SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
11 ta’ Ġunju 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni – Direttiva 2014/23/UE – Artikolu 38(9) – Sistema ta’ miżuri ta’ rimedju intiżi sabiex jipprovaw l-istabbiliment mill-ġdid tal-affidabbiltà ta’ operatur ekonomiku kkonċernat minn raġuni għal esklużjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-operaturi ekonomiċi suġġetti għal raġuni ta’ esklużjoni obbligatorja milli jipparteċipaw fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni għal ħames snin – Esklużjoni ta’ kwalunkwe possibbiltà, għal tali operaturi, li jipproduċu l-prova ta’ miżuri ta’ rimedju meħuda”
Fil-Kawża C‑472/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Ġunju 2019, fil-proċedura
Vert Marine SAS
vs
Premier ministre,
Ministre de l’Économie et des Finances,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Vert Marine SAS, minn F. Dereux, avukat, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn P. Dodeller, A.‑L. Desjonquères u C. Mosser, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Elleniku, minn A. Dimitrakopoulou, D. Tsagkaraki u L. Kotroni, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn J.-F. Brakeland, P. Ondrůšek u L. Haasbeek, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 38(9) u (10) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Vert Marine SAS minn naħa u l-Premier ministre (il-Prim Ministru, Franza) u l-ministre de l’Économie et des Finances (France) (il-Ministru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, Franza) min-naħa l-oħra, dwar talba għat-tħassir ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 2016‑86 tal-1 ta’ Frar 2016 dwar il-Kuntratti ta’ Konċessjoni, (JORF tat-2 ta’ Frar 2016, test Nru 20), magħmula minn din il-kumpannija. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessa 71 tad-Direttiva 2014/23 tipprovdi li: “Madankollu, trid tingħata xi ftit konċessjoni għall-possibbiltà li l-atturi ekonomiċi jistgħu jadottaw miżuri ta’ konformità li għandhom l-għan li jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe reat kriminali jew kondotta ħażina u li jimpedixxu b’mod effettiv milli jkun hemm iżjed okkorrenzi tal-imġiba ħażina. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn miżuri ta’ persunal u ta’ organizzazzjoni bħall-qtugħ tar-rabtiet kollha ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fl-imġiba ħażina, miżuri adatti ta’ riorganizzazzjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ rappurtar u kontroll, il-ħolqien ta’ struttura ta’ verifika interna għall-monitoraġġ tal-konformità u l-adozzjoni ta’ regoli interni dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Fejn tali miżuri joffru garanziji suffiċjenti, l-operatur ekonomiku inkwistjoni m’għandux jibqa’ jiġi eskluż minħabba dawk ir-raġunijiet biss. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jiġu eżaminati l-miżuri ta’ konformità li ttieħdu bil-ħsieb li jiġu ammessi għall-proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni. Madankollu, għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi eżatti applikabbi f’tali każijiet. Huma għandhom, b’mod partikolari, ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jippermettux l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti individwali li jwettqu l-valutazzjonijiet rilevanti jew li jafdaw dak il-kompitu lil awtoritajiet oħrajn fuq livell ċentrali jew diċentralizzat.” |
|
4 |
L-Artikolu 38(4), (9) u (10) ta’ din id-direttiva jipprovdi li: “4. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn huma jkunu stabbilixxew li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
[…] 9. Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 7 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni għall-esklużjoni rilevanti. Jekk tali evidenza titqies li hija suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat m’għandux ikun eskluż mill-proċedura. Għal din il-fini, l-operatur ekonomiku għandu juri li hu ħallas jew impenja ruħu li jikkumpensa għal kwalunkwe dannu maħluq mir-reat kriminali jew mill-kondotta ħażina, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu reati kriminali jew kondotta ħażina ulterjuri. Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu evalwati billi jieħdu kont tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat kriminali jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri huma meqjusa bħala insuffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza definittiva milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist jew ta’ għoti ta’ konċessjoni m’għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun effettiva. 10. Permezz ta’ dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u b’kont meħud tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 9 mill-operatur ekonomiku biex juri l-kredibbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza definittiva, dak il-perijodu m’għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza definittiva fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 7.” |
|
5 |
L-Artikolu 51 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw it-test tagħhom lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.” |
Id-dritt Franċiż
|
6 |
L-Artikolu 39 tad-Digriet Nru 2016-65 tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar il-Kuntratti ta’ Konċessjoni (JORF tat-30 ta’ Jannar 2016, test Nru 66), kien jipprovdi: “Għandhom ikunu esklużi mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni:
[…] L-esklużjoni mill-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti ta’ konċessjoni abbażi ta’ dan il-paragrafu 1 tapplika għal ħames snin mid-data li tingħata l-kundanna; […]” |
|
7 |
L-Artikolu 19 tad-Digriet Nru 2016-86 kien ifformulat kif ġej: “I. – Insostenn tal-kandidatura tiegħu, il-kandidat għandu jipproduċi dikjarazzjoni fuq l-unur li tiddikkjara:
II. – Il-kandidat għandu jipproduċi d-dokumenti kollha li jiġġustifikaw li ma huwa suġġett għal ebda esklużjoni mill-partiċipazzjoni għall-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni prevista fl-Artikoli 39, 40 u 42 tad-Digriet tad-29 ta’ Jannar 2016 imsemmi iktar ’il fuq. […]” |
|
8 |
L-Artikolu 23 ta’ dan id-digriet kien jipprovdi: “I. – Qabel ma tipproċedi sabiex teżamina l-kandidaturi, l-awtorità kontraenti li tikkonstata li dokumenti jew informazzjoni li l-produzzjoni tagħhom kienet obbligatorja tista’ titlob lill-kandidati kkonċernati jikkompletaw il-fajl tal-kadidatura tagħha f’terminu xieraq. Hija għandha mbagħad tinforma lill-kandidati l-oħra bl-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. II. – […] Il-kandidaturi inammissibbli għandhom ukoll jiġu eliminati. Il-kandidatura ppreżentata minn kandidat li ma jistax jipparteċipa fil-proċedura ta’ għoti b’applikazzjoni tal-Artikoli 39, 40, 42 u 44 tad-Digriet [Nru 2016-65] imsemmija iktar ’il fuq jew li ma għandux il-kapaċitajiet jew il-kompetenzi meħtieġa b’applikazzjoni tal-Artikolu 45 tal-istess digriet, hija inammissibbli.” |
|
9 |
Id-dispożizzjonijiet kollha ċċitati iktar ’il fuq tad-Digriet Nru 2016-65 u tad-Digriet Nru 2016-86 tħassru fl-1 ta’ April 2019 u ġew riprodotti, fis-sustanza, fl-Artikolu L. 3123-1 u fl-Artikoli R. 3123-1 sa R. 3123-21 tal-code de la commande publique (il-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi), rispettivament. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
10 |
Vert Marine, li hija kumpannija speċjalizzata fil-ġestjoni ddelegata ta’ tagħmir għall-isport u għall-ħin liberu, li l-parti ewlenija tal-attività tagħha tirriżulta fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni magħmula mal-awtoritajiet pubbliċi, adixxiet lill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) sabiex tikkontesta ċ-ċaħda impliċita, min-naħa tal-Prim Ministru, tat-talba tagħha intiża għat-tħassir tal-Artikoli 19 u 23 tadl-Digriet Nru 2016‑86. |
|
11 |
F’dan ir-rigward, hija ssostni b’mod partikolari li dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex kompatibbli mal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2014/23, inkwantu huma ma jagħtux il-possibbiltà, lill-operaturi ekonomiċi esklużi ipso jure mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, wara kundanna b’sentenza definittiva għal reati serji msemmija fl-Artikolu 39(1) tad-Digriet Nru 2016‑65, li jipproduċu l-prova li huma ħadu miżuri ta’ rimedju li jippermettu li juru l-istabbiliment mill-ġdid tal-affidabbiltà tagħhom minkejja l-eżistenza ta’ din il-kundanna. Mill-proċess sotomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-reati msemmija fl-Artikolu 39(1) tad-Digriet Nru 2016-65 jikkorrispondu, fis-sustanza, għar-reati msemmija fl-Artikolu 38(4) tad-Direttiva 2014/23. |
|
12 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 38(9) u (10) tad-Direttiva 2014/23 jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tiċħad operatur ekonomiku mill-possibbiltà li jipprovdi tali pova, meta huwa jkun ġie eskluż ipso jure mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni wara kundanna b’sentenza definittiva għal reati partikolarment serji li l-leġiżlatur nazzjonali ried irażżan sabiex jiggarantixxi, bil-għan li jippromwovi l-akkontabbiltà fil-kuntratti pubbliċi, li l-kandidati jkunu eżemplari. |
|
13 |
Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk, fil-każ li l-eżami tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju meħuda mill-operatur ekonomiku jista’ jiġi fdat lill-awtoritajiet ġudizzjarji, diversi miżuri ġudizzjari previsti mid-dritt nazzjonali, jiġifieri t-tneħħija ta’ projbizzjonijiet (relèvement), ir-riabilitazzjoni ġudizzjarja u l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali, jistgħux jitqiesu li jissodisfaw is-sistema ta’ miżuri ta’ rimedju stabbilita fl-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23. |
|
14 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
15 |
Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 38(9) u (10) tad-Direttiva 2014/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix il-possibbiltà, lil operatur ekonomiku kkundannat b’mod definittiv għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 38(4) ta’ din id-direttiva u li huwa suġġett, minħabba din ir-raġuni, għal projbizzjoni ipso jure milli jipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, li jipproduċi l-prova li huwa ħa miżuri ta’ rimedju li jistgħu juru l-istabbiliment mill-ġdid tal-affidabbiltà tiegħu. |
|
16 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija, fost oħrajn, fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jista’ jipproduċi l-prova sabiex juri li l-miżuri li huwa jkun ħa huma suffiċjenti sabiex jixhdu l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza ta’ raġuni għal esklużjoni invokata u li, jekk din il-prova titqies li hija suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat ma għandux ikun eskluż mill-proċedura. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tintroduċi mekkaniżmu ta’ miżuri ta’ rimedju (self-cleaning) (ara, b’analoġija, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68), li huwa ekwivalenti għall-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, is-sentenza tat‑30 ta’ Jannar 2020, Tim,C‑395/18, EU:C:2020:58, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
17 |
Mill-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 jirriżulta li, billi tipprevedi li kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jipproduċi l-prova tal-miżuri ta’ rimedju meħuda, din id-dispożizzjoni tagħti lill-operaturi ekonomiċi dritt li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar. |
|
18 |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 jipprevedi madankollu li l-possibbiltà li tiġi prodotta l-prova tal-miżuri ta’ rimedju meħuda ma tingħatax lil operatur ekonomiku eskluż minn sentenza definittiva milli jipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt jew għoti ta’ konċessjoni, u dan għal matul il-perijodu kollu ta’ esklużjoni ffissat mis-sentenza u fl-Istati Membri fejn din tal-aħħar tipproduċi l-effetti tagħha. Huwa biss, għaldaqstant, f’dan il-każ li operatur ekonomiku ma jistax jibbenefika mid-dritt mogħti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23. |
|
19 |
F’dan ir-rigward, ma għandhiex tiġi assimilata ma’ esklużjoni b’sentenza definittiva, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, esklużjoni li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 39(1) tad-Digriet Nru 2016-65, hija prevista b’mod awtomatiku fir-rigward ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku kkundannat b’sentenza definittiva għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 38(4) tad-Direttiva 2014/23. |
|
20 |
Fil-fatt, mill-kliem tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 jirriżulta mingħajr ambigwità li l-esklużjoni għandha tirriżulta direttament minn sentenza definittiva li tirrigwarda lil operatur ekonomiku partikolari, u mhux mis-sempliċi fatt, fost oħrajn, li kundanna tkun ingħatat b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 38(4) tad-Direttiva 2014/23. |
|
21 |
Konsegwentement, mill-kliem tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 jirriżulta li, bl-eċċezzjoni tal-każ previst mit-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, operatur ekonomiku jista’ jipproduċi l-prova tal-miżuri ta’ rimedju adottati sabiex juri l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza, fil-konfront tiegħu, ta’ waħda mir-raġunijiet għal esklużjoni msemmija fl-Artikolu 38(4) u (7) tad-Direttiva 2014/23, bħal kundanna mogħtija b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 38(4)(a) sa (f) tad-Direttiva 2014/23. |
|
22 |
Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-għan imfittex mill-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23. Fil-fatt, billi tipprevedi li kwalunkwe operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jipproduċi l-prova tal-miżuri ta’ rimedju meħuda, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tenfasizza l-importanza marbuta mal-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Tim,C‑395/18, EU:C:2020:58, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata) u, għaldaqstant, hekk kif il-Gvern Elleniku indika fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, sabiex tiggarantixxi evalwazzjoni oġġettiva tal-operaturi ekonomiċi u sabiex tiżgura kompetizzjoni effettiva. Issa, dan l-għan ikun kompromess kieku l-Istati Membri jkunu intitolati jirrestrinġu, lil hinn mill-każ previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, id-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jipproduċi l-prova tal-miżuri ta’ rimedju meħuda. |
|
23 |
Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni ma hijiex imminata mill-fatt li l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 38(10) tad-Direttiva 2014/23, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu u għandhom, f’dan ir-rigward, setgħa ta’ diskrezzjoni ċerta (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Tim,C‑395/18, EU:C:2020:58, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
24 |
Fil-fatt, l-espressjoni “kundizzjonijiet għall-applikazzjoni” tippreżumi li l-eżistenza stess tad-dritt mogħti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 kif ukoll il-possibbiltà li jiġi eżerċitat ikunu ggarantiti mill-Istati Membri, u fin-nuqqas ta’ dan, hekk kif il-Kummissjoni indikat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-Istati Membri jkunu f’pożizzjoni, meta jiddeterminaw dawn il-kundizzjonijiet għall-għoti, li jċaħħdu lil dan id-dritt mis-sustanza. Tali interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkonfermata fil-premessa 71 tad-Direttiva 2014/23, li minnha jirriżulta li l-Istati Membri għandhom biss is-setgħa li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet proċedurali u sostanzjali sabiex jirregolaw l-eżerċizzju tal-imsemmi dritt. |
|
25 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix il-possibbiltà, lil operatur ekonomiku kkundannat b’sentenza definittiva għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 38(4) ta’ din id-direttiva u li huwa suġġett, minħabba din ir-raġuni, għal projbizzjoni ipso jure milli jipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, li jipproduċi l-prova li huwa jkun ħa miżuri ta’ rimedju li jistgħu juru l-istabbiliment mill-ġdid tal-affidabbiltà tiegħu. |
Fuq it-tieni domanda
|
26 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 38(9) u (10) tad-Direttiva 2014/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-eżami tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju meħuda mill-operatur ekonomiku jiġi fdat lill-awtoritajiet ġudizzjarji u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk l-Artikolu 38(9) ta’ din id-direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji li ma japplikawx fil-konfront ta’ persuna projbizzjoni ipso jure milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni wara kundanna kriminali, li tneħħi tali projbizzjoni jew li teskludi kwalunkwe indikazzjoni tal-kundanna mir-rekord kriminali. |
|
27 |
Għal dak li jirrigwarda l-ewwel parti tat-tieni domanda, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tat-tliet paragrafi li jikkostitwixxu l-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 ma jindikax liema awtorità hija nkarigata bl-evalwazzjoni tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju invokati mill-operatur ekonomiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa l-obbligu tal-Istati Membri meta jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni skont l-Artikolu 38(10) ta’ din id-direttiva, li jippreċiżaw, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, l-identità tal-awtorità awtorizzata sabiex tagħmel din l-evalwazzjoni, b’tali mod li l-operatur ekonomiku jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv id-dritt mogħti lilu mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tal-imsemmija direttiva. |
|
28 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-premessa 71 tad-Direttiva 2014/23, li tipprovdi li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet proċedurali u sostantivi li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jħallu lil kull awtorità kontraenti jew lil kull entità kontraenti l-possibbiltà li jevalwaw in-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju invokati mill-operatur ekonomiku jew li jafdaw dan il-kompitu lil setgħat oħrajn, fuq livell ċentrali jew diċentralizzat. |
|
29 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq iħalli marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-awtoritajiet inkarigati bl-evalwazzjoni tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju. F’dan ir-rigward, mill-kliem “awtoritajiet oħrajn fuq livell ċentrali jew diċentralizzat” jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jafdaw il-missjoni ta’ evalwazzjoni lil kwalunkwe awtorità li tkun differenti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti. |
|
30 |
Dan japplika a fortiori, peress li, bħalma jsostnu l-Gvern Franċiż u dak Elleniku, kif ukoll il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma, min-natura tagħhom stess, f’pożizzjoni li jwettqu evalwazzjoni oġġettiva u indipendenti tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju u li teżamina, għal dan il-għan, il-prova msemmija fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 konformement mar-rekwiżiti previsti fit-tieni u fit-tielet sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
31 |
Fid-dawl ta’ dan, huwa importanti, hekk kif il-Kummissjoni indikat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li, meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni jafda tali missjoni ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji, is-sistema nazzjonali implimentata għal dan il-għan tkun tosserva r-rekwiżiti kollha mitluba fl-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 u li l-proċedura applikabbli tkun kompatibbli mat-termini imposti mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni. Fil-każ oppost u, b’mod partikolari, fil-każ li l-awtorità ġudizzjarja ma tkunx awtorizzata tipproċedi għal evalwazzjoni ddettaljata tal-prova meħtieġa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 jew ma tkunx f’pożizzjoni li tiddeċiedi b’mod definittiv qabel tmiem il-proċedura ta’ għoti, id-dritt stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni favur l-operatur ekonomiku jkun mingħajr sustanza. |
|
32 |
Għal dak li jirrigwarda t-tieni parti tat-tieni domanda, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura mibdija b’applikazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE, dwar il-kompatibbiltà ta’ regoli tad-dritt intern mad-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex tagħti lill-qorti nazzjonali l-gwida kollha għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-qorti nazzjonali tevalwa l-kompatibbiltà ta’ regoli tad-dritt intern mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto,C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
F’dan ir-rigward, huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk proċeduri ġudizzjarji bħall-proċeduri ta’ tneħħija ta’ projbizzjonijiet, ir-riabilitazzjoni ġudizzjarja u l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali jissodisfawx effettivament il-kundizzjonijiet imposti u l-għan imfittex mis-sistema ta’ miżuri ta’ rimedju stabbilita fl-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23. |
|
34 |
B’mod partikolari, huwa l-obbligi tal-qorti tar-rinviju li tiddetermina jekk tali proċeduri jippermettux, minn naħa, lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati jipproduċu lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti l-prova tal-miżuri ta’ rimedju msemmija fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 u, min-naħa l-oħra, lill-imsemmija awtoritajiet ġudizzjarji jevalwaw in-natura xierqa ta’ dawn il-miżuri bil-mod previst fit-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni u li tiddeċiedi, ladarba hija tqis li l-affidabbiltà tal-operatur hija stabbilita mill-ġdid permezz tal-effett tal-miżuri kkonċernati, dwar it-tneħħija ta’ projbizzjonijiet, ir-riabilitazzjoni jew l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali. |
|
35 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi ppreċiżat li, fil-każ li t-tneħħija ta’ projbizzjonijiet, ir-riabilitazzjoni jew l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali jkunu jistgħu jiġu deċiżi mingħajr ma l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tkun obbligata tevalwa n-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju meħuda u li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu għalhekk jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni mingħajr ma jipproduċu l-prova ta’ dawn il-miżuri, hekk kif Vert Marine u l-Kummissjoni jsostnu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, tali proċeduri ġudizzjarji ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw l-għan imfittex u l-kundizzjonijiet imposti mis-sistema tal-miżuri ta’ rimedju stabbilita fl-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23, sa fejn, minn naħa, huma ma jagħtu ebda garanzija lill-awtorità kontraenti li l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku kkonċernat hija stabbilita mill-ġdid u sa fejn, min-naħa l-oħra, huma jippermettu lil operaturi potenzjalment mhux affidabbli jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni. |
|
36 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha tiżgura ruħha li l-proċeduri ġudizzjarji previsti mid-dritt nazzjonali jkunu kapaċi jiżguraw, fi żmien utli, lil operatur ekonomiku li jkun jixtieq jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni l-possibbiltà li jipproduċi l-prova tal-miżuri ta’ rimedju meħuda. Fil-fatt, id-dritt previst fl-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 ikun imċaħħad mis-sustanza jekk l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ juża dawn il-proċeduri b’mod utli qabel tmiem il-proċedura ta’ għoti. |
|
37 |
Issa, kemm Vert Marine kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li r-riabilitazzjoni ġudizzjarja, minbarra l-fatt li ma tissodisfax il-kundizzjoni msemmija fil-punt 34 tas-sentenza preżenti, hija tista’ tintalab biss wara li jiskadi ċertu terminu, li jvarja minn sentejn għal ħames snin, u dan ma jippermettix lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati jibbenefikaw mir-riabilitazzjoni qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu. Huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika dan il-punt, l-istess bħalma għandha l-obbligu li tivverifika li t-termini previsti mill-proċeduri ta’ tneħħija ta’ projbizzjonijiet u l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali huma kompatibbli ma’ dawk li jirrigwardaw il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni. |
|
38 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonjiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 38(9) u (10) tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-eżami tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju meħuda minn operatur ekonomiku jkun fdat lill-awtoritajiet ġudizzjarji, bil-kundizzjoni li s-sistema nazzjonali implimentata għal dan il-għan tkun tosserva r-rekwiżiti kollha imposti fl-Artikolu 38(9) ta’ din id-direttiva u li l-proċedura applikabbli tkun kompatibbli mat-termini imposti mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 38(9) tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji ma japplikawx fil-konfront ta’ persuna projbizzjoni ipso jure milli tipparteċipa fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni wara kundanna kriminali, li jeliminaw tali projbizzjoni jew li jeskludu kwalunkwe indikazzjoni tal-kundanna fir-rekord kriminali, bil-kundizzjoni li tali proċeduri ġudizzjarji jkunu jissodisfaw effettivament il-kundizzjonijiet imposti u l-għan imfittex minn din is-sistema u, b’mod partikolari, ikunu jippermettu, meta operatur ekonomiku jkun jixtieq jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, li jeliminaw, fi żmien utli, il-projbizzjoni fil-konfront tiegħu, fis-sempliċi dawl tan-natura xierqa tal-miżuri ta’ rimedju invokati minn dan l-operatur u evalwati mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti konformement mar-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah. |
Fuq l-ispejjeż
|
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.