SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
8 ta’ Marzu 2022 ( *1 )
Werrej
|
I. Il‑kuntest ġuridiku |
|
|
A. Id‑dritt dwar ir‑riżorsi proprji |
|
|
1. Id‑deċiżjonijiet relatati mas‑sistema tar‑riżorsi proprji |
|
|
2. Ir‑regolamenti dwar il‑modalitajiet u l‑proċedura sabiex ir‑riżorsi proprji jsiru disponibbli |
|
|
3. Ir‑Regolament Nru 608/2014 |
|
|
4. Ir‑Regolament Nru 1553/89 |
|
|
B. Id‑dritt doganali |
|
|
1. Il‑Kodiċi Doganali tal‑Komunità |
|
|
2. Il‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni |
|
|
3. Ir‑Regolament ta’ Applikazzjoni |
|
|
4. Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni |
|
|
C. Id‑dritt dwar il‑VAT |
|
|
II. Il‑fatti u l‑proċedura prekontenzjuża |
|
|
A. Il‑fatti li wasslu għall‑kawża |
|
|
B. Il‑proċedura prekontenzjuża |
|
|
III. Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
IV. Fuq ir‑rikors |
|
|
A. Fuq l‑ammissibiltà |
|
|
1. Fuq il‑ksur tad‑drittijiet tad‑difiża tar‑Renju Unit matul il‑proċedura prekontenzjuża u fl‑ambitu tal‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
2. Fuq l‑insuffiċjenza tal‑bażi fattwali u legali tal‑ilment ibbażat fuq ksur tad‑dritt tal‑Unjoni fil‑qasam tal‑VAT, b’mod partikolari, fir‑rigward tal‑proċedura doganali 42 |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
3. Fuq il‑ksur tal‑prinċipji ta’ protezzjoni tal‑aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ estoppel u ta’ kooperazzjoni leali |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
4. Fuq in‑nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, fil‑kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l‑Artikolu 258 TFUE, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba tal‑Kummissjoni intiża sabiex Stat Membru jiġi ordnat jagħmel disponibbli ammont ta’ riżorsi proprji ddeterminat |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
5. Fuq in‑natura prematura u l‑inammissibbiltà tar‑rikors f’dak li jirrigwarda l‑perijodu mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż minħabba l‑ħruġ tal‑avviżi C 18 Breach fir‑rigward ta’ dan il‑perijodu |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
B. Fuq il‑mertu |
|
|
1. Nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi fil‑qasam tal‑protezzjoni tal‑interessi finanzjarji tal‑Unjoni u l‑ġlieda kontra l‑frodi kif ukoll tal‑obbligi li jirriżultaw mid‑dritt doganali tal‑Unjoni |
|
|
a) Fuq il‑ksur tal‑Artikolu 310(6) TFUE u tal‑Artikolu 325 TFUE |
|
|
1) Fuq l‑obbligi imposti fuq l‑Istati Membri skont l‑Artikolu 325 TFUE |
|
|
2) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti taħt l‑Artikolu 325 TFUE |
|
|
i) Osservazzjonijiet preliminari |
|
|
ii) Tfakkira tal‑karatteristiċi essenzjali tal‑frodi tas‑sottovalutazzjoni inkwistjoni |
|
|
iii) Fuq l‑għarfien mir‑Renju Unit, sa mill‑bidu tal‑perijodu ta’ ksur, tal‑karatteristiċi essenzjali tal‑frodi tas‑sottovalutazzjoni inkwistjoni u tal‑miżuri effettivi sabiex din tiġi miġġielda |
|
|
iv) Fuq l‑assenza ta’ konformità mal‑Artikolu 325(1) TFUE tal‑mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir‑Renju Unit matul il‑perijodu ta’ ksur sabiex tiġi miġġielda l‑frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni |
|
|
b) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti mil‑leġiżlazzjoni doganali tal‑Unjoni |
|
|
1) Osservazzjonijiet preliminari |
|
|
2) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti fl‑Artikolu 13 tal‑Kodiċi Doganali tal‑Komunità u fl‑Artikolu 46 tal‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni |
|
|
i) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
ii) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
3) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti fl‑Artikolu 248(1) tar‑Regolament ta’ Applikazzjoni u fl‑Artikolu 244 tar‑Regolament ta’ Implimentazzjoni |
|
|
4) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti taħt l‑Artikolu 220(1) tal‑Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal‑Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
|
2. Fuq in‑nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi imposti mid‑dritt tal‑Unjoni fil‑qasam tat‑tqegħid għad‑dispożizzjoni tal‑Kummissjoni tar‑riżorsi proprji tradizzjonali li d‑dazji doganali jikkostitwixxu |
|
|
a) Fuq l‑ilment ibbażat fuq il‑ksur mir‑Renju Unit tal‑obbligu tiegħu fil‑prinċipju li jagħmel disponibbli riżorsi proprji tradizzjonali |
|
|
1) Fuq il‑prinċipju tar‑responsabbiltà tar‑Renju Unit għall‑assenza ta’ konstatazzjoni ta’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali tal‑Unjoni |
|
|
2) Fuq ir‑responsabbiltà tar‑Renju Unit għat‑telf ta’ riżorsi proprji tal‑Unjoni kkonstatat fl‑avviżi C 18 Snake |
|
|
b) Fuq l‑ilment ibbażat fuq il‑ksur mir‑Renju Unit tal‑obbligu tiegħu li jagħmel disponibbli ammonti ddeterminati ta’ riżorsi proprji tradizzjonali |
|
|
1) Fuq l‑argument tar‑Renju Unit li l‑Qorti tal‑Ġustizzja għandha fl‑ewwel lok teżamina l‑istima tiegħu tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali |
|
|
2) Fuq l‑istima mill‑Kummissjoni tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali skont il‑metodu OLAF‑JRC |
|
|
3) Fuq l‑istima mir‑Renju Unit tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali skont il‑metodu tal‑HMRC |
|
|
4) Fuq l‑argument ta’ natura ġenerali dirett kontra l‑metodu OLAF‑JRC |
|
|
5) Fuq l‑istima tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall‑perijodu mix‑xahar ta’ Novembru 2011 sax‑xahar ta’ Novembru 2014 |
|
|
6) Fuq l‑istima tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall‑perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż |
|
|
i) Fuq il‑kritika kontra l‑metodu OLAF‑JRC ibbażata fuq il‑fatt li dan iwassal għal sopravalutazzjoni tal‑volum tal‑importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati |
|
|
ii) Fuq il‑kritika kontra l‑metodu OLAF‑JRC ibbażata fuq il‑fatt li dan iwassal għal sopravalutazzjoni tal‑valur tal‑importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati |
|
|
7) Fuq l‑effett tal‑avviżi C 18 Breach fuq l‑istima tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji li l‑Kummissjoni titlob għall‑perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż |
|
|
8) Fuq ir‑rata tal‑kambju li għandha tiġi applikata għall‑kalkolu tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji |
|
|
9) Konklużjoni |
|
|
3. Fuq in‑nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi taħt il‑leġiżlazzjoni dwar il‑VAT u tal‑obbligi ta’ tqegħid għad‑dispożizzjoni tal‑Kummissjoni tar‑riżorsi proprji korrispondenti |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
4. Fuq il‑ksur tal‑obbligu ta’ kooperazzjoni leali stipulat fl‑Artikolu 4(3) TUE |
|
|
a) L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Dwar l‑ispejjeż |
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 4(3) TUE – Artikolu 310(6) u Artikolu 325 TFUE – Riżorsi proprji – Dazji doganali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Prinċipju ta’ effettività – Obbligu għall-Istati Membri li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea riżorsi proprji – Responsabbiltà finanzjarja tal‑Istati Membri fil-każ ta’ telf ta’ riżorsi proprji – Importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw miċ-Ċina – Frodi fuq skala kbira u sistematika – Kriminalità organizzata – Importaturi inadempjenti – Valur għal skopijiet doganali – Sottovalutazzjoni – Valur taxxabbli tal-VAT – Assenza ta’ kontrolli doganali sistematiċi bbażati fuq analiżi tar-riskju u mwettqa qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata – Assenza ta’ kostituzzjoni sistematika ta’ garanziji – Metodu użat sabiex jiġi stmat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali relatati mal-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni – Metodu statistiku bbażat fuq prezzijiet medji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni – Ammissibbiltà”
Fil-Kawża C‑213/19,
li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fis‑7 ta’ Marzu 2019,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn L. Flynn u F. Clotuche‑Duvieusart, bħala aġenti,
rikorrenti,
vs
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, irrappreżentat inizjalment minn F. Shibli, S. Brandon, Z. Lavery u S. McCrory, sussegwentement minn F. Shibli u S. McCrory, bħala aġenti, assistiti minn J. Eadie u I. Rogers, QC, u kif ukoll minn S. Pritchard, T. Sebastian u R. Hill, barristers,
konvenut,
sostnut minn:
Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat minn J.-C. Halleux, P. Cottin u S. Baeyens, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tal-Estonja, irrappreżentata minn N. Grünberg, bħala aġent,
Ir-Repubblika Ellenika, irrappreżentata minn M. Tassopoulou, bħala aġent,
Ir-Repubblika tal-Latvja, inizjalment irrappreżentata minn K. Pommere, V. Soņeca u I. Kucina, sussegwentement minn K. Pommere, bħala aġenti,
Ir-Repubblika Portugiża, irrappreżentata minn P. Barros da Costa, S. Jaulino, L. Inez Fernandes u P. Rocha, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tas-Slovakkja, irrappreżentata minn B. Ricziová, bħala aġent,
intervenjenti,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal (Relatriċi), I. Jarukaitis, N. Jääskinen, I. Ziemele u J. Passer, Presidenti ta’ Awla, J.-C. Bonichot, T. von Danwitz, M. Safjan, A. Kumin u N. Wahl, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,
Reġistratur: M. A. Gaudissart, Assistent Reġistratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑8 ta’ Diċembru 2020,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tad‑9 ta’ Settembru 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:
|
I. Il‑kuntest ġuridiku
A. Id‑dritt dwar ir‑riżorsi proprji
1. Id‑deċiżjonijiet relatati mas‑sistema tar‑riżorsi proprji
|
2 |
Fir-rigward tal-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż (iktar ’il quddiem il-“perijodu ta’ ksur”), li għalih, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni tallega li r-Renju Unit wettaq diversi nuqqasijiet fid-dritt tal-Unjoni, żewġ deċiżjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni kienu suċċessivament applikabbli, jiġifieri d-Deċiżjoni 2007/436 u, b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2014, id-Deċiżjoni 2014/335. |
|
3 |
Skont l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2014/335, li l-kliem tiegħu huwa essenzjalment identiku għal dak tal-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2007/436, jikkostitwixxi riżors proprju mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni, id-dħul li joriġina, rispettivament, minn “riżorsi proprji tradizzjonali li jikkonsistu minn […] Tariffa Doganali Komuni u dazji oħrajn stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi”, u “l-applikazzjoni ta’ rata uniformi valida għall-Istati Membri kollha għall-bażijiet ta’ valutazzjoni tal-VAT armonizzati ddeterminati skont ir-regoli tal-Unjoni”. |
|
4 |
L-Artikolu 8(1) ta’ dawn id-deċiżjonijiet jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tiegħu, li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, bħala riżorsi proprji tal-Unjoni, għandhom jinġabru mill-Istati Membri skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, li huma, jekk ikun il-każ, adattati għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u, fit-tielet subparagrafu tiegħu, li l-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżorsi previsti fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c) tal-imsemmija deċiżjonijiet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
2. Ir‑regolamenti dwar il‑modalitajiet u l‑proċedura sabiex ir‑riżorsi proprji jsiru disponibbli
|
5 |
Fir-rigward tal-perijodu ta’ ksur, żewġ regolamenti dwar id-disponibbiltà tar-riżorsi proprji tal-Unjoni kienu suċċessivament applikabbli, jiġifieri r-Regolament Nru 1150/2000 u, b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2014, ir-Regolament Nru 609/2014. |
|
6 |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 609/2014, li l-kontenut tiegħu huwa, essenzjalment, identiku għal dak tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1150/2000: “Għall-iskop li jkun applikat dan ir-Regolament, l-intitolament tal-Unjoni għar-riżorsi proprji tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni [2014/335] għandu jkun stabbilit hekk kif jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet previsti fir-regolamenti doganali fir-rigward tad-dħul tal-intitolament fil-kontijiet u n-notifika tad-debitur.” |
|
7 |
L-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u (3) tar-Regolament Nru 609/2014, li l-kontenut tagħhom huwa, essenzjalment, identiku għal dak tal-Artikolu 6(1) u (3)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1150/2000, jipprovdu: “1. Il-kontijiet għar-riżorsi proprji għandhom jinżammu mit-Teżor ta’ kull Stat Membru jew minn korp maħtur minn kull Stat Membru u maqsum skont it-tipi ta’ riżorsi. […] 3. L-intitolamenti stabbiliti konformement mal-Artikolu 2 għandhom, soġġetti għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jiddaħħlu fil-kontijiet [bħalissa indikati bħala l-‘kontabbiltà A’] sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara x-xahar li matulu jkun ġie stabbilit l-intitolament. L-intitolamenti stabbiliti li ma jkunux imdaħħla fil-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għax ikunu għadhom ma ġewx irkuprati u għax ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda garanzija, għandhom jintwerew f’kontijiet separati [bħalissa indikati bħala l-“kontabbiltà B”] matul il-perjodu preskritt fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jadottaw din il-proċedura meta l-intitolamenti stabbiliti, li dwarhom tkun ġiet ipprovduta garanzija, ikunu ġew kkontestati u, hekk kif tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet li jkunu qamu, jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil. […]” |
|
8 |
Fil-formulazzjoni inizjali tiegħu, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 609/2014, li l-kontenut tiegħu kien, essenzjalment, identiku għal dak tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1150/2000, kien jipprovdi: “F’konformità mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 10, kull Stat Membru għandu jikkredita r-riżorsi proprji fil-kont miftuħ f’isem il-Kummissjoni mat-Teżor tiegħu jew mal-korp li jkun ħatar.” |
|
9 |
Mill‑1 ta’ Ottubru 2016, din id-dispożizzjoni hija fformulata kif ġej: “F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10, 10a u 10b, kull Stat Membru għandu jikkredita r-riżorsi proprji fil-kont li nfetaħ f’isem il-Kummissjoni mat-teżor tiegħu jew mal-bank ċentrali nazzjonali. Soġġett għall-applikazzjoni ta’ mgħax negattiv kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, dak il-kont jista’ jiġi ddebitat biss fuq struzzjoni mill-Kummissjoni.” |
|
10 |
Fil-formulazzjoni inizjali tiegħu, l-Artikolu 12(1) u (3) tar-Regolament Nru 609/2014, li l-kontenut tiegħu kien, essenzjalment, identiku għal dak tal-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament Nru 1150/2000, kien redatt kif ġej: “1. Kwalunkwe dewmien fid-dħul fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ mgħax min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat. […] 3. Fil-każ ta’ Stati Membri li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja, ir-rata għandha tkun daqs ir-rata applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni mill-Banek Ċentrali għall-operazzjonijiet prinċipali tagħhom ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti ta’ perċentwal, jew, għal dawk l-Istati Membri li ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom ir-rata tal-Bank Ċentrali, l-iktar rata ekwivalenti applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni fis-suq tal-flus tal-Istat Membru, miżjud b’żewġ punti perċentwali. Din ir-rata għandha tiżdied b’0,25 ta’ punt perċentwali għall kull xahar ta’ dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata għall-perjodu kollu ta’ dewmien.” |
|
11 |
Mill‑1 ta’ Ottubru 2016, l-Artikolu 12(5) tar-Regolament Nru 609/2014, li jissostitwixxi l-Artikolu 12(3) tiegħu, jipprovdi: “Fil-każ ta’ Stati Membri li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ugwali għar-rata applikata mill-banek ċentrali fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni għall-operazzjonijiet ewlenin tagħhom ta’ finanzjament mill-ġdid, jew 0 fil-mija, skont liema jkun l-aktar, miżjuda bi 2,5 punti perċentwali. Għall-Istati Membri li ma jkollhomx disponibbli r-rata tal-bank ċentrali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ugwali għar-rata l-aktar ekwivalenti applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni fis-suq monetarju tal-Istat Membru, jew 0 fil-mija, skont liema jkun l-aktar, miżjuda bi 2,5 punti perċentwali. Din ir-rata għandha tiżdied b’0,25 ta’ punt perċentwali għal kull xahar ta’ dewmien. Iż-żieda totali skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhiex taqbeż is-16-il punt perċentwali. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata għall-perijodu kollu tad-dewmien.” |
|
12 |
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 609/2014, intitolat “Ammonti irrekuperabbli”, li l-kontenut tiegħu huwa, essenzjalment, identiku għal dak tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1150/2000, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammonti korrispondenti għall-intitolamenti stabbiliti taħt l-Artikolu 2 isiru disponibbli għall-Kummissjoni kif speċifikat f’dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom jinħelsu mill-obbligu li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għal intitolamenti stabbiliti skont l-Artikolu 2 li jirriżultaw bħala irrekuperabbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
L-ammonti ta’ drittijiet stabbiliti għandhom jiġu ddikjarati irrekuperabbli b’deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti li ssib li ma jistgħux jiġu rkuprati. L-ammonti ta’ drittijiet stabbiliti għandhom jiġu kkunsidrati bħala irrekuperabbli, sa mhux aktar tard, wara perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha l-ammont ikun ġie stabbilit skont l-Artikolu 2 jew, fil-każ ta’ appell amministrattiv jew ġudizzjarju, id-deċiżjoni finali tkun ġiet mogħtija, notifikata jew pubblikata. […] 3. Fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew skont il-limiti ta’ żmien imsemmija f’dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport li jinkludi l-informazzjoni dwar dawk il-każijiet fejn il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ġie applikat sakemm l-intitolamenti stabbiliti involuti jaqbżu l-EUR 50000. Dak ir-rapport għandu jinkludi l-fatti kollha meħtieġa biex issir analiżi sħiħa tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, li ostakolaw lill-Istat Membru kkonċernat milli jagħmel disponibbli l-ammonti inkwistjoni, u tal-miżuri ta’ rkupru li l-Istat Membru ħa fil-każ jew fil-każijiet inkwistjoni. Dak ir-rapport għandu jsir skont il-format stabbilit mill-Kummissjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 16. 4. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport previst fil-paragrafu 3, tikkomunika l-kummenti tagħha lill-Istat Membru kkonċernat. Fejn il-Kummissjoni tara li hemm bżonn li tintalab informazzjoni addizzjonali, il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur għandu jibda jgħodd mid-data meta tasal l-informazzjoni supplimentari mitluba.” |
3. Ir‑Regolament Nru 608/2014
|
13 |
Fir-rigward tal-parti mill-perijodu ta’ ksur li bdiet fl‑1 ta’ Jannar 2014, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 608/2014, intitolat “Il-miżuri ta’ kontroll u superviżjoni”, jipprovdi: “[…] 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li huma meħtieġa biex jassiguraw li r-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335[…] isiru disponibbli lill-Kummissjoni. 3. Fejn miżuri ta’ kontroll u superviżjoni jikkonċernaw ir-riżorsi proprji tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/335[…]:
[…]
[…]” |
4. Ir‑Regolament Nru 1553/89
|
14 |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1553/89 jipprovdi: “Il-bażi tar-riżorsi tal-VAT għandhom ikunu iddeterminati mit-tranżazzjonijiet taxxabli msemmijin fl-Artikolu 2 ta[s-Sitt Direttiva tal-Kunsill] tas‑17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)] […]” |
|
15 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament: “Għal sena kalendarja partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 6, il-bażi tar-riżorsi tal-VAT għandha tkun ikkalkolata billi jkun diviż l-dħul nett totali tal-VAT miġbur minn Stat Membru matul dik is-sena bir-rata li biha l-VAT tkun applikata matul l-istess sena.” |
B. Id‑dritt doganali
1. Il‑Kodiċi Doganali tal‑Komunità
|
16 |
Il-Kodiċi Doganali tal-Komunità japplika għall-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa matul il-parti tal-perijodu ta’ ksur qabel l‑1 ta’ Mejju 2016. |
|
17 |
L-Artikolu 13 ta’ dan il-kodiċi kien jipprovdi: “1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ, iwettqu l-kontrolli kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli doganali u l-liġijiet oħrajn li jirregolaw id-dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment u l-użu finali ta’ merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità [Ewropea] u pajjiżi terzi u l-preżenza ta’ merkanzija li ma għandhiex status Komunitarju. Jistgħu jitwettqu f’pajjiż terz, fejn dan ikun previst minn xi ftehim internazzjonali, kontrolli doganali għall-fini ta’ l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja. 2. Il-kontrolli doganali, barra mill-kontrolli fuq il-post, għandhom ikunu bbażati fuq analiżi ta’ riskju bl-użu ta’ tekniki awtomatizzati ta’ proċessar ta’ data, sabiex jiġu identifikati u kwantifikati r-riskji u jiġu żviluppati l-miżuri neċessarji għall-istima tar-riskji, fuq il-bażi ta’ kriterji żviluppati f’livelli nazzjonali, Komunitarji u, fejn ikunu disponibbli, internazzjonali. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi determinat qafas ta’ ġestjoni komuni ta’ riskju, u sabiex jiġu stabbiliti kriterji komuni u żoni ta’ kontroll prijoritarji. L-Istati Membri, f’koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu sistema elettronika għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju. 3. Fejn il-kontrolli jiġu mwettqa minn awtoritajiet li ma jkunux l-awtoritajiet doganali, dawn il-kontrolli għandhom isiru b’kordinazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet doganali, fejn possibbli fl-istess ħin u post. […]” |
|
18 |
It-Titolu II tal-imsemmi kodiċi kien jinkludi Kapitolu 3, intitolat “Valur ta’ merkanzija għall-iskopijiet doganali”, kompost mill-Artikoli 28 sa 36 tiegħu. |
|
19 |
L-Artikolu 29 tal-istess kodiċi kien jipprovdi: “1. Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skond l-Artikoli 32 u 33 […] […] 2.
[…] 3.
[…]” |
|
20 |
Skont l-Artikolu 30 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità: “1. Fejn il-valur doganali ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikolu 29, għandu jiġi stabbilit billi timxi sekwenzjalment minn subparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) tal-paragrafu 2 għall-ewwel subparagrafu li taħtu jista’ jiġi stabbilit […] 2. Il-valur doganali kif stabbilit taħt dan l-Artikolu għandu jkun:
[…]” |
|
21 |
L-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi kien jipprovdi dan li ġej: “1. Fejn il-valur doganali ta’ merkanzija importata ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikoli 29 jew 30, għandu jiġi stabbilit, skond il-bażi ta’ data disponibbli fil-Komunità, bl-użu ta’ mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u dispożizzjonijiet ġenerali ta’:
2. Ebda valur doganali m’għandu jiġi stabbilit taħt il-paragrafu 1 skond il-bażi ta’:
jew
|
|
22 |
L-Artikolu 68 tal-imsemmi kodiċi kien jipprovdi: “Għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet li jkunu aċċettaw, l-awtoritajiet doganali jistgħu:
|
|
23 |
L-Artikolu 71 tal-istess kodiċi kien ifformulat kif ġej: “1. Ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha tpoġġiet il-merkanzija. 2. Fejn id-dikjarazzjoni ma tiġix verifikata, id-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati skond il-bażi tad-dettalji li jkunu jinsabu fid-dikjarazzjoni.” |
|
24 |
L-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kien jipprovdi: “Kull ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew dazju fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali […] għandu jiġi kalkolat mill-awtoritajiet doganali malli jkollhom id-dettalji neċessarji, u għandu jiddaħħal minn dawk l-awtoritajiet fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti (dħul fil-kontijiet).” |
|
25 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(1) ta’ dan il-kodiċi: “Fejn dejn doganali jiġi inkors bħala riżultat ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanziji għal proċedura doganali oħra barra importazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni jew kull att ieħor li jkollu l-istess effett legali bħal dik l-aċċettazzjoni l-ammont li jikkorrispondi għal dak id-dejn doganali għandu jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet malli jkun ġie kkalkulat u, l-aktar tard, fit-tieni jum wara dak li fih il-merkanziji jkunu nħelsu.” |
|
26 |
L-Artikolu 220(1) ta’ dan il-kodiċi kien jipprovdi: “Fejn l-ammont ta’ dazju li jirrizulta minn dejn doganali ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skond l-Artikoli 218 u 219 jew iddaħħal fil-kontijiet f’livell anqas mill-ammont legalment dovut, l-ammont ta’ dazju li għandu jiġi rkuprat jew li jibqa’ biex jiġi rkuprat għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jsiru jafu bis-sitwazzjoni u jkunu f’pożizzjoni li jikkalkolaw l-ammont legalment dovut u jistabbilixxu d-debitur (daħla sussegwenti fil-kontijiet). Dak it-terminu ta’ żmien jista’ jiġi estiż skond l-Artikolu 219.” |
|
27 |
L-Artikolu 221 tal-istess kodiċi kien jipprovdi: “1. Malli jkun iddaħħal fil-kontijiet, l-ammont ta’ dazju għandu jiġi kkomunikat lid-debitur skond il-proċeduri li jkunu xierqa. […] 3. Ma għandhiex issir komunikazzjoni mad-debitur wara t-temma ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha ntefaq id-dejn mad-dwana. Dan il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi sospiż mal-waqt tad-depożitu ta’ appell fit-tifsira ta’ l-Artikolu 243, għal matul il-proċedimenti ta’ l-appell. 4. Fejn id-dejn mad-dwana huwa riżultat ta’ att li, fiż-żmien li kien kommess, kien jista’ jwassal għal proċedimenti kriminali tal-qorti, l-ammont jista’, skond il-kondizzjonijiet preskritti fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ, jiġi komunikat lid-debitur wara li jgħaddi l-perijodu ta’ tliet snin riferit fil-paragrafu 3.” |
2. Il‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni
|
28 |
Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ikkonċernati li twettqu matul il-parti tal-perijodu ta’ ksur li beda fl‑1 ta’ Mejju 2016. |
|
29 |
L-Artikolu 3 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi: “L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli primarjament għas-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, biex b’hekk jikkontribwixxu għal kummerċ ġust u miftuħ, għall-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika komuni tal-kummerċ u tal-linji politiċi komuni l-oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll għas-sigurtà fil-katina kollha ta’ forniment. L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu miżuri mmirati, b’mod partikolari, għal li ġej:
|
|
30 |
Skont l-Artikolu 46 tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali”: “1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu kwalunkwe kontrolli doganali li jqisu meħtieġa. Il-kontrolli doganali jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’eżami tal-merkanzija, teħid ta’ kampjuni, verifika tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni jew notifika u l-eżistenza, l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta’ dokumenti, eżami tal-kontabbiltà tal-operaturi ekonomiċi u kotba oħra, ispezzjonar ta’ mezzi tat-trasport, ispezzjonar ta’ bagalji u merkanzija oħra li jinġarru minn jew fuqhom persuni u twettiq ta’ stħarriġ uffiċjali u atti simili oħrajn. 2. Il-kontrolli doganali, barra kontrolli każwali, għandhom primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju billi jintużaw tekniċi elettroniċi ta’ proċessar tad-data, bil-għan li jkunu identifikati u evalwati r-riskji u żviluppati il-kontromiżuri meħtieġa, abbażi tal-kriterji żviluppati fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni u, fejn disponibbli, fuq livell internazzjonali. 3. Il-kontrolli doganali għandhom isiru f’ qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju, ibbażat fuq l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskji u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji bejn amministrazzjonijiet doganali u li jistabbilixxi kriterji u standards komuni ta’ riskju, miżuri ta’ kontroll u oqsma prijoritarji ta’ kontroll. Kontrolli bbażati fuq tali informazzjoni u kriterji għandhom jitwettqu mingħajr ħsara għal kontrolli oħrajn li jitwettqu skont il-paragrafu 1 jew provvedimenti oħrajn fis-seħħ. 4. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ġestjoni tar-riskju biex jiddifferenzjaw bejn il-livelli ta’ riskju assoċjati ma’ merkanzija soġġetta għall-kontroll jew superviżjoni doganali u biex jiddeterminaw jekk il-merkanzija hijiex se tkun soġġetta għall-kontrolli doganali speċifiċi jew le, u jekk iva, fejn. Il-ġestjoni tar-riskju għandu jinkludi attivitajiet bħalma huma l-ġbir ta’ data u ta’ informazzjoni, l-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta’ azzjoni u s-sorveljanza u reviżjoni regolari ta’ dak il-proċess u tar-riżultati tiegħu, abbażi ta’ għejjun u strateġiji internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali. 5. L-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-riskju u u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji fejn:
6. Sabiex jkunu stabbiliti l-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju, il-miżuri ta’ kontroll u l-oqsma prijoritarji ta’ kontroll msemmija fil-paragrafu 3, għandhom jitqiesu l-elementi kollha li ġejjin:
7. Il-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
8. L-oqsma prijoritarji ta’ kontroll għandhom ikopru proċeduri doganali partikolari, tipi ta’ merkanzija, rotot tat-traffiku, mezzi ta’ trasport jew operaturi ekonomiċi li huma soġġetti għal livelli ogħla ta’ analiżi tar-riskju u ta’ kontrolli doganali matul ċertu perijodu ta’ żmien, mingħajr ħsara għal kontrolli oħrajn li użwalment jitwettqu mill-awtoritajiet doganali.” |
|
31 |
L-Artikolu 53 tal-istess kodiċi, intitolat “Il-konverżjoni monetarja”, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u/jew jagħmlu disponibbli fuq l-Internet ir-rata tal-kambju applikabbli fejn il-konverżjoni monetarja hija meħtieġa għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin: […]
|
|
32 |
L-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jipprevedu r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija li l-kontenut tagħhom huwa, essenzjalment, identiku għal dak tar-regoli previsti fl-Artikoli 29 sa 31 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
|
33 |
L-Artikolu 103 tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Limitazzjoni tad-dejn doganali”, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. L-ebda dejn doganali m’għandu jkun notifikat lid-debitur wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha nħoloq id-dejn doganali. 2. Fejn id-dejn doganali nħoloq bħala riżultat ta’ att li, fiż-żmien li sar, seta’ jwassal għal proċedimenti kriminali fil-qorti, il-perijodu ta’ tliet snin stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għal perijodu minimu ta’ ħames snin u massimu ta’ 10 snin f’konformità mal-liġi nazzjonali.” |
|
34 |
L-Artikolu 105 tal-istess kodiċi, intitolat “Il-ħin tad-dħul fil-kontijiet”, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu: “Fejn jinħoloq dejn doganali f’ċirkostanzi li mhumiex koperti bil-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni inkwistjoni u jieħdu deċiżjoni.” |
|
35 |
L-Artikolu 191 ta’ dan il-kodiċi, intitolat “Rizultati tal-verifika”, jipprovdi: “1. Ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha titqiegħed il-merkanzija. 2. Fejn ma tkunx verifikata d-dikjarazzjoni doganali, il-paragrafu 1 għandu japplika abbażi tad-dettalji li hemm f’dik id-dikjarazzjoni. 3. Ir-riżultati tal-verifika magħmula mill-awtoritajiet doganali għandu jkollhom l-istess forza konklussiva f’kull parti tat-territorju doganali tal-Unjoni.” |
3. Ir‑Regolament ta’ Applikazzjoni
|
36 |
Ir-Regolament ta’ Applikazzjoni għandu japplika għall-importazzjonijiet ikkonċernati li jkunu twettqu matul il-parti tal-perijodu ta’ ksur qabel l-1 ta’ Mejju 2016. |
|
37 |
Skont l-Artikolu 181a ta’ dan ir-regolament ta’ applikazzjoni: “1. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx għalfejn jistabbilixxu l-valutazzjoni doganali tal-merkanzija importata fuq il-bażi tal-metodu tal-valur tat-transazzjoni jekk, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, dawn ma jkunux sodisfatti, fuq il-bażi ta’ dubji raġonevoli, li l-valur dikjarat jirrappreżenta l-ammont totali mħallas jew dovut kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Kodiċi [Doganali tal-Komunità]. 2. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom id-dubji kif deskritt fil-paragrafu 1 dawn jistgħu jitolbu għall-informazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 178(4). Jekk dawn id-dubji jippersistu, l-awtoritajiet doganali għandhom, qabel jieħdu deċiżjoni finali, jinnotifikaw lill-persuna interessata, bil-miktub jekk mitlub, dwar ir-raġunijiet għal dawk id-dubbji u jipprovduh bl-opportunità raġonevoli biex jirrispondi. Deċiżjoni finali u l-motivi għaliha għandhom ikunu kkomunikati bil-miktub lill-persuna interessata.” |
|
38 |
L-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni jipprovdi: “L-għoti tar-rilaxx għandu jikkawża l-iskrizzjoni fil-kontijiet tad-dazji ta’ l-importazzjoni determinati skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni. Meta l-awtoritajiet doganali jikkonsidraw li mill-kontrolli li huma jkunu wettqu jirriżulta li jista’ jiġi stmat ammont ta’ dazju ta’ importazzjoni ogħla minn dak li jirriżulta mid-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni, għandhom jeħtieġu wkoll id-depożitu ta’ garanzija suffiċjenti biex tkopri d-differenza bejn l-ammont skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni u l-ammont li jista’ finalment jitħallas fuq il-merkanzija. Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob l-iskrizzjoni immedjata fil-kontijiet ta’ l-ammont ta’ dazji li għalihom il-merkanzija tista’ finalment tkun soġġetta flok ma jiddepożita l-garanzija.” |
4. Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni
|
39 |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ikkonċernati li twettqu matul il-parti tal-perijodu ta’ ksur li bdiet fl‑1 ta’ Mejju 2016. |
|
40 |
L-Artikolu 48 ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, intitolat “Dispożizzjonijiet dwar ir-rata tal-kambju tat-tariffi”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-valur tal-euro, meta dan ikun meħtieġ skont l-Artikolu 53(1)(b) tal-Kodiċi [Doganali tal-Unjoni], għandu jiġi stabbilit darba f’xahar. Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun l-iktar rata riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew [(BĊE)] fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xahar u għandha tapplika matul ix-xahar ta’ wara. Madankollu, meta r-rata applikabbli fil-bidu tax-xahar tvarja b’aktar minn 5 % mir-rata stabbilita mill-[BĊE] qabel il-15‑il jum ta’ dak l-istess xahar, ir-rata tal-aħħar għandha tapplika mill-15 sal-aħħar tax-xahar in kwistjoni.” |
|
41 |
L-Artikolu 140 tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, intitolat “Nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-valuri tat-tranżazzjoni ddikjarati”, jipprovdi: “1. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubji raġonevoli dwar jekk il-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat jirrappreżentax l-ammont totali mħallas jew pagabbli kif imsemmi fl-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi [Doganali tal-Unjoni], [dawn jistgħu jitolbu lid-dikjarant jipprovdi informazzjoni addizzjonali]. 2. Jekk id-dubji tagħhom ma jiġux eliminati, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li l-valur tal-prodotti ma jistax jiġi stabbilit skont l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi [Doganali tal-Unjoni].” |
|
42 |
Skont l-Artikolu 144 tal-istess regolament ta’ implimentazzjoni, intitolat “Metodu ‘fall-back’”: “1. Meta jiġi stabbilit il-valur doganali skont l-Artikolu 74(3) tal-Kodiċi [Doganali tal-Unjoni], tista’ tintuża flessibbiltà raġonevoli fl-applikazzjoni tal-metodi previsti fl-Artikoli 70 u 74(2) tal-Kodiċi [Doganali tal-Unjoni]. Il-valur b’hekk stabbilit għandu, kemm jista’ jkun possibbli, ikun ibbażat fuq il-valuri doganali stabbiliti qabel. 2. Meta ma jkun jista’ jiġi stabbilit ebda valur doganali skont il-paragrafu 1, għandhom jintużaw metodi xierqa oħrajn. F’dan il-każ, il-valur doganali ma għandux jiġi stabbilit abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
43 |
L-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, intitolat “Għoti ta’ garanzija”, artikolu intiż sabiex jimplimenta l-Artikolu 191 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, jipprovdi: “Meta l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li l-verifika tad-dikjarazzjoni doganali tista’ tirriżulta f’ammont aktar ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni jew tariffi oħrajn li jridu jitħallsu minn dak li jirriżulta mid-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija li tkun suffiċjenti biex tkopri d-differenza bejn l-ammont skont id-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali u l-ammont li finalment ikun irid jitħallas. Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob notifika immedjata tad-dejn doganali li finalment tkun trid titħallas fuq il-merkanzija minflok jippreżenta din il-garanzija.” |
C. Id‑dritt dwar il‑VAT
|
44 |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi: “It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT: […]
[…]
|
|
45 |
Skont l-Artikolu 83 ta’ din id-direttiva: “Rigward l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit abbażi ta’ l-istess fatturi bħal dawk użati skond il-Kapitolu 2 biex jiġi stabbilit l-ammont taxxabbli għall-provvista ta’ l-istess merkanzija fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ tat-transazzjonijiet, li għandhom jiġu ttrattati bħala akkwisti intra‑Komunitarji ta’ merkanzija, imsemmija fl-Artikoli 21 u 22, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri ta’ l-merkanzija jew ta’ merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta’ prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fil-ħin tal-provvista.” |
|
46 |
L-Artikolu 85 tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “Rigward l-importazzjoni ta’ merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur għal finijiet doganali, stabbilit skond id-disposizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ.” |
|
47 |
L-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi dan li ġej: “L-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-fatturi li ġejjin, sakemm mhux diġà inklużi:
|
|
48 |
L-Artikolu 87 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-ammont taxxabbli m’għandux jinkludi l-fatturi li ġejjin:
|
|
49 |
Skont l-Artikolu 138 tal-imsemmija direttiva: “1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni ’l barra mit-territroju tagħhom iżda fil-Komunità, jew mill-bejjiegħ jew f’ismu jew il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija, għal persuna taxxabbli oħra, jew għal persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi bħala tali fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn bdiet tinbagħat jew tkun ittrasportata il-merkanzija. 2. Flimkien mal-provvista ta’ merkanzija msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin: […]
|
|
50 |
L-Artikolu 143 tal-istess direttiva jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin: […]
2. L-eżenzjoni prevista f’punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tapplika f’każijiet meta l-importazzjoni ta’ merkanzija tkun segwita mill-provvista ta’ merkanzija eżentata skont l-Artikolu 138(1) u (2)(c) biss jekk fil-mument tal-importazzjoni l-importatur ikun ipprovda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li x-xhieda msemmija f’punt (c) tiġi indikata lill-awtoritajiet kompetenti biss fuq talba.” |
II. Il‑fatti u l‑proċedura prekontenzjuża
A. Il‑fatti li wasslu għall‑kawża
|
51 |
Mill‑1 ta’ Jannar 2005, l-Unjoni Ewropea neħħiet il-kwoti kollha applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u tal-ħwejjeġ li joriġinaw f’pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluża ċ-Ċina. |
|
52 |
Fl‑20 ta’ April 2007, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) bagħat lill-Istati Membri l-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2007/015 sabiex jinforma lil dawn tal-aħħar bir-riskju, speċifikament, ta’ sottovalutazzjoni estrema ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw miċ-Ċina li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, twettqu minn impriżi msejħa “shell companies”, irreġistrati bl-għan uniku li jagħtu dehra ta’ legalità lil operazzjoni frawdolenti, li, meta ġew mistħarrġa, irriżulta spiss li ma kellhomx is-sede fl-indirizz li kien ġie indikat lill-awtoritajiet doganali. L-OLAF ippreċiża li, fil-parti l-kbira tal-każijiet eżaminati, il-valuri ddikjarati kienu ferm inqas minn 0.50 dollaru Amerikan (USD) għal kull kilogramma (kg) u anki inqas minn USD 0.10 għal kull kilogramma. Fid-dawl ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ frodi (iktar ’il quddiem il-“frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni”), l-OLAF stieden lill-Istati Membri kollha sabiex jissorveljaw l-importazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw, speċifikament, miċ-Ċina, sabiex jidentifikaw kwalunkwe indizji ta’ importazzjonijiet issottovalutati, sabiex iwettqu kontrolli doganali xierqa matul l-isdoganament ta’ tali importazzjonijiet, sabiex jivverifikaw il-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati u sabiex jiżguraw li dawn jirriflettu l-valuri reali tas-suq, kif ukoll sabiex jieħdu l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa fil-każ ta’ suspett ta’ prezzijiet artifiċjalment baxxi. |
|
53 |
Għal dan il-għan, l-OLAF żviluppa, abbażi ta’ studji xjentifiċi mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (JRC), għodda ta’ evalwazzjoni tar-riskji bbażata fuq data fil-livell tal-Unjoni (iktar ’il quddiem il-“metodu OLAF‑JRC”). |
|
54 |
Dan il-metodu jikkonsisti, l-ewwel nett, fil-kalkolu ta’ “prezz medju kkoreġut” (“cleaned average price” jew “CAP”) (iktar ’il quddiem il-“PMK”), imsejjaħ ukoll il-“prezz ġust” (“fair price” jew “fair value”), għal kull kodiċi tal-prodott bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda li jinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas‑6 ta’ Ottubru 2016 (ĠU 2016, L 294, p. 1 u rettifiki fil-ĠU 2016, L 329, p. 119 u fil-ĠU 2017, L 150, p. 19) (iktar ’il quddiem in-“NM”), u li jaqa’ taħt il-Kapitoli 61 sa 64 ta’ din in-nomenklatura (iktar ’il quddiem il-“prodotti kkonċernati”). |
|
55 |
Il-PMK huma kkalkolati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ kull xahar tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina meħuda mill-Comext, id-database ta’ riferiment għall-istatistika ddettaljata għall-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija ġġestita mill-Eurostat, għal perijodu ta’ 48 xahar. Dawn il-prezzijiet jesprimu valur għal kull kilogramma għal kull wieħed mill-495 kodiċi tal-prodott bi tmien ċifri tan-NM ikkonċernati, filwaqt li jispeċifikaw il-pajjiż tal-oriġini u l-pajjiż tad-destinazzjoni fl-Unjoni. |
|
56 |
Sussegwentement, medja hija kkalkolata għall-Unjoni kollha abbażi tal-medja aritmetika, jiġifieri medja mhux ponderata, tal-PMK tal-Istati Membri kollha. Għall-kalkolu ta’ din il-medja aritmetika, il-valuri estremi (“outliers”), jiġifieri l-valuri għoljin jew baxxi b’mod anormali, huma esklużi, u huwa għalhekk li l-prezz medju jingħad li huwa “ikkorreġut” jew “imnaddaf” (“cleaned”). |
|
57 |
Fl-aħħar nett, jiġi kkalkolat valur li jikkorrispondi għal 50 % tal-PMK, li jikkostitwixxi l-“prezz minimu aċċettabbli” (“lowest acceptable price” jew “LAP”) (iktar ’il quddiem il-“PMA”). Il-PMA, espress ukoll fi prezz għal kull kilogramma, jintuża bħala profil jew livell minimu tar-riskju li jippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jidentifikaw il-valuri partikolarment baxxi ddikjarati għall-importazzjoni u, konsegwentement, l-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni. |
|
58 |
Il-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2009/001, mibgħut mill-OLAF fit‑23 ta’ Jannar 2009, kien intiż għall-Operazzjoni “Argus”, operazzjoni li damet sitt xhur li fil-kuntest tagħha l-OLAF kien intrabat li jissorvelja l-kummerċ tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw minn pajjiżi terzi differenti, prinċipalment mill-pajjiżi ażjatiċi, u li jittrażmetti kull xahar lill-Istati Membri lista ta’ importazzjonijiet mix-xahar ta’ qabel identifikati bħala li jinsabu f’riskju f’termini ta’ valur għal skopijiet doganali. Permezz ta’ dan il-messaġġ ta’ assistenza reċiproka, l-OLAF talab lill-Istati Membri jinnotifikawh, fi żmien erba’ ġimgħat, bl-implimentazzjoni tal-profili tar-riskju, jidentifikaw l-importazzjonijiet li jinvolvu riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni u jwettqu kontrolli qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet tiegħu. |
|
59 |
Matul is-sena 2011, waqt l-operazzjoni ta’ kontrol ta’ prijorità msejħa “Discount” (iktar ’il quddiem l-“ACP Discount”), ikkoordinata mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u tal-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni u li fiha pparteċipaw l-Istati Membri kollha, il-PMA kkalkolati skont il-metodu OLAF‑JRC ġew applikati, bħala profil tar-riskju, skont ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-linji gwida mfassla għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni, sabiex jidentifikaw u jikkontrollaw l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina li għandhom valur għal skopijiet doganali tant baxx li jrendihom suspettużi. Ir-Renju Unit ipparteċipa fl-imsemmija operazzjoni, mingħajr madankollu ma applika tali profil tar-riskju. |
|
60 |
Matul is-sena 2014, l-OLAF ikkoordina l-operazzjoni doganali konġunta msejħa “Snake” (iktar ’il quddiem l-“ODC Snake”), li l-fażi operattiva tagħha seħħet bejn is‑17 ta’ Frar u s‑17 ta’ Marzu ta’ dik is-sena u li fiha pparteċipaw l-Istati Membri kollha kif ukoll l-awtoritajiet doganali Ċiniżi. L-involviment ta’ dawn tal-aħħar kien immirat sabiex jinkisbu dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-valur għal skopijiet doganali ddikjarat mal-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. Fir-rapport finali tal-ODC Snake, l-Istati Membri kienu ġew mistiedna jkomplu jużaw il-profili tar-riskju bbażati fuq il-PMA kif applikati matul din l-operazzjoni. |
|
61 |
Fi tmiem il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-kuntest tal-imsemmija operazzjoni fuq il-bażi ta’ dawn il-profili tar-riskju, huma kkonstataw li dazji doganali addizzjonali kellhom jiġu applikati fir-rigward ta’ 24 operatur abbażi tal-importazzjonijiet tagħhom imwettqa matul perijodu ta’ tliet snin bejn ix-xahar ta’ Novembru 2011 u x-xahar ta’ Novembru 2014. |
|
62 |
Bejn ix-xahar ta’ Novembru 2014 u x-xahar ta’ Frar 2015, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkomunikaw it-talbiet għal ħlas korrispondenti lill-operaturi kkonċernati permezz tal-ħruġ ta’ 24 ordni ta’ rkupru a posteriori, imsejħa “Avviżi C 18” (iktar ’il quddiem l-“Avviżi C 18 Snake”). Madankollu, matul il-perijodu bejn ix-xahar ta’ Ġunju u x-xahar ta’ Novembru 2015, dawn l-awtoritajiet annullaw dawn l-avviżi. |
|
63 |
Fis‑16 ta’ Jannar 2015, l-OLAF fetaħ investigazzjoni speċifikament immirata lejn ċerti Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit, u li tkopri perijodu li beda fl-2013. |
|
64 |
Barra minn hekk, operazzjoni msejħa “Badminton” tmexxiet mill-HMRC u l-Forzi tal-Fruntiera tar-Renju Unit bejn is-sena 2013 u s-sena 2016. Din l-operazzjoni, li prinċipalment kienet tikkonċerna frodi tal-VAT, tat bidu għal investigazzjoni kriminali mmirata lejn erba’ operaturi kbar ta’ prodotti tessili li joriġinaw miċ-Ċina fil-kuntest tal-proċedura doganali bil-kodiċi 42 fil-lista tal-proċeduri doganali tal-Unjoni, li skontha d-dazji doganali jitħallsu mal-importazzjoni u l-VAT għandha titħallas sussegwentement fl-Istat Membru tad-destinazzjoni (iktar ’il quddiem “il-proċedura doganali 42”). |
|
65 |
Bejn ix-xahar ta’ Frar 2015 u x-xahar ta’ Lulju 2016, ir-Renju Unit ipparteċipa f’diversi laqgħat organizzati mill-OLAF, iddedikati għall-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
66 |
Fid‑19 u fl‑20 ta’ Frar 2015, l-OLAF organizza l-ewwel laqgħa bilaterali mal-HMRC sabiex jittieħed kont tal-monitoraġġ tal-ODC Snake u l-użu tal-PMK bħala indikaturi tar-riskju ta’ sottovalutazzjoni doganali. |
|
67 |
Matul din l-ewwel laqgħa, l-OLAF irrileva li l-volum ta’ importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati b’mod frawdolenti ma kienx naqas u li l-istatistika wriet li r-Renju Unit kien qiegħed jattira iktar kummerċ frawdolenti tal-prodotti kkonċernati minħabba l-miżuri meħuda minn Stati Membri oħra kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. Min-naħa tagħha, l-HMRC indikat li kienet qiegħda tikkunsidra li tibgħat ordnijiet ta’ rkupru tal-VAT u tad-dazji doganali evażi lill-impriżi li kienu ġew identifikati fl-ambitu tal-ODC Snake u wara l-analiżijiet tagħha stess, u dan għal ammont totali ta’ iktar minn 800 miljun lira sterlina (GBP) (madwar EUR 939760000). |
|
68 |
Matul il-laqgħa ad hoc tal‑25 u tas‑26 ta’ Frar 2015 dwar il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, laqgħa organizzata mill-OLAF u li fiha pparteċipaw l-awtoritajiet tal-Istati Membri, ir-Renju Unit tenna l-intenzjoni tiegħu li jipproċedi b’dan l-irkupru. Matul din il-laqgħa, l-OLAF, filwaqt li spjega li l-użu tal-mezzi nazzjonali fil-profili tar-riskju kien jipprekludi l-identifikazzjoni tal-każijiet evidenti ta’ sottovalutazzjoni, huwa “irrakkomanda bil-qawwa”, b’mod partikolari, li l-Istati Membri jużaw profili tar-riskju xierqa sabiex jidentifikaw importazzjonijiet potenzjalment issottovalutati, li dawn tal-aħħar jeżiġu l-kostituzzjoni ta’ garanziji għall-importazzjonijiet identifikati li huma suspettużi f’dan ir-rigward u li jwettqu investigazzjonijiet sabiex jistabbilixxu l-valuri għal skopijiet doganali reali tal-merkanzija kkonċernata. L-OLAF enfasizza wkoll li, għalkemm il-PMA huwa indikatur tar-riskju sinjifikattiv, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali kellhom jiġu applikati. Barra minn hekk, huwa ddeskriva t-telf potenzjali tar-riżorsi proprji tradizzjonali tal-Unjoni li jirriżulta mill-importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati, b’mod partikolari mill-importazzjonijiet ikkonċernati. Fir-rigward tar-Renju Unit, huwa kkonstata, għall-perijodu mix-xahar ta’ Mejju 2013 sax-xahar ta’ Marzu 2015, telf potenzjali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali ta’ ammont totali ta’ EUR 589676121 għal volum ta’ kważi biljun u nofs kilogramma ta’ prodotti kkonċernati. |
|
69 |
Fis‑16 ta’ Ġunju 2015, l-OLAF bagħat messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2015/013 fejn talab lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri ta’ salvagwardja kollha meħtieġa sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. F’dan il-messaġġ, l-OLAF tenna l-konklużjonijiet tal-laqgħa ad hoc tal‑25 u tas‑26 ta’ Frar 2015. |
|
70 |
Fix-xahar ta’ Mejju 2015, l-awtoritajiet tar-Renju Unit taw bidu għall-operazzjoni msejħa “Breach”, l-ewwel operazzjoni imwettqa fit-territorju ta’ dan l-Istat intiża speċifikament għall-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni (iktar ’il quddiem l-“operazzjoni Breach”). |
|
71 |
Skont ir-Renju Unit, wieħed mill-iskopijiet ta’ din l-operazzjoni, li għadha fis-seħħ, kien li jiġi ddeterminat, wara l-annullament ta’ 24 avviż C 18 Snake, il-valur għal skopijiet doganali tal-importazzjonijiet issottovalutati identifikati matul l-ODC Snake u li jintalbu l-ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali evażi korrispondenti. |
|
72 |
L-imsemmija operazzjoni tinvolvi, b’mod partikolari, kontrolli minn qabel u żjarat a posteriori b’konnessjoni ma’ dawn l-importazzjonijiet suspettużi, analiżijiet dokumentali, verifiki u spezzjonijiet, l-eżami tan-natura kummerċjali tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati u dak tar-rabtiet eżistenti bejn l-importatur, l-ispedituri doganali u impriżi oħra, kif ukoll attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-attenzjoni tal-importaturi, intiżi sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet frawdolenti. Saru wkoll tletin spezzjoni minn qabel fir-rigward ta’ tlettax-il kunsinna li kienu s-suġġett ta’ kontrolli fiżiċi bit-teħid ta’ kampjuni. Fil-kuntest tal-istess operazzjoni, inħarġu diversi ordnijiet ta’ rkupru a posteriori tad-dazji doganali (iktar ’il quddiem l-“avviżi C 18 Breach”). |
|
73 |
Fit‑28 ta’ Lulju 2015, l-OLAF organizza t-tieni laqgħa bilaterali mal-HMRC li matulha din tal-aħħar b’mod partikolari indikat li kienet għadha għaddejja bil-proċedura ta’ rkupru ta’ dazji doganali fl-ammont ta’ iktar minn GBP 800 miljun, jekk ikun il-każ permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji, u li kienet ikkostitwixxiet grupp ta’ azzjoni multidixxiplinari fil-kuntest tal-operazzjoni Breach sabiex jeżamina s-sitwazzjoni tal-importaturi involuti fil-kummerċ frawdolenti. Madankollu, skont l-HMRC, l-użu ta’ indikaturi tar-riskju bbażati fuq PMK ikun “kontroproduttiv u sproporzjonat” meta wieħed iqis il-volum tal-importazzjonijiet ikkonċernati. L-OLAF indika li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-indikaturi f’ċerti Stati Membri kellha r-riżultat li l-volum tat-traffiku frawdolenti kien naqas b’mod kunsiderevoli, anki jekk dan kien ittrasferixxa ruħu lejn Stati Membri oħra, b’mod partikolari r-Renju Unit. |
|
74 |
Fit‑3 ta’ Frar 2016, l-OLAF organizza t-tielet laqgħa bilaterali mal-HMRC. Din tal-aħħar iddikjarat li r-Renju Unit kien stħarreġ is-sittax-il impriża identifikati fl-ambitu tal-ODC Snake. L-OLAF reġa’ rrakkomanda lill-HMRC tuża indikaturi tar-riskju fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-PMA. Huwa enfasizza li l-importazzjonijiet ikkonċernati, li ġew ikkunsidrati li kienu ssottovalutati u li taw lok għal telf kbir ta’ dazji doganali, kienu jirrappreżentaw perċentwali għolja. |
|
75 |
Fit‑22 u t‑23 ta’ Marzu 2016, l-OLAF organizza r-raba’ laqgħa bilaterali mal-HMRC. Huwa afferma mill-ġdid l-utilità li jiġu implimentati l-indikaturi tar-riskju fil-livell tal-Unjoni bħala miżura li tippreċedi l-importazzjoni u ppropona mezzi prattiċi għall-implimentazzjoni gradwali tagħhom mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. L-OLAF wettaq mill-ġdid konstatazzjoni tas-sitwazzjoni, li minnha rriżulta li t-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali kien qiegħed jiżdied fir-Renju Unit, prinċipalment minħabba l-użu abbużiv tal-proċedura doganali 42. |
|
76 |
Waqt laqgħa li nżammet fix-xahar ta’ Lulju 2016, l-OLAF ippreżenta rapport li jistabbilixxi li t-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali kien qiegħed jiżdied fir-Renju Unit. |
|
77 |
Matul laqgħa li nżammet fit‑18 u fid‑19 ta’ Settembru segwenti, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw ir-riżultati tal-operazzjoni msejħa “Octopus”, operazzjoni li twettqet minn dawn l-awtoritajiet bil-parteċipazzjoni ta’ għaxar Stati Membri oħra, fosthom ir-Renju Unit, u l-appoġġ tal-OLAF. |
|
78 |
Mir-rapport finali dwar din l-operazzjoni jirriżulta li networks kriminali organizzati kienu wara l-frodi tas-sottovalutazzjoni. Id-destinatarju ddikjarat fid-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati kien kważi dejjem impriża msejħa “phoenix”. Il-parti l-kbira tal-merkanzija ttrasportata, ikkontrollata f’Calais (Franza) fuq il-bażi ta’ kriterji ddefiniti minn qabel, kellha valuri ssottovalutati, iddikjarati b’mod frawdolenti fir-Renju Unit fl-ambitu tal-proċedura doganali 42. |
|
79 |
Fix-xahar ta’ Ottubru 2016, l-awtoritajiet tar-Renju Unit wettqu operazzjoni sperimentali, imsejħa “Samurai”, li kienet immirata lejn importazzjonijiet minn żewġ operaturi li waqqfu l-attivitajiet tagħhom immedjatament wara li l-HMRC ikkontestat id-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom. |
|
80 |
Fl‑1 ta’ Marzu 2017, l-OLAF għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni fir-Renju Unit tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u ħareġ ir-rapport tiegħu (iktar ’il quddiem ir-“rapport tal-OLAF”), li minnu jirriżulta li, f’dan il-pajjiż, importaturi kienu evadew ammonti kbar ta’ dazji doganali billi ppreżentaw mal-importazzjoni fatturi foloz, fatturi fittizji u dikjarazzjonijiet doganali inkorretti. |
|
81 |
F’dan ir-rapport, l-OLAF wera żieda sinjifikattiva fil-portata tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni fir-Renju Unit matul il-perijodu bejn is-sena 2013 u s-sena 2016. Din iż-żieda sinjifikattiva kienet tikkoinċidi mal-implimentazzjoni minn Stati Membri oħra ta’ profili tar-riskju li jistrieħu fuq l-għodda ta’ evalwazzjoni tar-riskji bbażata fuq il-PMA, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF. |
|
82 |
Skont l-imsemmi rapport, matul l-imsemmi perijodu, l-importazzjonijiet frawdolenti fir-Renju Unit żdiedu b’mod sinjifikattiv, minħabba n-natura mhux xierqa tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat. Fl-istess rapport, l-OLAF irrileva li, matul is-sena 2016, iktar minn 50 % tal-prodotti kkonċernati importati fir-Renju Unit li joriġinaw miċ-Ċina ġew iddikjarati f’livell taħt il-PMA u madwar 80 % tat-telf totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali tal-Unjoni kien imputabbli għall-implimentazzjoni fir-Renju Unit tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
83 |
F’dan l-istess rapport, l-OLAF ippreċiża wkoll li n-networks kriminali organizzati li joperaw madwar it-territorju kollu tal-Unjoni kienu wara din il-frodi. Il-parti l-kbira tal-importazzjonijiet kkonċernati fir-Renju Unit, li l-maġġoranza kbira tagħhom saret bl-użu b’mod abbużiv tal-proċedura doganali 42, kienet tikkonċerna prodotti intiżi għall-kummerċ illegali u klandestin fit-territorju ta’ Stati Membri oħra. Konsegwentement, l-OLAF qies, fir-rapport tiegħu, li l-frodi tal-VAT kienet ukoll sostanzjali fit-territorju tal-Istati Membri tad-destinazzjoni finali tal-merkanzija kkonċernata, b’mod partikolari fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza u fl-Italja. |
|
84 |
Mir-rapport tal-OLAF jirriżulta li, matul is-sena 2016, 87 % tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati ta’ valur baxx iddestinati għar-Renju Unit kienu saru fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 filwaqt li, matul dik is-sena, din is-sistema intużat biss għal 15 % tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina rreġistrati fit-territorju tal-Istati Membri kollha. Skont l-OLAF, din id-disparità kkonfermat l-ispostament lejn ir-Renju Unit ta’ operazzjonijiet frawdolenti intiżi għal Stati Membri oħra. |
|
85 |
Dejjem skont dan ir-rapport, ir-Renju Unit ma applikax profili tar-riskju bbażati fuq il-PMA, kuntrarjament għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF, u ma wettaqx kontrolli doganali xierqa fuq l-importazzjoni, ħlief matul perijodu ta’ xahar, meta twettqet l-ODC Snake, jiġifieri matul il-perijodu bejn is‑17 ta’ Frar u s‑17 ta’ Marzu 2014. |
|
86 |
Konsegwentement, skont l-imsemmi rapport, ir-Renju Unit ħareġ għal ċirkulazzjoni libera, mingħajr ma wettaq kontrolli doganali xierqa, il-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina li kienu suġġetti għall-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, b’mod li parti sostanzjali tad-dazji doganali dovuti ma nġabrux u lanqas ma tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
|
87 |
Fir-rapport tiegħu, l-OLAF ikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li kienu jirriżultaw għall-perijodu bejn l-2013 u l-2016. Huwa stabbilixxa l-ammont totali ta’ dan it-telf bħala EUR 1987429 507.96 u qasam dan l-ammont kif ġej:
|
|
88 |
L-ammonti tal-imsemmi telf ġew ikkalkolati billi ġiet iddeterminata, għal kull kodiċi tal-prodott ikkonċernat tan-NM, il-kwantità f’kilogrammi tal-merkanzija li kienet is-suġġett tal-importazzjonijiet ikkonċernati, meqjusa bħala li ġew issottovalutati, jiġifieri l-merkanzija ddikjarata b’valur iktar baxx mill-PMA kkonċernat, imbagħad billi ġiet applikata r-rata tad-dazju doganali fis-seħħ għar-riżultat tad-differenza bejn il-valur hekk iddikjarat u l-PMK tal-kodiċi tal-prodott ikkonċernat. |
|
89 |
Fl-aħħar nett, fir-rapport tiegħu, l-OLAF irrakkomanda lill-HMRC tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tirkupra d-dazji doganali evażi fl-ammont ta’ EUR 1987429 507.96 u sabiex tapplika indikaturi tar-riskju ta’ sottovalutazzjoni doganali. |
|
90 |
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 608/2014, uffiċjali tal-Kummissjoni wettqu, bejn ix-xahar ta’ Novembru 2016 u x-xahar ta’ Ottubru 2018, ħames spezzjonijiet fir-Renju Unit li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
91 |
Waqt il-missjoni ta’ spezzjoni 16‑11‑1, li seħħet bejn l‑14 u t‑18 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni, peress li kkonstatat li l-ammonti ta’ dazji doganali li kienu tneħħew mill-kontabbiltà separata prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 609/2014, normalment indikata bħala l-“kontabbiltà B” (iktar ’il quddiem il-“kontabbiltà B”), kienu jikkorrispondu għad-djun addizzjonali mitluba inizjalment permezz tal-ħruġ tal-24 avviż C 18 Snake sussegwentement annullati, stiednet lill-awtoritajiet tar-Renju Unit sabiex jiddeterminaw il-valuri doganali li jikkorrispondu għad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati kollha, jikkalkolaw mill-ġdid id-dazji addizzjonali dovuti fuq dawn il-valuri, jinkludu d-djun korrispondenti fil-kontabbiltà B u jirkupraw l-ammonti kkonċernati fl-iqsar żmien possibbli. Hija talbet ukoll lil dawn l-awtoritajiet jipprovdulha l-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC li, skont dawn l-awtoritajiet, kienet immotivat l-annullament ta’ dawn l-avviżi. |
|
92 |
Il-Kummissjoni staqsiet ukoll lill-imsemmija awtoritajiet jekk dawn kinux japplikaw l-għodda tal-PMA żviluppata mill-OLAF sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet b’riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni, jekk wettqux kontrolli fiżiċi waqt l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata u jekk talbux sistematikament li tiġi kkostitwita garanzija li tkopri d-dazji li jistgħu jkunu eżiġibbli skont l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni. |
|
93 |
Waqt il-missjoni ta’ spezzjoni 17‑11‑1, li seħħet bejn it‑8 u t‑12 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni għażlet, għall-finijiet ta’ verifika fuq il-post, tnax‑il dikjarazzjoni doganali ppreżentati matul l-ewwel trimestru tal-2017 u li fihom valuri partikolarment baxxi. L-eżami ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet ikkonferma li t-tnax-il lott korrispondenti kienu ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni mingħajr kontroll u mingħajr il-kostituzzjoni ta’ garanzija. L-awtoritajiet tar-Renju Unit ammettew li ma kinux implimentaw il-miżuri mitluba mill-OLAF wara l-ODC Snake fl-2014 u sussegwentement fir-rapport stabbilit fi tmiem il-missjoni ta’ spezzjoni 16‑11‑1. Huma spjegaw li dan kien prinċipalment dovut għall-opinjoni tas-servizz legali tagħhom li l-ebda metodu ta’ evalwazzjoni aċċettabbli ma kien disponibbli. Madankollu, l-importazzjonijiet kkonċernati ġew eżaminati mill-grupp ta’ azzjoni stabbilit fl-ambitu tal-operazzjoni Breach. Il-Kummissjoni talbet mill-ġdid lil dawn l-awtoritajiet jipprovdulha kopja tal-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC li, skont dawn tal-aħħar, kienet immotivat l-annullament tal-avviżi C 18 Snake. |
|
94 |
Waqt il-missjoni ta’ spezzjoni 17‑11‑2, li seħħet bejn it‑13 u s‑17 ta’ Novembru 2017, ħames dikjarazzjonijiet doganali ta’ valur partikolarment baxx u li jikkonċernaw importaturi diġà identifikati fl-ambitu tal-ODC Snake bħala frodisti potenzjali ġew eżaminati abbażi ta’ wieħed mill-avviżi C 18 Snake, għal dejn doganali fl-ammont totali ta’ GBP 62003 025.23 (madwar EUR 72834954). Madankollu, fl-assenza tad-dettalji tal-kalkoli ta’ dan id-dejn, irriżulta impossibbli li tiġi stabbilita rabta bejn dan tal-aħħar u d-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati, li, skont l-HMRC, kien jiġġustifika l-annullament tal-imsemmi dejn. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-Kummissjoni talbu mill-ġdid li l-awtoritajiet tar-Renju Unit jipprovdulha kopja tal-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC li timmotiva l-annullament ta’ dawn l-avviżi, iżda dawn irrifjutaw li jilqgħu din it-talba minħabba li dan id-dokument kien kunfidenzjali u suġġett għall-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu. |
|
95 |
Matul din il-missjoni, l-awtoritajiet tar-Renju Unit informaw lill-uffiċjali tal-Kummissjoni bit-tnedija mill-HMRC, fit‑12 ta’ Ottubru 2017, tal-operazzjoni magħrufa bħala “Swift Arrow”. |
|
96 |
Ġie spjegat li l-profili tar-riskju użati fl-ambitu ta’ din l-operazzjoni ma kinux ibbażati fuq il-livelli minimi ffissati skont il-metodu OLAF‑JRC iżda fuq livelli minimi jew profili tar-riskju nazzjonali ddeterminati mill-HMRC abbażi biss tal-importazzjonijiet fir-Renju Unit u li dawn il-livelli minimi jew profili kienu applikati biss għal ċerti operaturi identifikati minn qabel bħala li jagħmlu kummerċ illegali u klandestin. Il-kontejners identifikati mill-imsemmija livelli minimi jew profili tar-riskju kienu suġġetti għal kontrolli fiżiċi mill-awtoritajiet tar-Renju Unit waqt l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. Fejn dawn l-awtoritajiet qiesu li l-valur iddikjarat ta’ din il-merkanzija ma kienx iġġustifikat, huma eżiġew li tiġi kkostitwita garanzija qabel ir-rilaxx ta’ din il-merkanzija. |
|
97 |
Matul il-missjoni ta’ spezzjoni 18‑11‑1, li seħħet bejn is‑16 u l‑20 ta’ April 2018, ġew eżaminati 25 dikjarazzjoni doganali marbuta mal-perijodu dekorribbli mit‑12 ta’ Ottubru 2017, data tal-bidu tal-operazzjoni Swift Arrow, sal‑31 ta’ Diċembru 2017. Ġie kkonstatat li sebgħa biss minn dawn id-dikjarazzjonijiet doganali b’valur baxx ħafna kienu ġew identifikati permezz tal-istess livelli minimi jew profili tar-riskju u li t-18-il kontejner l-oħra kienu ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera mingħajr ma ġie kkontestat il-valur doganali kkonċernat. L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw li, mit-tnedija tal-operazzjoni Swift Arrow, il-livelli minimi jew il-profili tar-riskju tal-HMRC kienu ġew aġġustati sabiex jinkludi iktar operaturi, kodiċijiet tan-NM u punti tad-dħul, b’mod li, kieku l-importazzjonijiet inkwistjoni saru f’April 2018, dawn il-livelli minimi jew profili tar-riskju kienu jippermettu li jiġu identifikati ħdax-il dikjarazzjoni addizzjonali. |
|
98 |
Barra minn hekk, skont dawn l-awtoritajiet, diversi operaturi magħżula interrompew l-importazzjonijiet tagħhom malli dawn ġew inklużi fl-imsemmija livelli minimi jew profili tar-riskju, ġew suġġetti għal kontrolli doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata u kellhom jikkostitwixxu garanziji qabel dan ir-rilaxx ġie akkordat. |
|
99 |
L-imsemmija awtoritajiet, madankollu, irrifjutaw li jgħaddu lill-Kummissjoni id-dettalji tal-metodu ta’ kalkolu użat mill-HMRC sabiex tiddetermina l-garanziji meħtieġa fl-ambitu tal-operazzjoni Swift Arrow u sabiex tistabbilixxi l-ordnijiet ta’ rkupru a posteriori f’dan il-kuntest. |
|
100 |
Fix-xahar ta’ Mejju 2018, tmien avviżi C 18 Breach inħarġu u ġew inklużi fil-kontabbiltà B fir-rigward tal-importazzjonijiet magħmula mill‑1 ta’ Mejju 2015 u kkunsidrati bħala li kienu ssottovalutati, għal ammont totali ta’ madwar GBP 25 miljun (madwar EUR 30 miljun). |
|
101 |
Matul il-missjoni ta’ spezzjoni 18‑11‑2, li saret bejn it‑8 u t‑12 ta’ Ottubru 2018, l-awtoritajiet tar-Renju Unit sostnew ir-rifjut li huma kienu diġà taw matul il-missjoni ta’ spezzjoni 18‑11‑1. B’mod kontrastanti, huma kkonfermaw li kienu kkonstataw, f’April 2018, dazji addizzjonali għal seba’ operaturi, li diversi minnhom kienu diġà ġew identifikati matul l-ODC Snake, għal ammont totali ta’ GBP 19434 197.73 (madwar EUR 22829352). |
B. Il‑proċedura prekontenzjuża
|
102 |
Permezz tal-ittri tal‑24 ta’ Marzu u tat‑28 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni talbet lir-Renju Unit informazzjoni dwar l-azzjoni sussegwenti tiegħu għar-rapport tal-OLAF. Hija indikat li ma kienet irċeviet ebda informazzjoni konkreta addizzjonali mingħand dan l-Istat Membru u li ma kien hemm ebda indikazzjoni li r-Renju Unit kien ħa l-miżuri xierqa sabiex jipprekludi l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. Fl-assenza ta’ informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni indikat li kienet obbligata titlob lill-imsemmi Stat jagħmel disponibbli ammont ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jikkorrispondi għat-telf iddeterminat mill-OLAF, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir. |
|
103 |
F’waħda mit-tliet ittri tat‑28 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni talbet ukoll li tkun informata bl-azzjoni sussegwenti meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit wara r-rapport tal-missjoni ta’ spezzjoni 16‑11‑1, u sostniet it-talba tagħha f’dan ir-rigward li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC li wasslet għall-annullament tal‑24 avviż C 18 Snake kif ukoll il-lista ta’ dokumenti relatati ma’ kull wieħed mill-24 fajl, inklużi d-dettalji tal-kalkoli mwettqa sabiex jiġu kkonstatati d-djun doganali korrispondenti. |
|
104 |
Permezz tal-ittri tat‑8 ta’ Awwissu u tat‑12 ta’ Ottubru 2017, ir-Renju Unit wieġeb għal dawn l-ittri tal-Kummissjoni. |
|
105 |
Fir-rigward, l-ewwel nett, tar-rapport tal-OLAF, ir-Renju Unit irrileva li kienu ttieħdu miżuri sabiex tiġi miġġielda l-problema tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, bħat-tnedija tal-operazzjoni Breach. Id-dritt tal-Unjoni ma jimponix tip partikolari ta’ kontroll, b’mod li huwa kull Stat Membru li għandu jiddeċiedi kif l-aħjar japplika dan id-dritt. Miżuri ta’ kontroll doganali ta’ qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata, bħall-kostituzzjoni ta’ garanziji, ma humiex, barra minn hekk, min-natura tagħhom iktar effettivi minn miżuri a posteriori, bħal dawk applikati mir-Renju Unit. Il-metodu OLAF‑JRC la huwa affidabbli u lanqas xieraq skont ir-Renju Unit, sa fejn huwa bbażat, b’mod partikolari, fuq l-applikazzjoni ta’ data stabbilita fuq il-livell tal-Unjoni. Konsegwentement, dan il-metodu huwa kritikabbli u jikkostitwixxi r-raġuni għaliex ir-Renju Unit żviluppa l-metodu tiegħu stess li ma għandux in-nuqqasijiet li għandu dak irrakkomandat mill-OLAF. |
|
106 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-azzjoni sussegwenti għar-rapport tal-missjoni ta’ spezzjoni 16‑11‑1, ir-Renju Unit indika li l‑24 avviż C 18 Snake kienu ġew annullati u l-ammonti korrispondenti rtirati mill-kontabbiltà B minħabba l-impossibbiltà li jiġi pprovat l-ammont tal-valuri reali tal-merkanzija importata, iżda li din l-impossibbiltà kellha tiġi rrimedjata minn grupp ta’ esperti fl-ambitu tal-operazzjoni Breach. |
|
107 |
Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit ikkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li huwa impossibbli li t-talba għall-komunikazzjoni tal-kontenut tal-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC li wasslet għall-annullament tal-24 avviż C 18 Snake tintlaqa’ filwaqt li invoka raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u ta’ protezzjoni tas-sigriet professjonali bejn avukat u l-klijent tiegħu. |
|
108 |
Fid‑9 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni bagħtet lir-Renju Unit ittra ta’ intimazzjoni. |
|
109 |
Ir-Renju Unit wieġeb lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tat‑22 ta’ Ġunju 2018. F’anness għal din ittra, dan l-Istat Membru talab li tintbagħatlu verżjoni sħiħa tar-rapport tal-OLAF, peress li kellu biss verżjoni ta’ dan ir-rapport mhux kompleta, u li l-Kummissjoni tipprovdih bi tweġibiet għal mistoqsijiet iddettaljati dwar il-metodu użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mitluba. |
|
110 |
Fl‑24 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lir-Renju Unit (iktar ’il quddiem l-“opinjoni motivata”), li fiha hija wieġbet speċifikament għat-talbiet ifformulati minn dan l-Istat Membru fl-anness tal-ittra tiegħu tat‑22 ta’ Ġunju 2018. Fl-opinjoni motivata, dan tal-aħħar ingħata terminu ta’ xahrejn sabiex iwieġeb. |
|
111 |
Fid‑19 ta’ Diċembru 2018, billi ma rċevietx tweġiba mir-Renju Unit għall-opinjoni motivata f’dan it-terminu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li din l-istituzzjoni kienet informat minn qabel lil dan l-Istat Membru, fit‑18 ta’ Diċembru 2018, bl-intenzjoni tagħha li tadotta tali deċiżjoni l-għada. |
|
112 |
Fuq talba tal-awtoritajiet tar-Renju Unit u wara diversi skambji informali bejn dawn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika bejn l-imsemmija awtoritajiet u dawn is-servizzi fid‑9 ta’ Jannar 2019. Waqt din il-laqgħa teknika, kumpannija ta’ konsulenza ppreżentat il-konklużjonijiet ta’ rapport li r-Renju Unit kien talabha tagħmel. |
|
113 |
Fil‑11 ta’ Frar 2019, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni t-tweġiba tiegħu għall-opinjoni motivata, li kienet tinkludi dan ir-rapport fl-anness. |
|
114 |
Fis‑7 ta’ Marzu 2019, wara li eżaminat din it-tweġiba, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
III. Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
115 |
Permezz tad-deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑26 ta’ Settembru 2019, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Slovakka (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-“Istati Membri intervenjenti”) ġew ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tar-Renju Unit. |
|
116 |
Permezz ta’ ittra tal‑11 ta’ April 2019, ir-Renju Unit talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna lill-Kummissjoni twieġeb għall-mistoqsijiet li huwa kien għamlilha fit-talba tiegħu għal informazzjoni msejħa “ddefinita mill-ġdid” li tinsab fl-ittra tiegħu tat‑22 ta’ Marzu preċedenti, li kienet testendi dawk li jinsabu fit-talba għal informazzjoni li huwa kien bagħat lil din l-istituzzjoni permezz tal-ittra tat‑22 ta’ Ġunju 2018. |
|
117 |
Permezz ta’ ittra tas‑6 ta’ Ġunju 2020, ir-Renju Unit ressaq talba għal miżuri istruttorji jew ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tordna lill-Kummissjoni twieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet, li wħud minnhom kienu diġà saru fit-talbiet għall-informazzjoni hawn fuq imsemmija li jinsabu fl-ittri tat‑22 ta’ Ġunju 2018 u tat‑22 ta’ Marzu 2019. |
|
118 |
Fil-kuntest tal-istruttorja tal-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni dawn it-talbiet tar-Renju Unit għall-finijiet tal-formulazzjoni tal-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li hija bagħtet lill-Kummissjoni u lil dan l-Istat permezz tal-ittra tal‑14 ta’ Ottubru 2020. Barra minn hekk, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet ġew sussegwentement ittrattati f’dibattitu kontradittorju matul is-seduta. |
IV. Fuq ir‑rikors
|
119 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135 tat‑30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva, għan-nom tal-Unjoni Ewropea tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija awtomatika (KEEA), dan il-ftehim, li jinsab anness ma’ din id-deċiżjoni (ĠU 2020, L 29, p. 7, iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-ħruġ”). |
|
120 |
Mill-Artikolu 86 tal-imsemmi ftehim jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ kompetenti b’mod partikolari sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kull proċedura mibdija kontra r-Renju Unit qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(e) tal-istess ftehim, moqri flimkien mal-Artikolu 126 tiegħu, jiġifieri qabel l‑1 ta’ Jannar 2021 (iktar ’il quddiem il-“perijodu ta’ tranżizzjoni”). Peress li dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ġie ppreżentat fis‑7 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ konsegwentement kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu. |
|
121 |
Jista’ jingħad ukoll li, fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni relatati mas-snin finanzjarji sal-2020, mill-Artikoli 136 u 160 tal-Ftehim dwar il-ħruġ jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ kompetenti, skont l-Artikolu 258 TFUE, wara l‑31 ta’ Diċembru 2020, u, konsegwentement, anki lil hinn mill-perijodu ta’ erba’ snin wara tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 87(1) tiegħu li huwa previst għall-preżentata ta’ rikors ġdid abbażi tal-Artikolu 258 TFUE dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jkun seħħ qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni. |
A. Fuq l‑ammissibiltà
|
122 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat l-argument invokat mir-Renju Unit sabiex jikkontesta totalment jew parzjalment l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
1. Fuq il‑ksur tad‑drittijiet tad‑difiża tar‑Renju Unit matul il‑proċedura prekontenzjuża u fl‑ambitu tal‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
123 |
Ir-Renju Unit isostni li dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa inammissibbli peress li d-drittijiet tad-difiża tiegħu ma ġewx irrispettati kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
124 |
Fl-ewwel lok, id-drittijiet tad-difiża tar-Renju Unit inkisru peress li l-Kummissjoni la wieġbet għat-talba tiegħu għal informazzjoni li tinsab fl-ittra tat‑22 ta’ Ġunju 2018 u lanqas għat-talba tiegħu għal informazzjoni msejħa “ddefinita mill-ġdid” li tinsab fl-ittra tat‑22 ta’ Marzu 2019, meta din hija informazzjoni li r-Renju Unit kellu bżonn sabiex ikun jista’ jifhem in-nuqqas allegat fil-konfront tiegħu u sabiex ikun f’pożizzjoni li jiddefendi ruħu. |
|
125 |
B’hekk, fin-nuqqas ta’ tweġiba għal dawn it-talbiet għal informazzjoni, ir-Renju Unit ma kellux l-informazzjoni neċessarja sabiex ikun jista’ jirrikostitwixxi l-ammont ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mitlub mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, anki wara l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fir-replika f’dak li jirrigwarda l-kalkolu ta’ dan l-ammont, għad hemm inċertezzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-metodu użat sabiex jiġu kkoreġuti l-prezzijiet medji jew il-punt dwar jekk id-data mhux aggregata li għandu dan l-Istat tikkorrispondix għad-data aggregata ta’ kuljum użata minn din l-istituzzjoni fil-kuntest tal-imsemmi kalkolu. Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li dawn l-ispjegazzjonijiet jinkludu parti mill-informazzjoni mitluba, dawn ġew ikkomunikati tardivament u, għaldaqstant, bi ksur kemm tad-drittijiet tad-difiża tal-imsemmi Stat kif ukoll tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali impost fuq l-imsemmija istituzzjoni. |
|
126 |
Ir-Renju Unit isostni li d-drittijiet tad-difiża tiegħu nkisru wkoll peress li l-Kummissjoni rrifjutat li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni li jinsabu fl-ittri tat‑22 ta’ Ġunju 2018 u tat‑22 ta’ Marzu 2019, intiżi sabiex tinkiseb minn din l-istituzzjoni informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri l-oħra għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
127 |
Issa, din l-informazzjoni kienet neċessarja għar-Renju Unit sabiex ikun jista’ jiddefendi ruħu kontra l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni li miżuri xierqa kienu ttieħdu fi Stati Membri oħra u kienu pproduċew riżultati fil-ġlieda kontra din il-frodi. Din kienet rilevanti wkoll sabiex, minn naħa, jiġi ddeterminat jekk il-miżuri meħuda mir-Renju Unit kinux jaqgħu taħt il-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu u kinux jikkostitwixxu għalhekk approċċ raġonevoli għall-ġlieda kontra l-imsemmija frodi u, min-naħa l-oħra, jiġu invokati argumenti f’dak li jikkonċerna r-rabta kawżali eżistenti bejn l-aġir li huwa akkużat bih ir-Renju Unit u t-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali allegati mill-Kummissjoni. |
|
128 |
Fit-tieni lok, ir-Renju Unit isostni li d-drittijiet tad-difiża tiegħu nkisru peress li l-Kummissjoni kkompromettiet il-kapaċità tiegħu li jaċċedi għad-data kollha neċessarja għad-difiża tiegħu peress li d-dikjarazzjonijiet doganali preċedenti għas-sena 2014 ġew meqruda, peress li dawn jinżammu għal erba’ snin biss. L-aċċess għal din id-data kien neċessarju peress li l-Kummissjoni estendiet il-perijodu ta’ ksur lil hinn minn dak indikat fir-rapport tal-OLAF billi għamlet dan il-perijodu dekorribbli mis-sena 2011. Din hija bidla fil-pożizzjoni tal-Kummissjoni u twessiegħ tal-kawża li ppreġudikat id-drittijiet tad-difiża tar-Renju Unit. |
|
129 |
Fit-tielet lok, ir-Renju Unit isostni li l-Kummissjoni ma rrispettatx id-drittijiet tad-difiża tiegħu peress li hija ma pproduċietx provi dwar in-natura tal-merkanzija kkonċernata u l-Istat Membru tad-destinazzjoni ta’ din il-merkanzija. |
|
130 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-Renju Unit. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
131 |
Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jinvoka l-eċċezzjonijiet tad-difiża tiegħu b’mod utli kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni. Ir-regolarità ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi garanzija essenzjali meħtieġa mit-Trattat FUE, mhux biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni, iżda wkoll sabiex jiġi żgurat li l-proċedura kontenzjuża eventwali jkollha bħala għan tilwima ddefinita b’mod ċar (sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2017, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (Taxxa ta’ reġistrazzjoni) (C‑552/15, EU:C:2017:698, punti 28 u 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
132 |
Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita dwar l-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kull rikors promotur għandu jindika b’mod ċar u preċiż is-suġġett tal-kawża u għandu jinkludi espożizzjoni fil-qosor tal-motivi invokati sabiex il-konvenut ikun jista’ jipprepara d-difiża tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom ikun ibbażat rikors għandhom jiġu indikati b’mod koerenti u li jistgħu jinftiehmu mit-test stess tar-rikors u li t-talbiet tiegħu għandhom jiġu fformulati b’mod mhux ekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi ultra petita jew tonqos milli tiddeċiedi fuq ilment (sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi, C‑395/17, EU:C:2019:918, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
133 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE, dan għandu jippreżenta l-ilmenti b’mod koerenti u preċiż sabiex l-Istat Membru u l-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jifhmu eżattament il-portata tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni allegat, kundizzjoni neċessarja sabiex dan l-Istat ikun jista’ jsostni b’mod effettiv l-eċċezzjonijiet tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tivverifika l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat (sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi, C‑395/17, EU:C:2019:918, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
134 |
F’dan il-każ, fir-rigward, fl-ewwel lok, tar-rifjut tal-Kummissjoni li tipprovdi lir-Renju Unit ċerta informazzjoni li dan tal-aħħar kien talabha bl-ittri tat‑22 ta’ Ġunju 2018 u tat‑22 ta’ Marzu 2019 minkejja li din kienet essenzjali għad-difiża tagħha, hemm lok, l-ewwel nett, li jiġi kkonstatat li, fil-punti 301 sa 326 tal-opinjoni motivata, il-Kummissjoni wieġbet b’mod xieraq għall-kritika, ifformulata fl-ittra tat‑22 ta’ Ġunju 2018, li l-kopja tal-Anness 2 tar-rapport tal-OLAF, kif mehmuża mal-ittra ta’ intimazzjoni, ma kinitx kompleta minħabba li diversi paġni ta’ dan l-Anness 2 kienu nieqsa. |
|
135 |
Il-Kummissjoni spjegat, essenzjalment, f’dawn il-punti tal-opinjoni motivata, li l-imsemmi Anness 2 kien ġie ssostitwit bl-Anness 7 ta’ dan ir-rapport, li kien disponibbli għall-awtoritajiet tar-Renju Unit u kien jinkludi żewġ dokumenti tekniċi li fihom kienet esposta informazzjoni ddettaljata dwar il-metodu tal-OLAF‑JRC, metodu li l-Kummissjoni użat ukoll sabiex tikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall-perijodu ta’ ksur li hija talbet li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha fl-opinjoni motivata u kif ukoll fir-rikors. |
|
136 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-kopja tal-Anness 2 tar-rapport tal-OLAF, kif mehmuża mal-ittra ta’ intimazzjoni, ma kinitx kompleta ma kkompromettix il-possibbiltà għar-Renju Unit li jsostni utilment l-eċċezzjonijiet ta’ difiża tiegħu kontra l-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni. |
|
137 |
Sussegwentement, skont ir-Renju Unit, id-drittijiet tad-difiża tiegħu nkisru peress li l-Kummissjoni rrifjutat li tipprovdilu, bi tweġiba għat-talba tiegħu għal informazzjoni msejħa “ddefinita mill-ġdid” li tinsab fl-ittra tat‑22 ta’ Marzu 2019, ċerta informazzjoni dwar id-dettalji tal-kalkolu tal-PMK u l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mitlub fl-opinjoni motivata u kif ukoll fir-rikors, meta dawn kienu essenzjali għad-difiża tiegħu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrileva, essenzjalment, ukoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 126 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni wriet, fil-punti 132 sa 141 tar-replika, li kemm id-data użata kif ukoll il-metodu applikat sabiex jitwettaq dan il-kalkolu kienu dejjem magħrufa mir-Renju Unit u li dan tal-aħħar kellu konsegwentement f’kull mument, kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-elementi kollha neċessarji li jippermettulu li jirrikostitwixxi dan l-ammont u, għaldaqstant, li jikkritikah. |
|
138 |
Barra minn hekk, anki jekk ir-Renju Unit isostni li għad hemm inċertezzi fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-imsemmi kalkolu, għandu jiġi kkonstatat li, kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-Istat ħa l-opportunità sabiex jikkritika fid-dettall lil dan tal-aħħar u kif ukoll id-data u l-metodu OLAF‑JRC li fuqhom l-istess kalkolu huwa bbażat. It-tweġibiet ipprovduti minn dan l-Istat għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari dawk dwar l-impatt ta’ ċerti aġġustamenti tal-kalkolu tal-PMK fuq l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, jikkonfermaw barra minn hekk li dan kellu, f’kull mument, aċċess sħiħ għad-databases kollha u għad-dokumenti tekniċi użati mill-Kummissjoni sabiex twettaq dan il-kalkolu. |
|
139 |
Minn dan isegwi wkoll li, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fir-replika bl-ebda mod ma tikkostitwixxi informazzjoni ġdida, b’mod li din l-istituzzjoni ma tistax tiġi kkritikata li rrimedjat b’mod tardiv nuqqas ta’ informazzjoni li tippreġudika d-drittijiet tad-difiża ta’ dan l-Istat. |
|
140 |
Minn dan għandu jiġi konkluż li, fir-rigward tad-data użata u tal-metodu applikat mill-Kummissjoni sabiex tikkalkola l-PMK u l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali allegat minn din l-istituzzjoni li sar fir-Renju Unit, dan tal-aħħar kellu għad-dispożizzjoni tiegħu, kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-elementi fattwali kollha neċessarji sabiex ikun jista’ jsostni b’mod utli l-eċċezzjonijiet ta’ difiża tiegħu kontra l-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni. |
|
141 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-rifjut tal-Kummissjoni li tipprovdi lir-Renju Unit, bi tweġiba għall-ittri tat‑22 ta’ Ġunju 2018 u tat‑22 ta’ Marzu 2019, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri l-oħra sabiex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, Stat Membru ma jistax jiġġustifika n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattati bil-fatt li Stati Membri oħra wkoll jonqsu mill-obbligi tagħhom. Fil-fatt, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni stabbilit mit-Trattat FUE, l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri ma tistax tiġi suġġetta għal kundizzjoni ta’ reċiproċità. L-Artikoli 258 u 259 TFUE jipprovdu r-rimedji adegwati sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-Istati Membri li jwettqu l-obbligi tagħhom taħt it-Trattat FUE (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2018, Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, C‑356/15, EU:C:2018:555, punt 106 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
142 |
F’dan ir-rigward, anki jekk jitqies li, kif jallega r-Renju Unit, Stati Membri oħra kellhom, matul il-perijodu ta’ ksur jew parti minnu, mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali intiż sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni li kien simili f’ċerti aspetti għal dak li r-Renju Unit kien qiegħed japplika dak iż-żmien, tali ċirkustanza hija fiha nnifisha irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-mekkaniżmu ta’ dan l-Istat kienx konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra tali frodi bħalma huwa l-Artikolu 325 TFUE. |
|
143 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, kif juru, b’mod partikolari, id-diversi dokumenti prodotti mir-Renju Unit fl-anness tal-ittra tiegħu tas‑6 ta’ Ġunju 2020, li permezz tagħha dan l-Istat talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tadotta ċerti miżuri istruttorji jew ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, l-imsemmi Stat kien jaf bid-diversi miżuri meħuda, matul il-perijodu ta’ ksur kollu jew parti minnu, minn diversi Stati Membri oħra sabiex jikkombattu l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, b’mod partikolari dawk li kienu ġew adottati fi Franza, kif ukoll bl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn il-miżuri, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-konformità tagħhom mad-dritt tal-Unjoni, u li huwa, barra minn hekk, uża din l-informazzjoni fin-noti tad-difiża tiegħu. Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet ikkonfermaw l-informazzjoni ddettaljata li r-Renju Unit diġà kellu. |
|
144 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument tar-Renju Unit li d-drittijiet tad-difiża tiegħu nkisru peress li l-Kummissjoni kkompromettiet il-kapaċità tiegħu li jaċċedi għad-data kollha neċessarja għad-difiża tiegħu peress li d-dikjarazzjonijiet doganali preċedenti għas-sena 2014 kienu ġew meqruda, peress li dawn jinżammu biss għal perijodu ta’ erba’ snin, dan lanqas ma jista’ jintlaqa’. |
|
145 |
Fil-fatt, kif l-Avukat Ġenerali rrileva wkoll, essenzjalment, fil-punt 130 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fir-rigward tal-parti tal-perijodu ta’ ksur preċedenti għas-sena 2014 koperta minn dan ir-rikors, ksur li, kif irrilevat fil-punt 455 ta’ din is-sentenza, jirrigwarda biss id-djun doganali kkonstatati fl-ordnijiet ta’ rkupru a posteriori li jinsabu fl-avviżi C 18 Snake, ir-Renju Unit ipproduċa, bħala anness mal-kontroreplika, tabella tal-imsemmija avviżi li huwa ħareġ fir-rigward tal-importazzjonijiet li saru matul dik il-parti tal-perijodu ta’ ksur, kopji ta’ dawn l-avviżi u tabelli li jesponi d-dettalji tal-kalkoli li huwa uża. Issa, dawn it-tabelli jirreferu għad-dikjarazzjonijiet doganali dwar dawn l-importazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Renju Unit ma jikkontestax li għandu dawn id-dikjarazzjonijiet doganali peress li dawn kienu s-suġġett ta’ ordnijiet ta’ rkupru a posteriori li ġew ikkontestati fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi ta’ eżami mill-ġdid. |
|
146 |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-ilment tar-Renju Unit li skontu l-Kummissjoni ma rrispettatx id-drittijiet tad-difiża tiegħu sa fejn din ma pproduċietx provi dwar in-natura tal-merkanzija kkonċernata u l-Istat Membru tad-destinazzjoni ta’ din il-merkanzija, tali lment ma jikkonċernax l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, iżda l-fondatezza ta’ dan tal-aħħar peress li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni, li għandha l-oneru tal-prova tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu li hija tallega, urietx b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-motivi li hija tqajjem fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u tal-ksur ta’ dispożizzjonijiet relatati mar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT huma fondati, fid-dawl b’mod partikolari tan-natura u tad-destinazzjoni tal-imsemmija merkanzija. |
|
147 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Renju Unit matul il-proċedura prekontenzjuża u fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi miċħuda. |
2. Fuq l‑insuffiċjenza tal‑bażi fattwali u legali tal‑ilment ibbażat fuq ksur tad‑dritt tal‑Unjoni fil‑qasam tal‑VAT, b’mod partikolari, fir‑rigward tal‑proċedura doganali 42
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
148 |
Ir-Renju Unit isostni li l-Kummissjoni ma rrispettatx id-drittijiet tad-difiża tiegħu kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li din naqset milli tipprovdilu fl-opinjoni motivata u fir-rikors informazzjoni suffiċjenti dwar il-bażi fattwali u legali tan-nuqqas allegat fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT kif ukoll tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT. Din l-ommissjoni ma ppermettietx lir-Renju Unit jifhem, b’mod partikolari, l-ilment li skontu huwa għandu jinżamm responsabbli għan-nuqqas ta’ ġbir sħiħ tal-VAT dovuta fi Stat Membru ieħor għal prodotti importati fit-territorju tiegħu fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 u, għaldaqstant, għall-assenza ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni ta’ riżorsi proprji li ġejjin minn din it-taxxa. Fl-assenza ta’ tali informazzjoni, ir-Renju Unit ma setax isostni b’mod utli l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra dan l-ilment. |
|
149 |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma qajmet ebda element li juri li, sa fejn ir-Renju Unit ma adottax il-miżuri xierqa sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, dan l-Istat ikkomprometta l-ġbir tal-VAT minn Stati Membri oħra jew ipprekluda lil dawn tal-aħħar milli jiġbru din it-taxxa u milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji korrispondenti. |
|
150 |
Għalhekk, ebda ammont ma huwa mitlub abbażi tat-telf ta’ riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT li jirriżulta min-nuqqas ta’ ġbir tal-VAT u ebda informazzjoni ma ġiet ipprovduta fir-rigward tal-operaturi kkonċernati, tal-Istati Membri tad-destinazzjoni tal-merkanzija kkonċernata, tal-kontroll minn dawn tal-aħħar ta’ dawn l-operaturi qabel u wara li ntbagħtet din il-merkanzija jew tal-miżuri li ttieħdu jew li ma ttiħdux minn dawn l-Istati Membri tad-destinazzjoni sabiex jiġbru l-VAT mingħand l-imsemmija operaturi. |
|
151 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-Renju Unit. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
152 |
Huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-argument invokat mir-Renju Unit jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-ilment ibbażat fuq ksur tad-Direttiva 2006/112 u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT, imsemmi fl-ewwel żewġ paragrafi tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, huwiex ibbażat fuq bażi legali u jekk il-materjalità tal-fatti legalment rilevanti ntwerietx mill-Kummissjoni b’mod suffiċjenti fid-dritt fl-ambitu ta’ din il-proċedura. Issa, tali argument jikkonċerna l-fondatezza ta’ dan l-ilment u mhux l-ammissibbiltà tiegħu. |
|
153 |
Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq l-insuffiċjenza tal-bażi fattwali u legali tal-ilment ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT, b’mod partikolari, fir-rigward tal-proċedura doganali 42, għandha tiġi miċħuda. |
3. Fuq il‑ksur tal‑prinċipji ta’ protezzjoni tal‑aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ estoppel u ta’ kooperazzjoni leali
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
154 |
Ir-Renju Unit isostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ estoppel u ta’ kooperazzjoni leali billi ma osservatx ċerti assigurazzjonijiet li hija tat lil dan l-Istat meta hija ppreżentat dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, sa fejn dan ir-rikors ikopri l-perijodu li jippreċedi l-aħħar tax-xahar ta’ Frar 2015, b’mod li, f’dan ir-rigward, l-imsemmi rikors għandu jiġi miċħud. |
|
155 |
F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit jinvoka ċerti dikjarazzjonijiet ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni jew tal-OLAF li saru matul il-laqgħat li nżammu fl-2014 u fl-2015 mal-amministrazzjoni tiegħu, b’mod partikolari l-HMRC, dwar il-miżuri meħuda minn dan l-Istat sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
156 |
Minn dawn id-dikjarazzjonijiet jirriżulta li, sal-aħħar tax-xahar ta’ Frar 2015, l-imsemmi Stat Membru seta’ leġittimament jaħseb li l-Kummissjoni u l-OLAF kienu jikkunsidraw li l-mekkaniżmu tiegħu ta’ kontrolli doganali, ikkaratterizzat mill-fatt li kien ibbażat fuq miżuri a posteriori, bħal ordnijiet ta’ rkupru, u mhux fuq miżuri bħall-applikazzjoni ta’ livelli minimi tar-riskju qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata jew il-kostituzzjoni ta’ garanziji, kien konformi mad-dritt tal-Unjoni u li konsegwentement ma kienx ser ikun suġġett għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba dan il-mekkaniżmu. |
|
157 |
Ir-Renju Unit jirreferi, b’mod partikolari, għal tliet assigurazzjonijiet mogħtija minn uffiċjali tal-OLAF jew tal-Kummissjoni matul il-perijodu ta’ ksur li, fil-fehma tiegħu, setgħu joħolqu tali aspettattiva leġittima. |
|
158 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-dikjarazzjoni li, skont il-minuti tal-uffiċjali tar-Renju Unit, saret minn uffiċjal tal-OLAF waqt laqgħa miżmuma fit‑13 ta’ Ġunju 2014, li skontha dan qal li kien “issodisfatt bil-progress li sar mir-Renju Unit, kif ukoll bil-miżuri li kienu diġà ttieħdu sa dik id-data u dawk li kienu previsti”, din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi assigurazzjoni mhux ekwivoka li l-OLAF ma jikkunsidrax li r-Renju Unit kien qed jikser l-obbligi imposti fuqu tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi. |
|
159 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-dikjarazzjoni li saret fix-xahar ta’ Ottubru 2014 minn uffiċjal tal-Kummissjoni, li tinforma lir-Renju Unit li l-parteċipazzjoni tiegħu fl-ACP Discount kienet “sodisfaċenti” u li l-azzjonijiet meħtieġa għat-tmexxija tajba ta’ din l-operazzjoni “[kienu] ġew implimentati f’waqthom u b’mod effettiv”, din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi assigurazzjoni ċara u mhux ekwivoku li r-Renju Unit ma naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni tiegħu fl-imsemmija operazzjoni. |
|
160 |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tad-dikjarazzjoni, li saret minn uffiċjal tal-OLAF matul l-ewwel laqgħa bilaterali tal-OLAF mal-HMRC, li nżammet fid‑19 u fl‑20 ta’ Frar 2015, li tipprovdi li, skont il-minuti ta’ din il-laqgħa redatti mill-uffiċjali tar-Renju Unit, “sa dakinhar”, dan l-Istat Membru kien “għamel dak li kellu jsir”, din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi assigurazzjoni f’dak li jirrigwarda l-miżuri kollha meħuda “sa dakinhar” mill-imsemmi Stat Membru u mhux biss f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-ħruġ tal-avviżi C 18 Snake. |
|
161 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-Renju Unit. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
162 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan imfittex mill-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE huwa l-konstatazzjoni oġġettiva tan-nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattat FUE jew att tad-dritt sekondarju u li tali proċedura tippermetti wkoll li jiġi ddeterminat jekk Stat Membru kisirx id-dritt tal-Unjoni f’każ partikolari (sentenza tas‑27 ta’ Marzu 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑620/16, EU:C:2019:256, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
163 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li l-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ kooperazzjoni leali ma jistgħux jiġu invokati minn Stat Membru sabiex jostakola l-konstatazzjoni oġġettiva tan-nuqqas ta’ osservanza, minnu, tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattat FUE, billi l-ammissjoni ta’ din il-ġustifikazzjoni tmur kontra l-għan imfittex mill-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE marbuta ma’ tali konstatazzjoni oġġettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Mejju 2010, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, C‑311/09, mhux ippubblikata, EU:C:2010:257, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
164 |
L-aċċettazzjoni ta’ tali ġustifikazzjoni tmur ukoll kontra mhux biss ir-rekwiżit tal-Unjoni li tosserva l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati, previst fl-Artikolu 4(2) TUE, iżda wkoll il-prinċipju, stabbilit minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li skontu l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali sabiex tiddeċiedi dwar jekk huwiex opportun li taġixxi kontra Stat Membru, sabiex tiddetermina d-dispożizzjonijiet li huwa kiser u sabiex tagħżel il-mument li fih hija tibda l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontrih, filwaqt li l-kunsiderazzjonijiet li jiddeterminaw din l-għażla ma jistgħux jaffettwaw l-ammissibbiltà tal-azzjoni (sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2017, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (Taxxa ta’ reġistrazzjoni)C‑552/15, EU:C:2017:698, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
165 |
Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minbarra l-każijiet li fihom tali kompetenzi huma speċifikament mogħtija lilha, il-Kummissjoni ma hijiex awtorizzata tagħti garanziji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ aġir determinat u li, fi kwalunkwe każ, hija ma għandhiex is-setgħa tawtorizza aġir li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ġunju 2000, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑348/97, EU:C:2000:317, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
166 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk jiġi preżunt li l-uffiċjali tal-OLAF u tal-Kummissjoni kellhom l-intenzjoni, permezz tad-dikjarazzjonijiet li r-Renju Unit jinvoka u li jissemmew fil-punti 158 sa 160 ta’ din is-sentenza, jagħtu garanziji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-mekkaniżmu ta’ dan l-Istat intiż sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma kellha, fiż-żmien meta saru dawn id-dikjarazzjonijiet, ebda kompetenza sabiex tagħti tali garanziji, b’tali mod li dawn l-uffiċjali ma kienu fl-ebda każ awtorizzati jagħtu assigurazzjonijiet fis-sens li abbażi tagħhom l-imsemmi Stat seta’ jipprevalixxi ruħu sabiex jikkontesta l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
|
167 |
Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt li wieħed jipprevalixxi ruħu mill-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jassumi li jkunu ngħataw assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonati u konsistenti, li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli, lill-parti kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni. Fil-fatt, dan id-dritt jappartjeni lil kull individwu li jkollu tamiet fondati maħluqa minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni, sa fejn dawn tal-aħħar ikunu tawh tali assigurazzjonijiet. Għall-kuntrarju, ħadd ma jista’ jinvoka ksur ta’ dan il-prinċipju fl-assenza ta’ dawn l-assigurazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C‑526/14, EU:C:2016:570, punt 62, u kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2020, ADR Center vs Il‑Kummissjoni, C‑584/17 P, EU:C:2020:576, punt 75 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
168 |
Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 162 sa 164 ta’ din is-sentenza, anki jekk jitqies li d-dikjarazzjonijiet invokati mir-Renju Unit setgħu joħolqu aspettattivi leġittimi ta’ dan tal-aħħar f’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-mekkaniżmu tiegħu ta’ kontrolli doganali intiż sabiex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, kif applikat qabel l‑1 ta’ Marzu 2015, dawn id-dikjarazzjonijiet fl-ebda każ ma jistgħu jiġu invokati sabiex il-Kummissjoni tiġi ostakolata milli tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, sa fejn din l-istituzzjoni għandha setgħa diskrezzjonali sabiex tiddeċiedi dwar jekk huwiex opportun jew le li taġixxi kontra Stat Membru. Dawn id-dikjarazzjonijiet lanqas ma jistgħu jostakolaw il-konstatazzjoni oġġettiva mill-Qorti tal-Ġustizzja tan-nuqqas ta’ osservanza, minn dan l-Istat Membru, tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattat FUE, konformement mal-għan imfittex mill-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE. |
|
169 |
Barra minn hekk, l-effettività tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tirriskja li tiġi serjament kompromessa jekk Stat Membru jkun jista’ jinvoka aspettattivi leġittimi fil-legalità tal-azzjoni tiegħu, imnissla minn xi dikjarazzjonijiet maħruġa minn uffiċjali tal-Kummissjoni, sabiex jevita tali proċedura. Fil-fatt, kif ġustament tosserva l-Kummissjoni, l-Istati Membri ma jistgħux jinjoraw, f’sistema li fiha huma responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni fit-territorju tagħhom, ir-responsabbiltà ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni li huma setgħu wettqu, għas-sempliċi raġuni li l-OLAF jew il-Kummissjoni ma imputax fil-konfront tagħhom dan il-ksur f’mument partikolari. |
|
170 |
Fl-aħħar nett, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 151 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm ir-Renju Unit jinvoka, minbarra ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ estoppel u ta’ kooperazzjoni leali, dan l-Istat ma jiżviluppa ebda argument speċifiku dwar dawn il-prinċipji tal-aħħar, b’tali mod li l-argument invokat mir-Renju Unit f’dan ir-rigward għandu jiġi miċħud. |
|
171 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ estoppel u ta’ kooperazzjoni leali għandha tiġi miċħuda. |
4. Fuq in‑nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, fil‑kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l‑Artikolu 258 TFUE, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba tal‑Kummissjoni intiża sabiex Stat Membru jiġi ordnat jagħmel disponibbli ammont ta’ riżorsi proprji ddeterminat
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
172 |
Ir-Renju Unit jeċċepixxi l-inammissibbiltà tat-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors li permezz tiegħu l-Kummissjoni titlob li “jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni” ammonti ddeterminati ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għal kull waħda mis-seba’ snin tal-perijodu ta’ ksur, jiġifieri total ta’ madwar EUR 2.7 biljun, peress li, fl-ewwel lok, skont is-sentenzi tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑104/02, EU:C:2005:219, punti 48 sa 51), u tal‑5 ta’ Ottubru 2006, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑105/02, EU:C:2006:637, punti 43 sa 45), fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tordna lil Stat Membru jinkludi fil-kont miftuħ għal dan l-iskop, għan-nom tal-Kummissjoni, ammonti ddeterminati ta’ riżorsi proprji mhux imħallsa minħabba nuqqasijiet imputati lil dan l-Istat Membru. |
|
173 |
Ir-Renju Unit jikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li hija kienet “strutturat” b’attenzjoni t-talbiet tar-rikors b’mod li tevita l-iżball imwettaq fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi ċċitati fil-punt preċedenti u ssanzjonat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawk is-sentenzi permezz taċ-ċaħda tat-talbiet ikkonċernati bħala inammissibbli. Dan huwa “artifizju” maħsub sabiex jevadi n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja peress li l-Kummissjoni hija intiża fir-realtà li tikseb l-istess riżultat bħal dak mitlub f’dawk il-kawżi. |
|
174 |
Barra minn hekk, l-approċċ tal-Kummissjoni jċaħħad lir-Renju Unit mill-possibbiltà mogħtija lilu mill-Artikolu 260 TFUE sabiex jirrimedja kull ksur ikkonstatat taħt l-Artikolu 258 TFUE u ma josservax, għalhekk, il-kompetenzi rispettivi ta’ din l-istituzzjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Istati Membri skont it-Trattati. |
|
175 |
Barra minn hekk, din il-kawża hija differenti minn dik li wasslet għas-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑392/02, EU:C:2005:683). Għalkemm, permezz ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet rikors intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Istat Membru kkonċernat kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu meta rrifjuta li jagħmel disponibbli riżorsi proprji f’ammont iddeterminat, hemm lok li jiġi rrilevat li, fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, kif jirriżulta mill-punt 56 tagħha, la l-eżistenza ta’ dejn doganali u lanqas l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji ma kienu kkontestati. |
|
176 |
F’dan il-kuntest, hija rilevanti wkoll is-sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (C‑391/17, EU:C:2019:919), peress li l-punti 118 u 119 ta’ dik is-sentenza jissuġġerixxu li, jekk il-Kummissjoni tippreżenta talba intiża sabiex jiġi ddeterminat telf ta’ riżorsi proprji speċifikament ikkwantifikat, din l-istituzzjoni għandha tipprova kull element tat-talba tagħha għal kull importazzjoni li tkun is-sors ta’ tali telf kif ukoll ir-rabta kawżali eżistenti bejn kull wieħed minn dawn l-elementi u dan it-telf. |
|
177 |
Fit-tieni lok, ir-Renju Unit isostni li dan ir-rikors huwa intiż fir-realtà sabiex jikseb kumpens għal dannu subit u huwa, għaldaqstant, inammissibbli sa fejn il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar ċerti ammonti speċifiċi li r-Renju Unit kellu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Anki jekk jitqies li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tali rikors huwa ammissibbli, dan l-Istat iqis li hija l-Kummissjoni li għandha tipprova li l-kundizzjonijiet kollha ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà ta’ dan l-Istat huma ssodisfatti, jiġifieri att illegali, dannu speċifiku kkwantifikat u rabta kawżali diretta bejn dan l-att u dan id-dannu. |
|
178 |
Sussidjarjament, ir-Renju Unit isostni li r-rikors huwa inammissibbli peress li l-Kummissjoni tħallat it-tliet stadji li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji. Fil-fatt, fl-ewwel stadju, il-Kummissjoni kienet obbligata tipproduċi l-prova tan-nuqqas tar-Renju Unit li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, ta’ rabta kawżali bejn dan in-nuqqas u l-ammont iddeterminat li hija titlob u kif ukoll tal-ammissibbiltà tat-talba tagħha sabiex ammont iddeterminat isir disponibbli. Fit-tieni stadju, fil-każ li l-Kummissjoni kienet f’pożizzjoni li tipproduċi dawn it-tliet provi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ewwel nett teżamina l-evalwazzjoni mir-Renju Unit tar-riżorsi proprji addizzjonali dovuti. Huwa biss jekk din l-evalwazzjoni tiġi miċħuda bħala manifestament irraġonevoli li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżamina, fit-tielet stadju, l-istima tat-telf invokata mill-Kummissjoni. |
|
179 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-Renju Unit. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
180 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument dedott mir-Renju Unit mis-sentenzi tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑104/02, EU:C:2005:219), u tal‑5 ta’ Ottubru 2006, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑105/02, EU:C:2006:637), għandu jitfakkar li, f’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni ma tista’ titlob ebda ħaġa oħra għajr il-konstatazzjoni tal-eżistenza tal-allegat nuqqas sabiex dan jitwaqqaf. B’hekk, il-Kummissjoni ma tistax, pereżempju, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ tali rikors, tordna lil Stat Membru jadotta aġir partikolari sabiex jikkonforma ruħu mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, L‑Ungerija vs Ir‑Repubblika Ċeka (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali), C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17, EU:C:2020:257, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
181 |
B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet bħala inammissibbli rikorsi mressqa abbażi tal-Artikolu 258 TFUE li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbitha tordna lil Stat Membru jagħmel ċerti pagamenti fil-każ li jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, minħabba, essenzjalment, li dawk ir-rikorsi ma kinux intiżi sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-imsemmi Stat Membru kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, iżda sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tordna lill-istess Stat Membru jieħu miżuri ddeterminati sabiex jikkonforma ruħu mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑104/02, EU:C:2005:219, punti 48 sa 51, u tal‑5 ta’ Ottubru 2006, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑105/02, EU:C:2006:637, punti 43 sa 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
182 |
Issa, f’dan il-każ, minkejja li t-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors jinkludi l-espressjoni “[i]t-telf korrispondenti tar-riżorsi proprji tradizzjonali li għandhom ikunu disponibbli għall-baġit tal-Unjoni”, dan ma jistax jitqies li jikkostitwixxi talba sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tordna lir-Renju Unit iħallas l-ammonti ta’ dawn ir-riżorsi speċifikati f’dan it-tielet paragrafu. Għall-kuntrarju, dan tal-aħħar jikkostitwixxi talba intiża għall-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi ta’ dan l-Istat. |
|
183 |
Fil-fatt, din it-talba pekunjarja ma għandhiex tinftiehem b’mod iżolat, iżda fid-dawl tat-talba iktar ġenerali u mhux ikkwantifikata li tinsab fl-ewwel paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, li tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, “billi ma għamilx disponibbli l-ammont korrett ta’ riżorsi proprji tradizzjonali […] relatati ma[l-importazzjonijiet ikkonċernati]”, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji. |
|
184 |
Minn dan isegwi li t-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors jinkludi talba intiża sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma għamilx disponibbli ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali ddeterminati għal kull sena inkluża fil-perijodu ta’ ksur, ir-Renju Unit ma osservax l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni. |
|
185 |
Issa, l-ammissibbiltà ta’ tali talba hija inkontestabbli, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-riżorsi proprji, li fil-kuntest tagħha kienu wkoll inkwistjoni talbiet ta’ din in-natura (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka, C‑392/02, EU:C:2005:683, punti 30 sa 34; tat‑3 ta’ April 2014, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit, C‑60/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:219, punti 37 sa 62; u tal‑11 ta’ Lulju 2019, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Riżorsi proprji – Irkupru ta’ dejn doganali), C‑304/18, mhux ippubblikata, EU:C:2019:601, punti 48 sa 77). |
|
186 |
Kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, din il-ġurisprudenza ma tistax tinftiehem fis-sens li tali talba, sa fejn timplika l-konstatazzjoni ta’ nuqqas li jikkonsisti fil-fatt li ammont speċifiku ta’ riżorsi proprji ma jkunx sar disponibbli, hija ammissibbli biss meta dan l-ammont ma jkunx ikkontestat mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
187 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet talba mill-Kummissjoni għal konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni għar-raġuni li ammont iddeterminat ta’ riżorsi proprji ma kienx sar disponibbli, minkejja li l-Istat Membru kkonċernat kien ikkontesta l-eżistenza stess ta’ dritt tal-Unjoni fuq dan l-ammont (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Riżorsi proprji – Irkupru ta’ dejn doganali), C‑304/18, mhux ippubblikata, EU:C:2019:601, punti 48 sa 77). |
|
188 |
B’mod iktar fundamentali, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tissottometti għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ambitu ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, tilwima li hija jkollha ma’ Stat Membru fir-rigward tal-obbligu tiegħu li jqiegħed ċertu ammont ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni hija inerenti għas-sistema ta’ dawn ir-riżorsi proprji, kif attwalment ikkonċepita fid-dritt tal-Unjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 68). |
|
189 |
Fil-fatt, il-kawżi fil-qasam tar-riżorsi proprji joriġinaw preċiżament mill-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jikkontesta li għandu jagħmel disponibbli l-ammonti mitluba mill-Kummissjoni. Fl-ambitu ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu relatat mar-riżorsi proprji, huwa għalhekk għalkollox naturali li jkunu involuti obbligi pekunjarji u d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-ksur ta’ dawn l-obbligi jitqajjem fil-kuntest tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Fl-ambitu ta’ tali proċedura, hija l-Kummissjoni li għandha turi b’mod suffiċjenti fid-dritt, fil-kuntest ta’ dibattitu kontradittorju li fih l-Istat Membru jista’ jsostni l-argumenti tiegħu, l-eżattezza tal-ammonti ta’ riżorsi proprji li hija tqis li huma dovuti. |
|
190 |
Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li r-Renju Unit isostni, il-possibbiltà għall-Kummissjoni li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li ammont iddeterminat ta’ riżorsi proprji tradizzjonali huwa dovut ma tistax tiġi eskluża minħabba li tali approċċ iċaħħad lil dan l-Istat mill-possibbiltà mogħtija lilu mill-Artikolu 260 TFUE li jirrimedja kull ksur ikkonstatat skont l-Artikolu 258 TFUE u konsegwentement ma josservax il-kompetenzi rispettivi ta’ din l-istituzzjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Istati Membri skont it-Trattati. |
|
191 |
Fil-fatt, għalkemm huwa possibbli għall-Kummissjoni li tastjeni milli tressaq tali talba pekunjarja billi tillimita ruħha li titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata, b’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jikkonsisti fil-fatt li ma nġabrux riżorsi proprji, mingħajr ma tiddetermina l-ammont ta’ dawn tal-aħħar, kif għamlet, b’mod partikolari, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (C‑391/17, EU:C:2019:919), xejn ma jipprekludi li din l-istituzzjoni milli titlob, fit-talbiet tar-rikors, il-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni marbut mal-fatt li ammont iddeterminat ta’ riżorsi proprji ma jkunx sar disponibbli, ladarba l-imsemmija istituzzjoni tqis li dan l-ammont huwa dovut u ladarba hija tkun f’pożizzjoni li turi l-eżattezza tiegħu. |
|
192 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument tar-Renju Unit li dan ir-rikors huwa intiż fir-realtà sabiex jinkiseb kumpens għal dannu subit u huwa, għaldaqstant, inammissibbli sa fejn il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar ċerti ammonti speċifiċi li r-Renju Unit kellu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, mill-premess jirriżulta li, fl-ambitu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, l-ammissibbiltà ta’ talba bħal dik li tinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors ma tistax titqiegħed f’dubju. |
|
193 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li rikors li permezz tiegħu l-Kummissjoni takkuża lil Stat Membru li ma rrendix disponibbli ċertu ammont ta’ riżorsi proprji u l-interessi moratorji korrispondenti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni ma jikkostitwixxix rikors għad-danni mhux previst mit-Trattati, peress li, permezz ta’ tali rikors, din l-istituzzjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jwettaq obbligu li huwa għandu taħt id-dritt tal-Unjoni u mhux tikkundanna lil dan l-Istat Membru jħallas id-danni (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka, C‑392/02, EU:C:2005:683, punti 31 sa 34). |
|
194 |
Għaldaqstant, huwa tabilħaqq fl-ambitu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u mhux ta’ proċedura intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni, li t-talba inkwistjoni taqa’, anki jekk din tal-aħħar hija ta’ natura pekunjarja. |
|
195 |
Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, jekk il-Kummissjoni hija obbligata turi n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li din it-talba tfittex li tikkonstata, din l-istituzzjoni la għandha tipprova l-eżistenza ta’ dannu u lanqas dik ta’ rabta kawżali bejn dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u dan id-dannu. |
|
196 |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-argument tar-Renju Unit invokat sussidjarjament u bbażat fuq il-fatt li r-rikors huwa inammissibbli peress li l-Kummissjoni tħallat it-tliet stadji li, kif ġie espost fil-punt 178 ta’ din is-sentenza, għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan l-argument jirrigwarda l-fondatezza ta’ dan ir-rikors, b’mod partikolari, il-fondatezza tal-ewwel u tat-tieni lment li l-Kummissjoni tqajjem, u mhux l-ammissibbiltà tiegħu. |
|
197 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata mir-Renju Unit fuq in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi miċħuda. |
5. Fuq in‑natura prematura u l‑inammissibbiltà tar‑rikors f’dak li jirrigwarda l‑perijodu mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż minħabba l‑ħruġ tal‑avviżi C 18 Breach fir‑rigward ta’ dan il‑perijodu
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
198 |
Ir-Renju Unit isostni li, fir-rigward tal-parti mill-perijodu ta’ ksur mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, it-talba sabiex ir-riżorsi proprji tradizzjonali jsiru disponibbli li tinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors hija “prematura u inammissibbli” u, sussidjarjament, li din it-talba għandha tiġi miċħuda minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tipprova l-allegazzjoni tagħha dwar l-eżistenza tat-telf ta’ riżorsi proprji fid-data li fiha t-terminu sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata kien skada. |
|
199 |
Fil-fatt, minkejja li l-Kummissjoni kienet taf, sa mix-xahar ta’ Mejju 2018, bit-tmien avviżi C 18 Breach maħruġa u rreġistrati fil-kontabbiltà B matul dan ix-xahar u li jirrigwardaw importazzjonijiet meqjusa bħala li huma ssottovalutati u mwettqa mill‑1 ta’ Mejju 2015, għal ammont ta’ madwar GBP 25 miljun, hija ma kkontestatx dawn l-avviżi la fl-opinjoni motivata u lanqas fir-rikors u lanqas ma naqqset dan l-ammont mit-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali msemmi fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors. |
|
200 |
B’hekk, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ammonti li setgħu jiġu rkuprati wara l-ħruġ tal-avviżi C 18 Breach u lanqas il-fatt li r-Renju Unit seta’ jinħeles mill-obbligu tiegħu ta’ rkupru skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament Nru 609/2014 jekk id-drittijiet ikkonstatati u inklużi fil-kontabbiltà B jirriżultaw finalment irrekuperabbli. |
|
201 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-Renju Unit. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
202 |
L-argument tar-Renju Unit li skontu, fir-rigward tal-parti mill-perijodu ta’ ksur mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, it-talba sabiex ir-riżorsi proprji tradizzjonali jsiru disponibbli li tinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors hija “prematura u inammissibbli” peress li hija ma tiħux inkunsiderazzjoni t-tmien avviżi C 18 Breach maħruġa fix-xahar ta’ Mejju 2018 u li jirrigwardaw importazzjonijiet issottovalutati mwettqa matul din il-parti tal-perijodu ta’ ksur ma jistax jirnexxi. |
|
203 |
Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 164 ta’ din is-sentenza, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali sabiex tiddeċiedi jekk huwiex opportun li taġixxi kontra Stat Membru, sabiex tiddetermina d-dispożizzjonijiet li huwa jkun kiser u sabiex tagħżel il-mument meta tibda l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontrih, filwaqt li l-kunsiderazzjonijiet li jiddeterminaw din l-għażla ma jistgħux jaffettwaw l-ammissibbiltà tal-azzjoni (sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, L‑Ungerija u Ir‑Repubblika Ċeka (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali), C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17, EU:C:2020:257, punt 75 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
204 |
Sa fejn, permezz ta’ dan l-argument, ir-Renju Unit jikkontesta t-talba sabiex ir-riżorsi proprji tradizzjonali jsiru disponibbli li tinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors fir-rigward tal-parti mill-perijodu ta’ ksur mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tipprova l-allegazzjoni tagħha dwar l-eżistenza tat-telf ta’ riżorsi proprji fid-data li fiha skada t-terminu sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata, l-imsemmi argument ma huwiex intiż li jikkontesta l-ammissibbiltà tar-rikors, iżda l-fondatezza tiegħu. |
|
205 |
Konsegwentement, hemm lok li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-natura prematura u l-inammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tal-perijodu mill‑1 ta’ Mejju 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż minħabba l-ħruġ tal-avviżi C 18 Breach fir-rigward ta’ dan il-perijodu u, għaldaqstant, l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà kollha invokati mir-Renju Unit. |
B. Fuq il‑mertu
1. Nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi fil‑qasam tal‑protezzjoni tal‑interessi finanzjarji tal‑Unjoni u l‑ġlieda kontra l‑frodi kif ukoll tal‑obbligi li jirriżultaw mid‑dritt doganali tal‑Unjoni
|
206 |
Permezz tal-ewwel motiv, li jirrigwarda l-ilmenti li jinsabu fit-tieni paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, bl-eċċezzjoni ta’ dak ibbażat fuq ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT, b’mod partikolari ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, il-Kummissjoni ssostni li, matul il-perijodu ta’ ksur, minkejja t-twissijiet u t-talbiet repetuti tal-Kummissjoni u tal-OLAF dwar ir-riskju ta’ frodi tas-sottovalutazzjoni li kellhom l-importazzjonijiet ikkonċernati, ir-Renju Unit ma ħax miżuri bbażati fuq ir-riskju li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-assenza ta’ adozzjoni ta’ dawn il-miżuri tikkostitwixxi ksur kemm tal-obbligi ġenerali imposti fuq l-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi, skont l-Artikolu 310(6) u l-Artikolu 325 TFUE kif ukoll tal-obbligi speċifiċi imposti fuq l-Istati Membri skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni sabiex, l-ewwel nett, jadottaw miżuri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, sussegwentement, iwettqu kontrolli doganali fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju skont l-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u, fl-aħħar nett, jeżiġu l-kostituzzjoni ta’ garanziji skont l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
207 |
Barra minn hekk, peress li jirrigwarda allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt id-dritt doganali tal-Unjoni, għandu jiġi eżaminat ukoll, fil-kuntest tal-ewwel motiv, l-ilment imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, li skontu, matul il-perijodu ta’ ksur, ir-Renju Unit wettaq ksur kontinwu tal-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, sa fejn, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati, dan l-Istat ma “daħħalx fil-kontijiet”, fis-sens tal-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikoli 104 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, id-djun doganali li kellhom jiġu rkuprati fil-mument li l-awtoritajiet doganali saru jafu bis-sitwazzjoni li wasslet għall-konstatazzjoni ta’ dawn id-djun. |
a) Fuq il‑ksur tal‑Artikolu 310(6) TFUE u tal‑Artikolu 325 TFUE
1) Fuq l‑obbligi imposti fuq l‑Istati Membri skont l‑Artikolu 325 TFUE
|
208 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat fil-konfront tar-Renju Unit sa fejn dan ma osservax l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi skont l-Artikolu 310(6) TFUE u l-Artikolu 325 TFUE, hemm lok, b’mod preliminari, li jiġi indikat li dan għandu jiġi eżaminat biss fid-dawl tal-Artikolu 325 TFUE, peress li, kif l-Avukat Ġenerali osserva wkoll, essenzjalment, fil-punt 170 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 310(6) TFUE jagħmel biss riferiment għall-Artikolu 325 TFUE u ma jimponix obbligi għajr dawk previsti minn dan tal-aħħar. Fil-fatt, l-Artikolu 310(6) TFUE jipprovdi biss li “[l]‑Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni”. |
|
209 |
L-Artikolu 325(1) TFUE jobbliga lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri dissważivi u effettivi (sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
210 |
Konformement mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335, li l-kontenut tiegħu huwa essenzjalment identiku għal dak tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436, ir-riżorsi proprji tal-Unjoni jinkludu b’mod partikolari d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni. Għaldaqstant, hemm rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul minn dawn id-dazji u t-tqegħid tar-riżorsi korrispondenti għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Kull nuqqas fil-ġbir ta’ dan id-dħul huwa potenzjalment il-kawża ta’ tnaqqis ta’ dawn ir-riżorsi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
211 |
B’hekk, sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi ggarantit il-ġbir effettiv u sħiħ tad-dazji doganali, li jeżiġi li l-kontrolli doganali jkunu jistgħu jitwettqu kif suppost (sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 52). |
|
212 |
B’hekk, mill-obbligi imposti fuqhom fl-Artikolu 325(1) TFUE jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jipprevedu, għal dan il-għan, l-applikazzjoni mhux biss ta’ sanzjonijiet adegwati, iżda wkoll ta’ miżuri ta’ kontrolli doganali effettivi u dissważivi sabiex il-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jiġi miġġieled b’mod xieraq billi dan jista’ jostakola l-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tradizzjonali li d-dazji doganali jikkostitwixxu u, għaldaqstant, jista’ jippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 53). |
|
213 |
Ċertament, skont l-Artikolu 325(1) TFUE, sabiex jiġi ggarantit il-ġbir effettiv u sħiħ tad-dħul assenjat għar-riżorsi proprji tal-Unjoni u, b’mod partikolari, dak li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jikkostitwixxu, l-Istati Membri għandhom ċerta diskrezzjoni u libertà tal-għażla fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-mod kif għandhom jintużaw il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu, din id-diskrezzjoni jew din il-libertà tal-għażla hija limitata, mhux biss mill-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ekwivalenza, iżda wkoll mill-prinċipju ta’ effettività, li jeżiġi li l-miżuri meħuda jkunu effettivi u dissważivi, bir-riżerva madankollu tar-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑7 ta’ April 2016, Degano Trasporti,C‑546/14, EU:C:2016:206, punti 20 u 21; tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B., C‑42/17, EU:C:2017:936, punti 33 sa 36; u tas‑17 ta’ Jannar 2019, Dzivev et, C‑310/16, EU:C:2019:30, punti 27, 30 u 34, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
214 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 325(1) TFUE jistabbilixxi obbligi preċiżi fir-rigward tar-riżultat għall-Istati Membri li ma huma suġġetti għal ebda kundizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli li huwa jistipula (sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
215 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 325(1) TFUE, marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-miżuri meħuda sabiex jikkombattu frodi li tista’ tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod li huma biss il-miżuri manifestament mhux xierqa fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li jistgħu jiġu ssanzjonati skont din id-dispożizzjoni. |
|
216 |
Barra minn hekk, din il-ġurisprudenza ma tistax, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, tikkostitwixxi bażi għall-argument li l-obbligu li jiġi żgurat ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji ma jeżiġix li jsiru sforzi intensi sabiex jiġu kkontrollati u rkuprati t-taxxi li jikkontribwixxu għal dawn ir-riżorsi, iżda sempliċement sforzi raġonevoli, u lanqas għal dak li skontu l-Istati Membri għandhom biss jagħtu prova ta’ diliġenza fil-ġbir tal-imsemmija riżorsi. Għall-kuntrarju, skont il-kliem stess ta’ din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 325(1) TFUE jimponi “obbligi preċiżi fir-rigward tar-riżultat” fuq l-Istati Membri u mhux biss obbligi tal-mezzi użati. |
|
217 |
Kuntrarjament għal dak li r-Renju Unit isostni, lanqas ma jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li Stat Membru jista’ jiġi imputat b’nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi imposti bl-Artikolu 325(1) TFUE biss f’sitwazzjonijiet li fihom il-Kummissjoni turi li l-miżura nazzjonali inkwistjoni timplika li hemm “riskju evidenti u kbir ta’ impunità” jew li din twassal għal “assenza ta’ sanzjoni” (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża M.A. S. u M.B., C‑42/17, EU:C:2017:564, punt 83), jew ukoll meta tkun inkwistjoni “negliġenza” jew aġir “arbitrarju” tal-Istat Membru kkonċernat (sentenzi tas‑16 ta’ Mejju 1991, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi, C‑96/89, EU:C:1991:213, punt 37; tal‑15 ta’ Ġunju 2000, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑348/97, EU:C:2000:317, punt 64; u tat‑18 ta’ Ottubru 2007, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka, C‑19/05, EU:C:2007:606, punti 18 u 35). |
|
218 |
Fil-fatt, għalkemm, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja, f’tali sitwazzjonijiet ferm partikolari, ikkonkludiet li kien hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 325(1) TFUE, minn din il-ġurisprudenza bl-ebda mod ma jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huwa limitat għal tali sitwazzjonijiet, u dan inqas u inqas peress li l-kawżi li taw lok għal din il-ġurisprudenza kienu jikkonċernaw sanzjonijiet u proċeduri relatati ma’ dawn is-sanzjonijiet u, konsegwentement, miżuri fundamentalment differenti minn dawk tal-kontrolli doganali inkwistjoni f’din il-proċedura. |
|
219 |
Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżiti li l-Artikolu 325(1) TFUE jimponi, fir-rigward tas-sanzjonijiet intiżi li jissanzjonaw il-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, jirriżulta li, għalkemm l-Istati Membri għandhom f’dan ir-rigward libertà tal-għażla f’dak li jirrigwarda s-sanzjonijiet applikabbli, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ kombinazzjoni tat-tnejn li huma, huma għandhom madankollu jiżguraw li l-każijiet ta’ frodi serja jew ta’ attività illegali serja oħra li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam doganali jkunu suġġetti għal sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva (sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
220 |
Minn dan jirriżulta li n-natura tal-miżuri ta’ kontrolli doganali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti li l-Artikolu 325(1) TFUE jimponi fuqhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi jew kull attività illegali oħra li tista’ tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma tistax tiġi ddeterminata b’mod astratt u statiku sa fejn din tiddependi mill-karatteristiċi ta’ din il-frodi jew ta’ din l-attività illegali l-oħra, li jistgħu jevolvu maż-żmien. |
2) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti taħt l‑Artikolu 325 TFUE
i) Osservazzjonijiet preliminari
|
221 |
Qabel l-eżami tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 325 TFUE li l-Kummissjoni speċifikament timputa lir-Renju Unit, għandu jitfakkar li, fl-ambitu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni, li għandha l-oneru li tistabbilixxi l-eżistenza tal-allegat nuqqas, li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi meħtieġa għall-verifika tal-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tista’ tibbaża ruħha fuq preżunzjoni (sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, L‑Ungerija u Ir‑Repubblika Ċeka (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali), C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17, EU:C:2020:257, punt 124 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
222 |
Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, hija l-Kummissjoni li għandha turi b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-miżuri li r-Renju Unit adotta, matul il-perijodu ta’ ksur, sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni ma kinux jiggarantixxu ġbir effettiv u sħiħ tad-dħul assenjat għar-riżorsi proprji tal-Unjoni li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jikkostitwixxu, bi ksur tal-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE. |
|
223 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, magħrufa mir-Renju Unit matul il-perijodu kollu ta’ ksur, l-uniċi miżuri ta’ kontrolli doganali li jippermettu l-ġlieda kontra din il-frodi u li debitament jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni konformement mal-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE kienu dawk li hija kienet irrakkomandat mal-OLAF, ukoll matul il-perijodu kollu ta’ ksur, jiġifieri, essenzjalment, mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata u bbażat fuq analiżi tar-riskju. |
|
224 |
Il-Kummissjoni ssostni li, peress li r-Renju Unit iffoka l-mekkaniżmu tiegħu tal-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni fuq miżuri doganali applikati wara l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata bħal ordnijiet ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji doganali, huwa ma ħax il-miżuri li l-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE kien jimponi. |
ii) Tfakkira tal‑karatteristiċi essenzjali tal‑frodi tas‑sottovalutazzjoni inkwistjoni
|
225 |
Qabel ma jiġi eżaminat dan l-ilment, għandhom jitfakkru l-karatteristiċi essenzjali tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mir-rapport tal-OLAF u li huma mill-bqija mhux ikkontestati bejn il-partijiet. |
|
226 |
Din kienet frodi relattivament ftit sofistikata li timplika valuri għal skopijiet doganali ddikjarati f’livelli estremament baxxi minn impriżi msejħa “phoenix” jew “shell”, jiġifieri impriżi kkostitwiti bl-għan uniku li jwettqu din il-frodi, b’riżorsi estremament imnaqqsa u mqiegħda f’likwidazzjoni jew li jisparixxu malli l-awtoritajiet doganali jqiegħdu f’dubju l-eżattezza tal-valuri ddikjarati, sitwazzjoni li rrendiet kull irkupru a posteriori tad-dazji doganali improbabbli jew prattikament impossibbli fil-maġġoranza kbira tal-każijiet. |
|
227 |
L-imsemmija frodi kienet organizzata minn gruppi kriminali li kienu jaġixxu f’network u li kienu jużaw dawn l-impriżi sabiex jimplimentawha. Din kienet frodi mobbli u reattiva ħafna fis-sens li dan il-kummerċ illegali u klandestin kien malajr jiġi ttrasferit lejn punt ieħor tad-dħul tat-territorju doganali tal-Unjoni hekk kif kontrolli doganali kienu mħabbra jew kif sinjali f’dan is-sens kienu interċettati minn dawn il-gruppi. |
|
228 |
L-istess frodi kienet tinvolvi volumi kbar ħafna ta’ prodotti, fatt li kien irendiha ftit jew wisq profittabbli, inkluż għall-imsemmija impriżi, skont il-livell tad-dazji evitati. Hija kienet implimentata fuq skala kbira u kienet taffettwa lill-Unjoni kollha, minkejja li l-Istati Membri kollha ma ġewx affettwati bl-istess mod, peress li hija kellha tendenza li tiċċaqlaq lejn l-Istati Membri li għandhom mezzi ta’ kontroll doganali inqas stretti, b’tali mod li dawn setgħu jitqiesu li huma l-ħolqiet l-iktar dgħajfa tat-territorju doganali tal-Unjoni f’dan ir-rigward. Fil-prattika, il-prodotti kkonċernati mill-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, importati fir-Renju Unit fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, bl-implikazzjoni li dawn il-prodotti kienu, sa mill-bidu, intiżi għal Stati Membri oħra, bħar-Repubblika Franċiża jew ir-Repubblika Taljana, u li l-VAT kellha titħallas f’dawn l-Istati Membri l-oħra, li madankollu, bħala regola ġenerali, ma kienx il-każ, peress li l-merkanzija kkonċernata kienet tipikament iddestinata għal kummerċ illegali u klandestin fit-territorju tal-imsemmija Stati Membri l-oħra. |
iii) Fuq l‑għarfien mir‑Renju Unit, sa mill‑bidu tal‑perijodu ta’ ksur, tal‑karatteristiċi essenzjali tal‑frodi tas‑sottovalutazzjoni inkwistjoni u tal‑miżuri effettivi sabiex din tiġi miġġielda
|
229 |
Għalkemm, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 185 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Renju Unit ammetta, diversi drabi u kemm matul il-proċedura prekontenzjuża u kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li frodi tas-sottovalutazzjoni seħħet fit-territorju tiegħu matul il-perijodu ta’ ksur, filwaqt li żied li huwa kien il-vittma tagħha, dan l-Istat isostni li huwa kien ħa l-miżuri li setgħu raġonevolment kienu mistennija minnu sabiex jikkombattiha fid-dawl tal-għarfien limitat li l-imsemmi Stat kellu, fiż-żmien meta ttieħdu dawn il-miżuri, kemm tan-natura u tal-portata ta’ din il-frodi u kif ukoll tal-miżuri effettivi sabiex din tiġi miġġielda. |
|
230 |
Ir-Renju Unit isostni li kien biss fl-aħħar tas-sena 2014, l-iktar kmieni, wara l-ODC Snake, li l-OLAF u ċerti Stati Membri kkonċernati bdew jifhmu korrettament l-aġir frawdolenti li kellhom jaffaċċjaw u li kien biss wara l-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2015/013 li dan l-Istat kellu għarfien suffiċjenti tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u tal-miżuri speċifiċi meħtieġa sabiex din tiġi miġġielda. |
|
231 |
Issa, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Istati Membri kollha, inkluż, f’dak iż-żmien, ir-Renju Unit, kellhom, tal-inqas sa mill-bidu tal-perijodu ta’ ksur, għarfien suffiċjenti tal-karatteristiċi essenzjali tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u tal-kontramiżuri meħtieġa sabiex jikkombattuha b’mod effettiv li l-OLAF u l-Kummissjoni kienu jirrakkomandawlhom jieħdu. |
|
232 |
Fil-fatt, fil-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2007/015, l-OLAF kien informa lil dawn l-Istati Membri kollha bir-riskju, b’mod partikolari, tas-sottovalutazzjoni estrema tal-importazzjonijiet ta’ prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina fit-territorju tal-Unjoni, fil-parti l-kbira tal-każijiet, minn impriżi msejħa “shell companies”, li fir-rigward tagħhom spiss jirriżulta, wara verifika, li l-uffiċċju rreġistrat ma jkunx jinsab fl-indirizz indikat fid-dikjarazzjonijiet doganali, kif ukoll bir-riskju ta’ spostament ta’ din il-frodi lejn portijiet oħra tal-Unjoni. |
|
233 |
Fid-dawl ta’ dawn il-karatteristiċi essenzjali tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, l-OLAF kien stieden lill-imsemmija Stati Membri kollha sabiex janalizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw, b’mod partikolari, miċ-Ċina għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ indizji li seta’ kien hemm ta’ importazzjonijiet issottovalutati, sabiex iwettqu kontrolli doganali xierqa waqt l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata għall-finijiet ta’ verifika tal-valuri ddikjarati ta’ din il-merkanzija u għall-finijiet ta’ żgurar li dawn jirriflettu l-valuri tas-suq reali tagħhom kif ukoll sabiex jadottaw il-miżuri ta’ salvagwardja xierqa fil-każ ta’ suspett ta’ prezzijiet artifiċjalment baxxi. |
|
234 |
Barra minn hekk, permezz tal-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2009/001, l-OLAF informa lill-istess Stati Membri kollha li l-analiżijiet tiegħu relatati mal-perijodu mix-xahar ta’ Jannar sax-xahar ta’ Ġunju 2009 kienu kkonfermaw l-eżistenza ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina fl-Unjoni kollha b’valuri ddikjarati estremament baxxi. Quddiem din il-konstatazzjoni ta’ “frodi tas-sottovalutazzjoni serja” u billi għamel riferiment għar-rakkomandazzjonijiet li kien diġà fformula fil-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2007/015, l-OLAF talab li l-Istati Membri jinformawh, fi żmien erba’ ġimgħat, bl-implimentazzjoni tal-“filtri tar-riskju (aġġustati)”. Barra minn hekk, huwa talab lill-Istati Membri kollha sabiex “jieħdu miżuri xierqa sabiex jiġġieldu l-fenomenu endemiku tas-sottovalutazzjoni” u kif ukoll “jidentifikaw kunsinni ta’ riskju għoli” u rrakkomanda li “jivverifikaw l-eżistenza ta’ importaturi”. |
|
235 |
Barra minn hekk, il-linji gwida tal-ACP Discount kienu jinkludu d-deskrizzjoni ta’ metodoloġija konkreta, ibbażata fuq il-“prezzijiet ġusti” tal-metodu OLAF‑JRC u applikabbli qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, sa fejn l-Istati Membri kienu mħeġġa jimplimentaw din il-metodoloġija sabiex jikkombattu l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni doganali. Il-kostituzzjoni ta’ garanziji kienet fost il-miżuri li l-OLAF u l-Kummissjoni kienu jirrakkomandaw li jittieħdu. |
|
236 |
Waqt laqgħa tal-Kumitat Doganali tal-Kummissjoni tad‑9 ta’ Marzu 2012, li fiha pparteċipa rappreżentant tar-Renju Unit, rappreżentant ta’ din l-istituzzjoni spjega li l-ACP Discount kienet tat lok essenzjalment għal verifiki waqt l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-operazzjoni, sa fejn din kienet intiża sabiex tikkombatti kummerċ illegali u klandestin li jinvolvi operaturi “neqsin” (“missing traders”). |
|
237 |
Għandu jitfakkar ukoll li, bejn ix-xahar ta’ Frar 2015 u x-xahar ta’ Lulju 2016, ir-Renju Unit ipparteċipa f’diversi laqgħat organizzati mill-OLAF, iddedikati għall-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, li matulhom l-OLAF tenna u aġġorna l-informazzjoni li huwa kien diġà pprovda f’dak li jirrigwarda l-portata u n-natura ta’ din il-frodi, b’mod partikolari l-fatt li dan il-kummerċ illegali kien qiegħed dejjem iktar jiżviluppa fir-Renju Unit, kif ukoll dwar il-kontromiżuri li kellhom jittieħdu sabiex tiġi miġġielda l-imsemmija frodi b’mod effettiv. Matul dawn il-laqgħat, l-OLAF kompla jirrakkomanda ħafna lir-Renju Unit sabiex jistabbilixxi livelli tar-riskju intiżi sabiex jinstabu kunsinni li jistgħu jiġu ssottovalutati u sabiex jissuġġetta dawn il-kunsinni b’riskju għal miżuri ta’ kontrolli doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata f’ċirkulazzjoni libera, bħal kontrolli fiżiċi, it-teħid ta’ kampjuni u l-kostituzzjoni ta’ garanziji, sabiex jiġi żgurat li d-dazji doganali jkunu effettivament miġbura abbażi tal-valur reali ta’ din il-merkanzija. |
|
238 |
Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Portugiża, mill-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2015/013 ma jirriżultax li huwa biss wara l-ODC Snake li l-Istati Membri kellhom effettivament għarfien tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, dan il-messaġġ ta’ assistenza reċiproka kien jirreferi espressament għall-messaġġi ta’ assistenza reċiproka 2007/015 u 2009/001 kif ukoll, konsegwentement, għall-informazzjoni pprovduta mill-OLAF f’dawn l-aħħar messaġġi u miġbura fil-qosor fil-punti 232 u 234 ta’ din is-sentenza. |
|
239 |
Kuntrarjament għal dak sostnut mir-Repubblika Portugiża, lanqas ma jirriżulta mill-messaġġ ta’ assistenza reċiproka 2015/013 u mill-punt 83 tar-Rapport Speċjali Nru 24/2015 tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea, intitolat “Il-ġlieda kontra l-frodi intra‑Komunitarja tal-VAT: azzjonijiet addizzjonali meħtieġa”, li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma kinux jafu bl-eżistenza ta’ prassi ġeneralizzata ta’ dikjarazzjonijiet doganali foloz qabel l-ODC Snake. |
|
240 |
Fil-fatt, mill-imsemmi messaġġ ta’ assistenza reċiproka u mill-punt 83 tal-imsemmi rapport speċjali jirriżulta li l-ODC Snake kienet ippermettiet li jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-proċedura doganali li għandha l-kodiċi 40 fil-lista tal-proċeduri doganali tal-Unjoni, li tipprevedi r-rilaxx għall-konsum b’rilaxx għal ċirkulazzjoni libera simultanju ta’ merkanzija li ma hijiex is-suġġett ta’ kunsinna eżentata mill-VAT (iktar ’il quddiem il-“proċedura doganali 40”), ir-riskju ta’ sottovalutazzjoni kien evalwat għal madwar 20 % tal-importazzjonijiet ikkonċernati u li, fir-rigward tal-proċedura doganali 42, dan ir-riskju kien evalwat għal 40 % ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
|
241 |
Issa, tali indikazzjoni ma tistax titqies li tfisser li l-problema tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienet problema li l-Istati Membri saru jafu biha biss wara l-ODC Snake. |
|
242 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod suffiċjenti fid-dritt li, sa mill-bidu tal-perijodu ta’ ksur, ir-Renju Unit kellu għarfien suffiċjenti tal-karatteristiċi essenzjali kemm tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, miġbura fil-qosor fil-punti 226 sa 228 ta’ din is-sentenza, kif ukoll tal-miżuri li l-OLAF u l-Kummissjoni kienu jirrakkomandawlu jieħu sabiex jikkombatti b’mod effettiv din il-frodi, jiġifieri, essenzjalment, miżuri ta’ kontrolli doganali applikati qabel l-isdoganament ta’ kunsinni identifikati bħala li jistgħu jiġu ssottovalutati abbażi ta’ għodda ta’ analiżi tar-riskju bħal dik tal-livelli minimi tar-riskju li l-PMA stabbiliti skont il-metodu OLAF‑JRC jikkostitwixxu. |
|
243 |
Tali konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju mill-fatt li, matul il-perijodu ta’ ksur, l-għarfien mir-Renju Unit tal-portata u tan-natura tal-imsemmija frodi kif ukoll tal-mezzi sabiex din tiġi miġġielda b’mod effettiv tjiebet iktar fid-dawl, b’mod partikolari, tal-iżvilupp tal-importazzjonijiet frawdolenti bi prezzijiet estremament baxxi fit-territorju tiegħu u tat-telf potenzjali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jirriżulta minnhom jew ta’ ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-metodu OLAF‑JRC bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju. |
iv) Fuq l‑assenza ta’ konformità mal‑Artikolu 325(1) TFUE tal‑mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir‑Renju Unit matul il‑perijodu ta’ ksur sabiex tiġi miġġielda l‑frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni
|
244 |
Kif diġà ġie indikat fil-punt 224 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni ssostni li l-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni ma kienx konformi mal-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE peress li dan kien essenzjalment limitat għal miżuri ta’ kontrolli doganali applikati a posteriori, jiġifieri wara l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, u, b’mod partikolari, għal irkupru ta’ dazji a posteriori. |
|
245 |
Il-Kummissjoni ssostni, kif ġie rrilevat fil-punt 223 ta’ din is-sentenza, li hija biss sistema ta’ kontrolli doganali essenzjalment tal-istess natura bħal dik irrakkomandata mill-OLAF, jiġifieri li tinkludi livelli minimi ta’ riskju stabbiliti f’livell tal-inqas ekwivalenti għall-PMA u applikati ex ante u kif ukoll il-kostituzzjoni ta’ garanziji, li kienet ta’ natura li tippermetti li l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni tiġi miġġielda b’mod effettiv, fid-dawl tal-karatteristiċi essenzjali tagħha, imfakkra fil-punti 226 sa 228 ta’ din is-sentenza, jiġifieri frodi fuq skala kbira, mobbli, reattiva għall-kontrolli u mwettqa minn impriżi msejħa “phoenix”. Skont il-Kummissjoni, il-kontrolli mwettqa qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata ma kinux jagħmlu parti mill-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir-Renju Unit sax-xahar ta’ Ottubru 2017. |
|
246 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri applikati a posteriori mir-Renju Unit kienu ddestinati li jfallu u manifestament inadegwati sabiex jikkombattu l-imsemmija frodi, peress li, bħalma kien jaf dan l-Istat, din kienet ġiet implimentata minn impriżi msejħa “phoenix”, li jrendu l-irkupru a posteriori ta’ dazji doganali improbabbli jew prattikament impossibbli fil-maġġoranza kbira tal-każijiet. |
|
247 |
F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li, qabel it-tnedija tal-operazzjoni Swift Arrow, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit applikaw miżuri ta’ kontrolli doganali ex ante biss b’mod eċċezzjonali ħafna u ffokaw l-azzjoni tagħhom fuq irkupri ta’ dazji a posteriori. B’hekk, kontrolli fiżiċi tal-merkanzija kkonċernata u t-teħid ta’ kampjuni abbażi tal-profili tar-riskju tal-metodu OLAF‑JRC twettqu biss matul il-perijodu operattiv tal-ODC Snake, jiġifieri perijodu ta’ xahar, mis‑17 ta’ Frar sas‑17 ta’ Marzu 2014, fil-kuntest tal-operazzjoni Samurai, li kienet tikkonċerna biss żewġ operaturi, kif ukoll fil-kuntest tal-operazzjoni Breach, għal tlettax-il kunsinna. Barra minn hekk, mit-tweġiba tar-Renju Unit għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm kienu meħtieġa garanziji matul il-perijodu operattiv tal-ODC Snake, l-ammont totali tagħhom kien jirrappreżenta biss 0.4144 % tal-ammont totali tad-dazji doganali addizzjonali mitluba fl-avviżi C 18 Snake, filwaqt li barra minn hekk dawn il-garanziji sussegwentement tneħħew wara l-annullament ta’ dawn l-avviżi, b’tali mod li ma tawx lok għal irkupru ta’ dazji. |
|
248 |
Ir-Renju Unit isostni li huwa adotta l-istrateġija tiegħu stess ibbażata fuq analiżi tar-riskju, li tikkonsisti essenzjalment fl-applikazzjoni ta’ profil tar-riskju intiż li jidentifika, imbagħad li jikkontrolla a posteriori, permezz, jekk ikun il-każ, tal-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru ta’ dazji, grupp delimitat ta’ operaturi li jimportaw regolarment merkanzija bi prezz baxx ħafna, ikklassifikati bħala “importaturi ta’ riskju għoli”, li hija leġittima fid-dawl tal-marġni wiesa’ ta’ manuvrar li dan l-Istat kellu u fid-dawl tal-fatt li l-metodu OLAF‑JRC ma kienx vinkolanti. Huwa jsostni wkoll li, minkejja li, pereżempju, fil-kuntest tal-ACP Discount, l-awtoritajiet doganali tiegħu ma applikawx il-livelli minimi ta’ riskju tal-metodu OLAF‑JRC ex ante, iżda biss a posteriori, l-OLAF ma kkritikahx b’dan il-fatt. Għall-kuntrarju, ġew ipprovduti lilu diversi assigurazzjonijiet minn uffiċjali tal-OLAF li s-sistema ta’ kontrolli doganali tiegħu kienet kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
|
249 |
F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punt 169 ta’ din is-sentenza, għandu l-ewwel jiġi enfasizzat li, f’sistema li fiha l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni fit-territorju tagħhom, dawn l-Istati ma jistgħux jiġu eżentati mir-responsabbiltà għal ksur tad-dritt tal-Unjoni li huma setgħu wettqu billi jinvokaw il-fatt li l-OLAF jew il-Kummissjoni ma kkontestawhomx f’mument partikolari. |
|
250 |
It-tieni, fil-punti 162 sa 169 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument invokat mir-Renju Unit u bbażat fuq il-fatt li dan l-Istat seta’ jibbaża aspettattivi leġittimi f’ċerti dikjarazzjonijiet tal-uffiċjali tal-OLAF li skonthom il-mekkaniżmu tiegħu ta’ kontrolli doganali kien allegatament kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
|
251 |
It-tielet, kif tfakkar fil-punt 220 ta’ din is-sentenza, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-natura tal-miżuri ta’ kontrolli doganali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti li l-Artikolu 325(1) TFUE jimponi fuqhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi jew kull attività illegali oħra li tista’ tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, l-obbligu li jiġi ggarantit il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni kkostitwiti mid-dazji doganali fl-ambitu tar-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma tistax tiġi ddeterminata b’mod astratt u statiku sa fejn din tiddependi mill-karatteristiċi ta’ din il-frodi jew ta’ din l-attività illegali oħra, li jistgħu barra minn hekk jevolvu maż-żmien. |
|
252 |
Issa, kif tenfasizza l-Kummissjoni, minn naħa, meta, eċċezzjonalment, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit wettqu kontrolli ex ante, dawn irriżultaw li kienu immedjatament effettivi u dissważivi. B’hekk, pereżempju, huwa stabbilit li, minn meta kienu tħabbru kontrolli fiżiċi, xi kontejners iddevjaw mill-port ta’ Felixstowe (ir-Renju Unit) lejn portijiet ta’ Stati Membri oħra u li ż-żewġ operaturi li kienu s-suġġett ta’ kontrolli ex ante mwettqa fil-kuntest tal-operazzjoni Samurai immedjatament waqfu l-attivitajiet tagħhom wara li l-HMRC ikkontestat id-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom. |
|
253 |
Min-naħa l-oħra, matul il-perijodu kollu ta’ ksur, il-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir-Renju Unit, sa fejn kien iffokat fuq miżuri a posteriori bħal irkupru ta’ dazji, irriżulta ineffikaċi sabiex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, peress li din kienet essenzjalment ikkaratterizzata mill-fatt li din twettqet minn impriżi msejħa “phoenix” li mingħandhom irkupru tad-dazji kien eskluż fil-maġġoranza kbira ħafna tal-każijiet. |
|
254 |
F’dan il-kuntest, għandu jsir riferiment għal laqgħa, li nżammet fit‑13 ta’ Ġunju 2014, dwar is-segwitu tal-ODC Snake, li matulha l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit indikaw, skont il-minuti ta’ din il-laqgħa redatti minn uffiċjal ta’ dan l-Istat, li, għalkemm, fil-każijiet fejn ma nbdewx proċeduri kriminali, dawn l-awtoritajiet kellhom l-intenzjoni li jimplimentaw proċeduri ta’ rkupru a posteriori għall-finijiet ta’ “dissważjoni finanzjarja”, huma kienu jqisu “abbażi tal-esperjenza tal-passat u ta’ dak li kien diġà ġie osservat f’dan it-tip ta’ frodi” li kien “improbabbli li kwalunkwe dejn jiġi rkuprat”. |
|
255 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, kemm fir-rigward tad-djun doganali mitluba fl-avviżi C 18 Snake kif ukoll fir-rigward ta’ dawk mitluba fl-avviżi C 18 Breach, ir-Renju Unit isostni li huwa eżentat mill-obbligu li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali li jikkorrispondu għal dawn id-djun, minħabba li l-impossibbiltà li dawn jiġu rkuprati ma hijiex imputabbli lil dan l-Istat peress li d-debituri tagħhom huma impriżi “phoenix”. Issa, tali allegazzjoni, anki jekk titqies fondata, għandha tendenza turi li l-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali implimentat mir-Renju Unit ma kienx jippermetti ġbir effettiv u sħiħ tad-dħul assenjat għar-riżorsi proprji tal-Unjoni. |
|
256 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni, mingħajr ma ġiet kontradetta fuq dan il-punt, li wħud mill-operaturi previsti mill-kontrolli mwettqa fl-ambitu tal-operazzjoni Breach kienu diġà previsti minn ordni ta’ rkupru li tinsab f’wieħed mill-avviżi C 18 Snake, u dan jikkonferma li l-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali implimentat fir-Renju Unit kien, f’dak iż-żmien, insuffiċjentement dissważiv. |
|
257 |
Għaldaqstant, anki jekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 213 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 325(1) TFUE jirriżerva għall-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni u libertà tal-għażla fir-rigward tal-miżuri ta’ kontrolli doganali li kellhom jittieħdu sabiex, b’mod partikolari, jiġi ggarantit il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jikkostitwixxu, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, fid-dawl tal-partikolaritajiet tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u, b’mod partikolari, tal-fatt li din il-frodi kienet mobbli, reattiva ħafna għall-kontrolli u essenzjalment implimentata minn impriżi inadempjenti jew insolventi li mingħandhom kull irkupru a posteriori tad-dazji kien, fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, eskluż mill-bidu, partikolaritajiet li barra minn hekk kienu magħrufa fi żmien xieraq mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit minħabba l-esperjenza tagħhom, il-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali implimentat minn dan l-Istat matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jikkombatti l-imsemmija frodi, sa fejn dan kien, bi ftit eċċezzjonijiet rari, limitat għal azzjonijiet ta’ rkupru ta’ dazji a posteriori, ma kienx josserva, jew manifestament ma kienx josserva, il-prinċipju ta’ effettività stipulat fl-artikolu 325(1) TFUE. |
|
258 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel motiv għandu jintlaqa’ sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 325(1) TFUE. |
b) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti mil‑leġiżlazzjoni doganali tal‑Unjoni
|
259 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tan-nuqqas allegat fil-konfront tar-Renju Unit ta’ twettiq ta’ obbligu tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkritika lil dan l-Istat li naqas, l-ewwel, milli jadotta miżuri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bi ksur tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, it-tieni, milli jwettaq kontrolli doganali abbażi ta’ analiżi ta’ riskju bi ksur tal-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, it-tielet, milli jeżiġi l-kostituzzjoni ta’ garanziji bi ksur tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u tal-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u, ir-raba’, milli jdaħħal fil-kontijiet, bi ksur tal-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, id-djun doganali li kien għad iridu jiġu rkuprati hekk kif l-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat saru jafu bis-sitwazzjoni li wasslet għall-konstatazzjoni ta’ dawn id-djun. |
1) Osservazzjonijiet preliminari
|
260 |
B’mod preliminari, għandu jiġi kkonstatat li l-ilment ibbażat fuq l-Artikolu 3 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, ma għandux portata awtonoma meta mqabbel ma’ dak ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 325 TFUE li huwa eżaminat fil-punti 208 sa 258 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, dan l-ilment ma ġiex żviluppat mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ argument speċifiku marbut mad-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat. |
|
261 |
Barra minn hekk, kif l-Avukat Ġenerali irrileva wkoll, essenzjalment, fil-punt 173 tal-konklużjonijiet tiegħu, fir-rigward tal-obbligi li għandhom l-Istati Membri sabiex tiġi miġġielda kull frodi jew kull attività illegali oħra li tista’ tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Artikolu 325(3) TFUE jikkostitwixxi manifestazzjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE. Minn dan jirriżulta li ma hemmx lok li jsir eżami distint tal-imsemmi lment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda, C‑459/03, EU:C:2006:345, punti 169 sa 171). |
|
262 |
Wara li ġie ppreċiżat dan, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, ir-Renju Unit kisirx, fil-kuntest tal-azzjoni tiegħu intiża għall-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni matul il-perijodu ta’ ksur, minn naħa, l-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, sa fejn dan l-Istat ma wettaqx, qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, kontrolli doganali bbażati fuq analiżi tar-riskju, bħal dik tal-metodu OLAF‑JRC, li jippermettu li jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jkunu ssottovalutati u li għandhom, konsegwentement, ikunu suġġetti għal verifiki fir-rigward tal-eżattezza tal-valur għal skopijiet doganali ddikjarat u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, sa fejn l-imsemmi Stat ma eżiġix il-kostituzzjoni ta’ garanziji għall-importazzjonijiet identifikati bħala li huma potenzjalment issottovalutati. |
|
263 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiddeduċi mis-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, EURO 2004. Hungary (C‑291/15, EU:C:2016:455), li, meta merkanzija tiġi ddikjarata f’valuri doganali estremament baxxi u, b’mod partikolari, f’valuri iktar baxxi b’iktar minn 50 % tal-prezz medju statistiku, huma permessi dubji fondati fir-rigward tal-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet doganali inkwistjoni, b’mod li din il-merkanzija ma tistax titqiegħed f’ċirkulazzjoni libera mingħajr kontroll minn qabel tal-valuri hekk iddikjarati. Hija tirreferi wkoll għas-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall (C‑23/10, EU:C:2011:160), bħala bażi għall-prinċipju li, meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet konkreti dwar l-ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet doganali, li jista’ jagħti lok għall-ġbir ta’ dazji doganali iktar baxxi minn dawk effettivament dovuti, dawn l-awtoritajiet huma obbligati jivverifikaw dawn id-dikjarazzjonijiet u jwettqu l-kontrolli meħtieġa. |
|
264 |
Ir-Renju Unit, sostnut mill-Istati Membri intervenjenti, isostni li mill-ġurisprudenza invokata mill-Kummissjoni jirriżulta li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri huma obbligati jwettqu kontrolli doganali biss jekk ikollhom indikazzjonijiet konkreti dwar l-ineżattezza tal-indikazzjonijiet li jinsabu f’dikjarazzjoni doganali. B’mod kontrastanti, meta dawn l-awtoritajiet ikollhom biss dubji dwar l-eżattezza ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, ibbażati, pereżempju, fuq il-konstatazzjoni ta’ differenza ta’ iktar minn 50 % bejn il-prezz iddikjarat u l-valur medju statistiku, l-imsemmija awtoritajiet ikollhom biss il-possibbiltà li jwettqu tali kontrolli, mingħajr madankollu ma jkunu obbligati jagħmlu dan. |
|
265 |
Issa, f’dan il-każ, fid-dawl tal-informazzjoni li kellhom, l-istess awtoritajiet ma kellhomx indikazzjonijiet konkreti ta’ sottovalutazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati, iżda kellhom, l-iktar l-iktar, dubji fondati dwar l-eżattezza tal-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati, fis-sens tal-ġurisprudenza, b’tali mod li kien possibbli għalihom li jwettqu kontrolli doganali, iżda ma kinux obbligati jagħmlu dan. Bl-istess mod, il-konstatazzjoni li l-valur għal skopijiet doganali ddikjarat fkien iktar baxx b’iktar minn 50 % mill-valur medju statistiku u, għaldaqstant, iktar baxx mil-livell minimu tal-PMA tal-metodu OLAF‑JRC ma tikkostitwixxix indikazzjoni konkreta ta’ sottovalutazzjoni ta’ dan il-valur għal skopijiet doganali, iżda, l-iktar l-iktar, raġuni għal dubji fondati fir-rigward tal-eżattezza tiegħu u, għaldaqstant, ma kinitx tobbliga lill-awtoritajiet tar-Renju Unit jivverifikaw l-eżattezza tal-imsemmi valur għal skopijiet doganali. |
|
266 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed, f’dan l-istadju, li jiġi indikat li, minn naħa, il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi frodi fuq skala kbira, li tinvolvi importazzjonijiet fuq perijodu relattivament twil fl-Unjoni kollha, u, b’mod partikolari, fir-Renju Unit, volumi kbar ta’ merkanzija b’valuri ddikjarati estremament baxxi u, għaldaqstant, prima facie suspettużi, minn impriżi msejħa “inadempjenti” li jesponu, b’mod evidenti, l-Unjoni għal riskji sinjifikattivi għall-interessi finanzjarji tagħha minħabba telf konsegwenti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li huma irrekuperabbli fi kwantità kbira ħafna. F’dan il-kuntest, l-għarfien mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, sussegwentement, b’mod partikolari, tal-informazzjoni kkomunikata mill-OLAF u mill-Kummissjoni, tal-portata u tal-partikolaritajiet ta’ din il-frodi u kif ukoll tar-riskji finanzjarji sinjifikattivi li din tal-aħħar kienet toħloq għall-Unjoni, kien ifisser li dawn l-awtoritajiet kellhom indikazzjonijiet suffiċjentement konkreti dwar l-ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet li jinsabu f’numru sinjifikattiv ta’ dikjarazzjonijiet doganali relatati mal-valur tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina, li kienu jobbligawhom jieħdu miżuri ta’ kontrolli doganali adegwati sabiex jivverifikaw dan il-valur b’mod sistematiku għall-importazzjonijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat, finalment, il-pagament sħiħ u effettiv tad-dazji doganali dovuti. |
|
267 |
Min-naħa l-oħra, f’tali kuntest ta’ frodi, l-informazzjoni li tirriżulta għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-identifikazzjoni tal-importazzjonijiet bi prezz baxx ħafna permezz ta’ profil tar-riskju bħal dak tal-PMA tal-metodu OLAF‑JRC bħala li setgħu jkunu ssottovalutati kienet ta’ natura li tipprovdi indikazzjonijiet konkreti lil dawn l-awtoritajiet li d-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjonijiet doganali għall-prodotti koperti minn dan il-profil tar-riskju kienu ineżatti u kellhom, konsegwentement, ikunu s-suġġett ta’ kontrolli doganali qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
|
268 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preliminari, għandhom konsegwentement jiġu eżaminati l-ilmenti msemmija fil-punt 259 ta’ din is-sentenza, bl-eċċezzjoni ta’ dak ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE. |
2) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti fl‑Artikolu 13 tal‑Kodiċi Doganali tal‑Komunità u fl‑Artikolu 46 tal‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni
i) L‑argumenti tal‑partijiet
|
269 |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu imputat lir-Renju Unit, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-kuntest tal-azzjoni tagħha intiża għall-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni matul il-perijodu ta’ ksur, dan l-Istat ma wettaqx kontrolli doganali qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, ibbażati fuq analiżi tar-riskju bħal dik tal-metodu OLAF‑JRC, li jippermettu li jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati u li għandhom, konsegwentement, ikunu suġġetti għal verifiki marbuta mal-eżattezza tal-valur għal skopijiet doganali ddikjarat. |
|
270 |
F’dan ir-rigward, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Kummissjoni ma tikkritikax lir-Renju Unit talli ma applikax il-metodu OLAF‑JRC, iżda pjuttost talli ma ħax il-miżuri elementari rrakkomandati mill-OLAF, jiġifieri, b’mod partikolari, kontrolli bbażati fuq profili tar-riskju applikati ex ante. Il-Kummissjoni tammetti li dan il-metodu ma kienx legalment vinkolanti għall-Istati Membri u, anki jekk hija tqis li kien preferibbli li jiġu applikati profili jew livelli minimi tar-riskju stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, bħall-PMA, stabbiliti skont l-imsemmi metodu, hija ssostni, mingħajr barra minn hekk ma hija kontradetta fuq dan il-punt mir-Renju Unit, li dejjem aċċettat li l-Istati Membri japplikaw il-profili jew il-livelli minimi tar-riskju tagħhom stess sakemm dawn ikunu paragunabbli jew iktar stretti mill-PMA. |
|
271 |
Ir-Renju Unit isostni li huwa bbaża l-kontrolli doganali li huwa wettaq matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jiġġieled il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni fuq analiżi tar-riskju. Din l-analiżi tipproċedi essenzjalment bl-applikazzjoni ta’ profil tar-riskju intiż sabiex jiġi identifikat, u sussegwentement ikkontrollat, grupp ristrett ta’ operaturi li regolarment jimportaw il-prodotti kkonċernati bi prezz baxx ħafna, ikklassifikati bħala “importaturi ta’ riskju għoli” u twassal, jekk ikun il-każ, għall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru ta’ dazji a posteriori bħall-avviżi C 18. B’hekk, fl-ambitu tal-operazzjoni Breach, li nbdiet fix-xahar ta’ Mejju 2015 u li għadha fis-seħħ, 239 “importatur ta’ riskju għoli” ġew identifikati għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-profil tar-riskju. Din hija “strateġija leġittima u raġonevoli” peress li l-prassi wriet li l-maġġoranza kbira tal-importazzjonijiet ikkonċernati ġejja biss minn 129 operatur minn total ta’ 20000 operatur li jimportaw il-prodotti kkonċernati miċ-Ċina. |
ii) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
272 |
L-Artikolu 13(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, applikabbli għall-parti tal-perijodu ta’ ksur li tintemm fit‑30 ta’ April 2016, kien jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tiegħu, li l-kontrolli doganali minbarra l-kontrolli fuq il-post għandhom ikunu bbażati fuq “analiżi ta’ riskju bl-użu ta’ tekniki awtomatizzati ta’ proċessar ta’ data”, peress li l-għan huwa li jiġu ddeterminati u kkwantifikati r-riskji u li jiġu żviluppati l-miżuri meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħhom, abbażi ta’ kriterji ddefiniti fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, fil-livell internazzjonali u, fit-tieni subparagrafu tiegħu, li “qafas ta’ ġestjoni komuni ta’ riskju”, “kriterji komuni” u kif ukoll iż-“żoni ta’ kontroll prijoritarji” għandhom jiġu ddeterminati skont il-“proċedura tal-kumitat”. |
|
273 |
Dawn l-obbligi ġew riprodotti, skont formulazzjoni emendata, fl-Artikolu 46(2) u (3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, applikabbli għall-parti tal-perijodu ta’ ksur li bdiet fl‑1 ta’ Mejju 2016. |
|
274 |
L-Artikolu 46(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jipprevedi li l-kontrolli doganali, barra kontrolli każwali, għandhom “primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju billi jintużaw tekniċi elettroniċi ta’ proċessar tad-data” u huma intiżi sabiex jiġu identifikati u evalwati r-riskji u sabiex jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, abbażi tal-kriterji żviluppati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, fil-livell internazzjonali. L-Artikolu 46(3) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi li l-kontrolli doganali għandhom isiru fi ħdan “qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju”, ibbażat fuq l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskji u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji bejn l-amministrazzjonijiet doganali u l-istabbiliment ta’ “kriterji u standards komuni ta’ riskju”, u kif ukoll “miżuri ta’ kontroll u oqsma prijoritarji ta’ kontroll”. |
|
275 |
L-Artikolu 46(4) tal-imsemmi kodiċi jobbliga wkoll lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw “ġestjoni tar-riskji”. |
|
276 |
L-Artikolu 46(6) u (7) tal-istess kodiċi jelenka l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istabbiliment, b’mod partikolari, tal-“kriterji u l-istandards komuni tar-riskju”, u l-elementi li dawn il-kriterji u standards għandhom jinkludu. |
|
277 |
Huwa stabbilit li, matul il-perijodu ta’ ksur, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx kriterji jew standards komuni fir-rigward tar-riskju fil-forma ta’ att vinkolanti impost fuq l-Istati Membri, anki jekk adottat, fil‑21 ta’ Awwissu 2014, permezz ta’ komunikazzjoni, strateġija u pjan ta’ azzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji fil-qasam doganali (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali: L-indirizzar ta’ riskji, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-iffaċilitar tal-kummerċ (COM/2014/527 final)). Kif ir-Repubblika Portugiża osservat fis-seduta u kif il-punti 13 u 15 tar-Rapport Speċjali Nru 04/2021 tal-Qorti tal-Awdituri, intitolat “Kontrolli doganali: armonizzazzjoni insuffiċjenti tfixkel l-interesssi finanzjarji tal-UE”, jikkonfermaw, il-Kummissjoni adottat, fil‑31 ta’ Mejju 2018, l-ewwel deċiżjoni vinkolanti li tistabbilixxi kriterji u standards komuni dwar ir-riskju finanzjarju fil-forma ta’ dokument “Ristrett UE”, li ġiet ikkompletata, fix-xahar ta’ Diċembru 2019, permezz ta’ “dokument ta’ orjentazzjoni” mhux vinkolanti. |
|
278 |
Il-metodu OLAF‑JRC, kif ġie rrakkomandat mill-OLAF u mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u espost, b’mod partikolari, fil-linji gwida tal-ACP Discount għall-finijiet ta’ applikazzjoni fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni, sa fejn dan jinkludi, b’mod partikolari, deskrizzjoni tar-riskji u tal-fatturi jew indikaturi ta’ riskju li għandhom jintużaw sabiex tintgħażel il-merkanzija li għandha tiġi suġġetta għal kontrolli doganali u jispeċifika n-natura tal-kontrolli doganali li għandhom isiru mill-awtoritajiet doganali, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li japplika kriterji komuni mhux vinkolanti fil-qasam tar-riskji li jirriżultaw fil-qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskji. |
|
279 |
Għandu jiġi enfasizzat li, peress li l-kontrolli doganali intiżi, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jipprevjenu u jikkombattu l-frodi għall-proċedura doganali tal-Unjoni, kull miżura komuni mhux vinkolanti li tista’ tiġi adottata jew irrakkomandata fir-rigward tal-kriterji ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji, imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u fl-Artikolu 46(2) u (3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, taqa’ neċessarjament fl-ambitu tal-ġlieda kontra l-frodi prevista fl-Artikolu 325 TFUE. Issa, mill-Artikolu 325(1) u (3) TFUE jirriżulta li l-ġlieda kontra l-frodi timplika kooperazzjoni mill-qrib bejn, minn naħa, l-Istati Membri u l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri nnifishom. |
|
280 |
F’dan ir-rigward, il-qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskji li fih jitwettqu l-kontrolli doganali, sa fejn huwa bbażat, konformement mal-Artikolu 46(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, minbarra fuq kriterji u standards komuni fil-qasam tar-riskji, fuq l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-riskji u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji bejn l-amministrazzjonijiet doganali kif ukoll fuq miżuri ta’ kontroll doganali u ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarji, huwa manifestazzjoni speċifika tal-Artikolu 325(3) TFUE, li jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom intiża għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-frodi, filwaqt li jorganizzaw, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, kollaborazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
|
281 |
Għalhekk, meta tali kriterji komuni mhux vinkolanti ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji jiġu rrakkomandati, l-Istati Membri, minkejja li ma humiex, bħala prinċipju, formalment marbuta b’dawn il-kriterji, huma obbligati, skont dan l-obbligu ta’ kooperazzjoni, li debitament jieħdu dawn il-kriterji inkunsiderazzjoni jew li jsegwuhom fil-każ fejn huma ma jkunux żviluppaw kriterji nazzjonali li jkunu tal-inqas effettivi daqs dawk irrakkomandati mill-Unjoni. |
|
282 |
Minn dan isegwi li, konformement mal-obbligi imposti fuqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, ir-Renju Unit kellu, tal-inqas, fl-ambitu tad-definizzjoni, matul il-perijodu ta’ ksur, tas-sistema tiegħu ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji, jieħu debitament inkunsiderazzjoni, fid-dawl tal-mod operattiv u l-karatteristiċi speċifiċi tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni magħrufa minn dan l-Istat, profili tar-riskju kif ukoll tipi ta’ kontrolli doganali li l-OLAF u l-Kummissjoni kienu jirrakkomandawlu japplika sabiex jikkombatti din il-frodi, u dan minkejja n-natura mhux vinkolanti tal-kriterji applikati fil-qasam tar-riskji. |
|
283 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja r-rakkomandazzjonijiet imġedda tal-OLAF u tal-Kummissjoni, ir-Renju Unit ma wettaqx, ħlief matul il-perijodu operattiv tal-ODC Snake, jiġifieri l-perijodu mis‑17 ta’ Frar sas‑17 ta’ Marzu 2014, kontrolli doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata fuq il-bażi ta’ profili tar-riskju bħal-livelli minimi tar‑riskju tal-metodu OLAF‑JRC jew profili oħra tar-riskju li għandhom grad ta’ effettività paragunabbli. |
|
284 |
B’dan premess, kif jirriżulta mill-punt 281 ta’ din is-sentenza, ir-Renju Unit, f’sitwazzjoni kkaratterizzata mill-assenza ta’ miżuri vinkolanti tal-Unjoni, ma kienx marbut li jsegwi tali rakkomandazzjonijiet sakemm il-kriterji ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji li huwa adotta kienu minn tal-inqas paragunabbli, f’termini ta’ effettività, għal dawk irrakkomandati mill-Unjoni, jekk mhux iktar effettivi minnhom. |
|
285 |
Issa, waqt laqgħa li nżammet fit-28 ta’ Lulju 2015, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit indikaw lill-OLAF li l-użu ta’ indikaturi tar-riskju bbażati fuq prezzijiet medji huwa kontroproduttiv u sproporzjonat fid-dawl tal-volum tal-importazzjonijiet fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. |
|
286 |
Ir-Renju Unit isostni, b’mod partikolari, bi tweġiba għal mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, li, peress li qies li l-profili tar-riskju tal-metodu OLAF‑JRC ma kinux preċiżi biżżejjed, b’mod partikolari sa fejn dawn taw lok għal każijiet pożittivi foloz fir-rigward ta’ importazzjonijiet leġittimi mwettqa bi prezz baxx ħafna għal ditti kbar magħrufa sewwa, huwa pprefera jiżviluppa l-profili tar-riskju nazzjonali tiegħu iktar effiċjenti. Il-fatt li dawn finalment twettqu biss mit‑12 ta’ Ottubru 2017, jiġifieri d-data tat-tnedija tal‑operazzjoni Swift Arrow, huwa spjegat mill-kumplessità ta’ dan l-eżerċizzju u r-riżorsi sinjifikattivi li kellhom jiġu adoperati għalih. |
|
287 |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud. |
|
288 |
Fil-fatt, hemm lok li jiġu enfasizzati, minn naħa, il-gravità u l-portata tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u r-riskji finanzjarji sinjifikattivi li din timplika b’mod ċar għall-Unjoni, li kienu, barra minn hekk, magħrufa mir-Renju Unit li ġie repetutament avżat bihom mill-OLAF u mill-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, il-fatt li r-Renju Unit kien, tal-inqas, marbut li jieħu debitament inkunsiderazzjoni, fl-iżvilupp tas-sistema ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji tiegħu, il-kriterji fil-qasam tar-riskju li l-OLAF u l-Kummissjoni kienu diversi drabi rrakkomandawlu li japplika, b’mod partikolari l-livelli minimi tar-riskju bħall-PMA tal-metodu OLAF‑JRC applikati qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
|
289 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Renju Unit ma setax, sakemm jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet tiegħu intiżi sabiex jistabbilixxi l-livelli minimi tiegħu ta’ riskju allegatament iktar effiċjenti, jirrifjuta li japplika kwalunkwe profil tar-riskju li jippermetti li jiġu identifikati, qabel l-isdoganament ta’ din il-merkanzija, importazzjonijiet bi prezz baxx ħafna li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ kontrolli doganali qabel it-tqegħid tal-imsemmija merkanzija f’ċirkulazzjoni libera. |
|
290 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit mhux talli ma applikax b’mod korrett il-profili tar-riskju tal-metodu OLAF‑JRC, iżda pjuttost talli ma applika, fl-ambitu tal-mekkaniżmu tiegħu ta’ analiżi u ta’ ġestjoni tar-riskji, qabel it-tnedija tal-operazzjoni Swift Arrow, ebda profil tar-riskju qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata meta dan il-metodu biss kien jippermetti li jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati għall-finijiet ta’ gwida fir-rigward tal-kontrolli doganali qabel ir-rilaxx ta’ din il-merkanzija. |
|
291 |
Min-naħa l-oħra, mill-analiżi tal-Artikolu 325 TFUE mwettqa fil-punti 208 sa 220 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, il-kontromiżuri ta’ natura li jippermettu li din tiġi miġġielda b’mod effettiv u dissważiv ma setgħux ikunu limitati għal irkupri a posteriori ta’ dazji, peress li dawn kienu bħala regola ġenerali mistennija li jfallu fir-rigward ta’ impriżi inadempjenti, iżda kellhom jinkludu kontrolli doganali qabel it-tqegħid f’ċirkulazzjoni libera tal-merkanziji ddikjarati bi prezzijiet estremament baxxi. |
|
292 |
Issa, skont l-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, ir-Renju Unit kien obbligat jagħżel, sabiex jiżgura ġlieda effettiva u dissważiva kontra l-frodi, id-dikjarazzjonijiet doganali li kellhom ikunu s-suġġett ta’ tali kontrolli ex ante fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju pprattikata bl-għajnuna ta’ proċessi informatiċi ta’ pproċessar tad-data, ħaġa li huwa naqas milli jagħmel matul il-perijodu kollu ta’ ksur, ħlief għal dak li jirrigwarda l-perijodu operattiv tal-ODC Snake, mis‑17 ta’ Frar sas‑17 ta’ Marzu 2014. |
|
293 |
Peress li l-Kummissjoni tibbaża l-ilment tagħha fuq din l-ommissjoni biss, ma hemmx lok li jiġu eżaminati d-diversi lmenti mressqa kontra l-metodu OLAF‑JRC, użat bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju, sa fejn dan jippreskrivi livelli minimi tar-riskju arbitrarji jew saħansitra inklużivi wisq fid-dawl tan-numru għoli ta’ każijiet pożittivi foloz li huwa jiġġenera u li jikkonċernaw importazzjonijiet bi prezz baxx, iżda leġittimi, imwettqa minn ditti kbar ta’ bejgħ bl-imnut. |
|
294 |
Għal kull skop prattiku, jista’ jiġi indikat li, peress li mill-istudji annessi mar-rapport tal-OLAF jirriżulta li l-PMA, użati bħala livelli minimi tar-riskju fil-kuntest tal-metodu OLAF‑JRC, ġew stabbiliti mill-PMK fuq il-bażi ta’ riċerki xjentifiċi mwettqa mill-JRC li jinvolvu l-analiżi tal-istogrammi u d-distribuzzjoni, f’termini ta’ prezzijiet, tad-diversi tipi ta’ importazzjonijiet, dawn ma jidhrux li huma arbitrarji, iżda li huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u newtrali. |
|
295 |
Barra minn hekk, peress li l-livelli minimi tar-riskju tal-metodu OLAF‑JRC li l-PMA jikkostitwixxu huma bbażati fuq prezzijiet medji statistiċi, jiġifieri l-PMK, u huma intiżi biss sabiex jidentifikaw l-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni sabiex jiġu vverifikati l-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet u mhux sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija importazzjonijiet humiex effettivament issottovalutati, dawn jimplikaw, min-natura tagħhom stess, ċerta rata ta’ każijiet pożittivi foloz. |
|
296 |
Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li r-Renju Unit isostni, l-affidabbiltà tal-PMA bħala profil tar-riskju ma tistax titqiegħed f’dubju minħabba s-sempliċi fatt, anki jekk jitqies li dan tal-aħħar huwa stabbilit, li 11.2 %, f’termini ta’ volum, tal-importazzjonijiet leġittimi mwettqa minn ċerti ditti kbar magħrufa sewwa jiġu ddikjarati f’valuri iktar baxxi minn dawn il-prezzijiet. Tali rata ta’ każijiet pożittivi foloz tidher fil-fatt li hija raġonevoli fid-dawl tal-kontribuzzjoni utli tal-PMA fl-identifikazzjoni tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
297 |
Fl-aħħar nett, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 209 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni indikat, bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja u mingħajr ma ġiet kontradetta fuq dan il-punt mir-Renju Unit, minn naħa, li l-PMA kienu ġew introdotti, u sussegwentement applikati bħala profili tar-riskju fil-kuntest tal-ACP Discount fl-2011 u, sussegwentement, fil-kuntest tal-ODC Snake fl-2014 wara dibattitu fil-fond bejn l-Istati Membri u b’mod kunsenswali bejniethom u kif ukoll, min-naħa l-oħra, li d-determinazzjoni tal-PMA fil-livell ta’ 50 % tal-PMK ma ġiet, bħala tali, ikkontestata minn ebda Stat Membru matul il-perijodu ta’ ksur. |
|
298 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel motiv għandu jintlaqa’, sa fejn huwa bbażat fuq ksur mir-Renju Unit tal-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, peress li, fil-kuntest tal-azzjoni tiegħu intiża għall-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni matul il-perijodu ta’ ksur, dan l-Istat ma wettaqx kontrolli doganali bbażati fuq analiżi tar-riskju qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
3) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti fl‑Artikolu 248(1) tar‑Regolament ta’ Applikazzjoni u fl‑Artikolu 244 tar‑Regolament ta’ Implimentazzjoni
|
299 |
Kif ġie rrilevat fil-punt 259 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni takkuża lir-Renju Unit li naqas milli jwettaq l-obbligi msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u fl-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-awtoritajiet doganali jeżiġu l-kostituzzjoni ta’ garanzija suffiċjenti meta huma jqisu li l-verifika tad-dikjarazzjoni doganali tista’ tagħti lok għal ammont ta’ dazji ogħla minn dak li jirriżulta mill-indikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni doganali. |
|
300 |
F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu, kif isostni r-Renju Unit, li l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdu, minħabba l-użu tal-verb “jikkunsidraw”, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri meta huma jiddeċiedu dwar in-neċessità li tiġi kkostitwita garanzija, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa limitat, kif l-Avukat Ġenerali rrileva wkoll, essenzjalment, fil-punt 218 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE, li skontu protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandha tiġi żgurata kontra kull frodi jew kull attività illegali li tista’ tippreġudika dawn l-interessi. |
|
301 |
Kif ġie enfasizzat fil-punti 220 u 251 ta’ din is-sentenza, il-portata tal-prinċipju ta’ effettività, sa fejn dan japplika għall-obbligu speċifiku impost fuq l-Istati Membri skont l-Artikolu 325(1) TFUE li jiggarantixxu l-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li d-dazji doganali jikkostitwixxu, ma tistax tiġi ddeterminata b’mod astratt u statiku peress li din tiddependi mill-karatteristiċi tal-frodi jew tal-attività illegali kkonċernata, li jistgħu barra minn hekk jevolvu maż-żmien. |
|
302 |
F’dan il-każ, hemm lok li jitfakkar li l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienet ikkaratterizzata minn importazzjonijiet, bi prezzijiet estremament baxxi, ta’ volumi kbar tal-prodotti kkonċernati li ġejjin miċ-Ċina minn impriżi msejħa “phoenix”, ikkostitwiti speċifikament sabiex jimplimentaw din il-frodi, li kellhom biss attivi minimi u kienu jisparixxu jew jiġu suġġetti għal stralċ hekk kif dawn kienu jiġu kkontrollati f’dak li jirrigwarda l-eżattezza tal-valuri għal skopijiet doganali li huma kienu ddikjaraw, li kien jirrendi mill-bidu nett illużorju, fil-maġġoranza kbira ħafna tal-każijiet, kull irkupru a posteriori tad-dazji. |
|
303 |
F’tali kuntest ta’ frodi, protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra t-telf sinjifikattiv ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jistgħu jirriżultaw mill-assenza ta’ ġbir ta’ ammonti sinjifikattivi ta’ dazji doganali relatati ma’ dawn l-importazzjonijiet kbar u manifestament issottovalutati b’mod frawdolenti kienet teħtieġ, minbarra l-implimentazzjoni ta’ profil tar-riskju li jippermetti li jiġu identifikati b’mod awtomatizzat l-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni u li konsegwentement għandhom ikunu suġġetti għal verifiki fir-rigward tal-eżattezza tal-valuri għal skopijiet doganali, talba sistematika sabiex jiġu kkostitwiti garanziji fir-rigward tal-imsemmija importazzjonijiet. |
|
304 |
Issa, kif ġie kkonstatat fil-punt 247 ta’ din is-sentenza, huwa stabbilit li, matul il-perijodu ta’ ksur, ir-Renju Unit irrikjeda l-kostituzzjoni ta’ garanziji biss b’mod eċċezzjonali ħafna matul il-perijodu operattiv tal-ODC Snake, għal ammont totali li jirrappreżenta biss 0.4144 % tal-ammont totali tad-dazji doganali addizzjonali mitluba fl-avviżi C 18 Snake, filwaqt li dawn il-garanziji ġew barra minn hekk irrimborsati wara l-annullament tal-avviżi li magħhom dawn kienu marbuta. |
|
305 |
Ir-Renju Unit jikkontesta l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, billi jsostni, fl-ewwel lok, li, fin-nuqqas tal-awtoritajiet doganali tiegħu li jkollhom data li tippermetti li jiġi kkalkolat l-ammont tal-garanziji abbażi ta’ valur ta’ sostituzzjoni affidabbli, dawn tal-aħħar setgħu jiġu kkontestati b’suċċess fl-ambitu tar-rimedji amministrattivi u ġudizzjarji fil-każ li dawn kienu kkalkolati fuq il-bażi tal-PMK. |
|
306 |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud. |
|
307 |
Fil-fatt, kif l-Avukat Ġenerali rrileva wkoll, essenzjalment, fil-punt 224 tal-konklużjonijiet tiegħu, ladarba r-Renju Unit kien responsabbli għad-determinazzjoni korretta tal-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati għall-importazzjoni fit-territorju tiegħu billi japplika kontrolli doganali li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, kellhom jinkludu verifiki qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, kienu l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li kellhom jitolbu lill-operaturi kkonċernati jipprovdu informazzjoni dwar il-kwalità ta’ din il-merkanzija u li jieħdu kampjuni fl-ambitu ta’ verifiki fiżiċi, u dan kien jippermetti lil dawn l-awtoritajiet ikollhom id-data meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ valur ta’ sostituzzjoni li seta’ jintuża sabiex jiġi kkalkolat l-ammont korrett tal-garanziji. |
|
308 |
F’dan il-kuntest, għalkemm, fil-kuntest tal-ODC Snake, l-OLAF ipprova jsostni l-azzjoni tal-Istati Membri billi talab lill-awtoritajiet Ċiniżi l-provvista tal-prezzijiet għall-esportazzjoni li jistgħu jintużaw sabiex jiġu ddeterminati l-valuri ta’ sostituzzjoni tal-merkanziji li l-importazzjonijiet tagħhom kienu ġew issottovalutati, il-fatt li, fl-aħħar mill-aħħar, relattivament ftit minn dawn il-prezzijiet għall-esportazzjoni kienu ġew ipprovduti minn dawn l-awtoritajiet u li l-użu, fl-ambitu tal-proċeduri ġudizzjarji, tal-prezzijiet ipprovduti kien barra minn hekk suġġett għal limitazzjonijiet stretti ma jistax iqiegħed f’dubju il-fatt li kien ir-Renju Unit, u mhux l-OLAF jew il-Kummissjoni, li kellu jorganizza il-mekkaniżmu tiegħu tal-ġlieda kontra l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni b’mod li seta’ jkollu biżżejjed data relatata mal-valur tal-merkanziji kkonċernati bħad-data marbuta mal-kwalità jew mal-livell tat-tlestija tagħhom. |
|
309 |
Fit-tieni lok, ir-Renju Unit jikkontesta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bbażat fuq ksur tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u tal-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, minħabba li l-obbligu li tiġi kkostitwita b’mod sistematiku garanzija jippreġudika b’mod mhux iġġustifikat id-dritt għall-proprjetà tal-importaturi kkonċernati u, konsegwentement, imur kontra l-Artikolu 17 tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmat f’Pariġi fl‑20 ta’ Marzu 1952. |
|
310 |
F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punti 220 u 251 ta’ din is-sentenza, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 325(1) TFUE jirriżulta li l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li d-dazji doganali jikkostitwixxu huwa impost fl-ambitu tar-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
311 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit talli ma talabx b’mod sistematiku l-kostituzzjoni ta’ garanziji qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata biss fir-rigward tal-importazzjonijiet li l-valur iddikjarat tagħhom kien inqas minn livell minimu ta’ riskju u li, għalhekk, kellhom riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni. |
|
312 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 222 tal-konklużjonijiet tiegħu, li r-Renju Unit ma jispjegax għal liema raġunijiet preċiżi tali obbligu li jikkostitwixxi b’mod sistematiku garanziji għal importazzjonijiet identifikati permezz ta’ profil tar-riskju bħala li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni jikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-proprjetà tal-operaturi kkonċernati. |
|
313 |
Barra minn hekk, għalkemm l-obbligu li jiġu kkostitwiti b’mod sistematiku garanziji għal tali importazzjonijiet jista’ jinkludi limitazzjoni tad-dritt fundamentali għall-proprjetà, tali limitazzjoni tidher iġġustifikata fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta. |
|
314 |
Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, din il-limitazzjoni hija prevista mil-liġi u tosserva l-kontenut essenzjali tad-dritt għall-proprjetà kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-imsemmija limitazzjoni hija neċessarja u effettivament tissodisfa għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni. |
|
315 |
F’dan ir-rigward, qabelxejn, l-obbligu li tiġi kkostitwita b’mod sistematiku garanzija għall-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni effettivament jissodisfa l-għan ta’ interess ġenerali, irrikonoxxut fl-Artikolu 325 TFUE, li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jieħdu għal dan il-għan il-miżuri ta’ kontrolli doganali xierqa sabiex jiżguraw il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tradizzjonali li d-dazji doganali jikkostitwixxu. |
|
316 |
Sussegwentement, fid-dawl tal-fatt li garanzija tiġi rrilaxxata malli l-importatur ikkonċernat iħallas id-dazji effettivament dovuti jew meta jiġi kkonstatat, wara verifika, li huwa jkun iddikjara korrettament il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata, l-obbligu li tiġi kkostitwita, anki b’mod sistematiku, tali garanzija huwa ta’ natura strettament temporanju u josserva l-kontenut essenzjali tad-dritt għall-proprjetà kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
317 |
Fl-aħħar nett, in-natura proporzjonata ta’ tali obbligu hija marbuta wkoll mal-fatt li l-Kummissjoni tikkritika speċifikament lir-Renju Unit talli ma imponiex dan l-obbligu fir-rigward biss tal-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni u identifikati qabel ir-rilaxx ta’ din il-merkanzija bl-għajnuna ta’ profil tar-riskju awtomatizzat. |
|
318 |
Fil-fatt, fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom dubji, skont l-Artikolu 181a tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u l-Artikolu 140 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward tal-valur għal skopijiet doganali ddikjarat, sa fejn ma jistgħux ikunu konvinti li dan tal-aħħar jirrappreżenta l-ammont totali mħallas jew li għandu jitħallas u huma, għalhekk, obbligati jikkunsidraw li l-verifika tad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati tista’ tagħti lok għal ammont eżiġibbli ta’ dazji ogħla minn dak li jirriżulta mill-indikazzjonijiet ipprovduti f’dawn id-dikjarazzjonijiet doganali, fis-sens tal-Artikolu 248 tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u tal-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
319 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li r-Renju Unit, sa fejn, matul il-perijodu ta’ ksur, essenzjalment illimita l-mekkaniżmu tiegħu ta’ kontrolli doganali intiż sabiex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni għal miżuri applikati wara l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, bħal ordnijiet ta’ rkupru ta’ dazji a posteriori, u naqas milli jintegra b’mod sistematiku f’dan il-mekkaniżmu miżuri applikabbli qabel dan l-isdoganament, b’mod partikolari l-kontrolli doganali tal-importazzjonijiet identifikati bħala li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni permezz ta’ profil tar-riskju awtomizzat kif ukoll il-kostituzzjoni sistematika ta’ garanziji għal dawn l-importazzjonijiet, ma osservax l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-Artikolu 46 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u tal-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
320 |
Din il-konklużjoni hija essenzjalment dedotta mill-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ effettività u, f’dan il-każ, tan-nuqqas manifest ta’ effettività tal-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali applikat mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni minħabba l-fatt li dan il-mekkaniżmu, sa fejn dan kien iffokat fuq kontrolli applikati wara l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, ma kienx adattat għall-karatteristiċi ta’ din il-frodi, meta dan l-Istat kellu għarfien suffiċjenti sa mill-bidu ta’ dan il-perijodu. |
|
321 |
Kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 227 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-konklużjoni dwar in-natura, f’dan il-każ, manifestament inadegwata u insuffiċjenti tal-kontrolli doganali mwettqa mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni ma hijiex imqiegħda f’dubju mill-argument, invokat minn dan l-Istat, li dan tal-aħħar ipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ kontrolli doganali fil-livell tal-Unjoni, bħall-ACP Discount fl-2011, l-ODC Snake fl-2014 jew l-operazzjoni Octopus fl-2016 u wettaq operazzjonijiet tiegħu stess, bħall-operazzjonijiet Breach jew Samurai. |
|
322 |
Fil-fatt, huma l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tad-dritt doganali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li jwettqu kontrolli doganali xierqa sabiex jiġu protetti, b’mod effettiv, l-interessi finanzjarji tagħha. It-twettiq ta’ tali missjoni jeħtieġ, min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet, xogħol kontinwu, konsistenti u sistematiku li ma jistax ikun limitat għal parteċipazzjoni puntwali f’operazzjonijiet doganali li l-effetti tagħhom jistgħu jkunu biss temporanji. Barra minn hekk, l-azzjonijiet ta’ kontrolli doganali mwettqa fil-livell tal-Unjoni huma ċertament intiżi sabiex isostnu lill-Istati Membri, iżda ma jistgħux jissostitwixxu l-azzjoni ta’ kontroll u ta’ protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni imposta fuqhom. |
|
323 |
F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li l-operazzjoni Breach, mibdija mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fix-xahar ta’ Mejju 2015, kienet l-ewwel azzjoni ta’ kontrolli doganali tar-Renju Unit intiża speċifikament sabiex tikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u li l-operazzjoni Swift Arrow kienet l-ewwel azzjoni tar-Renju Unit li integrat sistematikament fil-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali verifiki mwettqa qabel l-isdoganament ta’ importazzjonijiet identifikati bl-għajnuna ta’ profil tar-riskju. |
|
324 |
Kif issostni l-Kummissjoni, in-nuqqas manifest ta’ effettività tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni u, bil-kontra, l-effettività u n-natura dissważiva ta’ mekkaniżmu li jintegra b’mod sistematiku kontrolli doganali mwettqa qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata u li huma bbażati fuq profil tar-riskju jirriżultaw ukoll mid-data statistika pprovduta mill-Kummissjoni. |
|
325 |
Fil-fatt, din l-istatistika, li tinsab senjatament fl-anness tat-tweġibiet ta’ din l-istituzzjoni għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, tikkonferma li, minn naħa, matul il-perijodu ta’ ksur, il-volum tal-importazzjonijiet iddikjarati fid-dwana fir-Renju Unit bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA (jiġifieri 50 % tal-PMK), b’mod partikolari, dawk iddikjarati bi prezzijiet iktar baxxi minn 10 % tal-PMK, u, konsegwentement, bi prezzijiet estremament baxxi, żdied b’mod kunsiderevoli minn sena għal sena filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet magħmula bi prezzijiet ferm ogħla mill-PMA baqa’ relattivament stabbli. |
|
326 |
B’hekk, il-volum tal-importazzjonijiet li saru bi prezzijiet iktar baxxi minn 10 % tal-PMK żdied minn 4189937 kg fl-2011 għal 314088517 kg fl-2016. Għall-perijodu ta’ ksur, il-volum tal-importazzjonijiet li saru bi prezzijiet iddikjarati iktar baxxi mill-PMA kien jikkostitwixxi 41 % tat-total tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina. Għal dan il-perijodu, 69.5 % tal-importazzjonijiet li saru bi prezzijiet iddikjarati iktar baxxi mill-PMA kienu jikkonċernaw importazzjonijiet magħmula bi prezzijiet iddikjarati iktar baxxi minn 10 % tal-PMK. |
|
327 |
Barra minn hekk, filwaqt li, fix-xahar ta’ Diċembru 2012, 51 % tal-importazzjonijiet li saru bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA kienu ddikjarati bi prezz iktar baxx minn 10 % tal-PMK, fix-xahar ta’ Diċembru 2016, din ir-rata żdiedet għal 85 %. |
|
328 |
Min-naħa l-oħra, id-data statistika pprovduta mill-Kummissjoni turi b’mod inkontestabbli li, sa mit-tnedija tal-operazzjoni Swift Arrow, l-ewwel operazzjoni tal-awtoritajiet tar-Renju Unit li tintegra b’mod sistematiku fil-mekkaniżmu tal-kontrolli doganali verifiki mwettqa qabel l-isdoganament tal-importazzjonijiet identifikati bħala li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni permezz ta’ profil tar-riskju awtomatizzat, l-importazzjonijiet li saru bi prezzijiet iddikjarati iktar baxxi mill-PMA naqsu immedjatament sal-punt li ġew fix-xejn fi spazju ta’ ftit xhur. Fil-fatt, dawn l-importazzjonijiet issottovalutati naqsu b’90 % f’perijodu ta’ tliet xhur biss. |
4) Fuq il‑ksur tal‑obbligi imposti taħt l‑Artikolu 220(1) tal‑Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal‑Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.
|
329 |
Kif ġie rrilevat fil-punt 207 ta’ din is-sentenza, għandu issa jiġi eżaminat l-ilment ibbażat fuq ksur kontinwu tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u mill-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, sa fejn, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati, ir-Renju Unit ma ħax inkunsiderazzjoni d-djun doganali li kien għad fadal li jiġu rkuprati malli l-awtoritajiet doganali tiegħu ndunaw bis-sitwazzjoni li wasslet għall-konstatazzjoni ta’ dawn id-djun. |
|
330 |
Ir-Renju Unit jikkontesta dan l-ilment, billi jsostni, essenzjalment, li huwa kellu jieħu inkunsiderazzjoni debiti doganali addizzjonali biss kieku kien obbligat jivverifika d-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati, peress li l-kalkolu tad-dazji addizzjonali legalment dovuti jkun possibbli biss jekk dawn id-dikjarazzjonijiet doganali jkunu ġew l-ewwel ivverifikati. Issa, ir-Renju Unit ma kienx obbligat jivverifika l-imsemmija dikjarazzjonijiet doganali li l-valur tagħhom kien iktar baxx mil-livelli minimi ffissati mill-OLAF u, fil-fatt, ma kienx ivverifikahom. Fi kwalunkwe każ, dan l-obbligu li jiġu inklużi dazji fil-kontabbiltà tar-riżorsi proprji tal-Unjoni kien jeħtieġ li r-Renju Unit ikollu ammonti preċiżi dovuti li ma jkunx ħa inkunsiderazzjoni. Issa, anki jekk ir-Renju Unit kien wettaq verifiki, dan l-Istat ma kellux din l-informazzjoni. |
|
331 |
F’dan ir-rigward, sa fejn, permezz tal-ilment tagħha bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul il-perijodu kollu ta’ ksur, li ma ħax inkunsiderazzjoni d-dazji doganali dovuti kollha fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet, mill-eżami tal-ewwel motiv jirriżulta li, bi ksur tal-Artikolu 325(1) TFUE u tad-dritt doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma ħadux il-miżuri ta’ kontrolli doganali xierqa sabiex jivverifikaw il-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
|
332 |
Minn dan isegwi li, għall-imsemmija importazzjonijiet, dawn l-awtoritajiet doganali ma osservawx l-obbligu tagħhom li jiżguraw, permezz ta’ kontrolli doganali xierqa, li l-valuri għal skopijiet doganali jiġu ddeterminati korrettament skont ir-regoli tad-dritt doganali tal-Unjoni. |
|
333 |
Konsegwentement, billi kkalkolaw, għall-istess importazzjonijiet, l-ammonti tad-dazji doganali abbażi ta’ valuri inkorretti, għaliex manifestament baxxi wisq, imbagħad billi ħadu inkunsiderazzjoni dawn l-ammonti ta’ dazji, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, bi ksur tal-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tal-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ma ħadux inkunsiderazzjoni b’mod effettiv id-dazji doganali dovuti kollha fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
334 |
B’mod partikolari, bi ksur tal-imsemmija dispożizzjonijiet, l-ammonti li jikkorrispondu għad-differenza li teżisti bejn id-dazji kkalkolati abbażi tal-valuri ddikjarati inkorrettament u d-dazji li kienu jiġu kkonstatati li kieku dawn ġew ikkalkolati abbażi tal-valuri reali tal-merkanzija kkonċernata skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur doganali ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fi żmien xieraq. |
|
335 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel motiv għandu jintlaqa’, sa fejn dan huwa bbażat fuq ksur mir-Renju Unit tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 325(1) TFUE, l-Artikoli 13 u l-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-Artikolu 46 u l-Artikolu 105(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u kif ukoll l-Artikolu 248(1) tar-Regolament ta’ Applikazzjoni u l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
2. Fuq in‑nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi imposti mid‑dritt tal‑Unjoni fil‑qasam tat‑tqegħid għad‑dispożizzjoni tal‑Kummissjoni tar‑riżorsi proprji tradizzjonali li d‑dazji doganali jikkostitwixxu
|
336 |
Permezz tat-tieni motiv, li jirrigwarda wħud mill-ilmenti li jinsabu fl-ewwel paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors kif ukoll l-ilment uniku li jinsab fit-tielet paragrafu ta’ dan l-ewwel kap tat-talbiet, il-Kummissjoni, fl-ewwel lok, tikkritika lir-Renju Unit li kiser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000 kif ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014, billi, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, dan l-Istat ma qegħidx għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali li kienu dovuti. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li, skont l-istima tagħha, l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, bit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir iżda flimkien mal-interessi moratorji, li għandhom, konsegwentement, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha mir-Renju Unit skont dawn id-dispożizzjonijiet, jikkorrispondu għall-ammonti li ġejjin:
|
a) Fuq l‑ilment ibbażat fuq il‑ksur mir‑Renju Unit tal‑obbligu tiegħu fil‑prinċipju li jagħmel disponibbli riżorsi proprji tradizzjonali
|
337 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni, minn naħa, li, peress li, kif sostniet fil-kuntest tal-ewwel motiv, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma wettqux il-kontrolli doganali xierqa, matul il-perijodu ta’ ksur, il-merkanzija li kienet is-suġġett tal-importazzjonijiet ikkonċernati ma ġietx iddikjarata korrettament f’dak li jirrigwarda l-valur għal skopijiet doganali tagħha, u dan kellu bħala konsegwenza li d-dazji doganali dovuti għal din il-merkanzija ma ġewx ikkalkolati korrettament u l-ammonti ta’ riżorsi proprji li jikkorrispondu għal dawn id-dazji li kellhom jiġu kkonstatati ma ġewx ikkonstatati u lanqas ma tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha fil-mument li fih dan kellu jsir. |
|
338 |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit li, fl-ambitu tal-ODC Snake, l-awtoritajiet doganali tiegħu annullaw mix-xahar ta’ Ġunju 2015 id-djun doganali li huma kienu preċedentement ikkonstataw f’ordnijiet ta’ rkupru a posteriori maħruġa bejn ix-xahar ta’ Novembru 2014 u x-xahar ta’ Frar 2015, jiġifieri l-avviżi C 18 Snake dwar l-importazzjonijiet ikkonċernati li saru bejn ix-xahar ta’ Novembru 2011 u x-xahar ta’ Novembru 2014, u li dan l-Istat, għalhekk, minħabba żbalji amministrattivi imputabbli lill-awtoritajiet doganali tiegħu, ma qegħidx għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali li kienu dovuti, fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
1) Fuq il‑prinċipju tar‑responsabbiltà tar‑Renju Unit għall‑assenza ta’ konstatazzjoni ta’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali tal‑Unjoni
|
339 |
Sabiex jiġu evalwati d-diversi ilmenti tal-Kummissjoni u l-argumenti invokati mir-Renju Unit għad-difiża tiegħu, għandhom, qabelxejn, jitfakkru l-karatteristiċi tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, kif miġbura fil-qosor mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha. |
|
340 |
Mill-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 jirriżulta li r-riżorsi proprji tal-Unjoni msemmija, rispettivament, fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436 u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335 għandhom jinġabru mill-Istati Membri u li dawn tal-aħħar għandhom l-obbligu li jqiegħdu dawn ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
341 |
Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma obbligati, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti Nri 1150/2000 u 609/2014, jikkonstataw intitolament tal-Unjoni għar-riżorsi proprji malli jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni doganali “fir-rigward tad-dħul tal-intitolament fil-kontijiet u n-notifika tad-debitur” u, għaldaqstant, meta l-awtoritajiet tagħhom ikunu f’pożizzjoni li jikkalkolaw l-ammont tal-intitolamenti li jirriżulta minn dejn doganali u li jiddeterminaw il-persuna responsabbli għall-ħlas tiegħu. Konsegwentement, l-Istati Membri huma obbligati li jinkludu l-intitolamenti kkonstatati skont l-Artikolu 2 ta’ dawn ir-regolamenti fil-kontijiet tar-riżorsi proprji tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 tal-imsemmija regolamenti. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament Nru 1150/2000 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 609/2014, intitolament ikkonstatat li jkun għadu ma ġiex irkuprat u li għalih ebda garanzija ma tkun ġiet ipprovduta għandu jiġi rreġistrat fil-kontabbiltà B (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
342 |
L-Istati Membri għandhom imbagħad iqiegħdu r-riżorsi proprji tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti, b’mod identiku, fl-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament Nru 1150/2000 u fl-Artikoli 9, 10 u 12 tar-Regolament Nru 609/2014, billi jikkreditawhom, fl-osservanza tat-termini previsti, fil-kont miftuħ għal dan il-għan f’isem din l-istituzzjoni. Konformement mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1150/2000 u mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 609/2014, kull dewmien tal-inklużjoni f’dan il-kont jagħti lok għall-ħlas, mill-Istat Membru kkonċernat, ta’ interessi moratorji (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 58). |
|
343 |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1150/2000 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 609/2014, l-Istati Membri huma obbligati jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex l-ammonti li jikkorrispondu għall-intitolamenti kkonstatati skont l-Artikolu 2 ta’ dawn ir-regolamenti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
|
344 |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014, l-Istati Membri huma eżentati milli jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għall-intitolamenti kkonstatati biss meta l-irkupru ma jkunx seta’ jitwettaq għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew meta jirriżulta li dan l-irkupru huwa definittivament impossibbli għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lilhom. |
|
345 |
Minn dan jirriżulta li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-ġestjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni hija fdata lill-Istati Membri u taqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva ta’ dawn tal-aħħar. B’hekk, l-obbligi tal-ġbir, tal-konstatazzjoni u tal-inklużjoni fil-kont ta’ dawn ir-riżorsi proprji sabiex dawn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni huma imposti direttament fuq l-Istati Membri skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta-riżorsi proprji, u, f’dan il-każ, id-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 u kif ukoll ir-Regolamenti Nri 1150/2000 u 609/2014 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
346 |
Fl-aħħar nett, peress li teżisti rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul li ġej mid-dazji doganali u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi korrispondenti, huma l-Istati Membri, konformement mal-obbligi tagħhom taħt l‑Artikolu 325(1) TFUE, li għandhom jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi jew kull attività illegali oħra li tippreġudika dawn l-interessi, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-ġbir effettiv u sħiħ ta’ dawn id-dazji u, għaldaqstant, ta’ dawn ir-riżorsi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Riżorsi proprji – Irkupru ta’ dejn doganali), C‑304/18, mhux ippubblikata, EU:C:2019:601, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
347 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, għandu jiġi kkonstatat, kif l-Avukat Ġenerali rrileva, essenzjalment, fil-punt 240 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, peress li, kif ġie kkonstatat wara l-eżami tal-ewwel motiv, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma ħadux, matul il-perijodu ta’ ksur, bi ksur tal-Artikolu 325(1) TFUE u tad-dritt doganali tal-Unjoni, miżuri ta’ natura li jiżguraw li jiġu stabbiliti fil-livell ġust tagħhom il-valuri għal skopijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul dan il-perijodu, bħal kontrolli qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, u l-obbligu li jiġu kkostitwiti garanziji għall-importazzjonijiet identifikati permezz ta’ profil tar-riskju bħala li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni, dan l-Istat ikkalkola, fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, id-djun doganali abbażi ta’ valuri ineżatti, li kienu, bħala regola ġenerali, iktar baxxi mill-valuri reali tal-merkanzija kkonċernata. Għaldaqstant, l-imsemmi Stat ma ħax inkunsiderazzjoni d-dazji doganali dovuti kollha u, konsegwentement, la kkonstata u lanqas ma qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 kif ukoll tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000 u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014, ir-riżorsi proprji kollha relatati mal-imsemmija importazzjonijiet fil-mument li fih dawn kellhom hekk ikunu. |
|
348 |
Ir-Renju Unit jikkontesta din il-konstatazzjoni. Skont dan l-Istat, sa fejn dan ir-rikors huwa intiż sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkundannah iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ċerti ammonti ta’ riżorsi proprji, dan ir-rikors jikkostitwixxi rikors għad-danni bbażat fuq ksur tal-Artikolu 325 TFUE u tad-dritt doganali tal-Unjoni, li huwa marbut mal-fatt li l-awtoritajiet doganali tiegħu wettqu kontrolli mhux xierqa fuq importazzjonijiet issottovalutati b’mod frawdolenti. |
|
349 |
Għaldaqstant, skont il-prinċipji li jirregolaw kull rikors għad-danni, il-Kummissjoni hija obbligata tistabbilixxi li teżisti rabta kawżali diretta bejn dawn il-kontrolli u t-telf ta’ riżorsi proprji li din l-istituzzjoni titlob bħala danni. |
|
350 |
Madankollu, tali rabta kawżali hija nieqsa. F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit isostni li, skont dawn il-prinċipji, wieħed għandu jistaqsi dwar x’kien jiġri li kieku l-miżuri ta’ kontrolli doganali rakkomandati mill-OLAF u mill-Kummissjoni kienu ġew adottati sabiex tiġi miġġielda l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, jiġifieri, essenzjalment, kontrolli mwettqa qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata abbażi ta’ profil tar-riskju. |
|
351 |
Issa, skont ir-Renju Unit, li kieku ttieħdu tali miżuri, l-importazzjonijiet ikkonċernati sempliċement ma kinux iseħħu, b’mod li ebda telf għall-baġit tal-Unjoni ma kien ikun ikkawżat. Fil-fatt, l-operaturi kkonċernati ma humiex disposti jħallsu d-dazji doganali dovuti għall-importazzjonijiet ikkonċernati peress li, b’mod partikolari, ir-remunerazzjoni tagħhom kienet tiddependi mill-ammonti ta’ dazji doganali evitati. |
|
352 |
Għaldaqstant, ir-Renju Unit ma jistax jiġi kkritikat li ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali dovuti għall-importazzjonijiet ikkonċernati, li barra minn hekk dan l-Istat stess kien il-vittma tagħhom. Konsegwentement, l-imsemmi Stat ma jista’ jinżamm responsabbli għal ebda telf ta’ dawn ir-riżorsi proprji. |
|
353 |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud. |
|
354 |
Qabelxejn, għandu jitfakkar li, kif ġie espost fil-punti 180 et seq. ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ma hijiex titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lil dan l-Istat iħallas danni, b’tali mod li dan ir-rikors ma jikkostitwixxix rikors għad-danni u ebda rabta kawżali diretta bejn il-kontrolli mhux xierqa tal-awtoritajiet tar-Renju Unit u t-telf ta’ riżorsi proprji ma għandha tiġi stabbilita minħabba n-natura allegatament kumpensatorja ta’ din il-proċedura. |
|
355 |
Bl-istess mod, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, ir-rekwiżit għall-Kummissjoni li turi rabta kawżali diretta bejn ksur tad-dritt tal-Unjoni u t-telf ta’ riżorsi proprji li għalih Stat Membru għandu jinżamm responsabbli lanqas ma jirriżulta mis-sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (C‑391/17, EU:C:2019:919). |
|
356 |
Ċertament, fil-punti 121 u 122 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja użat l-espressjoni “rabta kawżali”, bejn azzjoni irregolari tal-awtoritajiet doganali ta’ Angwilla (territorju extra-Ewropew tar-Renju Unit) u t-telf ta’ riżorsi proprji li jirriżulta minn ksur tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal‑25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 1991, L 263, p. 1), sabiex teżamina u sussegwentement tiċħad l-argument invokat mir-Renju Unit, ibbażat fuq l-assenza ta’ tali rabta. Madankollu, mill-punt 120 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li din l-espressjoni tirreferi għall-kwistjoni ta’ jekk din l-azzjoni irregolari “kien[et]x wass[let], ċertament, għal telf ta’ riżorsi proprji”, kwistjoni li għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet fl-affermattiv f’dan il-punt 120, abbażi tal-konstatazzjoni li l-imsemmija azzjoni irregolari kienet wasslet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jaċċettaw prodotti li joriġinaw minn Angwilla għall-importazzjoni fl-Unjoni b’eżenzjoni minn dazji doganali u sabiex jagħtu deċiżjonijiet ta’ maħfra u ta’ ħlas lura ta’ dazji doganali. |
|
357 |
Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-assenza ta’ kontrolli xierqa mwettqa mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit tal-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati għall-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur kellha bħala konsegwenza li d-dazji doganali korrispondenti ġew ikkalkolati u meħuda inkunsiderazzjoni abbażi ta’ valuri ssottovalutati u li, minħabba f’hekk, il-prodotti kkonċernati ġew ammessi għall-importazzjoni fl-Unjoni filwaqt li kienet tħallset biss parti mid-dazji doganali dovuti. Għaldaqstant, din l-assenza ta’ kontrolli xierqa wasslet, b’mod ċert, għal telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni. |
|
358 |
B’mod kuntrarju għal dak li jsostni r-Renju Unit, il-kwistjoni li għandha titqajjem f’dan ir-rigward sabiex jiġi ddeterminat jekk telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kienx ikkawżat minħabba n-natura mhux xierqa tal-mekkaniżmu ta’ kontrolli doganali ma hijiex dik dwar jekk l-importazzjonijiet ikkonċernati kinux iseħħu fil-każ li l-kontrolli doganali rrakkomandati mill-OLAF u mill-Kummissjoni twettqu b’mod korrett, iżda biss dik dwar x’kienu jkunu l-ammonti ta’ dazji doganali meħuda inkunsiderazzjoni u ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkonstatati mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li kieku dawn l-importazzjonijiet, li huwa stabbilit li dawn fil-fatt seħħew fi kwantitajiet kbar fit-territorju ta’ dan l-Istat, kienu ġew suġġetti għal verifiki xierqa sabiex jiġi żgurat li d-dazji doganali jiġu kkalkolati mhux abbażi ta’ valuri għal skopijiet doganali manifestament issottovalutati iżda abbażi ta’ valuri għal skopijiet doganali stabbiliti korrettament, skont ir-regoli tad-dritt doganali tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. |
|
359 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 346 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, peress li teżisti rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul li joriġina mid-dazji doganali u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali korrispondenti, huma l-Istati Membri, skont l-Artikolu 325(1) TFUE, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-ġbir effettiv u sħiħ ta’ dawn id-dazji u, għaldaqstant, tal-ammonti korrispondenti ta’ dawn ir-riżorsi. |
|
360 |
Issa, f’dan il-każ, kif ġie kkunsidrat wara l-eżami tal-ewwel motiv, ir-Renju Unit ma ħax, matul il-perijodu ta’ ksur, il-miżuri meħtieġa għal dan il-għan. |
|
361 |
Għaldaqstant, id-dazji doganali li jikkonċernaw il-merkanzija li hija s-suġġett tal-importazzjonijiet ikkonċernati ġew ikkalkolati abbażi ta’ valuri li bihom jista’ jitqies li, fil-maġġoranza kbira tagħhom, dawn ġew iddikjarati b’mod frawdolenti peress li kienu ħafna iktar baxxi mill-valur reali tagħhom u, konsegwentement, ma ġewx iddeterminati korrettament. |
|
362 |
Għaldaqstant, in-natura mhux xierqa ta’ dawn il-kontrolli kellha l-konsegwenza li l-ammonti ta’ dazji doganali u ta’ riżorsi proprji fil-fatt dovuti għall-importazzjonijiet ikkonċernati ma ġewx effettivament u kompletament miġbura u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mir-Renju Unit. |
|
363 |
Fil-fatt, ladarba dawn l-ammonti setgħu ġew ikkonstatati korrettament mat-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ importazzjoni u mal-isdoganament konsekuttiv tagħhom li kieku l-awtoritajiet tar-Renju Unit wettqu l-verifiki meħtieġa, dan l-Istat għandu jitqiegħed, għall-perijodu ta’ ksur, f’sitwazzjoni ekwivalenti għal dik fejn huwa jkun kkonstata korrettament id-dazji doganali korrispondenti u inkludihom fil-kontabbiltà tar-riżorsi propjri tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑23/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:160, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
364 |
Barra minn hekk, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 265 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk, minħabba kontrolli mhux xierqa li huma wettqu, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit naqsu, bi ksur tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 325(1) TFUE u d-dritt doganali tal-Unjoni, milli jiġbru, minħabba żbalji mwettqa minnhom, id-dazji doganali kollha dovuti għall-importazzjonijiet ikkonċernati, dan ma jistax iqiegħed f’dubju l-obbligu tar-Renju Unit li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi li kienu jiġu kkonstatati li kieku dawn id-dazji ġew korrettament ikkonteġġati. |
|
365 |
Fl-aħħar nett, peress li, matul il-perijodu kollu ta’ ksur, kwantitajiet kbar ta’ merkanzija kkonċernata kienu s-suġġett ta’ importazzjonijiet issottovalutati fir-Renju Unit, mingħajr ma l-eżattezza tal-valuri ddikjarati konformement mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ġiet ivverifikata qabel it-tqegħid tagħha f’ċirkulazzjoni libera, dan l-Istat ħoloq sitwazzjoni irriversibbli li wasslet għal telf kunsiderevoli ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni li għalihom dan għandu jinżamm responsabbli. |
|
366 |
Minbarra l-fatt li rikostituzzjoni tal-fatti bħal dik li r-Renju Unit isostni timplika eżerċizzju spekulattiv li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħmel sabiex tikkonstata li huwa Stat Membru li għandu jikkumpensa telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni, din ir-rikostituzzjoni ma tista’ fl-ebda każ tqiegħed f’dubju r-realtà u l-kobor tat-telf sostnut fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati. |
2) Fuq ir‑responsabbiltà tar‑Renju Unit għat‑telf ta’ riżorsi proprji tal‑Unjoni kkonstatat fl‑avviżi C 18 Snake
|
367 |
Sussegwentement, għandu jiġi eżaminat l-ilment tal-Kummissjoni li skontu r-Renju Unit, bi ksur tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 609/2014, ma qegħidx għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi proprji tradizzjonali li kienu dovuti għal dak li jikkonċerna l-importazzjonijiet ikkonċernati, li saru bejn ix-xahar ta’ Novembru 2011 u x-xahar ta’ Novembru 2014, peress li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit annullaw, bejn ix-xhur ta’ Ġunju u ta’ Novembru 2015, deċiżjonijiet ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji doganali addizzjonali meħuda fil-kuntest tal-ODC Snake, b’mod partikolari, it-23 avviż C 18 Snake, maħruġa bejn ix-xahar ta’ Novembru 2014 u x-xahar ta’ Frar 2015, bil-ħsieb li jiġi rkuprat ammont totali ta’ dazji doganali addizzjonali li laħaq, finalment, skont ir-Renju Unit, l-ammont ta’ GBP 192568 694.30. |
|
368 |
Huwa stabbilit, f’dan ir-rigward, li d-dazji doganali addizzjonali mitluba fl-avviżi C 18 Snake ġew inklużi fil-kontijiet u nnotifikati lid-debituri tagħhom, li l-ammonti ta’ riżorsi proprji li jikkorrispondu għal dawn id-dazji ġew inklużi fil-kontabbiltà B, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolamenti Nri 1150/2000 u 609/2014, peress li dawn kienu dazji kkonstatati, iżda li kienu għadhom ma ġewx irkuprati u li għalihom ma kienet ingħatat ebda garanzija, u li sussegwentement l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit annullaw dawn l-avviżi u rtiraw l-inklużjoni ta’ dawn l-ammonti f’din il-kontabbiltà. |
|
369 |
Ir-Renju Unit isostni li l-annullament tal-avviżi C 18 Snake kien iġġustifikat peress li l-irkupru tad-dazji kkonċernati kien sar definittivament impossibbli għal raġunijiet li ma setgħux jiġu imputati lilu, b’mod li, skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament Nru 609/2014, huwa kien eżentat milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati. |
|
370 |
Skont dan l-Istat, l-irkupru tad-dazji kkonstatati minn dawn l-avviżi sar definittivament impossibbli, minn naħa, minħabba l-fatt, li ma huwiex imputabbli lir-Renju Unit, li d-debituri ta’ dawn id-drittijiet kienu impriżi msejħa “phoenix”, jiġifieri impriżi inadempjenti jew insolventi, u, min-naħa l-oħra, peress li mid-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-eżami tal-azzjonijiet ippreżentati kontra dawn l-avviżi quddiem servizz indipendenti tal-HMRC irriżulta li d-dazji doganali addizzjonali mitluba fl-imsemmija avviżi kienu ġew ikkalkolati abbażi tal-PMK u, konsegwentement, skont “metodu inaċċettabbli u li ma huwiex suffiċjentement issostanzjat”. |
|
371 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 609/2014, l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-ammonti li jikkorrispondu għall-intitolamenti stabbiliti skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament. |
|
372 |
F’dan il-każ, kif ikkonfermat mill-kalkoli ddettalljati tad-dazji doganali addizzjonali mitluba fl-avviżi C 18 Snake, li r-Renju Unit ipproduċa bħala anness mal-kontroreplika, dawn id-dazji addizzjonali ġew ikkalkolati b’mod żbaljat abbażi tal-PMK. |
|
373 |
Issa, dan huwa żball amministrattiv imwettaq mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, peress li, kif enfasizza diversi drabi l-OLAF fl-ambitu tal-laqgħat ma’ dawn l-awtoritajiet doganali u kif barra minn hekk jirriżulta b’mod ċar mil-linji gwida tal-ACP Discount, il-PMK setgħu jintużaw biss bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju, jiġifieri għodda li tippermetti li jiġu identifikati fuq il-bażi ta’ profili tar-riskju l-importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati li għalihom kienu meħtieġa verifiki, u mhux sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tagħhom. |
|
374 |
Għaldaqstant, sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 609/2014, ir-Renju Unit kien obbligat, bħala miżura meħtieġa sabiex l-ammonti li jikkorrispondu għad-drittijiet ikkonstatati skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, li jikkoreġi dan l-iżball amministrattiv. B’mod partikolari, ir-Renju Unit kellu jiddetermina mill-ġdid il-valur għal skopijiet doganali billi japplika wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-rigward mid-dritt doganali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mir-regoli sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali, bħal dawk previsti fl-Artikoli 70 sa 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
375 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-metodi ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previsti minn dawn l-artikoli għandhom rabta ta’ sussidjarjetà, b’tali mod li, meta tali valur ma jistax jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ artikolu partikolari, għandu jsir riferiment għall-artikolu li jiġi immedjatament warajh fl-ordni stabbilit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, EURO 2004. Hungary,C‑291/15, EU:C:2016:455, punt 29). |
|
376 |
Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll, b’mod partikolari mill-minuti tal-laqgħa li nżammet fl‑20 ta’ Frar 2015 bejn l-OLAF u l-HMRC, li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit indunaw malajr bl-iżball li huma kienu wettqu, iżda ddeċidew li jannullaw l-avviżi ta’ rkupru minflok joħorġuhom mill-ġdid wara li jikkoreġuhom billi japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza sabiex jiddeterminaw korrettament il-valur għal skopijiet doganali. Issa, tali deċiżjoni li ma joħorġux mill-ġdid l-avviżi wara li jiġu kkoreġuti tikkostitwixxi wkoll żball amministrattiv. |
|
377 |
F’dan il-kuntest, ir-Renju Unit ma jistax jinvoka l-fatt li, filwaqt li l-OLAF kien wiegħdu li jipprovdilu data li toriġina mill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni, ftit minn din id-data ġiet finalment ipprovduta lilu taħt forma li tippermetti li din tintuża sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata skont ir-regoli sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. Bl-istess mod, dan l-Istat ma jistax jinvoka l-fatt li huwa ma kellux informazzjoni dwar il-valur ta’ din il-merkanzija li tippermettilu jiddetermina l-valur għal skopijiet doganali skont dawn ir-regoli. |
|
378 |
Fil-fatt, billi l-applikazzjoni tad-dritt doganali tal-Unjoni hija imposta fuq l-Istati Membri li għaliha huma esklużivament responsabbli, ir-Renju Unit kien obbligat japplika l-miżuri xierqa, bħal kontrolli fiżiċi, talbiet għal informazzjoni u għal dokumenti jew it-teħid ta’ kampjuni, sabiex ikollu data suffiċjenti li tippermetti li jiġi żgurat li l-valuri għal finijiet doganali kkonċernati jiġu stabbiliti b’mod korrett. Konsegwentement, dan l-Istat ma jistax jibbenefika min-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu stess sabiex jiġġustifika l-fatt li huwa ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi dovuti. |
|
379 |
Minn dan isegwi li, sa fejn l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit iddeċidew li jannullaw l-avviżi C 18 Snake minflok joħorġuhom mill-ġdid wara li jkunu kkoreġewhom bis-sostituzzjoni tal-PMK b’valuri għal skopijiet doganali ddeterminati skont il-metodi sekwenzjali tad-dritt doganali tal-Unjoni, dan l-Istat ma ħax, bi ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 609/2014, il-miżuri meħtieġa sabiex l-ammonti li jikkorrispondu għall-intitolamenti kkonstatati jew li għandhom jiġu kkonstatati skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament. |
|
380 |
Sussegwentement, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014, l-Istati Membri ma humiex eżenti milli jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għall-intitolamenti kkonstatati ħlief jekk l-irkupru ta’ dawn tal-aħħar ma setax jitwettaq għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew meta jirriżulta li dan l-irkupru jkun definittivament impossibbli għal raġunijiet oħra li ma humiex imputabbli lilhom. |
|
381 |
F’dan ir-rigward, Stat Membru jista’ jinvoka tali eżenzjoni, min-natura tagħha stess eċċezzjonali, abbażi ta’ raġuni li ma tkunx imputabbli lilu, biss jekk josserva l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(3) u (4) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
382 |
Din il-proċedura tinbeda permezz tal-komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti li permezz tagħha l-ammonti tal-intitolamenti kkonstatati jiġu ddikjarati irrekuperabbli, tal-elementi ta’ informazzjoni dwar il-każijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, sa fejn l-ammont tal-intitolamenti kkonstatati inkwistjoni jaqbeż EUR 50000. Dawn l-elementi ta’ informazzjoni għandhom jinkludu “l-fatti kollha meħtieġa biex issir analiżi sħiħa” tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2)(a) u (b) tal-imsemmi regolament li pprekludew lill-Istat Membru kkonċernat milli jagħmel disponibbli l-ammonti inkwistjoni, kif ukoll il-miżuri meħuda minn dan l-Istat sabiex jiżgura l-irkupru. Il-Kummissjoni għandha għalhekk terminu ta’ sitt xhur dekorribbli minn meta tirċievi din il-komunikazzjoni sabiex tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat jew dekorribbli minn meta tirċievi l-informazzjoni addizzjonali li din l-istituzzjoni tqis xieraq li titlob. |
|
383 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju Unit ma osservax din il-proċedura li tinvolvi djalogu miftuħ mal-Kummissjoni u li hija bbażata fuq komunikazzjoni univoka u ddettaljata tar-raġunijiet invokati minn dan l-Istat li kienu jiġġustifikaw, fil-fehma tiegħu, li huwa eżentat milli jagħmel disponibbli riżorsi kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
384 |
Fil-fatt, id-djun doganali kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake ma jidhirx li ġew iddikjarati irrekuperabbli permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti li tikkonstata l-impossibbiltà tal-irkupru, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014. Fil-fatt, l-ittri li permezz tagħhom istanza tal-HMRC annullat dawn l-avviżi fl-ambitu ta’ proċeduri ta’ eżami mill-ġdid amministrattivi ma jikkostitwixxux tali deċiżjoni ta’ write-off. |
|
385 |
Barra minn hekk, huwa stabbilit li r-Renju Unit naqas ukoll milli jikkomunika lill-Kummissjoni, f’terminu ta’ tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, il-“fatti kollha meħtieġa biex issir analiżi sħiħa” tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014 li pprekludew lil dan l-Istat milli jagħmel disponibbli l-ammonti kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake, kif ukoll il-miżuri meħuda minn dan tal-aħħar sabiex jiżgura l-irkupru tagħhom. |
|
386 |
Għalhekk, il-Kummissjoni lanqas ma kienet f’pożizzjoni li tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew, jekk ikun il-każ, li titlob informazzjoni addizzjonali fit-terminu ta’ sitt xhur mogħti lilha. |
|
387 |
Għandu jingħad ukoll li, fil-mertu, ir-Renju Unit jinvoka bħala raġunijiet li għalihom kien definittivament impossibbli għalih li jirkupra d-dazji kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake, il-fatt, minn naħa, li d-debituri ta’ dawn id-dazji kienu impriżi msejħa “phoenix”, jiġifieri inadempjenti jew insolventi, u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija dazji kienu ġew ikkalkolati abbażi tal-PMK u li ma kien hemm ebda metodi oħra sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-merkanzija kkonċernata fl-assenza ta’ data li tista’ tintuża għal dan il-għan, bħall-prezzijiet tal-esportazzjoni mwiegħda iżda li ma ġewx ipprovduti mill-OLAF. |
|
388 |
Issa, ir-raġunijiet invokati mir-Renju Unit ma humiex ta’ natura li jeżentawh milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni riżorsi proprji dderivati mid-dazji doganali kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake. |
|
389 |
Fil-fatt, għalkemm dawn id-dazji rriżultaw irrekuperabbli mingħand l-impriżi “phoenix” ikkonċernati, dan huwa dovut għal żball amministrattiv doppju mwettaq mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, peress li, kif dawn tal-aħħar irrealizzaw l-iżball tagħhom meta kkalkolaw id-dazji abbażi tal-PMK minkejja li l-OLAF kien indika b’mod ċar li dawn il-prezzijiet kellhom jintużaw biss fil-kuntest tal-analiżi tar-riskju, huma ppreferew li jannullaw l-avviżi C 18 Snake minflok joħorġuhom mill-ġdid wara li jikkoreġuhom fi żmien xieraq bl-użu ta’ wieħed mill-metodi sekwenzjali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. |
|
390 |
Barra minn hekk, l-impossibbiltà ta’ rkupru tad-dazji doganali kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake hija marbuta b’mod definittiv mal-assenza ta’ kontrolli fiżiċi mwettqa qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata, akkumpanjati b’teħid ta’ kampjuni u applikati b’mod suffiċjentement sistematiku. Fil-fatt, l-assenza ta’ tali kontrolli kellha bħala konsegwenza li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma kellhomx, minkejja r-responsabbiltà esklużiva tagħhom f’dan ir-rigward, id-data neċessarja, b’mod partikolari d-data dwar il-kwalità ta’ din il-merkanzija, li tippermetti li jiġi stabbilit il-valur tagħha skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt doganali tal-Unjoni. |
|
391 |
Bl-istess mod, jekk, fil-fatt, irkupru a posteriori ta’ dazji mingħand l-impriżi msejħa “phoenix” irriżulta impossibbli, fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, minħabba l-insolvenza ta’ dawn tal-aħħar, tali sitwazzjoni setgħet u kellha tiġi evitata li kieku l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit irrikjedew, b’mod sistematiku, kif l-OLAF u l-Kummissjoni repetutament rrakkomandawlhom, il-kostituzzjoni ta’ garanziji qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
|
392 |
Għalkemm, wara li annullaw l-avviżi C 18 Snake, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma ħarġux mill-ġdid dawn l-avviżi, għar-raġuni li huma ma kellhomx id-data neċessarja sabiex jiddeterminaw il-valur tal-merkanzija kkonċernata abbażi tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali, tali raġuni, sa fejn toriġina min-nuqqas ta’ osservanza mir-Renju Unit tar-responsabbiltà esklużiva li huwa kellu sabiex jiżgura li l-valuri għal skopijiet doganali kienu ġew korrettament iddeterminati abbażi ta’ data fiżika u dokumentali suffiċjenti, ma tista’ fl-ebda każ tiġġustifika l-fatt li dan l-Istat ikun eżentat milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni riżorsi marbuta mal-imsemmija avviżi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
393 |
F’dan il-kuntest, ir-Renju Unit ma jistax jeżonera ruħu mir-responsabbiltà li kellu li jiżgura li l-valuri għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata kienu ġew korrettament stabbiliti abbażi ta’ data miksuba għal dan il-għan mill-awtoritajiet doganali tiegħu, billi jsostni li seta’ jintuża biss ftit ferm mid-data dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni li ngħatat mill-awtoritajiet Ċiniżi li l-OLAF kien ipprovdielu fl-ambitu tal-ODC Snake. Fil-fatt, dawn il-prezzijiet setgħu, l-iktar l-iktar, jikkostitwixxu għodda addizzjonali għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali korrett tal-importazzjonijiet ikkonċernati abbażi ta’ wieħed mill-metodi stabbiliti mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. Madankollu, dawn ma setgħu fl-ebda każ jissostitwixxu d-data dwar il-valur ta’ dawn l-importazzjonijiet li kienu l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li kellhom jiksbu fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontrolli doganali mwettqa qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
|
394 |
Minn dan għandu jiġi konkluż li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li r-Renju Unit astjena, wara li kkonstata intitolament tal-Unjoni fuq ir-riżorsi proprji, milli jqiegħed l-ammont korrispondenti għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, mingħajr ma kienet issodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014, dan l-Istat naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, dawk li jirriżultaw mill-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
395 |
Konsegwentement, kif osserva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 250 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat li, minħabba l-annullament tat-23 avviż C 18 Snake u minħabba l-assenza ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali li kienu relatati magħhom, bi ksur tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 609/2014, dawn ir-riżorsi huma dovuti mir-Renju Unit għall-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014. |
|
396 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 609/2014 u tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000, sa fejn ir-Renju Unit ma ħallasx l-interessi dovuti minħabba dewmien tal-inklużjoni fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dawn ir-regolamenti tal-ammonti li jikkorrispondu għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li ma tqegħdux għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni indikat b’mod ċar fl-opinjoni motivata (punti 271 sa 273 u kif ukoll id-dispożittiv ta’ din l-opinjoni) li, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 609/2014, kienu dovuti interessi moratorji u li dawn kienu ser jiġu kkalkolati kif l-ammont prinċipali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha. Fil-konklużjonijiet tal-opinjoni motivata, ksur ta’ din l-aħħar dispożizzjoni huwa wkoll imsemmi espressament. Konsegwentement, ir-Renju Unit ma għandux raġun isostni li t-talba fformulata mill-Kummissjoni fir-rikors intiża għall-ħlas ta’ interessi moratorji skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 609/2014 hija inammissibbli peress li din ma ġietx ifformulata fl-opinjoni motivata. |
|
397 |
Għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tar-Renju Unit li skontu jkun prematur u inammissibbli li jiġi allegat li dan l-Istat naqas minn xi obbligu ta’ ħlas ta’ interessi moratorji sa fejn l-imsemmi obbligu jista’ jinħoloq biss f’data futura. |
|
398 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istat Membru li, peress li ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-obbligu tiegħu li jqiegħed ammont ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni, jastjeni milli jwettaq dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha jesponi ruħu għall-ħlas ta’ interessi moratorji fil-każ ta’ konstatazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 69). |
|
399 |
Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, teżisti rabta indissoċjabbli bejn l-obbligu li jiġu kkonstatati r-riżorsi proprji tal-Unjoni, l-obbligu li dawn ir-riżorsi proprji jiġu rreġistrati fil-kont miftuħ għal dan il-għan f’isem il-Kummissjoni fit-termini stabbiliti u dak li jitħallsu interessi moratorji, peress li dawn tal-aħħar huma dovuti tkun xi tkun ir-raġuni għad-dewmien li bih dawn ir-riżorsi nġabu għall-kreditu ta’ dan il-kont (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
400 |
Għalhekk, l-obbligu li jitħallsu interessi moratorji, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1150/2000, huwa anċillari għall-obbligu li r-riżorsi proprji tal-Unjoni jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari tat-termini stabbiliti mill-imsemmi regolament (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 70). |
|
401 |
F’dan il-kuntest, għandu jingħad ukoll li Stat Membru jista’ jevita l-konsegwenzi finanzjarji dannużi kkostitwiti mill-interessi moratorji, li l-ammont tagħhom jista’ jkun għoli, billi jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammont mitlub minnha, filwaqt li jagħmel riżervi dwar il-fondatezza tal-pretensjonijiet ta’ din l-istituzzjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
402 |
F’dan il-każ, ir-Renju Unit madankollu għażel li ma jqegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, l-ammont ta’ riżorsi proprji mitlub f’din l-opinjoni, lanqas suġġett, jekk meħtieġ, għal riżervi, iżda sempliċement ikkontesta kull obbligu ta’ tqegħid ta’ ammont ta’ riżorsi proprji għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni, b’mod li espona lilu nnifsu għall-ħlas ta’ interessi moratorji. |
|
403 |
Minn dan isegwi li, peress li ġie kkonstatat li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, dan l-Istat, bi ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 609/2014 u tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000, lanqas ma osserva l-obbligu anċillari impost fuqu li jħallas l-interessi moratorji relatati ma’ dawn ir-riżorsi, fil-limitu, jekk ikun il-każ, tal-livell massimu ta’ 16 % previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(5) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
404 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ t-tieni motiv tal-Kummissjoni sa fejn dan jirrigwarda l-ilment, li jinsab fl-ewwel paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet, li skontu n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tar-Renju Unit li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ teħid tal-miżuri ta’ kontrolli doganali meħtieġa sabiex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, bi ksur tal-Artikolu 325 TFUE u tad-dritt doganali tal-Unjoni, wassal għal telf ta’ dazji doganali u, għaldaqstant, ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, b’tali mod li r-Renju Unit, billi naqas milli jikkonstata u jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni r-riżorsi dovuti fir-rigward tad-dazji doganali li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni li kieku il-valur għal skopijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati ġie ddeterminat b’mod korrett, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk imposti mill-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 u kif ukoll mill-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014. |
b) Fuq l‑ilment ibbażat fuq il‑ksur mir‑Renju Unit tal‑obbligu tiegħu li jagħmel disponibbli ammonti ddeterminati ta’ riżorsi proprji tradizzjonali
|
405 |
Għandu jiġi eżaminat, fit-tieni lok, it-tieni motiv tal-Kummissjoni sa fejn dan jirrigwarda l-ilment, li jinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, li skontu r-Renju Unit naqas b’mod iktar speċifiku milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji billi ma qegħidx għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni riżorsi proprji tradizzjonali sa ammont iddeterminat għal kull sena koperta mill-perijodu ta’ ksur, jiġifieri ammont totali gross, imnaqqas bl-ispejjeż tal-ġbir, għal dan il-perijodu kollu, ta’ EUR 2679637 088.86. |
|
406 |
Sabiex tiddetermina dawn l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li, skont il-Kummissjoni, ir-Renju Unit kellu jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha, din l-istituzzjoni bbażat ruħha, bħalma għamel l-OLAF fir-rapport tiegħu sabiex jikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għas-snin 2013 sa 2016, fuq stima ta’ natura statistika bbażata fuq il-metodu OLAF‑JRC li, oriġinarjament, kien ġie żviluppat u applikat mill-ACP Discount bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju intiża sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jkunu ssottovalutati u li għandhom ikunu s-suġġett ta’ verifiki qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata. |
|
407 |
Ir-Renju Unit iqis, billi jibbaża ruħu fuq il-metodu tiegħu stess żviluppat speċifikament sabiex jikkalkola l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (iktar ’il quddiem il-“metodu tal-HMRC”), li huwa responsabbli għal tali riżorsi għall-perijodu ta’ ksur biss għal ammont totali massimu ta’ GBP 123819268 (madwar EUR 145450494). |
|
408 |
Fil-kontroreplika, ir-Renju Unit jesponi d-dettallji tal-kalkolu li jwassal għal dan l-ammont kif ġej. Għall-ewwel parti tal-perijodu ta’ ksur, jiġifieri l-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, hemm lok li jiġi kkunsidrat bħala telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali t-total tad-djun doganali mitluba fit-23 avviż C 18 Snake, jiġifieri ammont ta’ GBP 192568 694.30. Dan l-ammont għandu jitnaqqas għal ammont ta’ madwar GBP 25 miljun skont il-metodu tal-HMRC, peress li dawn id-djun kienu ġew ikkalkolati b’mod żbaljat skont il-metodu OLAF‑JRC u, b’mod partikolari, abbażi tal-PMK. Ma’ dan l-ammont ta’ madwar GBP 25 miljun għandha sussegwentement tiżdied, għal dak li jirrigwarda t-tieni parti tal-perijodu ta’ ksur, jiġifieri l-perijodu mix-xahar ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, somma ta’ GBP 143115553 (madwar EUR 168117840) li tirrappreżenta l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji kkalkolat skont il-metodu tal-HMRC. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul dan it-tieni perijodu, għandhom jitnaqqsu l-ammonti mitluba fl-avviżi C 18 Breach diġà nnotifikati lil 34 operatur għal ammont totali rrivedut ta’ GBP 44296 285.04 (madwar EUR 52034846). |
|
409 |
Minn dan isegwi li l-istimi differenti ħafna tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit f’dak li jirrigwarda l-portata tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li għalih il-kontrolli inadegwati tal-importazzjonijiet ikkonċernati wasslu jirriżultaw minn metodi fundamentalment differenti li din l-istituzzjoni u dan l-Istat jużaw sabiex jikkalkolaw dan it-telf. |
1) Fuq l‑argument tar‑Renju Unit li l‑Qorti tal‑Ġustizzja għandha fl‑ewwel lok teżamina l‑istima tiegħu tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali
|
410 |
B’mod preliminari, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-Renju Unit li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina, fl-ewwel lok, il-kalkolu tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali kif dan tal-aħħar twettaq minn dan l-Istat abbażi tal-metodu tal-HMRC. Huwa biss jekk dan il-kalkolu kellu jiġi miċħud bħala manifestament irraġonevoli li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżamina, fit-tieni lok, l-istima tat-telf magħmul mill-Kummissjoni abbażi tal-metodu OLAF‑JRC. |
|
411 |
Dan l-argument ibbażat fuq il-prevalenza tal-istima tat-telf ta’ riżorsi proprji skont il-metodu tal-HMRC huwa bbażat fuq il-kompetenza esklużiva li l-Istati Membri għandhom sabiex jiddeterminaw, fl-ambitu tal-implimentazzjoni tad-dritt doganali tal-Unjoni, il-valur għal skopijiet doganali użat għall-kalkolu tad-dazji doganali u, sabiex jiddeċiedu, fil-kuntest tal-ġestjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, l-ammonti ta’ riżorsi li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
|
412 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument tar-Renju Unit ibbażat fuq it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fis-sistema doganali tal-Unjoni, hemm lok li jiġi rrilevat li huwa minnu li, fil-kuntest ta’ din is-sistema, kif din tal-aħħar hija attwalment ikkonċepita fid-dritt tal-Unjoni, huwa l-kompetenza u r-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri li jiżguraw li l-valuri ddikjarati għal skopijiet doganali jiġu stabbiliti fl-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali kif dawn huma previsti fl-Artikoli 29 sa 31 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità jew fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli 70 sa 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, skont wieħed mill-metodi sekwenzjali għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previsti f’dawn l-artikoli jew dispożizzjonijiet. |
|
413 |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati, konsegwentement kien il-kompitu tal-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, hekk kif ġie kkunsidrat fl-ambitu tal-eżami tal-ilmenti l-oħra invokati insostenn tal-ewwel u tat-tieni motiv, li jieħdu l-miżuri xierqa, bħal kontrolli fiżiċi jew it-teħid ta’ kampjuni, sabiex jiżguraw li l-valuri ddikjarati għal skopijiet doganali jkunu stabbiliti b’mod korrett, skont dawn ir-regoli tad-dritt doganali tal-Unjoni abbażi ta’ data fiżika jew dokumentali suffiċjenti dwar il-valur tal-merkanzija kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalitajiet ta’ tlestija tagħhom. |
|
414 |
Issa, kif ġie kkonstatat fl-ambitu tal-eżami tal-ewwel motiv, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, bi ksur tal-Artikolu 325(1) TFUE u tad-dritt doganali tal-Unjoni, naqsu milli jieħdu tali miżuri b’mod suffiċjentement sistematiku, b’tali mod li l-valuri għal skopijiet doganali kkonċernati ma ġewx iddeterminati korrettament u dawn l-awtoritajiet lanqas ma ġabru din id-data fiżika jew dokumentali dwar il-kwalità tal-prodotti kkonċernati. |
|
415 |
Konsegwentement, volumi kbar ta’ merkanzija li huma s-suġġett ta’ importazzjonijiet manifestament issottovalutati ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fis-suq intern mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur bi ksur tar-regoli tad-dritt doganali tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. |
|
416 |
Peress li l-merkanzija kkonċernata ma tistax tinġieb lura għal finijiet ta’ kontrolli fiżiċi u data suffiċjenti fir-rigward tal-valur reali tagħha ma ġietx mitluba mingħand l-operaturi kkonċernati u, għaldaqstant, lanqas ma ġiet ipprovduta, ma għadux, issa, iktar possibbli li jiġi ddeterminat, għal kull dikjarazzjoni doganali inkwistjoni, il-valur għal skopijiet doganali tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina abbażi ta’ wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni bħall-metodu msejjaħ “fall-back” tal-Artikolu 74(3) ta’ dan il-kodiċi li jikkonsisti fid-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali fuq il-bażi ta’ “data disponibbli” filwaqt li jkunu osservati l-kundizzjonijiet imposti fl-Artikolu 144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
417 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Renju Unit, sostnut mill-Istati Membri intervenjenti, ma jistax jikkritika lill-Kummissjoni talli applikat, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tat-telf tad-dazji doganali u, għaldaqstant, tar-riżorsi proprji tradizzjonali kkawżati mill-assenza ta’ kontrolli xierqa tal-importazzjonijiet ikkonċernati, il-metodu OLAF‑JRC, ta’ natura essenzjalment statistika, li ma jirriżultax minn wieħed mill-metodi sekwenzjali previsti fl-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni sabiex jiġi ddeterminat, għal kull dikjarazzjoni doganali kkonċernata, il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata. |
|
418 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument tar-Renju Unit li l-prevalenza tal-istima tiegħu tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali skont il-metodu tal‑HMRC hija meħtieġa bħala l-korollarju tal-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri sabiex jiddeċiedu dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi proprji, huwa minnu li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-ġestjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni hija fdata lill-Istati Membri u taqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tagħhom. Għalhekk, l-obbligi ta’ ġbir, ta’ konstatazzjoni u ta’ inklużjoni fil-kont ta’ dawn ir-riżorsi proprji fid-dawl tat-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni huma imposti direttament fuq l-Istati Membri skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji, u, f’dan il-każ, id-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335 kif ukoll ir-Regolamenti Nri 1150/2000 u 609/2014, mingħajr ma l-Kummissjoni għandha setgħa deċiżjonali li tippermettilha tordna lill-Istati Membri jikkonstataw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha ammonti ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
419 |
F’dan il-każ, ir-Renju Unit għażel li ma jqegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata l-ammont ta’ riżorsi proprji mitlub f’din l-opinjoni, lanqas suġġett, jekk meħtieġ, għal riżervi fir-rigward ta’ dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, iżda sempliċement ikkontesta li għandu jinkludi fil-kont ta’ din l-istituzzjoni xi ammont ta’ riżorsi proprji. |
|
420 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandha sabiex tiddeċiedi dwar jekk huwiex opportun li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE u, b’mod iktar ġenerali, fit-twettiq tal-missjoni tagħha ta’ gwardjana tat-Trattati mogħtija lilha skont l-Artikolu 17(1) TUE, li jobbligaha tiżgura l-eżekuzzjoni tajba, mill-Istati Membri, tal-obbligi tagħhom fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli għamlet użu mill-possibbiltà inerenti għas-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kif attwalment ikkonċepita fid-dritt tal-Unjoni li tissottometti għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal‑Ġustizzja, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi, din it-tilwima li hija għandha mar-Renju Unit dwar l-obbligu ta’ dan l-Istat li jagħmel ċertu ammont ta’ riżorsi proprji disponibbli għall-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punti 65, 66 u 68). |
|
421 |
Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, fir-rigward tat-tilwima tiegħu mal-Kummissjoni li għandha bħala suġġett l-ammont tar-riżorsi proprji li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni, din it-tilwima taqa’ kompletament taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258 TFUE. |
|
422 |
Għalhekk ma jistax jiġi rikjest li l-Kummissjoni tippreżenta qabelxejn rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu limitat għall-kwistjoni ta’ prinċipju dwar jekk l-Istat Membru kkonċernat naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu, skont id-dritt tal-Unjoni, li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni riżorsi proprji, mingħajr kwantifikazzjoni tagħhom, qabel ma tkun tista’, sussegwentement, tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tilwima dwar l-ammonti eżatti ta’ riżorsi dovuti fil-kuntest ta’ proċedura mressqa skont l-Artikolu 260(2) TFUE, meta l-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat ikun naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat tali nuqqas billi ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dawn l-ammonti. |
|
423 |
B’dan stabbilit, kif tfakkar fil-punt 221 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, hija l-Kummissjoni, li għandha l-oneru li tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas allegat, li għandha tipproduċi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-provi neċessarji għall-verifika minnha tal-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tista’ tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni. |
|
424 |
F’dan il-każ, dawn l-elementi għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-metodu li l-Kummissjoni użat sabiex tikkalkola l-ammont ta’ riżorsi proprji li hija titlob mir-Renju Unit. |
|
425 |
Konsegwentement, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni wrietx suffiċjentement skont il-liġi, billi bbażat ruħha fuq il-metodu OLAF‑JRC, l-eżattezza tal-ammonti stabbiliti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li hija ssostni li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, peress li din il-kwistjoni kienet barra minn hekk is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju bejn il-partijiet kemm matul il-proċedura prekontenzjuża kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
2) Fuq l‑istima mill‑Kummissjoni tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali skont il‑metodu OLAF‑JRC
|
426 |
Qabel ma tiġi eżaminata l-imsemmija kwistjoni, għandhom jitfakkru fil-qosor il-karatteristiċi essenzjali tal-metodu OLAF‑JRC, kif dan tal-aħħar intuża mill-Kummissjoni sabiex tikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li hija talbet lir-Renju Unit iqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod identiku, fl-opinjoni motivata u fir-rikors. |
|
427 |
Kif jirriżulta mill-punti 53 sa 57 ta’ din is-sentenza, il-metodu OLAF‑JRC ġie żviluppat bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju li tista’ tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni u li għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli f’dak li jirrigwarda l-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati. Dan jikkonsisti fil-kalkolu għal kull wieħed mill-495 kodiċi tal-prodott bi tmien ċifri tan-NM ikkonċernati li jaqgħu taħt il-Kapitoli 61 sa 64 ta’ din in-nomenklatura PMK u PMA, li huwa uniformament iffissat għal 50 % tal-PMK. Dawn il-prezzijiet huma dderivati mid-database Comext abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mid-data pprovduta mill-Istati Membri kollha u għalhekk huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Il-PMA jikkostitwixxi l-profil jew il-livell minimu tar-riskju li jservi sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jiġu ssottovalutati u li għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli qabel l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata fir-rigward tal-valuri għal skopijiet doganali ddikjarati għaliha. |
|
428 |
Il-metodu OLAF‑JRC, bħal dan tal-aħħar li intuża mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji li hija titlob mir-Renju Unit, huwa metodu ta’ stima ta’ dan it-telf ta’ natura essenzjalment statistika. |
|
429 |
L-ewwel nett, huwa jipproċedi b’kalkolu tal-volum tal-importazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ġew issottovalutati abbażi ta’ data miġbura mid-database Surveillance 2 fuq perijodu ta’ 48 xahar. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw, għal kull wieħed mill-495 kodiċi tal‑prodott bi tmien ċifri tan-NM ikkonċernati, l-importazzjonijiet ta’ kull kodiċi tal-prodott li l-valur aggregat tagħhom ta’ kuljum huwa inqas mill-PMA tal-kodiċi tal-prodott ikkonċernat. |
|
430 |
Sussegwentement, it-telf għall-kwantitajiet ikkunsidrati li huma ssottovalutati huwa kkalkolat f’termini ta’ dazji doganali addizzjonali dovuti fuq il-bażi tad-differenza bejn dan il-valur iddikjarat u l-PMK. |
|
431 |
Minn dan isegwi li, skont il-metodu OLAF‑JRC, il-volum tal-importazzjonijiet issottostmati huwa kkalkolat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-importazzjonijiet fir-Renju Unit ta’ prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina li l-prezz tagħhom huwa inqas mill-PMA (jiġifieri 50 % tal-PMK) filwaqt li l-valur tal-importazzjonijiet issottovalutati hekk identifikati huwa kkalkolat billi jiġi applikat il-PMK, peress li dawn iż-żewġ prezzijiet huma kkalkolati fil-livell tal-Unjoni u mhux fil-livell tar-Renju Unit biss. |
3) Fuq l‑istima mir‑Renju Unit tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali skont il‑metodu tal‑HMRC
|
432 |
Ir-Renju Unit jikkritika l-metodu OLAF‑JRC, billi jsostni li dan tal-aħħar iwassal għas-sopravalutazzjoni, minħabba d-difetti u l-ineżattezzi tiegħu, kemm tal-kwantità tal-importazzjonijiet issottovalutati u kif ukoll tal-valur attribwit lilhom. |
|
433 |
Il-metodu tiegħu stess, il-metodu tal-HMRC, jikkonsisti fil-kalkolu, għal kull kodiċi tal-prodott tan-NM b’10 ċifri kkonċernat, ta’ “livell mimimu ta’ konformità” abbażi mhux ta’ prezz medju stabbilit fil-livell tal-Unjoni, iżda skont il-valuri ddikjarati għall-importazzjoni fir-Renju Unit biss. |
|
434 |
Kif spjega r-Renju Unit bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-metodu jikkonsisti fl-identifikazzjoni, abbażi ta’ analiżi tal-istogrammi dwar il-perijodu ta’ ksur, għal kull kodiċi tal-prodott b’għaxar ċifri tan-NM ikkonċernat, li jaqa’ taħt il-Kapitoli 61 sa 64 ta’ din in-nomenklatura, kemm tal-“l-ogħla punt”, li jinkludi volum kbir ta’ prezzijiet iddikjarati komparattivament baxxi, preżunti li huma kważi esklużivament issottovalutati, u kif ukoll tal-punt li jinsab lil hinn minn dan l-ogħla punt fejn jidhru volumi ta’ importazzjonijiet iktar tipiċi u prezzijiet iddikjarati leġittimi. |
|
435 |
Livell minimu ta’ konformità huwa stabbilit għal kull kodiċi tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-prezz li jikkorrispondi għal dan il-punt, li jinsab lil hinn mill-ogħla punt imsemmi fejn jidhru l-importazzjonijiet leġittimi u li għandu għalhekk jitqies li huwa prezz aċċettabbli. |
|
436 |
Għalhekk, huma kkunsidrati bħala ssottovalutati skont dan il-metodu msejjaħ tal-“ogħla punt”, l-importazzjonijiet li l-valur iddikjarat tagħhom huwa inqas minn dan il-livell minimu ta’ konformità. Għal dawn l-importazzjonijiet, id-dazji doganali addizzjonali huma kkalkolati, għal kull dikjarazzjoni doganali dwar prodott ikkonċernat, abbażi tad-differenza bejn il-valur iddikjarat għal skopijiet doganali u l-imsemmi livell minimu ta’ konformità. |
|
437 |
Għaldaqstant, l-istess livelli minimu ta’ konformità, kif użat għall-kalkolu tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi tradizzjonali tal-Unjoni, huwa valur ta’ riferiment stabbilit abbażi ta’ data statistika dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina fir-Renju Unit, li jservi kemm sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet li jistgħu jitqiesu li huma ssottovalutati u kif ukoll sabiex jiġi ddeterminat il-valur li għandu jiġi attribwit lil dawn l-importazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazji doganali addizzjonali dovuti u, għaldaqstant, tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali korrispondenti li għad irid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
|
438 |
Barra minn hekk, mir-rapport ta’ kumpannija ta’ konsulenza anness mir-Renju Unit mar-risposta tiegħu għall-opinjoni motivata u mar-risposta għal dan ir-rikors jirriżulta li d-differenza sostanzjali bejn l-istima ta’ dan l-Istat tat-telf u dik tal-Kummissjoni, peress li l-ewwel waħda hija inqas minn 10 % tat-tieni waħda, hija marbuta fir-rigward ta’ madwar 80 % mal-fatt li, skont il-metodu tal-HMRC, l-importazzjonijiet meqjusa li huma ssottovalutati huma “evalwati mill-ġdid” fil-livell ta’ prezz minimu, jiġifieri l-livell minimu ta’ konformità, li huwa prezz idderivat mil-livelli minimi tal-prezzijiet tal-importazzjoni fir-Renju Unit filwaqt li, skont il-metodu OLAF‑JRC, il-valur ma huwiex iddeterminat fil-livell ta’ prezz minimu bħall-PMA, jiġifieri 50 % tal-PMK, iżda fil-livell tal-“prezz ġust”, jiġifieri 100 % tal-PMK, li huwa prezz idderivat mill-medja aritmetika u għalhekk mhux ponderata tal-PMK tal-Istati Membri kollha, inklużi, dak iż-żmien, dawk tar-Renju Unit. |
4) Fuq l‑argument ta’ natura ġenerali dirett kontra l‑metodu OLAF‑JRC
|
439 |
Qabel ma jiġu eżaminati d-diversi kritiki speċifiċi espressi mir-Renju Unit, sostnut mill-Istati Membri intervenjenti, fid-dawl tal-karatteristiċi essenzjali tal-metodu OLAF‑JRC, użat bħala metodu sabiex jiġu stmati l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji, hemm lok li jiġi eżaminat l-argument ta’ natura ġenerali invokat minn dan l-Istat kontra dan il-metodu. |
|
440 |
Skont dan l-argument, peress li l-imsemmi metodu ġie speċifikament żviluppat sabiex ikun jista’ jintuża mill-Istati Membri bħala profil tar-riskju li jippermetti li jiġu identifikati importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni u li għalhekk għandhom jiġu kkontrollati, ma jkunx xieraq li l-istess metodu jiġi applikat għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji li jikkorrispondu għad-dazji doganali li ma nġabrux fir-Renju Unit minħabba n-natura mhux xierqa tal-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet doganali tiegħu. |
|
441 |
Fil-fatt, dan huwa metodu essenzjalment statistiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-importazzjonijiet issottovalutati li ma huwiex fost il-metodi sekwenzjali preskritti fl-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bħall-metodu msejjaħ “fall-back” previst fl-Artikolu 74(3) ta’ dan il-kodiċi li jikkonsisti fid-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata abbażi tad-“data disponibbli” fl-osservanza tal-kundizzjonijiet imposti fl-Artikolu 144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
442 |
F’dan ir-rigward, għalkemm il-metodu OLAF‑JRC huwa metodu ta’ stima tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji essenzjalment statistiku li ma huwiex intiż sabiex jiddetermina l-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata, skont l-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fid-dawl ta’ kull dikjarazzjoni doganali kkonċernata, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli użat tali metodu statistiku sabiex tikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji fiċ-ċirkustanzi tal-każ. |
|
443 |
Fil-fatt, huwa stabbilit li l-importazzjonijiet ikkonċernati seħħew fuq skala kbira u li l-merkanzija kkonċernata ġiet irrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera, filwaqt li din il-merkanzija ma tistax tinġieb lura għall-finijiet ta’ verifiki sabiex jiġi stabbilit il-valur reali tagħha. Barra minn hekk, ir-Renju Unit naqas, bi ksur tal-Artikolu 325(1) TFUE u tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, milli jieħu l-miżuri meħtieġa, bħal kontrolli fiżiċi, talbiet għal informazzjoni jew għal dokumenti jew ukoll it-teħid sistematiku ta’ kampjuni. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ data suffiċjenti dwar il-kwalità tal-merkanzija diġà rrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera, ma għadux possibbli, minħabba dawn l-ommissjonijiet, li jiġi ddeterminat il-valur ta’ din il-merkanzija abbażi ta’ wieħed mill-metodi ta’ evalwazzjoni previsti fl-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, b’tali mod li huwa biss metodu statistiku wieħed li jista’ jintuża sabiex jiġi stmat il-valur tal-imsemmija merkanzija. |
|
444 |
Barra minn hekk, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 274 tal-konklużjonijiet tiegħu, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, xejn ma kien jipprekludi, bħala prinċipju, lill-OLAF u lill-Kummissjoni milli jużaw il-metodu OLAF‑JRC, anki jekk dan il-metodu kien inizjalment maħsub sabiex iservi bħala għodda ta’ analiżi tar-riskju sabiex jiġu stmati l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji kkawżat mill-kontrolli mhux xierqa tal-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, sa fejn l-imsemmi metodu jinkludi prezz minimu, jiġifieri l-PMA, li jippermetti li jiġu ddeterminati l-volumi ta’ importazzjonijiet issottovalutati, u prezz ta’ riferiment, jiġifieri l-PMK, li jippermetti li jiġi attribwit prezz sostituttiv lil dawn l-importazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazji doganali li baqgħu dovuti. |
|
445 |
Barra minn hekk, kif osserva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 276 sa 278 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li, f’ċirkustanzi simili għal dawk ta’ dan il-każ, il-kwantifikazzjoni tat-telf ta’ riżorsi proprji tista’ tkun ibbażata fuq data statistika pjuttost milli fuq data li tirrigwarda direttament il-valur tal-merkanzija kkonċernata. |
|
446 |
Fil-fatt, f’sitwazzjoni fejn, fl-assenza tal-merkanzija kkonċernata, l-impossibbiltà li jsiru verifiki kienet il-konsegwenza inevitabbli tal-ommissjoni tal-awtoritajiet doganali li jwettqu kontrolli intiżi sabiex jiġi vverifikat il-valur reali ta’ din il-merkanzija, li wasslet għall-aċċettazzjoni sistematika minn dawn l-awtoritajiet tal-valuri ddikjarati għal skopijiet doganali meta dawn kienu jafu li, bħala medja, dawn kienu ssottovalutati, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, f’tali każ, ma kienx mhux xieraq li jiġu kkwantifikati l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji li jirriżultaw minn tali prassi abbażi ta’ data marbuta mad-differenza bejn il-piż medju standard iddikjarat tal-merkanzija tal-istess natura importata f’perijodu sussegwenti u l-piż medju tagħha kkonstatat f’kontrolli li, minħabba l-estent tagħhom, setgħu jitqiesu rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑23/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:160, punti 54, 63, 65 u 66). |
|
447 |
Fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, it-telf ta’ riżorsi proprji jirriżulta mill-prassi tal-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li essenzjalment kienet tikkonsisti f’li jiġu sistematikament aċċettati, matul il-perijodu ta’ ksur, id-dikjarazzjonijiet doganali tal-prodotti kkonċernati importati li kienu joriġinaw miċ-Ċina mingħajr verifika tal-valuri msemmija f’dawn id-dikjarazzjonijiet, meta dawn l-awtoritajiet kienu jafu jew kellhom raġonevolment ikunu jafu li volumi kbar ta’ dawn il-prodotti kienu importati b’mod frawdolenti bi prezzijiet manifestament issottovalutati. Konsegwentement, l-ammonti ta’ dan it-telf jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ metodu bħall-metodu OLAF‑JRC li huwa bbażat fuq data statistika pjuttost milli fuq metodu intiż sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata abbażi ta’ provi diretti, skont l-Artikoli 70 u 74 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Fil-fatt, dan il-metodu tal-aħħar ma jistax iktar jiġi applikat fl-assenza ta’ provi diretti dwar dan il-valur miksuba mill-imsemmija awtoritajiet fi kwantitajiet suffiċjenti. |
|
448 |
Barra minn hekk, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 277, inkluża fil-punt 274 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-metodu tal-HMRC, li r-Renju Unit jipproponi sabiex jevalwa l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji, huwa wkoll metodoloġija li hija bbażata essenzjalment fuq data statistika peress li l-livelli minimi ta’ konformità huma dderivati minn valuri statistiċi storiċi. |
|
449 |
Madankollu, għandu jiġi ddeterminat jekk, billi bbażat ruħha fuq il-metodu OLAF‑JRC sabiex tikkalkola l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li hija tallega, il-Kummissjoni pprovatx suffiċjentement skont il-liġi l-eżattezza tas-seba’ ammonti mitluba għal kull sena li tikkostitwixxi l-perijodu ta’ ksur, konformement mal-oneru tal-prova li hija għandha, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 423 ta’ din is-sentenza, fi proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
|
450 |
F’dan il-kuntest u fid-dawl ukoll ta’ dak li ġie kkunsidrat fil-punti 423 sa 425 ta’ din is-sentenza, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika jekk, sa fejn il-Kummissjoni invokat il-metodu OLAF‑JRC bħala metodu ta’ kalkolu sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji li ma tqegħdux għad-dispożizzjoni tagħha bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, din l-istituzzjoni pprovdietx biżżejjed provi li juru l-eżattezza ta’ dawn l-ammonti u, għaldaqstant, il-fondatezza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat, konformement mal-oneru tal-prova impost fuqha. |
|
451 |
Kif osserva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 281 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex konsegwentement marbuta li tagħmel għażla bejn id-diversi approċċi metodoloġiċi proposti mill-partijiet, kif jidher li r-Renju Unit jissuġġerixxi fir-risposta, iżda biss li tevalwa l-metodu OLAF‑JRC invokat mill-Kummissjoni insostenn ta’ dan ir-rikors billi teżamina d-diversi kritiki espressi minn dan l-Istat, sostnut mill-Istati Membri intervenjenti, kontra dan il-metodu. |
|
452 |
Għandu jiġi ppreċiżat f’dan ir-rigward li l-eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ambitu ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, tal-metodu OLAF‑JRC għandu essenzjalment ifittex, kif l-Avukat Ġenerali osserva wkoll, essenzjalment, fil-punt 286 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jivverifika li dan il-metodu kien iġġustifikat fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari taċ-ċirkustanzi tal-każ u li huwa kien suffiċjentement preċiż u affidabbli sa fejn, b’mod partikolari, dan kien ibbażat fuq kriterji li la huma arbitrarji u lanqas ppreġudikati u li dan kien ibbażat fuq analiżi oġġettiva u konsistenti tad-data rilevanti kollha disponibbli, b’mod li ma jwassalx għal sopravalutazzjoni manifesta tal-ammont ta’ dan it-telf. |
|
453 |
Għalkemm il-verifika tal-eżattezza tal-ammonti differenti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jinsabu fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għandha, teoretikament, kif ġie indikat fil-punt 449 ta’ din is-sentenza, issir fir-rigward ta’ kull waħda mis-seba’ snin imsemmija f’dan it-tielet paragrafu, il-Qorti tal-Ġustizzja, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju, ser tipproċedi b’dan l-eżami fir-rigward ta’ żewġ perijodi suċċessivi inklużi fil-perijodu ta’ ksur, jiġifieri dak mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014 u dak mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż. |
5) Fuq l‑istima tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall‑perijodu mix‑xahar ta’ Novembru 2011 sax‑xahar ta’ Novembru 2014
|
454 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, mill-ammonti li jinsabu fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għas-snin 2011 sal‑2014 jirriżulta li l-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit, għal dan il-perijodu, li naqas milli jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali ta’ EUR 1001511 991.60. |
|
455 |
Issa, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 293 sa 297 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-motivi tar-rikors u mir-replika jirriżulta b’mod inekwivoku li, għall-imsemmi perijodu, minħabba, b’mod partikolari, ir-regoli fil-qasam tal-preskrizzjoni tad-dejn doganali previsti fl-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u fl-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-Kummissjoni riedet tillimita l-portata tar-rikors għad-djun doganali kkonstatati fl-ordnijiet ta’ rkupru a posteriori li jinsabu fit-23 avviż C 18 Snake li nħarġu bejn ix-xahar ta’ Novembru 2014 u x-xahar ta’ Frar 2015 u li, wara li ddaħħlu fil-kontijiet u ġew innotifikati lill-operaturi kkonċernati, ġew annullati bejn ix-xahar ta’ Ġunju u x-xahar ta’ Novembru 2015. Barra minn hekk, din l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija kkonfermata mill-ilmenti fformulati fl-ittra ta’ intimazzjoni u fl-opinjoni motivata. |
|
456 |
Kif ġie kkonstatat fil-punti 367 sa 395 ta’ din is-sentenza, l-annullament tat-23 avviż C 18 Snake huwa dovut għal żbalji amministrattivi mwettqa mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li ma humiex ġustifikabbli fid-dawl tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014, b’tali mod li dan l-Istat ma kienx eżenti milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi marbuta ma’ dawn l-avviżi. |
|
457 |
Fir-risposta tiegħu, ir-Renju Unit indika li l-ammonti mitluba fl-avviżi C 18 Snake kienu kkalkolati fuq il-bażi tal-PMK tal-metodu OLAF‑JRC. Fir-replika, il-Kummissjoni toġġezzjona li, matul il-proċedura prekontenzjuża, hija kienet indikat li kienet fehmet, mingħajr ma ġiet ikkoreġuta fuq dan il-punt mir-Renju Unit, li dawn l-ammonti kienu kkalkolati abbażi tal-PMA u, għaldaqstant, skont il-Kummissjoni, f’livell manifestament baxx wisq għall-finijiet tal-istima tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji, li wassalha sabiex tapplika, fir-rikors, il-metodu tagħha ta’ stima ta’ dan it-telf, inkluż għall-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, għall-importazzjonijiet kollha li saru bi prezz iddikjarat iktar baxx mill-PMA matul dan il-perijodu. |
|
458 |
Issa, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, mill-produzzjoni mir-Renju Unit fl-anness tal-kontroreplika tal-avviżi C 18 Snake u mid-dettalji tal-kalkoli relatati ma’ dawn l-avviżi jirriżulta b’mod ċar, minn naħa, li d-djun doganali addizzjonali mitluba fl-imsemmija avviżi ġew ikkalkolati, għalkemm wara żbalji amministrattivi, abbażi tal-PMK u mhux abbażi tar-regoli tad-dritt doganali tal-Unjoni fil-qasam tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali, u, min-naħa l-oħra, li l-ammont totali ta’ dawn id-djun kien ta’ GBP 192568 694.30. |
|
459 |
Minn dan isegwi li hemm inkonsistenza bejn it-talbiet tar-rikors u l-motivi tiegħu fir-rigward tal-ammont ta’ riżorsi proprji li l-Kummissjoni titlob fl-ambitu ta’ din il-proċedura. |
|
460 |
Fil-fatt, skont it-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, għall-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, ir-Renju Unit ma osservax l-obbligi tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji, peress li dan l-Istat ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ammont totali ta’ EUR 1001511 991.60, ammont ikkalkolat fuq il-bażi tal-metodu OLAF‑JRC u li jieħu inkunsiderazzjoni l-importazzjonijiet issottovalutati kollha li saru bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA matul dan il-perijodu, inklużi dawk, li huma ħafna, li ma humiex koperti mill-avviżi C 18 Snake. |
|
461 |
B’mod kontrastanti, mill-motivi tar-rikors u mir-replika jirriżulta b’mod inekwivoku, kif ikkonfermat mill-ittra ta’ intimazzjoni u mill-opinjoni motivata, li, għall-imsemmi perijodu, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tillimita l-ilment tagħha bbażat fuq l-assenza ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha mir-Renju Unit tar-riżorsi proprji tal-Unjoni għar-riżorsi korrispondenti għad-djun doganali kkonstatati fl-avviżi C 18 Snake, li jimplika li hija titlob riżorsi biss għall-importazzjonijiet issottovalutati mwettqa bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA u msemmija f’dawn l-avviżi. Issa, l-ammont totali ta’ dawn id-djun doganali jammonta, skont ir-Renju Unit, għal GBP 192568 694.30. |
|
462 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, peress li għad hemm inċertezzi kbar fir-rigward tal-eżattezza tal-ammonti tar-riżorsi proprji li l-Kummissjoni titlob abbażi tat-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għall-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, din l-istituzzjoni ma wrietx b’mod suffiċjenti fid-dritt l-integralità tagħhom. |
|
463 |
Għaldaqstant, fir-rigward tal-ewwel perijodu, mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud sa fejn jirrigwarda l-ilment imsemmi fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors li skontu r-Renju Unit ma osservax id-dritt tal-Unjoni peress li dan l-Istat ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti ta’ riżorsi hemm elenkati li jwasslu għal ammont totali ta’ EUR 1001511 991.60. |
6) Fuq l‑istima tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall‑perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż
|
464 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, huwa stabbilit li l-Kummissjoni ddeterminat l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li hija titlob skont it-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 1678125097, abbażi tal-metodu OLAF‑JRC mingħajr ma naqqset minn dawn l-ammonti dawk mitluba mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit fl-ordnijiet ta’ rkupru ta’ dazji a posteriori li jinsabu fl-avviżi C 18 Breach dwar dan il-perijodu. |
|
465 |
Għaldaqstant, għandhom jiġu eżaminati, qabelxejn, id-diversi argumenti invokati mir-Renju Unit, sostnuti mill-Istati Membri intervenjenti, kontra l-metodu OLAF‑JRC kif użat mill-Kummissjoni sabiex tistima l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji li hija titlob għall-imsemmi perijodu u, sussegwentement, l-effett li jista’ jkollu fuq din l-istima t-teħid inkunsiderazzjoni tal-ordnijiet ta’ rkupru li jinsabu fl-avviżi C 18 Breach li jirrigwardaw l-istess perijodu. |
i) Fuq il‑kritika kontra l‑metodu OLAF‑JRC ibbażata fuq il‑fatt li dan iwassal għal sopravalutazzjoni tal‑volum tal‑importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati
|
466 |
Fir-rigward, qabelxejn, tal-kritiki kontra l-metodu OLAF‑JRC, għandha tiġi eżaminata, fl-ewwel lok, il-kritika li skontha dan il-metodu, sa fejn juża l-PMA bħala kriterju għall-kalkolu tal-volum tal-importazzjonijiet issottovalutati, jissopravaluta dan il-volum sa fejn dan huwa kriterju arbitrarju u impreċiż li l-applikazzjoni tiegħu għandha l-konsegwenza li tinkludi volum mhux negliġibbli ta’ importazzjonijiet leġittimi bi prezzijiet baxxi ħafna. |
|
467 |
Fir-rigward tal-kritika ġenerali li skontha il-PMA jikkostitwixxi “kriterju arbitrarju”, għandu jitfakkar li l-istabbiliment tal-PMA f’livell ta’ 50 % tal-PMK huwa bbażat fuq studji ta’ istogrammi mill-JRC intiżi sabiex jidentifikaw, mid-data statistika, kategoriji ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ħafna. Sa fejn joħroġ mill-analiżi tal-istatistika dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni, tali approċċ huwa paragunabbli ma’ dak segwit fl-ambitu tal-metodu tal-HMRC sabiex jiġi ddeterminat il-livell minimu ta’ konformità. |
|
468 |
Ir-Renju Unit jikkritika l-metodu użat mill-Kummissjoni sabiex tikkalkola l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji peress li, b’mod partikolari, kuntrarjament għall-metodu tal-HMRC, dan jipproċedi minn data aggregata ta’ kuljum ta’ importazzjonijiet fir-Renju Unit u mhux minn data fil-livell tal-oġġett ikkonċernat, jiġifieri għal kull dikjarazzjoni doganali, kif ukoll minn kodiċi tal-prodott bi tmien ċifri tan-NM u mhux minn kodiċi tal-prodott b’għaxar ċifri ta’ din in-nomenklatura (Kodiċi tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC)). |
|
469 |
Il-Kummissjoni ssostni li hija pproċediet b’dan il-mod peress li hija kellha biss din id-data aggregata ta’ kuljum u data fil-livell ta’ kodiċi tal-prodott bi tmien ċifri. Hija ssostni wkoll li l-użu tal-imsemmija data aggregata ta’ kuljum kellu effett ta’ kumpens żejjed u li, konsegwentement, dan l-użu għandu tendenza li jnaqqas il-volum ta’ importazzjonijiet ikkunsidrati bħala li huma ssottovalutati u huwa pjuttost favorevoli għar-Renju Unit. |
|
470 |
Hija ssostni li, kieku l-metodu OLAF‑JRC kien pereżempju applikat għad-data dwar l-importazzjonijiet tar-Renju Unit fil-livell ta’ kull dikjarazzjoni doganali għat-tieni u t-tielet trimestri tas-sena 2017, it-telf stmat kien ikun ogħla b’madwar 40 % mill-istimi miksuba bl-użu tal-istess data aggregata ta’ kuljum. Hija ssostni wkoll li, li kieku intużat data fil-livell tal-kodiċi TARIC, din il-granularità ikbar kien ikollha l-konsegwenza unika li żżid in-numru ta’ prodotti minn 495 għal 677, b’mod li ma kien ikun jidher ebda effett fuq il-PMK. |
|
471 |
Bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit sostna li huwa ma setax jikkalkola l-impatt fuq l-istima tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tal-użu tal-kodiċi tal-prodott b’għaxar ċifri tan-NM li għandhom granularità ikbar, iżda ammetta li kalkolu fil-livell tal-oġġett ikkonċernat pjuttost milli abbażi tad-data aggregata ta’ kuljum tal-importazzjonijiet fit-territorju tiegħu kien iżid l-ammont tat-telf li l-Kummissjoni tallega għat-tieni perijodu, mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, minn EUR 1678125097 għal EUR 1725981951, li jikkonferma li, fuq dan il-punt, il-metodu OLAF‑JRC huwa iktar favorevoli għalih mill-metodu tiegħu stess. |
|
472 |
Barra minn hekk, bi tweġiba għal mistoqsija oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit enfasizza li minn issa ’l quddiem kien ċar, fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet li fil-frattemp ġew ipprovduti mill-Kummissjoni, li l-unika raġuni li għaliha teżisti differenza tant kbira bejn l-istima tat-telf mill-Kummissjoni u l-istima tiegħu stess hija li l-PMK li din l-istituzzjoni użat sabiex “tevalwa mill-ġdid” l-importazzjonijiet ikkunsidrati bħala ssottovalutati skont il-metodu OLAF‑JRC huma ħafna ogħla mill-prezzijiet li jikkorrispondu għal-livelli minimi ta’ konformità tal-metodu tal-HMRC li huwa jqis li għandhom jintużaw sabiex dawn l-importazzjonijiet jiġu eżaminati mill-ġdid. |
|
473 |
Barra minn hekk, bi tweġiba għal mistoqsija oħra magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit indika li, jekk il-prezzijiet li jikkorrispondu għal-limiti minimi ta’ konformità tal-metodu ta’ stima tat-telf tiegħu kellhom jiġu applikati sabiex jiġi kkalkolat il-volum tal-importazzjonijiet issottovalutati pjuttost milli l-PMA, dan ikollu r-riżultat li l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji li l-Kummissjoni titlob għat-tieni perijodu, mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, jonqos b’4.4 jew b’4.7 %. |
|
474 |
Għalkemm, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 301 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali differenza bejn il-metodu użat mill-Kummissjoni u dak użat mir-Renju Unit sabiex jiġi stmat il-volum tal-importazzjonijiet issottovalutati tidher li tibqa’, bħala tali, f’limiti raġonevoli, xorta jibqa’ l-fatt li l-PMA jidher li jwassal għal sopravalutazzjoni sa ċertu punt tal-volum tal-importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati. |
|
475 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li dan il-prezz ġie żviluppat oriġinarjament bħala profil tar-riskju, li jimplika li jista’ jiġġenera ċertu numru ta’ każijiet pożittivi foloz ikkostitwiti, b’mod partikolari, minn importazzjonijiet leġittimi ta’ ditti kbar, kif enfasizza r-Renju Unit. |
|
476 |
Kif ġie rrilevat fil-punt 296 ta’ din is-sentenza, dan l-Istat isostni li 11.2 %, f’termini ta’ volum, tal-importazzjonijiet leġittimi mwettqa minn ċerti ditti kbar magħrufa sewwa ġew iddikjarati f’valuri iktar baxxi mill-PMA. |
|
477 |
Għalkemm tali proporzjon ta’ każijiet pożittivi foloz ma huwiex fih innifsu ta’ natura li jaffettwa l-affidabbiltà tal-PMA użat bħala profil tar-riskju peress li għandu jitqies li huwa raġonevoli f’tali kuntest, dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-analiżi u fil-kalkolu tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji sabiex jiġi ddeterminat bi grad raġonevoli ta’ preċiżjoni l-volum tal-importazzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala li ġew issottovalutati u li jwasslu għal tali telf. |
|
478 |
Għaldaqstant, l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għandu f’dan il-każ jiġi kkalkolat abbażi ta’ dak li r-Renju Unit sejjaħ, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-“volum komuni” tal-importazzjonijiet meqjusa li ġew issottovalutati, jiġifieri l-volum tal-importazzjonijiet li huma kkunsidrati li ġew issottovalutati indipendentement mill-applikazzjoni tal-metodu OLAF‑JRC jew mill-metodu tal-HMRC. |
ii) Fuq il‑kritika kontra l‑metodu OLAF‑JRC ibbażata fuq il‑fatt li dan iwassal għal sopravalutazzjoni tal‑valur tal‑importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati
|
479 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-diversi kritiki espressi kontra l-metodu OLAF‑JRC sa fejn, meta dan tal-aħħar jintuża bħala għodda sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, huwa jibbaża ruħu fuq il-PMK bħala valur ta’ riferiment sabiex jiġi stmat il-valur tal-importazzjonijiet issottovalutati, għandu jiġi eżaminat, qabelxejn, l-argument li dan il-valur ta’ riferiment kellu jiġi kkalkolat biss abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni fir-Renju Unit u mhux abbażi tal-medja aritmetika tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Istat Membri kollha. |
|
480 |
F’dan il-każ, din l-għażla metodoloġika tal-Kummissjoni hija ġġustifikata minħabba waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, jiġifieri l-fatt, fih innifsu mhux ikkontestat mir-Renju Unit, li l-maġġoranza kbira tal-importazzjonijiet ikkonċernati saru fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 u konsegwentement kienu neċessarjament iddestinati għal Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ikkonċernati li saru fl-ambitu tal-proċedura doganali 40 setgħu, huma wkoll, jiġu ttrasportati lejn Stati Membri oħra ladarba jkun sar l-isdoganament tal-merkanzija kkonċernata fir-Renju Unit. |
|
481 |
F’dan ir-rigward, jirriżulta, pereżempju, mir-rapport tal-OLAF li, għas-sena 2016, 87 % tal-importazzjonijiet fir-Renju Unit tal-prodotti kkonċernati ta’ valur baxx twettqu fl-ambitu tal-proċedura doganali 42. |
|
482 |
Minn dan isegwi li, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 304 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-maġġoranza kbira tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur kienu diretti lejn is-suq tal-prodotti kkonċernati tal-Unjoni kollu kemm hu. |
|
483 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli applikat, għall-finijiet tal-istima tal-valur ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-kuntest tal-kwantifikazzjoni tat-telf ta’ riżorsi proprji, valur ta’ riferiment li jirrifletti l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati tal-Unjoni kollha kemm huma. |
|
484 |
Fil-fatt, għandu jitfakkar li tali approċċ jidher li huwa konsistenti mal-metodu operattiv tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni. |
|
485 |
Barra minn hekk, l-użu tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-Istati Membri kollha, fil-forma ta’ medja aritmetika ta’ dawn il-prezzijiet, huwa ġġustifikat ukoll fid-dawl tal-ħtieġa li jitnaqqas l-effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet ta’ riferiment iġġenerat mill-volum partikolarment kbir ta’ importazzjonijiet issottovalutati bi prezzijiet baxxi ħafna fir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur. |
|
486 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li 78.1 %, f’termini ta’ valur, u 69.8 %, f’termini ta’ volum, tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA, jiġifieri 50 % tal-PMK, kienu jinsabu f’medda ta’ bejn 0 u 10 % tal-PMK, u li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ħafna inklużi f’din il-medda għolew gradwalment u kunsiderevolment matul il-perijodu ta’ ksur sabiex saru, b’sehem ta’ madwar 80 %, b’maġġoranza kbira fost l-importazzjonijiet issottovalutati. Min-naħa l-oħra, għalkemm il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda oriġinarjament diversi Stati Membri, hija kienet tikkonċerna, matul il-perijodu ta’ ksur, fl-ewwel lok u, b’mod dejjem iktar sinjifikattiv, ir-Renju Unit, kif barra minn hekk indikaw l-uffiċjali tal-Kummissjoni matul diversi laqgħat mal-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat. Matul dawn il-laqgħat, l-eżistenza tat-telf ta’ riżorsi proprji dejjem jikber korrispondenti ġiet repetutament miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet sabiex dawn tal-aħħar jieħdu l-miżuri xierqa sabiex itemmu dan it-telf. |
|
487 |
Għalkemm l-għan li jitnaqqas l-effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet ta’ riferiment iġġenerat mill-volum partikolarment kbir ta’ importazzjonijiet issottovalutati bi prezzijiet baxxi ħafna fir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur seta’, fuq livell teoretiku, jintlaħaq billi jiġu applikati metodi differenti, il-metodu magħżul mill-Kummissjoni jidher li huwa suffiċjentement preċiż u affidabbli, peress li, b’mod partikolari, dan il-metodu huwa bbażat fuq kriterji li la huma arbitrarji u lanqas ippreġudikati u jistrieħ fuq analiżi oġġettiva u konsistenti tad-data kollha rilevanti disponibbli, b’mod li ma jwassalx għal sopravalutazzjoni manifesta tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji. |
|
488 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni, kif ammettiet fit-tweġiba għal mistoqsija li saritilha mill-Qorti tal-Ġustizzja, setgħet, pereżempju, telimina wkoll, għall-finijiet tal-kalkolu tal-medja aritmetika tal-prezzijiet tal-Istati Membri, l-importazzjonijiet kollha li saru bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA fl-Istati Membri kollha. Madankollu, tali metodu żvantaġġa lir-Renju Unit peress li kellu r-riżultat li żied b’mod kunsiderevoli l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji. |
|
489 |
Sussegwentement, hemm lok li tiġi eżaminata l-kritika li l-użu, fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-metodu OLAF‑JRC, tal-PMK bħala valur ta’ riferiment iwassal għal sopravalutazzjoni tal-livell tat-telf ta’ riżorsi proprji u konsegwentement ma huwiex leġittimu peress li dan ma jiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prodotti kkonċernati li kienu s-suġġett tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienu ta’ valur u ta’ kwalità iktar baxxi minn dawk importati b’mod leġittimu miċ-Ċina bi prezzijiet ogħla mill-PMA jew mil-livell minimu ta’ konformità tal-metodu tal-HMRC. |
|
490 |
Barra minn hekk, il-merkanzija kkonċernata hija, min-natura tagħha, iddestinata għas-segment baxx tas-suq peress li hija importata minn organizzazzjonijiet kriminali sabiex tkun is-suġġett ta’ kummerċ illegali u klandestin fit-territorju ta’ Stati Membri oħra. |
|
491 |
Għaldaqstant, fid-dawl ta’ din il-karatteristika essenzjali tal-metodu operattiv tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, il-valur ta’ riferiment li għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-importazzjonijiet meqjusa li huma ssottovalutati għandu jiġi ffissat fil-livell tal-PMA. |
|
492 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssostni li r-Renju Unit ma għandu l-ebda prova rilevanti dwar it-tqassim tal-prezzijiet u tal-kwalità tal-importazzjonijiet ikkonċernati, peress li, qabel it-tnedija tal-operazzjoni Swift Arrow, dan l-Istat Membru kien għażel li ma jwettaqx kontrolli fiżiċi u li ma jiħux kampjuni. |
|
493 |
Ir-Renju Unit jinvoka r-rapport ta’ kumpannija ta’ konsulenza li janalizza kampjun prinċipali ta’ 94 oġġett ta’ prodotti ssottovalutati li minnhom 70 oġġett ittieħdu fl-ambitu tal-operazzjoni Swift Arrow, imnedija wara l-perijodu ta’ ksur, u jipparaguna dan il-kampjun ma’ kampjun ta’ kontroll ta’ oġġetti bi prezz baxx ħafna ta’ bejjiegħ bl-imnut leġittimu u magħruf sewwa fit-territorju tiegħu ta’ prodotti ta’ valur baxx ħafna li minnu jirriżulta li l-maġġoranza kbira tal-oġġetti ta’ dan il-kampjun prinċipali kienu ta’ kwalità baxxa u ta’ kwalità inferjuri għal dik tal-oġġetti tal-kampjun ta’ kontroll. Minn dan jirriżulta li l-valur korrett tal-merkanzija ssottovalutata ma jistax jaqbeż il-prezz l-iktar baxx li bih dawn il-bejjiegħa bl-imnut jimportaw oġġetti ekwivalenti. |
|
494 |
F’dan ir-rigward, anki jekk jitqies li, kif isostni r-Renju Unit, il-kampjuni kollha meħuda fl-ambitu tal-operazzjoni Swift Arrow u analizzati f’dan ir-rapport jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-ambitu ta’ din il-proċedura, anki jekk numru kbir minnhom jidhru li jikkonċernaw importazzjonijiet li saru wara l-perijodu ta’ ksur, dan l-Istat ma jurix li l-kampjuni inkwistjoni jistgħu jitqiesu li huma rappreżentattivi tal-volumi kbar kollha tal-merkanzija kkonċernata ssottovalutata importata fit-territorju tiegħu matul dan il-perijodu. |
|
495 |
Għaldaqstant, fl-assenza ta’ data suffiċjentement rappreżentattiva dwar il-kwalità tal-merkanzija li kienet is-suġġett tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, fin-nuqqas tar-Renju Unit li jwettaq kontrolli doganali xierqa, il-Kummissjoni kellha raġun tippreżumi li l-merkanzija kkonċernata kienet ta’ kwalità medja u għalhekk kienet tkopri s-segmenti kollha tas-suq fi proporzjonijiet simili għal dawk tal-merkanzija meqjusa li ma ġietx issottovalutata b’mod frawdolenti. |
|
496 |
Skont ir-Renju Unit, il-metodu operattiv tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, bħal dan tal-aħħar huwa deskritt, pereżempju, fir-rapport tal-OLAF u mhux ikkontestat bejn il-partijiet, jindika li l-merkanzija kkonċernata hija, fil-parti l-kbira tagħha, pjuttost ta’ kwalità baxxa u intiża għas-segment baxx tas-suq ta’ firxa ta’ prodotti peress li din ġiet importata u kkummerċjalizzata minn organizzazzjonijiet kriminali u kienet prinċipalment intiża għal kummerċ illegali u klandestin fit-territorju ta’ Stati Membri oħra għajr, f’dak iż-żmien, ir-Renju Unit, b’mod partikolari fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, mingħajr ħlas tal-VAT. F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li l-valur ta’ riferiment użat sabiex jiġu evalwati l-importazzjonijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali huwa valur stmat li għandu jkun approssimattiv għall-valur għal skopijiet doganali li kien jiġi kkonstatat mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit kieku dawn kienu applikaw miżuri ta’ kontroll doganali xierqa abbażi ta’ profil tar-riskju li jippermetti li jiġu evalwati n-natura u l-kwalità tal-merkanzija kkonċernata. |
|
497 |
Fil-fatt, ir-Renju Unit għandu jitqiegħed, għall-perijodu ta’ ksur, f’sitwazzjoni ekwivalenti għal dik li fiha l-awtoritajiet doganali tiegħu jkunu ddeterminaw b’mod korrett il-valuri għal skopijiet doganali wara li jkunu applikaw il-kontrolli doganali xierqa u, għaldaqstant, ikkonstataw b’mod korrett ir-riżorsi xierqa li d-dazji doganali jikkostitwixxu qabel jinkluduhom fil-kontabbiltà tar-riżorsi proprji tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑23/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:160, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
498 |
Issa, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 306 tal-konklużjonijiet tiegħu, konformement mal-metodi sekwenzjali previsti mid-dritt doganali tal-Unjoni, il-valur għal skopijiet doganali huwa ddeterminat min-natura u mill-kwalità tal-merkanzija kkonċernata, bħal segment tas-suq fi Stat Membru differenti minn dak tal-importazzjoni, u mhux mid-destinazzjoni tagħha. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali, id-destinazzjoni ta’ din il-merkanzija hija għalhekk, fiha nnifisha, irrilevanti. Barra minn hekk, waqt l-isdoganament tal-imsemmija merkanzija, id-destinazzjoni partikolari tagħha hija, fl-assenza ta’ prova diretta, ta’ natura spekulattiva ħafna. |
|
499 |
Għalhekk il-Kummissjoni kienet korretta meta, f’dan il-każ, sabiex tiddetermina l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, ma għamlet ebda distinzjoni skont id-destinazzjoni partikolari tal-prodotti kkonċernati fi ħdan l-Unjoni. |
|
500 |
Konsegwentement, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati, din l-istituzzjoni setgħet raġonevolment tapplika l-PMK bħala valur ta’ riferiment. |
|
501 |
Tali approċċ huwa ġġustifikat fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-każ u huwa suffiċjentement preċiż u affidabbli peress li, b’mod partikolari, huwa bbażat fuq kriterji li la huma arbitrarji u lanqas ippreġudikati u peress li jistrieħ fuq analiżi oġġettiva u konsistenti tad-data rilevanti kollha disponibbli, b’mod li ma jwassalx għal sopravalutazzjoni manifesta tal-ammont ta’ dan it-telf. |
|
502 |
Dan huwa kkonfermat mill-fatt li, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 307 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-PMK huma kkalkolati abbażi tal-valuri għal skopijiet doganali effettivament iddikjarati u riprodotti mill-Istati Membri fid-database Sorveljanza 2 għall-importazzjonijiet kollha kkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, b’tali mod li dawn il-prezzijiet jirriflettu n-natura u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati kollha. |
|
503 |
Il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-approċċ tal-Kummissjoni li jikkonsisti fl-użu tal-PMK sabiex tagħmel stima tal-valur tal-importazzjonijiet ikkonċernati huma wkoll ikkorroborati mill-fatt, enfasizzat minn din l-istituzzjoni fit-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja u mhux ikkontestat mir-Renju Unit, li l-imsemmija prezzijiet jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ il-prezzijiet tal-kwantitajiet kunsiderevoli ta’ importazzjonijiet issottovalutati fir-Renju Unit, b’mod li l-valur tal-“prezz ġust” ta’ dawn l-importazzjonijiet jitnaqqas u, għaldaqstant, l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji jiġi ssottovalutat. |
|
504 |
Fi kliem ieħor, peress li l-PMK huwa medja tal-prezzijiet iddikjarati tal-prodotti kollha kkonċernati importati fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk, partikolarment numerużi, li huma ssottovalutati b’mod frawdolenti u importati fir-Renju Unit, dan il-prezz medju huwa mnaqqas minn dawn is-sottovalutazzjonijiet frawdolenti, u dan jikkonferma l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-approċċ tal-Kummissjoni. |
|
505 |
Bħala konklużjoni, il-metodu OLAF‑JRC seta’, bħala prinċipju, jiġi applikat mill-Kummissjoni sabiex tagħmel stima tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għat-tieni perijodu, mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, peress li dan il-metodu huwa ġġustifikat fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-każ u rriżulta li huwa suffiċjentement preċiż u affidabbli, peress li, b’mod partikolari, dan huwa bbażat fuq kriterji li la huma arbitrarji u lanqas ippreġudikati u huwa bbażat fuq analiżi oġġettiva u konsistenti tad-data rilevanti disponibbli kollha, b’mod li ma jwassalx għal sopravalutazzjoni manifesta tal-imsemmi telf. |
|
506 |
Għaldaqstant, għal dan il-perijodu, il-volum tal-importazzjonijiet ikkonċernati seta’ jiġi ddeterminat abbażi tal-PMA, filwaqt li madankollu dan il-volum għandu jkun limitat għall-volum imsejjaħ “komuni”, jiġifieri l-volum tal-importazzjonijiet li huma kkunsidrati bħala li ġew issottovalutati skont kemm il-metodu OLAF‑JRC u kif ukoll il-metodu tal-HMRC. Sabiex tiddetermina l-valur ta’ dan il-volum komuni tal-importazzjonijiet meqjusa li ġew issottovalutati, il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq il-PMK. |
7) Fuq l‑effett tal‑avviżi C 18 Breach fuq l‑istima tal‑ammonti tat‑telf ta’ riżorsi proprji li l‑Kummissjoni titlob għall‑perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż
|
507 |
Sussegwentement, tqum il-kwistjoni tal-effett li l-ordnijiet ta’ rkupru tad-dazji msemmija fl-avviżi C 18 Breach jista’ jkollhom fuq l-istima tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji li l-Kummissjoni titlob abbażi tat-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għall-perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, skont il-metodu OLAF‑JRC. |
|
508 |
F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit isostni, fir-risposta tiegħu, li, peress li l-Kummissjoni kienet taf sa mix-xahar ta’ Mejju 2018 bit-tmien avviżi C 18 Breach, maħruġa u rreġistrati fil-kontabbiltà B matul dan ix-xahar u li jirrigwardaw importazzjonijiet ikkunsidrati li ġew issottovalutati u li saru mill-1 ta’ Mejju 2015, għal ammont ta’ madwar GBP 25 miljun, u ma kkontestatx dawn l-avviżi la fl-opinjoni motivata u lanqas fir-rikors, din l-istituzzjoni kellha tnaqqas dan l-ammont mill-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali msemmija fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għas-snin 2015 sa 2017. |
|
509 |
Fil-kontroreplika, ir-Renju Unit isostni li, skont id-data aġġornata, għandhom jitnaqqsu mit-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali l-ammonti mitluba fl-avviżi C 18 Breach diġà nnotifikati lil 34 operatur għal ammont totali ta’ GBP 44296 285.04. |
|
510 |
Fl-anness tat-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit aġġorna mill-ġdid dan l-ammont totali billi inkluda f’dokumenti mehmuża l-avviżi C 18 Breach kollha diġà nnotifikati kif ukoll id-dettalji tal-kalkoli relatati magħhom. Skont it-tabella sommarja li tinsab f’dan l-anness, dawn huma, skont l-aħħar data disponibbli, 64 avviż għal ammont totali ta’ dazji doganali addizzjonali mitluba ta’ GBP 50559 159.89 (madwar EUR 59391845). |
|
511 |
Minn dawn il-kalkoli u mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-Renju Unit bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li dawn id-dazji ġew ikkalkolati abbażi ta’ prezzijiet minimi kkunsidrati li huma leġittimi u ffissati skont il-metodoloġija msejħa tal-“ogħla punt”, jiġifieri metodoloġija ta’ natura essenzjalment statistika, paragunabbli ma’ dik użata fil-kuntest tal-metodu tal-HMRC sabiex jiġu ddeterminati l-livelli minimi ta’ konformità għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, fejn id-differenza essenzjali bejn dawn il-metodi tinsab fil-fatt li l-perijodu ta’ riferiment użat huwa differenti. |
|
512 |
Skont ir-Renju Unit, l-irkupru tad-djun mitluba fl-avviżi C 18 Breach jibqa’ possibbli u, kuntrarjament għall-avviżi C 18 Snake, dawn ma ġewx annullati. |
|
513 |
Għalkemm il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-avviżi C 18 Breach jistgħu jikkonċernaw importazzjonijiet issottovalutati li saru matul il-perijodu ta’ ksur, hija ssostni li, peress li r-Renju Unit dejjem irrifjuta li jikkomunikalha d-dettalji tal-kalkoli relatati ma’ dawn l-avviżi, jiġifieri, b’mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati, il-volumi inkwistjoni u l-valuri ta’ sostituzzjoni użati, hija ma kinitx f’pożizzjoni li tiddistingwi l-importazzjonijiet ikkonċernati minn dawn l-avviżi mill-volum totali tal-importazzjonijiet li għalihom hija kkalkolat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali abbażi tad-data aggregata ta’ kuljum tad-database Sorveljanza 2. |
|
514 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li mill-kliem tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE jirriżulta li, jekk Stat Membru ma jkunx ikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata fit-terminu mogħti fiha, il-Kummissjoni tista’ tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont dan l-artikolu u li, għaldaqstant, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Istat Membru kif din tkun fi tmiem dan it-terminu (sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, L‑Ungerija vs Ir‑Repubblika Ċeka (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali), C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17, EU:C:2020:257, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
515 |
F’dan il-każ, it-terminu mogħti lir-Renju Unit sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata skada fl‑24 ta’ Novembru 2018. |
|
516 |
Il-Kummissjoni ma tikkontestax li hija kienet taf, qabel il-komunikazzjoni tal-opinjoni motivata lir-Renju Unit, bl-eżistenza ta’ tmien avviżi C 18 Breach, maħruġa fix-xahar ta’ Mejju 2018 dwar importazzjonijiet ta’ prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina li saru matul il-perijodu ta’ ksur, peress li d-djun mitluba f’dawn l-avviżi kienu ġew ikkomunikati lid-debituri tagħhom u kienu ġew inklużi fil-kontabbiltà B fix-xahar ta’ Mejju 2018. Huwa paċifiku wkoll li dawn id-djun kienu għadhom inklużi f’din il-kontabbiltà fi tmiem it-terminu mogħti fl-opinjoni motivata u fil-mument tal-preżentata tar-rikors. |
|
517 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest tar-rikors, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mitluba abbażi tat-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tagħha għas-snin 2015 sa 2017, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-djun mitluba fl-avviżi C 18 Breach li tagħhom kellha għarfien qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata. |
|
518 |
Barra minn hekk, sal-lum, ir-Renju Unit ma ħax deċiżjoni li tikkonstata l-impossibbiltà li jirkupra dawn id-djun u lanqas ma beda l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(3) u (4) tar-Regolament Nru 609/2014 sabiex jiġi eżentat milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għall-imsemmija djun għal xi waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament. L-istess djun ma ġewx annullati u għadhom inklużi fil-kontabbiltà B. Lanqas ma jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas ma ġie allegat li dawn huma djun preskritti, fis-sens tal-Artikolu 103 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
519 |
Għaldaqstant, fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, dawn id-djun kienu għadhom ma setgħux jitqiesu li jikkostitwixxu telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni. |
|
520 |
Dan ma huwiex imqiegħed f’dubju mill-argument tal-Kummissjoni li skontu ma tantx jidher probabbli li d-djun mitluba fl-avviżi C 18 Breach ikkonċernati u anki parti minnhom jistgħu effettivament jiġu rkuprati peress li d-debituri tagħhom huma, fil-parti l-kbira, impriżi msejħa “phoenix”, li huma insolventi u li tqiegħdu fi stralċ wara n-notifika ta’ dawn l-avviżi, kif barra minn hekk ikkonferma r-Renju Unit li diġà invoka dan il-fatt bħala raġuni li tiġġustifika li dan l-Istat ikun eżentat milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi korrispondenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
521 |
Konsegwentement, fir-rikors, il-Kummissjoni kienet obbligata tnaqqas mir-riżorsi proprji tradizzjonali mitluba skont it-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet, għall-perijodu mill‑1 ta’ Jannar 2015 sal‑11 ta’ Ottubru 2017 inkluż, id-djun mitluba fl-avviżi C 18 Breach dwar importazzjonijiet issottovalutati ta’ prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina li saru matul dan il-perijodu li kienu ġew inklużi fil-kontabbiltà B qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u li kienu għalhekk magħrufa minn din l-istituzzjoni. |
|
522 |
Peress li, fir-rikors, il-Kummissjoni naqset milli twettaq tali tnaqqis, it-talba sabiex isiru disponibbli l-ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jidhru fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors għas-snin 2015 sa 2017 ma tistax tirnexxi. |
|
523 |
Konsegwentement, hemm lok li jiġi miċħud it-tieni motiv sa fejn dan jirrigwarda t-talba tal-Kummissjoni intiża sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Renju Unit naqas, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni l-ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li jidhru fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors. |
|
524 |
F’dan il-kuntest, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 312 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tissostitwixxi lill-Kummissjoni billi tikkalkola hija stess l-ammonti eżatti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li huma dovuti mir-Renju Unit. |
|
525 |
Fil-fatt, għalkemm, fil-kuntest ta’ tali proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tilqa’, jew tiċħad, totalment jew parzjalment, it-talbiet li jinsabu fit-talbiet tar-rikors, ma huwiex, madankollu, il-kompitu tagħha li tbiddel il-portata ta’ dawn it-talbiet. |
|
526 |
B’dan stabbilit, għandu jiġi ppreċiżat li, fil-kuntest tal-kalkolu l-ġdid tal-ammont tar-riżorsi proprji tradizzjonali dovuti mir-Renju Unit li l-Kummissjoni ser tintalab twettaq fl-osservanza ta’ din is-sentenza, din l-istituzzjoni, kif jirriżulta mill-punt 505 ta’ din is-sentenza, tista’ tapplika, għall-perijodu ta’ ksur kollu jew għal parti minnu, il-metodu OLAF‑JRC sabiex tagħmel stima ta’ dan l-ammont. Madankollu, hija għandha, b’mod partikolari, kif ġie espost fil-punti 475 sa 478 ta’ din is-sentenza, tieħu bħala bażi ta’ kalkolu l-“volum komuni” tal-importazzjonijiet li għandhom jitqiesu li huma ssottovalutati indipendentement mill-applikazzjoni tal-metodu OLAF‑JRC jew tal-metodu tal-HMRC. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punti 517 sa 519 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, qabelxejn, id-djun mitluba mir-Renju Unit fl-avviżi C 18 Breach li kienu magħrufa mill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, jiġifieri l‑24 ta’ Novembru 2018, u li ma setgħux jibqgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni f’din id-data. Sussegwentement, hija għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni eventwali djun oħra mitluba minn dan l-Istat f’ordnijiet ta’ rkupru a posteriori marbuta mal-importazzjonijiet ikkonċernati u li saru matul il-perijodu ta’ ksur li lanqas ma jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni fil-mument tal-kalkolu l-ġdid tagħhom li l-Kummissjoni tkun mitluba twettaq b’osservanza ta’ din is-sentenza. Fl-aħħar nett, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan il-kalkolu l-ġdid id-djun relatati mal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul il-perijodu ta’ ksur li fir-rigward tagħhom ir-Renju Unit ħa d-deċiżjoni li tikkonstata l-impossibbiltà li jirkupra u li għalihom dan l-Istat huwa eżenti milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti korrispondenti, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014. |
|
527 |
F’dan il-kuntest għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali mal-Kummissjoni kif dan l-obbligu huwa preskritt fl-Artikolu 4(3) TUE jimplika li kull Stat Membru huwa obbligat li jiffaċilita lil din l-istituzzjoni t-twettiq tal-missjoni tagħha li tikkonsisti, skont l-Artikolu 17 TUE, f’li tiżgura, bħala gwardjan tat-Trattati, l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, sa fejn, sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tajba, mill-Istati Membri, tal-obbligi tagħhom fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tiddependi ħafna fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, dawn huma marbuta jqiegħdu atti ta’ sostenn u dokumenti oħra utli għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, f’kundizzjonijiet raġonevoli, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika jekk u, fejn applikabbli, sa fejn ċerti ammonti jidħlu fil-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑7 ta’ Marzu 2002, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑10/00, EU:C:2002:146, punti 88 u 91, u tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 65). |
|
528 |
Għandu jingħad ukoll li, fid-dawl ukoll tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-ħruġ imfakkra fil-punti 119 sa 121 ta’ din is-sentenza, ir-riżultat tal-kalkolu l-ġdid imsemmi fil-punt 526 ta’ din is-sentenza jista’ jagħti lok għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li fi tmiemha l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab tiddetermina jekk ir-Renju Unit naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni billi ma qegħidx għad-dispożizzjoni tal-baġit tagħha ammont ta’ riżorsi proprji u l-interessi moratorji relatati miegħu li jikkorrispondu għall-ammont kollu jew parti minnu riżultanti mill-imsemmi kalkolu u li l-ħlas tiegħu huwa rikjest mill-Kummissjoni. |
8) Fuq ir‑rata tal‑kambju li għandha tiġi applikata għall‑kalkolu tal‑ammont tat‑telf ta’ riżorsi proprji
|
529 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji, ir-Renju Unit isostni li, peress li dan jirrapporta r-riżorsi proprji lill-Unjoni f’GBP, l-uniku ammont li jista’ jintalab mingħandu huwa ammont, espress f’GBP, li kellu jitħallas fil-mument meta s-somom kienu dovuti lill-Kummissjoni. Hija rilevanti biss ir-rata tal-kambju GBP‑Euro applikabbli fid-data meta seħħew it-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu l-kreditu ta’ din l-istituzzjoni u mhux dik applikabbli fid-data meta r-Renju Unit jinżamm responsabbli mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-telf ta’ riżorsi proprji. Minn dan jirriżulta li, fir-rikors, il-Kummissjoni ma setgħetx titlob ammont ta’ riżorsi proprji espressi f’euro, iżda kellha tesprimi dan l-ammont f’GBP. |
|
530 |
Il-Kummissjoni ssostni li, peress li l-kalkolu tagħha tal-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji huwa bbażat fuq id-data mibgħuta mill-Istati Membri, imbagħad irreġistrata fid-database Sorveljanza 2, l-ammonti hekk trażmessi huma awtomatikament ikkonvertiti f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju l-iktar reċenti stabbilita mill-BĊE qabel il-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xahar ikkonċernat, konformement mal-Artikolu 53(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u mal-Artikolu 48(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
531 |
Konsegwentement, il-Kummissjoni taqbel mar-Renju Unit sa fejn tikkunsidra li r-rata tal-kambju rilevanti ma hijiex dik applikabbli fid-data ta’ din is-sentenza, iżda dik li kienet tipprevali fil-mument meta saru d-diversi importazzjonijiet ikkonċernati, li wasslu, matul il-perijodu ta’ ksur, għal telf ta’ riżorsi proprji. |
|
532 |
Minn dan għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli applikat, flimkien mal-Artikolu 53(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Artikolu 48(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rata tal-kambju applikabbli fil-mument meta saru l-importazzjonijiet ikkonċernati, b’mod li l-ammonti ta’ dazji espressi f’GBP jiġu kkonvertiti f’euro. Fil-fatt, billi aġixxiet b’dan il-mod, hija ma ssopravalutatx l-ammonti mitluba fir-rikors bħala telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali meta mqabbla mal-ammonti li kienu jintalbu kieku kienu ġew espressi f’GBP. Għaldaqstant, xejn ma kien jipprekludi lill-Kummissjoni milli tesprimi fir-rikors dawn l-ammonti f’euro pjuttost milli f’GBP. Barra minn hekk, meta hija tipproċedi b’kalkolu ġdid tal-ammont tar-riżorsi proprji tradizzjonali dovuti mir-Renju Unit, il-Kummissjoni tkun tista’ tapplika dan il-metodu ta’ konverżjoni. |
9) Konklużjoni
|
533 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ t-tieni motiv, sa fejn dan jirrigwarda t-talba li tinsab fl-ewwel paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors u, għaldaqstant, li jiġi kkonstatat li, billi ma għamilx disponibbli l-ammont korrett ta’ riżorsi proprji tradizzjonali relatati mal-importazzjonijiet ikkonċernati, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000 u kif ukoll l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014. Għall-kuntrarju, dan il-motiv għandu jiġi miċħud sa fejn dan jirrigwarda t-talba li tinsab fit-tielet paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, intiża sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali korrispondenti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, imnaqqsa bl-ispejjeż tal-ġbir, huma dawn li ġejjin:
|
3. Fuq in‑nuqqas ta’ twettiq tal‑obbligi taħt il‑leġiżlazzjoni dwar il‑VAT u tal‑obbligi ta’ tqegħid għad‑dispożizzjoni tal‑Kummissjoni tar‑riżorsi proprji korrispondenti
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
534 |
Permezz tat-tielet motiv, li jirrigwarda wħud mill-ilmenti li jinsabu fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tal-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit talli ma poġġiex għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont korrett tar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT relatata mal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul il-perijodu ta’ ksur, bi ksur tal-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000, tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014 u kif ukoll tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1553/89, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 325 TFUE, l-Artikolu 2(1)(b) u (d), l-Artikoli 83 u 85 sa 87 u kif ukoll l-Artikolu 143(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2006/112. |
|
535 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-prodotti kkonċernati li ġew importati fir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ ksur fil-kuntest tal-proċedura doganali 40, il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikoli 85 sa 87 tad-Direttiva 2006/112, fl-ambitu ta’ din il-proċedura, il-VAT tinġabar mill-Istat Membru ta’ importazzjoni u li l-valur taxxabbli ta’ din it-taxxa jinkludi l-valur għal skopijiet doganali kif ukoll id-dazji doganali u l-ispejjeż anċillari. |
|
536 |
Il-Kummissjoni ssostni li, peress li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma żgurawx, bi ksur tal-Artikolu 325 TFUE u tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, li l-valur għal skopijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul il-perijodu ta’ ksur kien ġie ddeterminat korrettament, fid-dawl, essenzjalment, tal-assenza ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontrolli doganali effettivi qabel l-isdoganament ta’ dawn il-prodotti, il-valur taxxabbli tal-VAT lanqas ma ġie ddeterminat korrettament minn dawn l-awtoritajiet. |
|
537 |
Għaldaqstant, il-VAT dovuta ma ġietx miġbura fl-intier tagħha, u dan kellu bħala konsegwenza li, bi ksur tal-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000, tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014 u kif ukoll tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1553/89, l-ammonti korrispondenti lanqas ma ttieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT u li dawn ir-riżorsi ma tqegħdux fl-intier tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
|
538 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-proċedura doganali 42, il-Kummissjoni tfakkar li, skont ir-rapport tal-OLAF, fl-2016, 87 % tal-merkanzija kkonċernata ġiet importata fir-Renju Unit fl-ambitu ta’ din il-proċedura doganali u li din tal-aħħar hija kkaratterizzata mill-fatt li d-dazji doganali huma dovuti fl-Istat Membru ta’ importazzjoni filwaqt li l-VAT għandha titħallas fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
|
539 |
Il-Kummissjoni ssostni li, peress li, fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, il-valur taxxabbli tal-VAT huwa kkostitwit, skont l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2006/112, mill-prezz tax-xiri tal-oġġetti jew ta’ oġġetti simili jew, fin-nuqqas tal-prezz tax-xiri, mill-prezz tal-ispiża ddeterminat fil-mument tal-kunsinna, id-determinazzjoni żbaljata tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata minħabba kontrolli doganali mhux xierqa mwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit kellha l-konsegwenza li l-kalkolu tal-VAT li kellha tinġabar fuq din il-merkanzija mill-Istat Membru tad-destinazzjoni kien ukoll żbaljat, b’tali mod li l-VAT ma nġabritx fl-intier tagħha u l-Unjoni ċċaħdet minn parti mir-riżorsi proprji li joriġinaw minn din it-taxxa. |
|
540 |
Skont il-Kummissjoni, billi ma ħax il-miżuri xierqa sabiex jiżgura l-irkupru tal-VAT dovuta fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, ir-Renju Unit ikkomprometta l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra li jiġbru din it-taxxa u ħolqilhom ostakolu sabiex dawn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji korrispondenti li ġejjin mill-imsemmija taxxa. |
|
541 |
Ir-Renju Unit isostni li, peress li r-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT huma kkalkolati, skont ir-Regolament Nru 1553/89, abbażi tad-dħul nett minn din it-taxxa, l-ammont tal-VAT fuq l-importazzjoni jew l-akkwist ma jwassalx għal bidla fid-dħul nett tal-imsemmija taxxa peress li din tal-aħħar tista’ tinġabar lura mill-persuna taxxabbli li timporta jew li takkwista meta jsir il-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti kkonċernati. |
|
542 |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 matul il-perijodu ta’ ksur, ma jistax ikun hemm telf ta’ VAT peress li, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti, il-bejjiegħ bl-imnut għandu jiddikjara lill-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat Membru l-korrispettiv kollu effettivament imħallas mill-konsumatur finali. |
|
543 |
Kif jikkonferma r-rapport tal-OLAF, il-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni ma hijiex dovuta għall-fatt li l-ammont tal-VAT imħallas u mnaqqas fl-Istat Membru li fih il-merkanzija kkonċernata hija introdotta taħt il-proċedura doganali 42 huwa żbaljat, iżda għall-fatt li din it-taxxa ma titħallasx fl-Istat Membru tad-destinazzjoni ta’ din il-merkanzija minħabba l-fatt li din sparixxiet u kienet is-suġġett ta’ kummerċ illegali u klandestin. |
|
544 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 matul il-perijodu ta’ ksur, ir-Renju Unit isostni li ma teżisti ebda bażi legali li tippermetti li Stat Membru jinżamm responsabbli għat-telf ta’ riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT li jkun sostnut fi Stat Membru ieħor. |
|
545 |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit isostni li ma hemm ebda bażi fattwali għall-allegazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu għal telf ta’ riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT. Għalhekk, hija nieqsa mill-fatti l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li r-Renju Unit impedixxa lil Stati Membri oħra milli jiġbru din it-taxxa. Fil-fatt, minbarra l-miżuri ġenerali meħuda mir-Renju Unit sabiex jikkombatti l-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni, dan l-Istat ħa ukoll miżuri speċifiċi tal-ġlieda kontra l-użu abbużiv tal-proċedura doganali 42, waħdu u f’kollaborazzjoni ma’ Stati Membri oħra. F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit isostni li huwa ħa, fil-kuntest tal-operazzjonijiet Badminton, Octopus, Samurai u Breach, miżuri intiżi sabiex jipprekludu t-telf, fi Stati Membri oħra, ta’ riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
546 |
Hemm lok li tiġi eżaminata, fl-ewwel lok, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li, minħabba kontrolli doganali ineffettivi fir-Renju Unit, bi ksur tal-Artikolu 325 TFUE u tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat ma ddeterminawx b’mod korrett il-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, b’tali mod li din it-taxxa ma nġabritx fl-intier tagħha f’dan l-Istat. |
|
547 |
F’dan ir-rigward, fir-rigward, l-ewwel, tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru fl-ambitu tal-proċedura doganali 40, li timplika li għandhom jinġabru fir-Renju Unit kemm id-dazji doganali kif ukoll il-VAT, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2(1)(d) u kif ukoll l-Artikoli 85 sa 87 tad-Direttiva 2006/112, meta l-VAT tkun dovuta fuq l-importazzjoni, il-valur taxxabbli għall-finijiet ta’ din it-taxxa jkun iddefinit bħala li huwa l-valur għal skopijiet doganali li miegħu għandhom jiżdiedu d-dazji doganali u t-taxxi l-oħra u kif ukoll l-ispejjeż anċillari. |
|
548 |
Minn dan isegwi li valur għal skopijiet doganali ddikjarat f’livell iktar baxx mill-valur reali tiegħu jimplika neċessarjament, jekk dan ma jkunx ikkontestat mill-awtoritajiet doganali u ddeterminat fil-livell korrett tiegħu, li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT lanqas ma jkun iddeterminat korrettament, b’tali mod li din it-taxxa ma tkunx tista’ tinġabar fl-intier tagħha, bi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti. |
|
549 |
Għaldaqstant, in-natura mhux xierqa tal-kontrolli doganali mwettqa mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit wasslet għal determinazzjoni żbaljata kemm tal-valur doganali tal-merkanzija kkonċernata kif ukoll tal-valur taxxabbli tal-importazzjonijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-VAT, li għaliha dan l-Istat għandu jinżamm responsabbli. |
|
550 |
Konsegwentement, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa matul il-perijodu ta’ ksur fl-ambitu tas-sistema doganali 40, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi taħt l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikoli 85 sa 87 tad-Direttiva 2006/112, allegat mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat. |
|
551 |
It-tieni, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati li saru matul il-perijodu ta’ ksur fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, li timplika li, skont il-mekkaniżmu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 138(1) u (2)(c) u fl-Artikolu 143(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2006/112, huma biss id-dazji doganali li tħallsu fir-Renju Unit u li l-VAT kellha titħallas fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-merkanzija kkonċernata, għandu jitfakkar li l-maġġoranza kbira ħafna tal-prodotti kkonċernati kienu ġew importati fl-ambitu ta’ din il-proċedura, jiġifieri 87 % tal-volum totali fl-2016 skont ir-rapport tal-OLAF, u li waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-frodi tas-sottovalutazzjoni inkwistjoni kienet tikkonsisti fil-fatt li dawn il-prodotti kienu, bħala regola ġenerali, intiżi għal kummerċ illeċitu u klandestin, b’tali mod li ebda VAT ma ġiet imposta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni fuq il-konsumatur finali u li, għaldaqstant, din it-taxxa baqgħet, b’mod ġenerali, ma tħallsitx. |
|
552 |
Fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, il-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT ma huwiex ibbażat fuq il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata, bħalma huwa l-każ fl-ambitu tal-proċedura doganali 40, iżda, skont l-Artikolu 2(1)(b), l-Artikolu 83, l-Artikolu 138(1) u (2)(c) u l-Artikolu 143(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2006/112, fuq il-prezz tax-xiri ta’ din il-merkanzija, kif dan tal-aħħar huwa ffatturat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali tagħha. |
|
553 |
F’dan il-każ, konsegwentement, huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri tad-destinazzjoni tal-merkanzija kkonċernata, u mhux dawk tar-Renju Unit, bħala Stat Membru ta’ importazzjoni, li għandhom jiżguraw li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT ikun iddeterminat b’mod korrett sabiex il-VAT kollha dovuta fuq l-akkwisti intra-Komunitarji inkwistjoni titħallas. |
|
554 |
Peress li, fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, ma hemmx rabta bejn il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata u l-valur taxxabbli tal-importazzjonijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-VAT, ir-responsabbiltà eventwali tar-Renju Unit, l-Istat Membru ta’ importazzjoni, għall-assenza ta’ ġbir effettiv u sħiħ tad-dazji doganali li tirriżulta min-natura mhux xierqa tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet doganali tiegħu fir-rigward tal-eżattezza tal-valur għal skopijiet doganali ddikjarat ta’ din il-merkanzija ma tistax, bħala prinċipju, tiġi estiża fir-rigward tal-assenza ta’ ġbir effettiv u sħiħ tal-VAT għat-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jiġifieri dak tad-destinazzjoni. |
|
555 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma allegatx speċifikament u lanqas, għaldaqstant, ma wriet li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma kkontrollawx b’mod xieraq l-osservanza tal-obbligi ta’ informazzjoni li għalihom hija suġġetta l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, skont l-Artikolu 138(2) ta’ din tal-aħħar. |
|
556 |
Fil-kuntest tal-proċedura doganali 42, insuffiċjenza li jista’ jkun hemm tal-kontrolli intiżi sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-valur taxxabbli tal-importazzjonijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-VAT, jekk din tirriżulta, għandha konsegwentement tiġi imputata fl-ewwel lok lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni finali tal-imsemmija merkanzija. |
|
557 |
Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li, billi ma ħax il-miżuri xierqa sabiex jiżgura l-irkupru tal-VAT dovuta fl-ambitu tal-proċedura doganali 42 skont il-mekkaniżmu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 143(1) tad-Direttiva 2006/112, ir-Renju Unit ipprekluda lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra milli jiddeterminaw korrettament il-valur taxxabbli tal-importazzjonijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-VAT u, għaldaqstant, milli jiġbru l-ħlas tal-intier ta’ din it-taxxa. |
|
558 |
Fil-fatt, anki jekk jitqies li, kif issostni l-Kummissjoni, id-diversi miżuri meħuda mir-Renju Unit matul l-operazzjonijiet Badminton, Octopus, Samurai u Breach sabiex jipprevjenu t-telf, fi Stati Membri oħra, ta’ riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT, kellhom biss, finalment, effetti limitati fuq il-prevenzjoni ta’ dan it-telf, minn dan ma jirriżultax, u l-Kummissjoni lanqas ma turi dan, li dan l-Istat ipprekluda lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tad-destinazzjoni milli jikkalkolaw korrettament il-VAT dovuta u milli jiġbru l-intier ta’ din it-taxxa. |
|
559 |
Għalkemm, kif jirriżulta b’mod partikolari mir-rapport tal-OLAF, l-organizzazzjonijiet kriminali kkonċernati wettqu użu frawdolenti tal-proċedura doganali 42 sabiex jevitaw, fuq skala kbira, fl-Istati Membri tad-destinazzjoni tal-merkanzija kkonċernata, il-ħlas tal-VAT u dan mingħajr dubju ta lok għal telf finanzjarju konsegwenti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Unjoni nnifisha, ir-Renju Unit ma jistax jitqies li huwa unikament responsabbli għall-insuffiċjenza tal-kontrolli li għamlet possibbli tali frodi u t-telf tal-VAT li rriżulta minnha. |
|
560 |
Kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 351 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali frodi u t-telf finanzjarju li jirriżulta minnha għandhom jiġu evalwati fil-kuntest tal-problema magħrufa sewwa tal-insuffiċjenzi tal-kontrolli ta’ din il-proċedura doganali, kif ġew applikati mill-Istati Membri, insuffiċjenzi li l-frodisti sfruttaw bis-sħiħ u li l-Qorti tal-Awdituri rrapportat diversi drabi, b’mod partikolari fir-rapport speċjali tagħha Nru 24/2015. |
|
561 |
Konsegwentement, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa matul il-perijodu ta’ ksur fl-ambitu tal-proċedura doganali 42, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni, li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2(1)(b), l-Artikolu 83, l-Artikolu 138(1) u (2)(c) u kif ukoll l-Artikolu 143(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2006/112, għandha tiġi miċħuda. |
|
562 |
Fit-tieni lok, għandha tiġi eżaminata l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li skontha, peress li, minħabba l-insuffiċjenzi tal-kontrolli doganali mwettqa fir-Renju Unit fuq l-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu ta’ ksur, l-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat ma ddeterminawx korrettament, għall-merkanzija kkonċernata, il-valur taxxabbli ta’ dawn l-importazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT u għalhekk ma rċevewx l-intier tat-taxxa dovuta, l-imsemmi Stat ma qegħidx għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni l-ammont korrett tar-riżorsi proprji ġejjin mill-VAT bi ksur tal-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, tal-Artikoli 2, 6, 9 10, 11 u 17 tar-Regolament Nru 1150/2000, tal-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 609/2014 u kif ukoll tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1553/89. |
|
563 |
Peress li dan l-ilment huwa bbażat fuq il-premessa li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, taħt id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT, li jiddetermina korrettament il-valur taxxabbli tal-imsemmija importazzjonijiet għall-finijiet ta’ din it-taxxa u li jiġbor l-intier tal-VAT dovuta, dan għandu jiġi eżaminat biss għall-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa fl-ambitu tal-proċedura doganali 40, peress li mill-premess jirriżulta li din il-premessa hija vverifikata biss għal dawn l-importazzjonijiet u mhux għal dawk imwettqa fl-ambitu tal-proċedura doganali 42. |
|
564 |
F’dan ir-rigward, għandhom jitfakkru, qabelxejn, ċerti karatteristiċi tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni fir-rigward speċifikament tar-riżorsi li ġejjin mill-VAT. |
|
565 |
Skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjonijiet 2007/436 u 2014/335, applikabbli għal dan il-każ, ir-riżorsi proprji tal-Unjoni jinkludu, minbarra r-riżorsi proprji tradizzjonali, dħul mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi armonizzata tal-VAT iddeterminata skont ir-regoli tal-Unjoni. |
|
566 |
Mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1553/89 jirriżulta li l-bażi tar-riżorsi proprji li ġejjin mill-VAT hija stabbilità abbażi ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112. |
|
567 |
Bla ħsara għal diversi aġġustamenti previsti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 3 tiegħu jipprovdi li l-bażi tar-riżorsi li ġejjin mill-VAT tinkiseb billi jiġi diviż it-total tad-dħul nett mill-VAT miġbur mill-Istat Membru matul dik is-sena bir-rata li biha din it-taxxa hija miġbura matul din l-istess sena, rata medja ponderata tal-VAT hija użata għall-finijiet ta’ din id-diviżjoni meta diversi rati ta’ VAT huma applikati fi Stat Membru (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑539/09, EU:C:2011:733, punt 67). |
|
568 |
Is-sistema tar-riżorsi propjri tal-Unjoni tipprevedi, fir-rigward tar-riżorsi li ġejjin mill-VAT, il-ħolqien ta’ obbligu, għall-Istati Membri, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, bħala riżorsi proprji, parti mill-ammonti li huma jirċievu abbażi ta’ din it-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑539/09, EU:C:2011:733, punt 71). |
|
569 |
Għaldaqstant hemm rabta diretta bejn, minn naħa, il-ġbir tad-dħul mill-VAT fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni applikabbli u, min-naħa l-oħra, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi li ġejjin mill-VAT korrispondenti, peress li kull lakuna fil-ġbir ta’ dan id-dħul tikkawża potenzjalment tnaqqis ta’ dawn ir-riżorsi (sentenzi tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑539/09, EU:C:2011:733, punt 72). |
|
570 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni fosthom dawk li ġejjin mill-VAT u li, f’dan ir-rigward, dawn huma marbuta jirkupraw is-somom li jikkorrispondu għar-riżorsi proprji li, minħabba frodi, tneħħew mill-baġit tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B., C‑42/17, EU:C:2017:936, punt 32). |
|
571 |
F’dan il-każ, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa fl-ambitu tal-proċedura doganali 40 matul il-perijodu ta’ ksur, huwa kkonstatat fil-punt 550 ta’ din is-sentenza li, peress li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit naqsu milli jwettqu l-kontrolli neċessarji sabiex jiddeterminaw il-valur doganali korrett tal-prodotti kkonċernati u, għaldaqstant, ma żgurawx ġbir effettiv u sħiħ tad-dazji doganali dovuti, l-intier tal-VAT relatata ma’ dawn l-importazzjonijiet lanqas ma ġie effettivament miġbur, peress li l-valur taxxabbli tal-imsemmija importazzjonijiet abbażi tal-VAT ġie ddeterminat abbażi tal-valuri għal skopijiet doganali żbaljati, billi huma iktar baxxi mill-valur reali tal-prodotti kkonċernati. |
|
572 |
Madankollu, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 344 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma turix b’mod suffiċjenti fid-dritt li tali ommissjoni tal-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit li jiżguraw il-ġbir effettiv u sħiħ tal-VAT tal-istess importazzjonijiet ħolqot fil-fatt telf ta’ riżorsi proprji li ġejjin minn din it-taxxa. |
|
573 |
Fil-fatt, kif ġie rrilevat fil-punt 567 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1553/89 jipprevedi li l-bażi tar-riżorsi li ġejjin mill-VAT tinkiseb, essenzjalment, billi ssir diviżjoni tat-total tad-dħul nett ta’ din it-taxxa miġbura mill-Istat Membru matul is-sena bir-rata li biha l-imsemmija taxxa tkun inġabret matul din l-istess sena. |
|
574 |
Issa, anki jekk, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati mwettqa fl-ambitu tal-proċedura doganali 40, l-importaturi ma ħallsux il-VAT kollha peress li l-valur taxxabbli ta’ dawn l-importazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT kien baxx wisq, dan ma kellux neċessarjament il-konsegwenza li d-dħul nett tal-VAT ġie affettwat. |
|
575 |
Fil-fatt, l-importatur kif ukoll l-operaturi l-oħra li jintervjenu downstream fil-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, qabel ma dawn jiġu ffatturati lill-konsumatur finali, jistgħu jirkupraw il-VAT li huma jkunu ħallsu. Il-kwistjoni dwar jekk id-dħul nett tal-VAT huwiex affettwat mis-sottovalutazzjoni li seħħet matul l-imsemmija importazzjonijiet tiddependi għalhekk mill-prezz iffatturat lill-konsumatur finali. |
|
576 |
Għaldaqstant, is-sempliċi konstatazzjoni tas-sottovalutazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-prodotti kkonċernati ma twassalx neċessarjament għal tnaqqis fil-bażi li fuqha huma kkalkolati r-riżorsi proprji ġejjin mill-VAT. |
|
577 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet motiv għandu jintlaqa’, sa fejn dan huwa bbażat fuq nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikoli 85 sa 87 tad-Direttiva 2006/112, u l-kumplament tiegħu għandu jiġi miċħud. |
4. Fuq il‑ksur tal‑obbligu ta’ kooperazzjoni leali stipulat fl‑Artikolu 4(3) TUE
a) L‑argumenti tal‑partijiet
|
578 |
Permezz tal-ilment imsemmi fit-tieni kap tat-talbiet tar-rikors, il-Kummissjoni ssostni li, billi naqas milli jipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u billi naqas milli jipprovdi, kif mitlub, il-kontenut tal-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC jew ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet li jannullaw id-djun doganali kkonstatati, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 2(2) u (3)(d) tar-Regolament Nru 608/2014. |
|
579 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tilmenta li r-Renju Unit irrifjuta li jipprovdi kopja tal-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC jew kull indikazzjoni oħra dwar il-kontenut tal-evalwazzjoni legali li wasslet għall-annullament tad-djun doganali kkonstatati fl-ODC Snake, minħabba li tali evalwazzjoni legali kienet kunfidenzjali u kienet taqa’ taħt il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu. |
|
580 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba mis-servizzi tagħha sabiex jiddeterminaw l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali dovuti. |
|
581 |
Ir-Renju Unit jirribatti li, kif diġà indika matul il-proċedura prekontenzjuża, l-annullament tad-djun ikkonstatati fl-avviżi C 18 Snake ma seħħx wara xi opinjoni legali, li ma teżistix, iżda abbażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mis-servizz indipendenti tal-HMRC kompetenti fil-qasam tal-istħarriġ u tal-appelli fil-qasam doganali. Dan is-servizz annulla dawn l-avviżi għar-raġunijiet indikati f’dawn id-deċiżjonijiet, li ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni. |
|
582 |
Barra minn hekk, minbarra din l-allegazzjoni dwar l-assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta’ din l-opinjoni legali ineżistenti, din l-istituzzjoni ma setgħet tinvoka, b’mod ġenerali, ebda kritika oħra kontra r-Renju Unit fir-rigward tal-obbligu tiegħu ta’ kooperazzjoni leali, minħabba li dan l-Istat ma kkomunikax lill-imsemmija istituzzjoni l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiddetermina l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali. |
b) L‑ewalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
583 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, għalkemm, fit-tieni kap tat-talbiet tar-rikors, il-Kummissjoni tinvoka, minbarra ksur tal-Artikolu 4(3) TUE, ksur tal-Artikolu 2(2) u (3)(d) tar-Regolament Nru 608/2014, din l-istituzzjoni ma esponietx fil-motivi tagħha kif ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-dispożizzjoni tal-aħħar, b’tali mod li l-ilment li jinsab f’dan il-kap tat-talbiet għandu jiġi eżaminat biss fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE. |
|
584 |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw il-portata u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑31 ta’ Ottubru 2019, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit, C‑391/17, EU:C:2019:919, punt 93 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
585 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, konformement mar-rwol ta’ gwardjan tat-Trattati mogħti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE, hija din l-istituzzjoni li għandha tiżgura l-eżekuzzjoni tajba, mill-Istati Membri, tal-obbligi tagħhom fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 65) u li, skont l-Artikolu 4(3) TUE, l-Istati Membri huma obbligati jiffaċilitaw lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ din il-missjoni ta’ sorveljanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas 7 ta’ Marzu 2002, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑10/00, EU:C:2002:146, punt 88) |
|
586 |
Barra minn hekk, peress li, bħalma huwa l-każ fir-rigward tas-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-eżekuzzjoni tajba, mill-Istati Membri, tal-obbligi tagħhom fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, din l-istituzzjoni tiddependi ħafna fuq l-elementi pprovduti mill-Istati Membri, dawn tal-aħħar huma marbuta li jqiegħdu d-dokumenti ġustifikattivi u dokumenti utli oħra għad-dispożizzjoni tal-imsemmija istituzzjoni, f’kundizzjonijiet raġonevoli, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika jekk ir-riżorsi proprji tal-Unjoni tqegħdux korrettament għad-dispożizzjoni tagħha fl-osservanza ta’ dawn l-obbligi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2002, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑10/00, EU:C:2002:146, punti 88 u 91). |
|
587 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju Unit li naqas mill-obbligu ta’ kooperazzjoni leali kif previst fl-Artikolu 4(3) TUE, peress li dan l-Istat ma pprovdilhiex fi żmien xieraq, minn naħa, l-elementi ta’ kalkolu kollha relatati mad-djun mitluba fl-avviżi C 18 Snake li hija talbitu diversi drabi sabiex jikkomunika u li huma neċessarji sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u, min-naħa l-oħra, l-opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC jew ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet li jannullaw l-avviżi C 18 Snake. |
|
588 |
F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li, matul il-proċedura prekontenzjuża kollha, ir-Renju Unit irrifjuta li jipprovdi dokument, ikklassifikat, diversi drabi, mill-awtoritajiet tiegħu bħala “opinjoni legali”, minħabba li dan id-dokument kien protett mis-sigriet professjonali. |
|
589 |
Il-Kummissjoni tispjega li hija talbet li jiġi pprovdut dan id-dokument peress li hija setgħet tifhem li dan kien jinkludi analiżi legali tar-raġunijiet li wasslu lir-Renju Unit jannulla l-avviżi C 18 Snake. |
|
590 |
Madankollu, sussegwentement u, b’mod partikolari, matul il-missjoni ta’ spezzjoni 18-11-1 li saret fix-xahar ta’ April 2018 kif ukoll fit-tweġiba tiegħu tat‑22 ta’ Ġunju 2018 għall-ittra ta’ intimazzjoni, ir-Renju Unit iddikjara li tali “opinjoni legali” ma kinitx teżisti u li r-raġunijiet li wassluh sabiex jannulla l-avviżi C 18 Snake kienu dawk imsemmija fid-deċiżjonijiet li annullawhom, li kienu ttieħdu minn istanza indipendenti, jiġifieri s-Servizz tal-Istħarriġ u tal-Appelli fil-Qasam Doganali tal-HMRC, fl-ambitu tal-proċeduri dwar dawn l-appelli mressqa kontra dawn l-avviżi. Skont ir-Renju Unit, minn dawn id-deċiżjonijiet jirriżulta li l-imsemmija avviżi ġew annullati essenzjalment minħabba li ebda metodu ta’ evalwazzjoni mill-ġdid sodisfaċenti ma seta’ jiġi sostnut fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati. |
|
591 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-kopji ta’ 6 mill-24 deċiżjoni ta’ annullament tal-avviżi C 18 Snake, miksuba matul l-ispezzjoni 18-11-1, ma ppermettewlhiex tifhem ir-raġunijiet għall-annullament ta’ dawn l-avviżi. |
|
592 |
Fir-risposta, ir-Renju Unit żied li kien hemm opinjoni tas-servizz legali tal-HMRC, iżda li din ma kinitx tirrigwarda r-raġunijiet li wassluh sabiex jannulla l-avviżi C 18 Snake, iżda biss il-proċeduri ta’ stralċ mibdija kontra ċerti operaturi. Madankollu, din l-opinjoni hija protetta bis-sigriet professjonali. |
|
593 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li, matul il-proċedura prekontenzjuża, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit indikaw li l-validità tal-avviżi C 18 Snake setgħet titqiegħed f’dubju peress li, f’dawn l-avviżi, il-PMK kien intuża sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-prodotti kkonċernati u l-imsemmija avviżi, kif kienu ġew innotifikati lill-impriżi kkonċernati, ma kinux jippermettu li tiġi stabbilita rabta diretta bejn id-dazji mitluba u d-dikjarazzjonijiet doganali individwali kkonċernati. |
|
594 |
Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-Kummissjoni talbet diversi drabi lir-Renju Unit jibagħtilha d-dettalji tal-kalkoli relatati mad-djun mitluba fl-avviżi C 18 Snake peress li tali data kienet meħtieġa sabiex jiġi vverifikat jekk dawn id-djun kinux jirriflettu debitament l-ammonti tat-telf ta’ riżorsi proprji relatati mal-importazzjonijiet ikkonċernati minn dawn l-avviżi. |
|
595 |
Il-Kummissjoni tispjega li, peress li ma kellhiex din id-data, hija kienet assumiet, mingħajr ma ġiet ikkoreġuta fuq dan il-punt mir-Renju Unit matul il-proċedura prekontenzjuża, li d-dazji mitluba fl-avviżi C 18 Snake kienu ġew ikkalkolati abbażi tal-PMA u għalhekk kienu ġew iddeterminati f’livell manifestament baxx wisq. Dan wassalha sabiex titlob fir-rikors, fir-rigward tal-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2011 sax-xahar ta’ Novembru 2014, ammonti li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali kkalkolati mhux abbażi ta’ dawn l-avviżi, iżda skont il-metodu OLAF‑JRC, b’mod li ttieħdu inkunsiderazzjoni l-importazzjonijiet kollha li saru bi prezzijiet iktar baxxi mill-PMA u ġie imputat għalihom valur ugwali għall-PMK. |
|
596 |
Hija tesponi li d-dettalji tal-kalkoli tad-djun mitluba fl-avviżi C 18 Snake ġew finalment ipprovduti mir-Renju Unit fl-anness tal-kontroreplika, u dan ippermetta li jiġi kkonstatat li l-importazzjonijiet ikkonċernati kienu ġew evalwati mill-ġdid abbażi mhux tal-PMA, iżda tal-PMK u li tiġi stabbilita rabta diretta bejn id-dazji mitluba u d-dikjarazzjonijiet doganali individwali kkonċernati. |
|
597 |
Mistoqsi f’dan ir-rigward mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit spjega li l-awtoritajiet tiegħu ma kinux irrifjutaw li jibagħtu d-dettalji ta’ dawn il-kalkoli lill-Kummissjoni wara ż-żjara ta’ spezzjoni tax-xahar ta’ Novembru 2017, iżda ma setax ikollhom aċċess għalihom f’dik l-okkażjoni. Dawn il-kalkoli ġew “misjuba mill-ġdid” ftit qabel il-preżentata tar-risposta, fix-xahar ta’ Ġunju 2019. Sussegwentement kien meħtieġ ħafna żmien u riżorsi sabiex jiġu analizzati u pproċessati l-kwantitajiet kbar ħafna ta’ informazzjoni hekk miksuba matul is-sena ta’ ġbir, b’mod li r-Renju Unit ma setax jipprovdihom qabel il-preżentata tal-kontroreplika. |
|
598 |
Fid-dawl ta’ dawn il-punti ta’ fatt kollha u fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 584 sa 586 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali kif preskritt fl-Artikolu 4(3) TUE, peress li dan l-Istat naqas milli jipprovdi fi żmien xieraq, minn naħa, l-elementi kollha ta’ kalkolu relatati mad-djun mitluba fl-avviżi C 18 Snake li l-Kummissjoni talbitu diversi drabi jibgħat u li kienu meħtieġa sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u, min-naħa l-oħra, ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet li jannullaw l-avviżi C 18 Snake li l-Kummissjoni talbitu wkoll diversi drabi jibgħat. |
|
599 |
Għall-kuntrarju, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk ir-Renju Unit kisirx l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali meta rrifjuta li jagħti l-opinjoni legali tal-HMRC. Fil-fatt, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, bl-użu tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni “jew” fit-tieni parti tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikors, ir-Renju Unit, fi kwalunkwe każ, naqas milli jwettaq dan l-obbligu billi astjena milli jipprovdi fi żmien xieraq ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet li jannullaw l-avviżi C 18 Snake. |
|
600 |
Għaldaqstant, hemm lok, bla ħsara għal dak li ġie rrilevat fil-punt 599 ta’ din is-sentenza, li l-ilment imqajjem fit-tieni kap tat-talbiet tar-rikors jintlaqa’ sa fejn dan huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(3) TUE. |
|
601 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat dan li ġej:
|
|
602 |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
Dwar l‑ispejjeż
|
603 |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont l-Artikolu 138(3) ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix li jkun iġġustifikat, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża, li waħda mill-partijiet ikollha, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. |
|
604 |
F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni talbet li r-Renju Unit jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż u dan tal-aħħar tilef il-parti l-kbira tat-talbiet tiegħu, hemm lok, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, li r-Renju Unit jiġi kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll għal erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni. Din tal-aħħar għandha tbati parti minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha stess. |
|
605 |
Skont l-Artikolu 140(1) tal-imsemmija regoli tal-proċedura, skont liema l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.