement mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti ma tiksirx id-dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi, ta’ formazzjonijiet u ta’ komponenti naturali partikolari, il-leġiżlatur Pollakk kiser l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 12(1) tal-Artikolu 13(1)(a), u mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats”, kif ukoll mill-Artikolu 5(a), (b) u (d), u mill-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
2. Fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-habitats
a) L-argumenti tal-partijiet
|
88 |
F’dak li jirrigwarda il-protezzjoni tal-habitats, il-Kummissjoni tfakkar, fir-rikors tagħha, li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar” jirrakkomandaw bis-saħħa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni għal żoni speċifiċi. Issa, l-applikazzjoni tal-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti u tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba tkun tfisser li ma huwiex iktar neċessarju li fil-Polonja jiġu adottati u implimentati miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ dawn iż-żoni, bi ksur tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
89 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li ma humiex stabbiliti u applikati għal żoni speċifiċi ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti u jiżguraw l-effett utli tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva “habitats”, peress li l-miżuri ta’ konservazzjoni ta’ żona speċifika għandhom ikunu kompleti, ċari u preċiżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C‑849/19, mhux ippubblikata, EU:C:2020:1047, punti 77 u 85). |
|
90 |
Peress li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba huwa ġenerali ħafna, dan ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. |
|
91 |
F’għajnejn il-Kummissjoni, jeżisti r-riskju li, fil-każ fejn jirriżulta li operazzjoni inkwistjoni hija konformi għal prattika tajba, konformement mal-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, din tkun eżentata milli tosserva l-prinċipji ta’ konservazzjoni tas-siti kkonċernati, inklużi s-siti Natura 2000. Konsegwentement, jeżisti riskju li l-miżuri ta’ konservazzjoni li jistgħu jkunu ddefiniti fil-pjanijiet ta’ konservazzjoni ta’ network Natura 2000 ma jiġux implimentati. |
|
92 |
Issa, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw interventi li jirriskjaw li jikkompromettu b’mod serju l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-siti jinkludu tipi ta’ habitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja, C‑404/09, EU:C:2011:768, punt 163). |
|
93 |
Għal dawn ir-raġunijiet, kif ukoll għar-raġunijiet ippreżentati mill-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-ksur, mir-Repubblika tal-Polonja, tal-Artikoli 12 u 16 tad-Direttiva “habitats” u tal-Artikoli 5 u 9 tad-Direttiva “għasafar”, ikun xieraq li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba jikkostitwixxu traspożizzjoni żbaljata tal-obbligu, stipulat fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva “habitats”, li jiġi evitat id-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi. |
|
94 |
Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tirribatti li, konformement mal-leġiżlazzjoni Pollakka, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti għandhom ikunu konformi mal-miżuri ta’ protezzjoni stabbiliti fil-pjanijiet tal-kompiti ta’ konservazzjoni speċifiċi tas-siti Natura 2000. |
|
95 |
Konformement mal-Artikolu 46 tal-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent, il-pjanijiet kollha ta’ ġestjoni tal-foresti fiż-żona Natura 2000 għandhom ikunu suġġetti, qabel ma jiġu adottati, għall-proċedura tal-evalwazzjoni strateġika tal-impatt fuq l-ambjent, li tanalizza l-livell ta’ effett tal-miżuri ppjanati fuq iż-żoni Natura 2000. Konformement mal-Artikolu 55(2) ta’ din il-liġi, il-proġett ma jistax jiġi adottat, ħlief jekk jeżistu l-premessi previsti fl-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura, fil-każ fejn l-evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent tindika li jista’ jkun hemm impatt negattiv sinjifikattiv fuq iż-żona Natura 2000. |
|
96 |
L-għan tar-Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba huwa speċifikament dak li jiġu esklużi kuntrasti mal-għanijiet ta’ konservazzjoni relatati maż-żoni Natura 2000 li jgħoddu għas-siti ta’ speċi protetti, billi jidentifikahom, u wara billi jbiddel l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti. Sa fejn l-imsemmija operazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-pjanijiet tal-kompiti ta’ konservazzjoni u mal-pjanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni Natura 2000, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li dan ir-regolament ma jeħlisx lill-proprjetarji tal-foresti mill-obbligu li josservaw l-imsemmija pjanijiet. |
|
97 |
F’dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats”, il-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda prova sabiex issostni l-allegazzjonijiet tagħha u tillimita ruħha li tikkonkludi li jeżisti “riskju” li l-miżuri ta’ protezzjoni ddefiniti fil-pjanijiet ta’ konservazzjoni ma jiġux implimentati. |
|
98 |
Barra minn hekk, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-eżami tal-osservanza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva “habitats”, il-Kummissjoni ma tistax tevalwa l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest leġiżlattiv li minnu din tifforma parti. Il-Kummissjoni għandha turi li l-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata ma jippermettux effettivament li jiġi evitat id-deterjorament tal-habitats (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2010, Il-Kummissjoni vs Franza, C‑241/08, EU:C:2010:114, punt 23). |
|
99 |
F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li dawn jixbħu dawk iddefiniti fil-pjanijiet tal-kompiti ta’ konservazzjoni għad-diversi żoni Natura 2000 u jipprevedu miżuri li jikkontribwixxu b’dan il-mod kemm għat-titjib u għas-salvagwardja tal-habitats kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tfixkil tal-ispeċi. Għaldaqstant, dan ir-regolament jiggarantixxi twettiq aħjar tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva “habitats”. |
|
100 |
Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-formulazzjoni ċara kemm tal-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti kif ukoll tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba testendi d-deroga għall-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”. Għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja ġustament tenfasizza li jeżistu miżuri oħra ta’ konservazzjoni, hija madankollu ma tiħux pożizzjoni dwar ir-riskju ta’ interpretazzjoni letterali tad-dispożizzjonijiet li jintroduċu deroga tant wiesgħa. |
|
101 |
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, id-deroga prevista mid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti u tal-imsemmi regolament testendi għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura li jittrasponu l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, li minnu nnifsu diġà jmur kontra dawn iż-żewġ direttivi. Din l-istituzzjoni tenfasizza li l-effett tal-imsemmija deroga huwa li prattiki jitqiesu kompatibbli mal-obbligu ta’ konservazzjoni previst fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva “habitats” biss għar-raġuni li huma konformi mar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba. Issa, qiegħed jiġi sostnut li dan ir-regolament ma huwiex suffiċjenti biex jiġġustifika deroga għad-dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
102 |
Fil-kontroreplika tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, implimentati abbażi tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba, jitbiegħdu mir-regoli stabbiliti fil-pjanijiet speċifiċi tal-kompiti ta’ konservazzjoni u fil-pjanijiet speċifiċi ta’ konservazzjoni tas-siti Natura 2000. Issa, konformement mal-Artikolu 33(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti fis-sit Natura 2000 ma jistax ikollhom difett negattiv importanti fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ din iż-żona. Din ir-regola hija applikabbli wkoll għall-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti mwettqa abbażi tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba. |
|
103 |
B’risposta għall-argument tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” u dwar l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-punt 1 tal-Artikolu 33(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura jipprevedi espliċitament il-projbizzjoni li tinbeda kwalunkwe attività li tista’ tiddeterjora l-istat tal-habitats naturali jew tal-habitats tal-ispeċi ta’ pjanti u ta’ annimali li għal protezzjoni tagħhom ġie nnominat sit Natura 2000, jew li ssir ħsara lill-ispeċi li għal protezzjoni tagħhom ġie nnominat sit Natura 2000. Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni Pollakka ma tħalli l-ebda dubju dwar il-fatt li din tapplika wkoll meta operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jiġu implimentati abbażi tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba. |
b) L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
104 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont kliem l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva “habitats”, għaż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ ġestjoni xierqa u l-miżuri xierqa statutorji, amministrattivi jew kuntrattwali, li jissodisfaw il-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali u tal-ispeċi inkwistjoni. |
|
105 |
Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 6 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament tal-habitat naturali u tal-habitat tal-ispeċi kif ukoll t-tfixkil tal-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, sa fejn dak it-tfixkil jista’ jkollu effetti sinjifikattivi meta jitqiesu l-għanijiet tal-imsemmija direttiva. |
|
106 |
F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, dan jipprovdi li l-ispeċi inkwistjoni għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw il-habitat tagħhom, bil-għan li tkun iggarantita s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom. |
|
107 |
F’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-habitats, prevista fl-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” u fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu, għaliex inkella jkunu mċaħħda minn kull effett utli, mhux biss l-adozzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żamma ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats u tal-ispeċi protetti fi ħdan is-sit ikkonċernat, iżda wkoll, u fuq kollox, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom “sentenza tas-17 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża), C‑441/17, EU:C:2018:255, punt 213). |
|
108 |
Barra minn hekk, l-eżattezza tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva “habitats” li jipprevedi l-protezzjoni tal-habitats tal-ispeċi hija ta’ importanza partikolari meta, hekk kif tipprevedi din id-direttiva, il-ġestjoni tal-patrimonju komuni hija fdata, għat-territorji rispettivi tagħhom, f’idejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C‑849/19, mhux ippubblikata, EU:C:2020:1047, punt 78). |
|
109 |
Issa, għandu jiġi osservat li, hekk kif ġie kkonstatati fil-punti 76 u 79 ta’ din is-sentenza, id-deroga mir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ispeċi ta’ annimali u ta’ pjanti, prevista fl-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, hija fformulata b’mod ġenerali u hija ta’ portata wiesgħa ħafna. Din tista’, konsegwentement, tiġi interpretata u applikata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala li tikkostitwixxi deroga mid-dispożizzjonijiet Pollakki kollha li jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
110 |
Għaldaqstant, anki jekk, fil-kuntest tad-difiża tiegħu, il-Gvern Pollakk jagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi Pollakki l-oħra li jimplimentaw l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba ma jiggarantixxux iċ-ċarezza u l-preċiżjoni meħtieġa f’dak li jirrigwarda t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-direttivi “habitats” u “għasafar”. |
|
111 |
F’dan ir-rigward, sa fejn il-Gvern Pollakk innifsu josserva li dawn ir-rekwiżiti “jixbħu dawk iddefiniti”, b’mod partikolari, fil-pjanijiet ta’ konservazzjoni għad-diversi żoni Natura 2000, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li dan il-gvern ma jikkontestax li r-rekwiżiti msemmija l-ewwel ma jaqblux perfettament mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” kif ukoll mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
112 |
F’kull każ, ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba ta’ ġestjoni tal-foresti msemmija fil-paragrafu 1 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Prattika Tajba japplikaw, b’mod ġenerali, għall-operazzjonijiet fil-foresti, irrispettivament mill-karatteristiċi taż-żoni li fihom jinbdew dawn l-operazzjonijiet u, konsegwentement, dawn jinjoraw il-karatteristiċi tal-habitats u tal-ispeċi li jistgħu jiġu affettwati minnhom. Minn dan jirriżulta li l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti ma tistax tiggarantixxi li l-kundizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” kif ukoll mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”, li jirrigwardaw il-habitats u l-ispeċi konkreti, ikunu ssodisfatti. |
|
113 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, billi adotta l-Artikolu 14b(3) tal-Liġi dwar il-Foresti, li jipprevedi li ġestjoni tal-foresti eżegwita konformement mar-rekwiżiti ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-foresti ma tiksirx id-dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi, ta’ formazzjonijiet u ta’ komponenti naturali partikolari, il-leġiżlatur Pollakk kiser l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva “habitats” kif ukoll l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “għasafar”. |
|
114 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), tal-Artikolu 12(1), tal-Artikolu 13(1)(a), u tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “habitats”, kif ukoll tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(a), (b) u (d), u tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva “għasafar”, huwa fondat. |
B. Fuq it-tieni lment
1. L-argumenti tal-partijiet
|
115 |
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li sa fejn il-Liġi dwar il-Foresti tagħti lill-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti biss natura interna, id-drittijiet tal-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent ma humiex iggarantiti. Fil-fatt, att li japprova tali pjan ma għandux in-natura ta’ deċiżjoni amministrattiva, peress li l-Artikolu 22(1) tal-Liġi dwar il-Foresti ma jagħmilx riferiment għal deċiżjoni amministrattiva, filwaqt li l-istess liġi tipprevedi espliċitament il-forma ta’ deċiżjoni amministrattiva f’dak li jirrigwarda atti oħra tal-korpi amministrattivi. |
|
116 |
In-natura esklużivament interna tal-atti ta’ approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ Marzu 2014 (II OSK 2477/12), din il-qorti suprema Pollakka kkonfermat iċ-ċaħda tar-rikors kontra pjan ta’ ġestjoni tal-foresti mressaq minn organizzazzjoni għall-konservazzjoni tal-ambjent bħala inammissibbli, minħabba l-fatt li l-att tal-Ministru għall-ambjent li japprova dan il-pjan ma jikkostitwixxix deċiżjoni amministrattiva li tista’ tiġi kkontestata quddiem qorti. |
|
117 |
Barra minn hekk, fid-digriet tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017 (II OSK 2336/17), in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema) ikkonfermat, għall-istess raġunijiet, iċ-ċaħda bħala inammissibbli, mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Varsavja, il-Polonja), ta’ rikors imressaq mir-Rzecznik Praw Obywatelskich (l-Ombudsman, Il-Polonja) kontra att tal-Ministru għall-ambjent li japprova anness tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti. |
|
118 |
Għalhekk, peress li l-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti hija ta’ natura “interna”, din ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li hija proċedura li teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Konsegwentement, f’dak li jirrigwarda tali pjanijiet, l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent huma mċaħħda mid-drittijiet proċedurali, fosthom id-dritt li jippreżentaw rikors quddiem il-qorti amministrattiva kontra deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ tali proċedura, stipulati fl-Artikolu 44(1) sa (3) tal-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent, u huma awtorizzati li jissottomettu biss osservazzjonijiet u proposti, konformement mal-Artikoli 39 sa 41 tal-liġi msemmija l-aħħar. |
|
119 |
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, din is-sitwazzjoni legali hija inkompatibbli kemm mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” u mal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kif ukoll mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
120 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li organizzazzjoni għall-konservazzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-Konvenzjoni għandha tkun tista’ tikkontesta, fil-kuntest ta’ rikors imsemmi fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, mhux biss id-deċiżjoni li ma titwettaqx evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni fuq is-sit ikkonċernat iżda wkoll, jekk ikun il-każ, l-evalwazzjoni mwettqa meta din tkun ivvizzjata b’difetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punti 58 sa 61). |
|
121 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssostni li l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti għandhom jiġu kklassifikati bħala li huma “pjanijiet jew proġetti”, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, u bħala li huma “deċiżjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) (b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Għaldaqstant, l-Artikolu 9(2) ta’ din il-konvenzjoni huwa applikabbli għall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, bil-konsegwenza li l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri li jirrigwardaw il-kontroll ambjentali ta’ dawn il-pjanijiet u għandhom ukoll ikunu jistgħu iressqu azzjoni quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali ieħor sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom. |
|
122 |
F’dak li jirrigwarda l-espressjoni “pjan jew proġett”, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-terminu “proġett”, użat f’din id-dispożizzjoni, huwa uwsa minn dak li jinstab fid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44) (sentenza tas-7 ta’ Novembru 2018, Coöperatie Mobilisation for the Environment et, C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:882, punti 65 u 66). |
|
123 |
Sa fejn diversi operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jissodisfaw id-definizzjoni iktar stretta ta’ “proġett”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92, dawn għandhom għalhekk, a fortiori, jiġu kklassifikati bħala “proġetti”, fis-sens tad-Direttiva “habitats” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2019, Inter-Environnement Wallonie u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen, C‑411/17, EU:C:2019:622, punt 123). |
|
124 |
F’dak li jirrigwarda l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jgħid li l-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma hijiex applikabbli f’dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri kollha adottati abbażi tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) ta’ din il-konvenzjoni (sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 56). |
|
125 |
Barra minn hekk, mis-sentenza tal-14 ta’ Jannar 2021, Stichting Varkens in Nood et (C‑826/18, EU:C:2021:7, punt 58) jirriżulta li l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent għandu jkollhom aċċess għall-ġustizzja indipendentement mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura deċiżjonali li tirrigwarda l-pjan jew il-proġett ikkonċernat. |
|
126 |
Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, preliminarjament, li t-tieni lment huwa inammissibbli sa fejn dan ma josservax ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, il-livell ta’ protezzjoni li jirriżulta mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ddefiniti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u applikabbli f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa differenti minn dak li jirriżulta mill-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
|
127 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġuni li għaliha t-tieni lment tar-rikors tagħha jikkonċerna biss l-impossibbiltà li l-organizzazzjonijiet ambjentali jikkontestaw quddiem qorti l-atti ta’ approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, minkejja li mill-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirriżulta li kategorija uwsa ta’ partijiet f’kawża, jiġifieri l-pubbliku kkonċernat, għandu jkun jista’ jibbenefika minn dan id-dritt. |
|
128 |
Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, f’kull każ, it-tieni lment huwa infondat. |
|
129 |
F’dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus biss jekk huma indikati fl-Artikolu 6(1) (b) ta’ din il-konvenzjoni, jiġifieri biss jekk dawn jikkonċernaw “attivitajiet”, fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija l-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 57). |
|
130 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tkompli tesponi li s-suġġett tal-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza kien jirrigwarda attività speċifika u mhux, bħal fil-kawża preżenti, l-evalwazzjoni tad-dokumenti ta’ pjanifikazzjoni li jikkostitwixxu l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti. |
|
131 |
Dan l-Istat Membru huwa tal-opinjoni li pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jikkostitwixxi jew pjan, jew inkella strateġija jew programm u li, konsegwentement, huwa kopert mill-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżiti stabbiliti bl-Artikolu 6(3), (4) u (8) ta’ din il-konvenzjoni għandhom jiġu osservati. Min-naħa l-oħra, xejn ma jippermetti li jitqies li pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jista’ jitqies bħala li huwa “attività proposta”, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) tal-imsemmija konvenzjoni. |
|
132 |
Minn dan jirriżulta li “proġett” huwa azzjoni (realizzazzjoni, intervent), filwaqt li “pjan” huwa dokument (pjan, programm) imfassal jew adottat minn awtorità permezz ta’ proċedura leġiżlattiva speċifika u huwa rikjest mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi. |
|
133 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tikkonstata li, skont kliem l-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-partijiet għal din il-konvenzjoni għandhom jiddeterminaw f’kull każ jekk l-attività proposta taqax taħt tal-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni. Issa, la mid-dritt tal-Unjoni u lanqas mid-dritt Pollakk ma jirriżulta li din id-dispożizzjoni tapplika għall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti. |
|
134 |
L-imsemmija pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti lanqas ma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li huma proġetti minn perspettiva funzjonali u teleoloġika. |
|
135 |
L-għan prinċipali tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti huwa li tiġi ppreżervata d-durabbiltà, il-kontinwità u l-vijabbiltà tal-foresti. Issa, fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipperċepixxi, b’mod żbaljat, il-ġestjoni tal-foresti bħala serje ta’ proġetti separati. Din l-istituzzjoni titratta l-kwistjoni tal-qtugħ tas-siġar, jiġifieri l-qtugħ għall-isfruttament, indipendentement mir-riġenerazzjonijiet futuri u interventi oħra ta’ ġestjoni tal-foresti, kif ukoll billi tinjora l-fatt li dawn l-interventi kollha huma ppjanifikati fuq perijodi ta’ għaxar snin u li dawn il-perijodi jikkostitwixxu, fil-verità, l-elementi ta’ proċess kontinwu u mhux interrott ta’ manutenzjoni sostenibbli tal-foresti. |
|
136 |
Dan l-Istat Membru jikkonkludi li l-Kummissjoni ma wrietx li pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jikkostitwixxi “attività” fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u jaqa, minħabba f’dan, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) ta’ din il-konvenzjoni. |
|
137 |
F’dak li jirrigwarda l-ġurisprudenza tal-qrati Pollakki, iċċitata fir-rikors tal-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li din il-ġurisprudenza ma hijiex suffiċjenti sabiex issostni l-argumenti tal-imsemmija istituzzjoni ppreżentati fil-kuntest tat-tieni lment. |
|
138 |
B’mod iktar konkret, is-sentenzi tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Varsavja), tat-30 ta’ April 2009 (IV SA/Wa 2036/08), tal-14 ta’ Ġunju 2012 (IV SA/Wa 516/12), u tat-28 ta’ Jannar 2015 (IV SA/Wa 2004/14) jikkonfermaw li l-Ministru għall-ambjent huwa obbligat li jagħti lill-atti li japprovaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti l-forma ta’ deċiżjoni amministrattiva. |
|
139 |
Il-ġurisprudenza tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema) barra minn hekk ikkonfermat li l-qrati amministrattivi għandhom l-obbligu li jinterpretaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni. F’dak li jirrigwarda l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, l-interpretazzjoni konformi magħżula mill-qrati amministrattivi tista’ twassal sabiex jiġi konkluż li att li japprova il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti għandu l-forma ta’ deċiżjoni amministrattiva li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors ippreżentat mill-organizzazzjonijiet ambjentali b’applikazzjoni tal-Artikolu 44(3) tal-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent. |
|
140 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tkompli tesponi li, konformement mal-leġiżlazzjoni Pollakka, qorti ordinarja tista’ tiġi adita b’azzjoni essenzjalment intiża li tikkontesta pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, jiġifieri l-operazzjonijiet imwettqa b’eżekuzzjoni tal-imsemmija pjanijiet. |
|
141 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tispeċifika wkoll li t-tieni lment huwa infondat ratione materiae. Fil-fatt, sa fejn il-Kummissjoni qed tallega l-ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, dan l-ilment għandu jkun jirrigwarda biss il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti li jikkonċernaw operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti li, individwalment jew flimkien ma pjanijiet u proġetti oħra, jistgħu jaffettwaw b’mod sinjifikattiv is-siti Natura 2000, u li, għal din ir-raġuni, għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni xierqa tal-effetti tagħhom fuq l-imsemmija siti. Madankollu, hija biss parti mill-foresti kkonċernati mill-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti li tirrigwarda żoni Natura 2000. Issa, fl-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest tat-tieni lment, il-Kummissjoni ma tagħmel ebda distinzjoni bejn dawn iż-żewġ eżempji. |
|
142 |
Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni tosserva li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà eċċepita mir-Repubblika tal-Polonja f’dak li jirrigwarda t-tieni lment hija infondata. |
|
143 |
Fis-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK (C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 63), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Artikolu 47 tal-Karta seta’ jinqara flimkien mal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Barra minn hekk, fis-sentenzi tat-3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et (C‑197/18, EU:C:2019:824, punt 32), kif ukoll tal-14 ta’ Jannar 2021, Stichting Varkens in Nood et (C‑826/18, EU:C:2021:7, punt 64), hija ddeċidiet li l-Artikolu 47 tal-Karta jkollu sens indipendenti biss meta tiġi evalwata n-natura ġġustifikata jew mhux iġġustifikata ta’ restrizzjoni tad-dritt għal rimedju effettiv. Issa, s-suġġett tal-kawża preżenti ma huwiex restrizzjoni ta’ dan id-dritt, iżda n-nuqqas ta’ aċċess tal-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent għall-ġustizzja. |
|
144 |
B’risposta għall-argument magħmul mir-Repubblika tal-Polonja li jgħid li d-definizzjoni ta’ “proġett” jew ta’ “pjan” għandha tiġi stabbilita konformement mad-Direttivi 2011/92 u 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, il-Kummissjoni tfakkar li, bejn l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti u l-intervent fuq l-ambjent fil-forma ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti, ma jeżisti l-ebda stadju ieħor ta’ validazzjoni ta’ tali attivitajiet li tista’ twassal għal deċiżjoni amministrattiva li tista’ tiġi kkontestata jew bi proċedura amministrattiva jew bi proċedura ġudizzjarja. |
|
145 |
F’dak li jirrigwarda il-ġurisprudenza nazzjonali msemmija mir-Repubblika tal-Polonja fir-risposta tagħha insostenn tal-argument tagħha li jgħid li pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jista’ jiġi kkontestat quddiem qorti, il-Kummissjoni ssostni li dan l-Istat Membru għamel riferiment għad-deċiżjonijiet ta’ qorti ġerarkikament inferjuri, filwaqt li l-argumenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq il-ġurisprudenza tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema). |
|
146 |
F’kull każ, il-possibbiltà li qrati Pollakki jagħtu interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni ma tistax teżenta lill-leġiżlatur Pollakk mill-obbligu tiegħu li jikkoreġi n-nuqqas ta’ konformità tad-dritt Pollakk mad-dritt tal-Unjoni. |
|
147 |
F’dak li jirrigwarda d-dritt li jiġu ppreżentati lmenti jew proposti abbażi tal-Artikolu 221 tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva Pollakk, dan ma jagħtix il-possibbiltà li titressaq kawża quddiem qorti amministrattiva sabiex tiġi kkontestata direttament deċiżjoni li tapprova pjan ta’ ġestjoni tal-foresti. |
|
148 |
F’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors quddiem qorti amministrattiva kontra deċiżjoni relatata mal-kundizzjonijiet ambjentali għall-proġetti li jeħtieġu l-evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent, il-Kummissjoni tenfasizza li, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Foresti, pjan ta’ ġestjoni tal-foresti ma huwiex meqjus bħala li huwa proġett li jeħtieġ tali evalwazzjoni u permess ambjentali. |
|
149 |
B’risposta għall-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jagħmel riferiment għall-Artikoli 322 sa 324 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, il-Kummissjoni ssostni li l-azzjonijiet ċivili ma jippermettux li l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent jikkontestaw direttament pjan ta’ ġestjoni tal-foresti quddiem qorti. Sa fejn dawn it-tipi ta’ rikorsi jirrigwardaw ir-responsabbiltà ċivili fil-każ ta’ ħsara lill-ambjent, il-qorti ordinarja li quddiema jitressaq rikors ma tistax tneħħi mill-ordinament ġuridiku Pollakk pjan ta’ ġestjoni tal-foresti vvizzjat b’irregolaritajiet. |
|
150 |
Fil-kontroreplika tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Kummissjoni ma indikatx jekk, fl-opinjoni tagħha, huwiex possibbli li l-istess att, f’dan il-każ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, ikun fl-istess ħin “attività partikolari”, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u “pjan/programm relatat mal-ambjent”, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ din il-konvenzjoni. Fil-fatt, pjan ta’ ġestjoni tal-foresti għandu jiġi kkunsidrat bħala li huwa pjan relatat mal-ambjent, kemm fis-sens tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42, kif ukoll f’dak tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Pollakk li jittrasponu dawn l-atti legali, jiġifieri b’mod partikolari l-Artikolu 46 tal-Liġi dwar l-Informazzjoni fuq l-Ambjent. Issa, konformement mal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-pjanijiet u l-programmi relatati mal-ambjent huma koperti biss mill-paragrafi (3), (4) u (8) tal-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni, filwaqt li huma biss l-attivitajiet proposti li huma koperti mill-Artikolu 6 fit-totalità tiegħu. |
|
151 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tkompli tesponi li l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirrigwarda l-“attivitajiet partikolari”, filwaqt li pjan ta’ ġestjoni tal-foresti ma jipprevedi ebda attività partikolari b’indikazzjoni ta’ data jew ta’ post ta’ eżekuzzjoni, iżda jipprevedi biss kompiti li għandhom jitwettqu matul perijodu ta’ għaxar snin. |
|
152 |
L-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus la jelenka pjan ta’ ġestjoni tal-foresti u lanqas miżuri previsti f’tali pjan u, konsegwentement, dawn ma humiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) ta’ din il-konvenzjoni. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 6(1)(b) tal-imsemmija konvenzjoni, il-partijiet għall-imsemmija konvenzjoni huma awtorizzati li jiddeterminaw f’kull każ jekk l-attività inkwistjoni hijiex koperta minn dan l-artikolu. |
|
153 |
F’dak li jirrigwarda r-rimedji ċivili intiżi li jirrimedjaw l-irregolaritajiet tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, il-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li dawn ir-rimedji huma insuffiċjenti u għaliex huwa biss id-dritt li deċiżjonijiet li japprovaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jiġu kkontestati quddiem qorti amministrattiva li jista’ jissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija fit-tieni lment. |
|
154 |
F’dan ir-rigward, rikors ċivili jkun jippermetti li jitneħħew operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-foresti speċifiċi li kienu previsti fi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti u li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet approvata mid-distrett tal-foresti. |
2. L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
a) Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tat-tieni lment
|
155 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li rikors ippreżentat b’applikazzjoni tal-Artikolu 258 TFUE għandu jippreżenta l-ilmenti b’mod koerenti u preċiż, sabiex l-Istat Membru u l-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jifhmu eżattament il-portata tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni allegat, li hija kundizzjoni neċessarja sabiex dan l-Istat ikun jista’ jsostni b’mod utli l-motivi ta’ difiża tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tivverifika l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat (sentenza tat-28 ta’ April 2022, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (Aġġornament tal-istrateġiji marini), C‑510/20, EU:C:2022:324, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
156 |
B’mod partikolari, ir-rikors tal-Kummissjoni għandu jkun fih espożizzjoni koerenti u ddettaljata tar-raġunijiet li wassluha għall-konvinzjoni li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattati (sentenza tat-28 ta’ April 2022, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (Aġġornament tal-istrateġiji marini), C‑510/20, EU:C:2022:324, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
157 |
Fil-kawża preżenti, fir-rikors tagħha l-Kummissjoni allegat li, billi eskludiet il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent jikkontestaw quddiem qorti l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, moqri b’rabta mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, mal-Artikolu 216(2) TFUE, mal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll mal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
|
158 |
Fil-motivazzjoni tat-tieni lment, il-Kummissjoni enfasizzat li r-rabta bejn din id-dispożizzjoni tad-Direttiva “habitats” u l-imsemmija dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u, inċidentalment, l-Artikolu 216(2) TFUE, filwaqt li għamlet riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li hija tqis rilevanti f’dan ir-rigward. |
|
159 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li l-Kummissjoni ma ssodisfatx, f’dak li jirrigwarda r-rikors tagħha, l-obbligi li hija għandha konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 155 u 156 ta’ din is-sentenza f’dak li jirrigwarda l-imsemmija dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tat-Trattat FUE. |
|
160 |
Min-naħa l-oħra, l-argument espost fir-rikors la jinkludi xi riferiment għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u għall-Artikolu 47 tal-Karta u lanqas ma jesponi, a fortiori, b’liema mod dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni huma rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tieni lment, b’tali mod li ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija dispożizzjonijiet fil-kuntest tal-eżami tal-imsemmi rikors. |
|
161 |
Barra minn hekk, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja dwar l-allegat nuqqas ta’ koerenza tas-suġġett tar-rikors u tar-raġunament żviluppat mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 126 ta’ din is-sentenza, jirrigwarda l-eżami fuq il-mertu tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
|
162 |
F’dak li jirrigwarda l-argument tar-Repubblika tal-Polonja imsemmi fil-punt 127 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jitfakkar li, fis-sistema stabbiltà mill-Artikolu 258 TFUE, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali sabiex tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u li ma hijiex responsabbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa jekk huwiex xieraq li din is-setgħa tiġi eżerċitata (sentenza tat-18 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Spanja, C‑48/10, mhux ippubblikata, EU:C:2010:704, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
163 |
Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax b’mod utli tinvoka l-fatt li l-Kummissjoni ma allegatx, fil-kuntest tat-tieni lment, l-assenza ta’ aċċess għal qorti, konformement mal-leġiżlazzjoni Pollakka, tal-pubbliku kkonċernat fit-totalità tiegħu sabiex dan l-ilment jiġi ddikjarat inammissibbli inkwantu dan jirrigwarda l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, C‑530/07, mhux ippubblikata, EU:C:2009:292, punt 30). |
|
164 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tat-tieni lment tar-rikors tal-Kummissjoni, eċċepita mir-Repubblika tal-Polonja, għandha tiġi miċħuda. |
b) Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
|
165 |
Skont kliem l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma huwiex meħtieġ għall-ġestjoni ta’ sit, iżda li x’aktarx ser jkollu effett sinjifikattiv fuq dan is-sit, individwalment jew flimkien ma pjanijiet u proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa tal-effetti tiegħu fuq is-sit fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit. Fl-isfond tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku. |
|
166 |
L-Artikolu 6(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi li kull parti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu meta tkun meħtieġa deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu awtorizzati jew le attivitajiet proposti tat-tip ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I. Skont kliem l-inċiż (b) ta’ din id-dispożizzjoni, kull parti għandha tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, konformement mad-dritt intern tagħha, meta tkun meħtieġa deċiżjoni dwar attivitajiet proposti li ma humiex elenkati fl-Anness I u li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw, f’kull każ, jekk l-attività proposta taqax taħt dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
167 |
Konformement mal-Artikolu 9(2) ta’ din il-konvenzjoni, kull Parti għandha tiżgura, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tagħha, li l-membri tal-pubbliku kkonċernat li jkollhom interess ġuridiku suffiċjenti jew, jekk le, li jinvokaw ksur ta’ dritt, meta l-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva ta’ Parti jeżiġi tali kundizzjoni, ikunu jistgħu jippreżentaw rikors quddiem istanza ġudizzjarja u/jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit mil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità, kemm fil-mertu u kemm minn aspett proċedurali, ta’ kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni u, jekk id-dritt intern jipprevedi dan u bla ħsara għall-Artikolu 6(3) tagħha, taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-istess konvenzjoni. |
|
168 |
F’dak li jirrigwarda pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, li huma s-suġġett tat-tieni lment tar-rikors tal-Kummissjoni, għandu jitfakkar li l-punt (6) tal-Artikolu 6(1) tal-Liġi dwar il-Foresti jiddefinixxi tali pjan bħala “id-dokument bażiku tal-ġestjoni tal-foresti ppreparat għal sit speċifiku, li jinkludi deskrizzjoni u evalwazzjoni tal-istat tal-foresta u l-għanijiet, kompiti u metodi ta’ ġestjoni tal-foresti”. |
|
169 |
Skont kliem l-Artikolu 22(1) tal-Liġi dwar il-Foresti, il-Ministru għall-ambjent għandu japprova pjan ta’ ġestjoni tal-foresti għall-foresti li huma proprjetà tat-Teżor pubbliku u pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti ssimplifikati għall-foresti li jifformaw parti mir-riżorsi tal-proprjetà agrikola tat-Teżor pubbliku. |
|
170 |
F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li teżamina pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, hekk kif previst mil-leġiżlazzjoni Pollakka, fid-dawl tad-Direttiva “habitats” u applikat, f’dan ir-rigward, ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta de Białowieża), C‑441/17, EU:C:2018:255, punti 106 sa 193]. |
|
171 |
Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni, li tikkonċerna “[k]ull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu”, tista’ tiġi applikata għall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti imsemmija fl-Artikolu 22 tal-Liġi dwar il-Foresti. |
|
172 |
F’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn, minn naħa, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-kuntest tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, kemm jekk jirrigwardaw talba għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, l-evalwazzjoni tan-neċessità ta’ evalwazzjoni ambjentali tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett jew inkella n-natura xierqa tal-konklużjonijiet li jirriżultaw minn tali evalwazzjoni fir-rigward ir-riskji ta’ dan il-proġett jew dan il-pjan għall-integrità ta’ tali sit, irrispettivament minn jekk humiex indipendenti minn jew integrati f’deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, huma deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 56). |
|
173 |
Fil-fatt, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, li ma jirrigwardawx attività elenkata fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, huma indikati fl-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni u, għalhekk, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tagħha, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jimplikaw li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw, qabel kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ attività, jekk din, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, jistax ikollha effett sinjifikattiv fuq l-ambjent (sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 57). |
|
174 |
Fir-rigward tal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, din id-dispożizzjoni tirrestrinġi l-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom fid-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ rimedju msemmija fiha peress li l-għan tagħha huwa li tagħti “aċċess wiesa’ għall-ġustizzja” lill-pubbliku kkonċernat li jinkludi l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni (sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 58). |
|
175 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(b) tagħha, tħalli lill-Istati partijiet ċertu marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżami ta’ effetti importanti fuq l-ambjent ta’ attività inkwistjoni, xorta jibqa’ l-fatt li, meqjusa l-ġurisprudenza msemmija fil-punti 172 u 173 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva “habitats” tikkonkretizza r-rekwiżiti li għandhom jiġu fformulati f’dak li jirrigwarda l-importanza tal-effetti fuq l-ambjent fil-qasam tal-protezzjoni Ewropea tan-natura. Issa, sa fejn l-effetti negattivi fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ żoni Ewropew ta’ protezzjoni għandhom bħala prinċipju jiġu kkunsidrati bħala importanti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, l-organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent għandhom għalhekk id-dritt li jitolbu li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw, każ b’każ, jekk l-attivitajiet proposti jistax ikollhom tali effett importanti. |
|
176 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, għandu jiġi deċiż li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) u l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jimponi, fuq ir-Repubblika tal-Polonja, obbligu li tiżgura li l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent ikollhom il-possibbiltà li jressqu azzjoni quddiem qorti intiża għal eżaminazzjoni effettiva tal-legalità, kemm fil-mertu u kemm minn aspett proċedurali, tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Foresti, sakemm dawn il-pjanijiet ikunu koperti mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”. |
|
177 |
Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni li tipprevedi tali aċċess għal qorti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni, imposti fil-qasam tad-dritt tal-ambjent konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C‑46/11, mhux ippubblikata, EU:C:2012:146, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
178 |
F’dan il-każ, fid-dawl tal-fajl li għandha għad-dispożizzjoni tagħha il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni Pollakka ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 176 u 177 ta’ din is-sentenza. |
|
179 |
B’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 22(1) tal-Liġi dwar il-Foresti, li jipprevedi li l-Ministru għall-ambjent għandu japprova pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, fir-rikors tagħha l-Kummissjoni invokat il-ġurisprudenza tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema), imsemmija fil-punti 116 u 117 ta’ din is-sentenza, li tgħid li dan l-att ta’ approvazzjoni ma jikkostitwixxix deċiżjoni amministrattiva li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors ġudizzjarju. |
|
180 |
Fir-risposta tagħha għall-dan l-argument tal-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma tikkontestax l-eżistenza tal-imsemmija ġurisprudenza iżda tillimita ruħha li tinvoka d-deċiżjonijiet ta’ qorti inferjuri, jiġifieri dawk tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Varsavja), li ti iixhed favur il-possibbiltà li l-approvazzjoni, mil-Ministru għall-ambjent, ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti tiġi kkontestata quddiem qorti amministrattiva. |
|
181 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji iżolati jew minoritarji f’kuntest ġurisprudenzjali li fihom orjentazzjoni oħra, jew interpretazzjoni kontradetta mill-qorti suprema nazzjonali, ma għandhomx jittieħdu in kunsiderazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑129/00, EU:C:2003:656, punt 32). |
|
182 |
F’kull każ, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tkun is-suġġett ta’ interpretazzjonijiet ġudizzjarji diverġenti li jistgħu jittieħdu in kunsiderazzjoni, fejn xi wħud iwasslu għal applikazzjoni kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u oħrajn iwasslu għal applikazzjoni inkompatibbli miegħu, hemm lok li jiġi kkonstatat li, minn tal-anqas, din il-leġiżlazzjoni ma hijiex ċara biżżejjed sabiex tiżgura applikazzjoni kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑129/00, EU:C:2003:656, punt 33). |
|
183 |
Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza, jekk jitqies li hija kkonfermata, li l-prattika tal-awtoritajiet nazzjonali hija xierqa sabiex tiżgura applikazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva ma hijiex ta’ natura, waħedha, li tipprovdi ċ-ċarezza u l-preċiżjoni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C‑192/11, mhux ippubblikata, EU:C:2012:44, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
184 |
F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 323 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, li għalih għamlet riferiment ir-Repubblika tal-Polonja fir-risposta tagħha, li, skont dan l-Istat Membru, jipprevedi li qorti ordinarja tista’ tiġi adita b’azzjoni essenzjalment intiża li tikkontesta l-operazzjonijiet imwettqa b’eżekuzzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, din id-dispożizzjoni hija limitata li tagħti d-dritt ta’ tressiq ta’ azzjoni quddiem din il-qorti lil kull persuna direttament mhedda minn dannu jew li ġarrbet dannu minħabba ħsara illegali għall-ambjent. |
|
185 |
Issa, l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li jagħti lill-membri tal-pubbliku kkonċernat aċċess għall-ġustizzja, ma jipprevedix, f’dan ir-rigward, il-kundizzjoni dwar it-theddida diretta ta’ dannu jew ta’ dannu minħabba ħsara illegali għall-ambjent. |
|
186 |
Min-naħa l-oħra, l-imsemmi Artikolu 323 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent ma jipprevedix il-possibbiltà li tiġi eżaminata l-legalità, kemm fil-mertu u kemm minn aspett proċedurali, tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, iżda jippermetti biss li jintalab l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat ta’ fatt legali u li jittieħdu l-miżuri preventivi, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti installazzjonijiet jew tagħmir intiż li jipprevjeni t-theddida jew li jseħħ id-dannu. Meta jirriżulta li dan huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli, jista’ jintalab il-waqfien tal-attività li tat lok għar-riskju. |
|
187 |
Minn dan isegwi li l-elementi pprovduti lill-Qorti tal-Ġustizzja mir-Repubblika tal-Polonja ma jippermettux li jitqies li dan ir-rimedju huwa ta’ natura li jippermetti li jiġi effettivament żgurat li l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent jkollhom il-possibbiltà li jissuġġettaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti koperti mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats” għal stħarriġ ġudizzjarju f’dak li jirrigwarda l-mertu u l-proċedura tal-adozzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. |
|
188 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “habitats”, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) u mal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, huwa fondat. |
V. Fuq l-ispejjeż
|
189 |
Skont kliem l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika tal-Polonja tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni. |
|
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa oriġinali: il-Pollakk.