SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
3 ta’ Ottubru 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 3(1) – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Artikolu 4(2) – Artikolu 5 – Obbligu ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali – Klawżoli li jimponu l-ħlas ta’ spejjeż għal servizzi mhux speċifikati”
Fil-Kawża C-621/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Kúria (il-Qorti Suprema, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Ottubru 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Novembru 2017, fil-proċedura
Gyula Kiss
vs
CIB Bank Zrt.,
Emil Kiss,
Gyuláné Kiss,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Prechal (Relatur), President tal-Awla, F. Biltgen, J. Malenovský, C. G. Fernlund u L. S. Rossi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: G. Hogan,
Reġistratur: R. Şereş, amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-14 ta’ Marzu 2019,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal G. Kiss, minn I. Ölveczky u K. Czingula, ügyvédek, |
|
– |
għal CIB Bank Zrt., minn J. Burai-Kovács u G. Stanka, ügyvédek, |
|
– |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery, bħala aġent, assistita minn A. Howard, barrister, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Ruiz García u A. Tokár, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-15 ta’ Mejju 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, prinċipalment, G. Kiss u CIB Bank Zrt. (iktar ’il quddiem “CIB”) dwar talba għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli li jinsabu f’kuntratt ta’ self. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
It-tnax, it-tlettax, is-sittax, id-dsatax u l-għoxrin premessa tad-Direttiva 93/16 huma fformulati kif ġej: “Billi, iżda, kif inhuma bħalissa, il-liġijiet nazzjonali jippermettu li tiġi kkunsidrata biss armonizzazzjoni parzjali; billi b’mod partikolari, din id-Direttiva tkopri biss klawżoli kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment; billi l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla b’konsiderazzjoni xierqa tat-Trattat, li joffru lill-konsumaturi livell ogħla ta’ protezzjoni permezz ta’ disposizzjonijiet nazzjonali li jkunu aktar stretti minn dawk ta’ din id-Direttiva; Billi d-disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu direttament jew indirettament il-klawżoli tal-kuntratti tal-konsumatur huma preżunti li ma’ fihomx klawżoli inġusti; billi, għal dan il-għan, ma jidhirx li huwa meħtieġ li jiġu assoġġettati l-klawżoli li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u l-prinċipji jew id-disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom huma parti l-Istati Membri jew il-Komunità; billi f’dak ir-rigward il-kliem ‘disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji’ fl-Artikolu 1(2) ikopru wkoll ir-regoli li, skond il-liġi, għandhom jgħoddu bejn il-partijiet kontraenti sakemm ma twaqqfux xi arranġamenti oħra; […] “Billi l-istima, skond il-kriterji ġenerali magħżula, tal-karattru inġust ta’ klawżoli, b’mod partikolari fil-bejgħ jew f’attivitajiet ta’ provvista ta’ natura pubblika li jipprovdu servizzi kollettivi li jqisu s-solidarjetà fost l-utenti, għandha tiġi supplimentata billi ssir valutazzjoni globali tad-diversi interessi involuti; billi din tikkostitwixxi l-ħtieġa ta’ buona fede; billi, waqt li tkun qed issir stima ta’ buona fede, għandha titqies b’mod partikolari s-saħħa tal-posizzjonijiet tal-ftehim tal-partijiet, kemm jekk il-konsumatur kellu xi jħajru biex jaqbel mal-klawżola kif ukoll jekk il-merkanzija jew is-servizzi nbiegħu jew ġew ipprovduti bl-ordni speċjali tal-konsumatur; billi l-ħtieġa ta’ buona fede tista’ tkun sodisfatta mill-bejjiegħ jew mill-fornitur meta dan jittratta b’mod ġust u ekwu mal-parti l-oħra li huwa għandu jikkunsidra l-interessi leġittimi tagħha; […] Billi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, m’għandhiex issir stima [evalwazzjoni] ta’ karattru inġust ta’ klawżoli li jiddeskrivu l-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas il-proporzjon bejn kwalità/il-prezz tal-merkanzija jew is-servizzi pprovduti; billi l-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u l-proporzjon bejn kwalità/prezz jistgħu madankollu jiġu kkunsidrati meta tkun qiegħda ssir l-istima dwar jekk klawżoli oħra jkunux ġusti; […] Billi l-kuntratti għandhom jiġu abbozzati f’lingwa ċara, li tiftiehem, il-konsumatur għandu fil-fatt jingħata opportunità biex jeżamina l-klawżoli kollha u, jekk ikollu xi dubju, l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli lejn il-kunsumatur għandha tirbaħ.” |
|
4 |
L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi: “Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.” |
|
5 |
Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu, 2. L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.” |
|
6 |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 jipprovdi: “Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kondizzjoni, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur.” |
Id-dritt Ungeriż
Il-Kodiċi Ċivili
|
7 |
L-Artikolu 209/B tal-Polgári Törvénykönyvről szóló 1959. évi IV. Törvény (il-Liġi Nru°IV tal-1959 li tistabbilixxi l-kodiċi ċivili) jipprovdi: “1) Kundizzjoni ġenerali kuntrattwali jew klawżola ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur hija inġusta meta, bi ksur tar-rekwiżiti ta’ bona fide, hija tiddetermina unilateralment u mingħajr raġuni, għad-detriment ta’ waħda mill-partijiet, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. 2) Id-drittijiet u l-obbligi sfavorevoli huma kkunsidrati li jiġu ddeterminari unilateralment u mingħajr raġuni:
3) Sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta tal-klawżola, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li fihom ikun ġie konkluż il-kuntratt u li jkunu wasslu għal tali konklużjoni, kif ukoll tan-natura tas-servizzi previsti u tar-rabtiet bejn, minn naħa, il-klawżola kkonċernata, u min-naħa l-oħra, il-klawżoli l-oħra tal-kuntratt jew ta’ kuntratti oħra. 4) Dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jiddefinixxu l-klawżoli li jitqiesu li huma inġusti f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur jew li għandhom jitqiesu bħala tali sakemm ma tingħatax prova kuntrarja. 5) Id-dispożizzjonijiet relatati mal-klawżoli kuntrattwali inġusti ma humiex applikabbli għall-istipulazzjonijiet li jiddefinixxu l-prestazzjoni u l-korrispettiv tagħha, sakemm il-formulazzjoni tagħhom tkun ċara u li tinftiehem miż-żewġ partijiet. 6) Klawżola kuntrattwali ma tistax titqies li hija inġusta jekk tiġi imposta permezz jew bis-saħħa ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari.” |
|
8 |
L-Artikolu 523 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi dan li ġej: “1. Skont kuntratt ta’ self, l-istabbiliment bankarju jew kull kreditur ieħor għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ min jissellef l-ammont miftiehem; min jissellef għandu jirrimborsa l-imsemmi ammont konformement mal-kuntratt. 2. Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrarji, jekk il-kreditur huwa stabbiliment finanzjarju, id-debitur għandu jħallas l-interessi (self bankarju).” |
Il-Liġi Hpt
|
9 |
Abbażi tal-Artikolu 210(2) tal-a hitelintézetekről és a pénzügyi vállalkozásokról szóló 1996. évi CXII. törvény (il-Liġi Nru CXII. tal-1996 dwar l-Istabbilimenti ta’ Kreditu u l-Impriżi Finanzjarji, iktar ’il quddiem il-“Liġi Hpt): “Kuntratt ta’ servizz finanzjarju jew kuntratt ta’ servizz finanzjarju kumplementari għandu jiddetermina b’mod ċar l-interessi, l-ispejjeż kif ukoll kull somma jew kundizzjoni oħra, inkluż il-konsegwenzi legali ta’ eżekuzzjoni tardiva kif ukoll il-modalitajiet u konsegwenzi ta’ implementazzjoni tal-obbligi sekondarji li jiggarantixxu l-kuntratt.” |
|
10 |
L-Artikolu 212 tal-Liġi Hpt jipprovdi: “1. Kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi jew individwi għandu jippreċiża r-rata annwali effettiva globali, espressa f’perċentwali u kkalkolata skont dispożizzjonijiet speċjali. 2. L-ispiża effettiva tal-kreditu tikkorrispondi għas-somma li l-konsumatur għandu jħallas fir-rigward tas-self u tinkludi l-interessi, il-kummissjonijiet tal-ħruġ tal-flus u kull ħlas ieħor li għandu jsir fir-rigward tal-użu tas-self. 3. Ir-rata annwali effettiva globali tikkorrispondi għar-rati ta’ interessi interna li b’applikazzjoni tagħha l-ispiża effettiva tal-kreditu u l-kapital li għandu jiġi rrimborsat mill-klijent huma ekwivalenti għall-ammont ta’ kreditu wara li jitnaqqsu l-ispejjeż imħallsa mill-klijent lill-istabbiliment ta’ kreditu fil-mument tal-ħruġ tal-flus.” |
|
11 |
Il-punt I.10.2.a tal-Anness Nru 2 tal-Liġi Hpt jiddefinixxi t-termini “għoti ta’ self ta’ flus” kif ġej: “tqegħid għad-dispożizzjoni, abbażi ta’ kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu konkluż bejn min isellef u d-debitur, ta’ somma ta’ flus li d-debitur għandu jirrimbors – biż-żieda jew le ta’ interessi – fil-mument iddefinit mill-kuntratt.” |
|
12 |
Il-punt I.10.3 ta’ dan l-anness jipprovdi: “Il-provvista ta’ servizzi finanzjarji intiża għall-għoti ta’ krediti u ta’ self ta’ flus tkopri l-miżuri marbuta mal-eżami tas-solvenza, mal-preparazzjoni tal-kuntratti ta’ kreditu jew ta’ self, mar-reġistrazzjoni tas-self mogħti, kif ukoll mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mal-irkupru tagħhom.” |
|
13 |
Il-punt III.7 tal-imsemmi anness jiddefinixxi t-terminu “interessi” kif ġej: “somma jew prodott ieħor li d-debitur għandu jħallas lil min isellef (jew lil min jagħmel id-depożitu) abbażi tal-użu u tar-riskju tad-depożitu kkonsentit jew ta’ self miksub, espress f’perċentwali tal-ammont tad-depożitu jew tas-self, u li għandha titħallas (jew ikkalkolata) pro rata temporis.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
14 |
Fis-16 ta’ Settembru 2005, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kkonkluda mal-kumpannija aventi kawża tagħha CIB kuntratt ta’ self ta’ ammont ta’ EUR 16451 b’rata ta’ interessi annwali ta’ 5.4 % u ta’ spejjeż ta’ ġestjoni annwali ta’ 2.4 % fuq tul ta’ 20 sena. Il-persuna kkonċernata kellha tħallas ukoll, abbażi tal-klawżoli tal-kuntratt, is-somma ta’ HUF 40000 (bejn wieħed u ieħor EUR 125) bħala Kummissjoni tal-ħruġ tal-flus. Ir-rata annwali effettiva globali (TAEG) kienet stabbilita għal 8.47 %. |
|
15 |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors quddiem il-Győri Törvényszék (il-Qorti ta’ Győr, l-Ungerija) intiż għall-konstatazzjoni ta’ natura inġusta tal-klawżoli relatati mal-ispejjeż ta’ ġestjoni u mal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus, minħabba li l-kuntratt ma kienx jelenka s-servizzi preċiżi li kellhom jingħataw f’korrispettiv. |
|
16 |
Fid-difiża tagħha, CIB sostniet li hija ma kellha ebda obbligu li telenka s-servizzi li l-ispejjeż ta’ ġestjoni u l-kummissjoni ta’ ħruġ ta’ flus kienu jirrappreżentaw f’korrispettiv. Madankollu, hija ppreċiżat li l-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus kienet relatata mal-proċedura mwettqa qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, filwaqt li l-ispejjeż ta’ ġestjoni jirrappreżentaw il-korrispettiv għall-kontrolli mwettqa wara l-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt. |
|
17 |
Il-Győri Törvényszék (il-Qorti ta’ Győr) iddikkjarat inġusta l-klawżola relatata mal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus iżda ċaħdet il-kap tat-talba fir-rigward ta’ dik relatata mal-ispejjeż ta’ ġestjoni. |
|
18 |
Peress li r-rikorrent fil-kawża prinċipali u CIB appellaw, il-Győri Ítélőtábla (il-Qorti tal-Appell Reġjonali ta’ Győr, l-Ungerija) ikkonfermaw is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. F’dak li jikkonċerna l-klawżola dwar l-ispejjeż ta’ ġestjoni, din il-qorti rrelevat li din kienet iffomulata b’mod ċar u li jinftiehem, peress li l-ammont li kellu jħallas min jissellef f’dan ir-rigward kien iddefinit b’mod ċar u n-natura tal-korrispettiv kienet magħrufa. Hija żiedet li dawn l-ispejjeż kienu jinkludu tranżazzjonijiet bħall-ipproċessar, il-ġestjoni, ir-reġistrazzjoni u l-irkupru tal-ħlas. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus, l-imsemmija qorti enfasizzat li kien diffiċli li jiġu ddeterminati s-servizzi preċiżi li din kienet tirrappreżenta l-korrispettiv tagħhom, peress li l-ispiża tas-servizzi magħrufa kienu diġà inklużi fl-ispejjeż ta’ ġestjoni. |
|
19 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u CIB appellaw fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. |
|
20 |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jsostni li l-kuntratt ma jsemmix b’mod ċar is-servizzi li bħala korrispettiv għalihom huwa għandu jħallas l-ispejjeż ta’ ġestjoni. Huwa jsostni li CIB ma wrietx matul il-proċedura li l-ipproċessar u l-ġestjoni tas-self kienu jiġġeneraw spejjeż li ma kinux diġà koperti mill-interessi. |
|
21 |
Min-naħa tagħha, CIB tikkontesta n-natura inġusta tal-klawżola relatati mal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus, billi tosserva, b’mod partikolari, li ebda dispożizzjoni legali fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kienet telenka b’mod preċiż is-servizzi pprovduti f’korrispettiv għal din il-kummissjoni. |
|
22 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, fid-data tal-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “spejjeż ta’ ġestjoni” ma kienx iddefinit fid-dritt Ungeriż u li, b’mod ġenerali, il-kuntratti ta’ self lanqas ma kienu jindikaw is-servizzi li l-ispejjeż ta’ ġestjoni kienu jirrappreżentaw il-korrispettiv tagħhom. L-istabbilimenti finanzjarji rrikorrew għal żewġ mudelli ta’ kreditu differenti f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż, l-ewwel wieħed li jistipula spejjeż ta’ ġestjoni minbarra l-interessi, u t-tieni wieħed ma jipprovdix għal spejjeż ta’ ġestjoni iżda jistabbilixxi rata ta’ interessi iktar għolja sabiex jiġu koperti dawn l-ispejjeż. Fil-fatt, filwaqt li l-parti l-kbira tal-istabbilimenti finanzjarji jiffatturaw kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus imħallsa f’darba, din il-qorti tenfasizza li l-liġi Ungeriża fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinitx tiddefinixxi l-korrispettiv ta’ din il-kummissjoni, fejn din tal-aħħar kienet imsemmija biss fl-Artikolu 212 tal-Liġi Hpt bħala komponenti mill-ispiża totali tas-self. |
|
23 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji rigward il-punt dwar jekk il-klważoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex ifformulati b’mod ċar u li jinftiehem u hija tistaqsi dwar il-mod kif hija għandha tevalwa n-natura eventwalment inġusta ta’ dawn. Barra minn hekk, minkejja li l-ġurisprudenza nazzjonali ma hijiex uniformi f’dan il-qasam, ġie deċiż fil-parti l-kbira tal-każijiet li huwa biżżejjed li l-ispiża totali tas-self ikkonċernat tkun ċara, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi ppreċiżata n-natura tas-servizzi kollha pprovduti f’korrispettiv. |
|
24 |
Madankollu, minn din il-ġurisprudenza ma jirriżultax b’mod ċar liema huma s-servizzi li huma pprovduti f’korrispettiv tal-ispejjeż ta’ ġestjoni, u lanqas jekk dawn is-servizzi jistgħux jiġu distinti mill-provvista prinċipali, jiġifieri t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ somma ta’ flus u r-rimbors ta’ din is-somma flimkien mal-interessi. Fi kwalunkwe każ, sa fejn din tinkludi kemm l-interessi kif ukoll l-ispejjeż, it-TAEG tippermetti li tkun magħrufa l-ispiża totali tas-self u li jitqabblu d-diversi offerti ta’ self fuq is-suq. |
|
25 |
Skont ġurisprudenza minoritarja, min-naħa l-oħra, is-servizzi pprovduti bħala korrispettiv tal-ispejjeż ta’ ġestjoni għandhom ikunu elenkati. Fil-fatt, huwa utli għall-konsumatur li jkun jista’ jqabbel mhux biss l-ammont tat-TAEG, iżda wkoll in-natura ta’ dawn is-servizzi. F’dan ir-rigward, id-disassoċjazzjoni f’żewġ elementi tal-korrispettiv tal-provvista prinċipali – interessi u spejjeż ta’ ġestjoni – ma hijiex iġġustifikata, peress li l-bażi tal-ispejjeż ta’ ġestjoni hija barra minn hekk differenti minn dik użata għall-kalkolu tal-interessi. Fl-aħħar nett, skont l-imsemmija ġurisprudenza, is-servizzi pprovduti bħala korrispettiv tal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus għandhom ikunu magħrufa, sabiex ikun jista’ jiġi żgurat li dawn is-servizzi ma jkunux iffatturati darbtejn. |
|
26 |
Il-qorti tar-rinviju tirreleva fil-fatt li l-ġurisprudenza tad-diversi Stati Membri hija differenti wkoll fir-rigward tan-natura tal-ispejjeż ta’ ġestjoni. Għalhekk, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tqis li n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mal-ispejjeż ta’ ġestjoni tista’ tiġi evalwata, peress li l-interessi u mhux dawn l-ispejjeż, jirrappreżentaw il-korrispettiv tal-prestazzjoni prinċipali. Tali klawżola hija inġusta peress li l-istabbiliment ta’ kreditu, permezz ta’ dawn l-ispejjeż ta’ ġestjoni, iħalli f’idejn il-konsumatur waħdu, b’mod partikolari, l-oneru tal-ispejjeż ta’ funzjonament sostnuti fl-interess esklużiv tal-imsemmi stabbiliment. Min-naħa l-oħra, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) ikkunsidrat li klawżola kuntrattwali li tistipula spejjeż ta’ ġestjoni taqa’ taħt il-provvista prinċipali, li jipprekludi l-eżami tan-natura inġusta tagħha. |
|
27 |
Fir-rigward tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tqis li d-determinazzjoni ta’ servizzi pprovduti bħala korrispettiv ta’ spejjeż ta’ ġestjoni u tal-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus tista’ tkun relevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-klawżoli tal-kuntratt konkluż mir-rikorrent fil-kawża prinċipali humiex biżżejjed ċari u li jinftiehmu fis-sens tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13. Barra minn hekk, fl-ipoteżi fejn jiġi kkonstatat li waħda minn dawn il-klawżoli ma hijiex ifformulata b’mod ċar u li jinftiehem, il-kwistjoni tqum dwar jekk din il-konstatazzjoni għandhiex twassal ipso facto għall-konklużjoni li din il-klawżola hija inġusta jew jekk, sabiex tintlaħaq din il-konklużjoni, huwiex ukoll neċessarju, fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, li jiġi eżaminat jekk, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, l-imsemmija klawżola toħloqx għad-detriment tal-konsumatur diżekwilibriju sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. |
|
28 |
Fl-aħħar nett, għandha dubji dwar il-punt jekk jaqbilx li jiġu eżaminati biss il-provvisti u l-korrispettiv tagħhom relatata mal-imsemmija klawżoli, jew jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-klawżoli kollha tal-kuntratt u jsir bilanċ tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha. |
|
29 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kúria (il-Qorti Suprema, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
30 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit skont liema klawżola kuntrattwali għandha tiġi fformulata b’mod ċar u li jinftiehem għandha tinftiehem fis-sens li timponi li klawżoli kuntrattwali li ma kinux is-suġġett ta’ negozzjazzjoni individwali li jinsabu f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiddeterminaw preċiżament l-ammont tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus imposta fuq il-konsumatur, il-metodu ta’ kalkolu tagħhom u d-data ta’ meta jsiru eżiġibbli, għandhom jelenkaw ukoll is-servizzi kollha pprovduti b’korrispettiv tal-ammonti kkonċernati. |
|
31 |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 l-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli la tirrigwarda d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu fformulati b’mod u ċar u li jinftiehem. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-klawżoli kuntrattwali li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “suġġett prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, għandhom jinftiehmu li huma dawk li jistabbilixxu l-elementi essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Min-naħa l-oħra, il-klawżoli li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza stess tar-rapport kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt l-imsemmi kunċett (sentenza tal-20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et, C-186/16, EU:C:2017:703, punti 35 u 36 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl tan-natura, l-istruttura ġenerali u l-istipulazzjonijiet tal-kuntratt ta’ self ikkonċernat kif ukoll fil-kuntest legali u fattwali li jkun fih dan tal-aħħar, jekk il-klawżola kkonċernata tikkostitwixxix element essenzjali tal-obbligu tad-debitur li jikkonsisti fir-rimbors tal-ammont ipprovdut lilu mill-persuna li ssellef (sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Matei, C‑143/13, EU:C:2015:127, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
34 |
Barra minn hekk, mit-termini tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li t-tieni kategorija ta’ klawżoli li fir-rigward tagħhom ma tistax issir evalwazzjoni tan-natura possibbilment inġusta tagħhom, għandha portata mnaqqsa, peress li din l-esklużjoni tikkonċerna biss l-adegwatezza bejn il-prezz jew ir-remunerazzjoni prevista u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv, u din l-esklużjoni hija spjegata mill-fatt li ma teżisti ebda skala jew kriterju legali li jista’ jappoġġa u jiggwida l-istħarriġ ta’ din l-adegwatezza (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Matei, C-143/13, EU:C:2015:127, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
35 |
Il-klawżoli dwar il-korrispettiv dovut mill-konsumatur lill-persuna li ssellef jew li jinċidu fuq il-prezz effettiv li għandu jitħallas lil dan tal-aħħar mill-konsumatur, fil-prinċipju, ma jaqgħux taħt din it-tieni kategoriji ta’ klawżoli, ħlief fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ammont tal-korrispettiv jew tal-prezz kif stabbilit fil-kuntratt ikunx adegwat għas-servizz ipprovdut bħala korrispettiv mill-persuna li ssellef (sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Matei, C-143/13, EU:C:2015:127, punt 56). Madankollu, f’dan il-każ, mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, li n-natura allegatament inġusta tal-klawżola fil-kawża prinċipali ma tikkonċernax ir-relazzjoni bejn l-ammont tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u l-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus u s-servizzi pprovduti f’korrispettiv. |
|
36 |
Fi kwalunkwe każ, jekk il-klawżoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux jew le taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, l-istess rekwiżit ta’ trasparenza bħal dak imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinsab ukoll fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, li jippovdi li l-klawżoli kuntrattwali bil-miktub għandhom “dejjem” ikunu fformulati b’mod ċar u li jinftiehem. Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rekwiżit ta’ trasparenza kif jinsab fl-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet għandu l-istess portata bħal dak fit-tieni waħda minn dawn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Kásler u Káslerné Rábai, C-26/13, EU:C:2014:282, punti 67 sa 69). |
|
37 |
Fl-aħħar nett, l-imsemmi rekwiżit ta’ trasparenza għandu jinftiehem fis-sens li jimponi mhux biss li l-klawżola kkonċernata tkun tinftiehem mill-konsumatur fuq livell grammatikali, iżda li dan il-konsumatur ikun ukoll f’pożizzjoni li jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw minnha għalih (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2015, Bucura, C‑348/14, mhux ippubblikat, EU:C:2015:447, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
38 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kuntratt ta’ self inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jipprevedi l-eżistenza ta’ spejjeż ta’ ġestjoni bir-rata annwali ta’ 2.4 % fuq tul ta’ 240 xahar, fejn dawn l-ispejjeż jiġu kkalkolati, matul l-ewwel perijodu annwali, fuq l-ammont tas-self kollu, u, matul il-perijodi segwenti, fuq l-ammont restanti dovut fl-ewwel ġurnata tal-perijodu annwali kkunsidrat. Barra minn hekk, skont il-kuntratt, ir-rikorrent kellu jħallas is-somma ta’ HUF 40000 bħala kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus. |
|
39 |
Għalhekk, jidher li l-klawżoli kkonċernati kienu jippermettu lir-rikorrent fil-kawża prinċipali jevalwaw il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw minnhom għalih. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, fir-rigward ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self li tipprovdi “kummissjoni riskju”, li dan il-kuntratt seta’ jiġi kkunsidrat bħala li jesponi b’mod trasparenti r-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-remunerazzjoni li tikkorrispondi għal din il-kummissjoni, peress li kien ikkontestat li min isellef għandu jipprovdi korrispettiv reali għall-finijiet tal-ksib tal-imsemmija kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Matei, C-143/13, EU:C:2015:127, punt 77). |
|
41 |
F’dan il-każ, fir-rigward tal-klawżola dwar il-kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus, huwa paċifiku li r-rikorrent fil-kawża prinċipali jikkontesta l-eżistenza ta’ kwalunkwe korrispettiv reali għal din il-kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-persuna kkonċernata kinitx ġiet informata bir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħlas ta’ din il-kummissjoni. |
|
42 |
F’dak li jikkonċerna l-klawżola dwar l-ispejjeż ta’ ġestjoni, għalkemm ir-rikorrent ma jidhirx li jikkonkludi li hemm assenza ta’ kwalunkwe korrispettiv għal dawn l-ispejjeż, huwa madankollu jallega li n-natura eżatta tad-diversi servizzi korrispondenti ma hijiex trasparenti. |
|
43 |
Ċertament, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 37 ta’ din is-sentenza ma jirriżultax li min isellef għandu jelenka fil-kuntratt ikkonċernat in-natura tas-servizzi kollha pprovduti b’korrispettiv tal-ispejjeż previsti min klawżola jew klawżoli kuntrattwali. Madankollu, fid-dawl tal-protezzjoni li d-Direttiva 93/13 tfittex li tagħti lill-konsumatur minħabba l-fatt li jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel man-negozzjant f’dak li jikkonċerna kemm is-setgħa ta’ negozzjazzjoni kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, huwa importanti li n-natura tas-servizzi effettivament ipprovduti tkun tista’ raġonevolment tiġi mifhuma jew dedotta mill-kuntratt ikkunsidrat fil-globalità tiegħu. Barra minn hekk, il-konsumatur għandu jkun f’pożizzjoni li jivverifika jekk ikunx jeżisti rduppjar tal-ispejjeż, jew bejn is-servizzi li dawn tal-aħħar iħallsu għalihom. |
|
44 |
Fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha teżamina jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-elementi ta’ fatt kollha rilevanti, li magħhom jinsabu mhux biss il-klawżoli li jinsabu fil-kuntratt ikkonċernat, iżda wkoll ir-reklamar u l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li ssellef fil-kuntest tal-innegozzjar tal-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Matei, C-143/13, EU:C:2015:127, punt 75). |
|
45 |
Għaldaqstat, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit skont liema klawżola kuntrattwali għandha tiġi fformulata b’mod ċar u li jinftiehem ma timponix li klawżoli kuntrattwali li ma kinux is-suġġett ta’ negozzjazzjoni individwali li jinsabu f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiddeterminaw preċiżament l-ammont tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus imposta fuq il-konsumatur, il-metodu ta’ kalkolu tagħhom u d-data ta’ meta jsiru eżiġibbli, għandhom jelenkaw ukoll is-servizzi kollha pprovduti b’korrispettiv tal-ammonti kkonċernati. |
Fuq it-tieni domanda
|
46 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tfittex li ssir taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar spejjeż ta’ ġestjoni tas-self, li ma tippermettix li jiġu identifikati mingħajr ambigwità, is-servizzi konkreti pprovduti b’korrispettiv, toħloq għad-detriment tal-konsumatur, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. |
|
47 |
Għandu jiġi ppreċiżat mill-ewwel li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam tkopri l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “klawżola inġusta”, previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, kif ukoll il-kriterji li l-qorti nazzjonali tista’ jew għandha tapplika fl-eżami ta’ klawżola kuntrattwali fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, filwaqt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi, billi tieħu inkunsiderazzjoni dawn il-kriterji, dwar il-klassifikazzjoni konkreta ta’ klawżola kuntrattwali partikolari skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni. Minn dan jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipprovdi biss lill-qorti tar-rinviju indikazzjonijiet li din tal-aħħar hija mistennija tieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola kkonċernata (sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz, C-415/11, EU:C:2013:164, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
48 |
Peress li s-sitwazzjoni ta’ inferjorità tal-konsumatur fil-konfronti tal-bejjiegħ jew fornitur f’dak li jikkonċerna kemm is-setgħa ta’ negozzjazzjoni kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, id-Direttiva 93/13 tobbliga lill-Istati Membri jipprovdu mekkaniżmu li jiżgura li kull klawżola kuntrattwali li ma tkunx is-suġġett ta’ negozzjazzjoni individwali tkun tista’ tiġi kkontrollata sabiex tiġi evalwata n-natura eventwalment inġusta tagħha. F’dan il-kuntest, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, billi tieħu inkunsiderazzjoni kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) kif ukoll fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi proprji għall-każ inkwistjoni, tali kawża tissoddisfax ir-rekwiżiti ta’ bona fide, ta’ ekwilibriju u ta’ trasparenza stabbiliti minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Marzu 2019, Abanca Corporación Bancaria u Bankia, C-70/17 u C-179/17, EU:C:2019:250, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
49 |
Għalhekk, in-natura trasparenti ta’ klawżola kuntrattwali, kif meħtieġ fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, tikkostitwixxi wieħed mill-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola li hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel abbażi tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, hija l-imsemmija qorti li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, l-ewwel nett, il-possibbli nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ bona fide u, it-tieni nett, l-eżistenza ta’ eventwali żbilanċ sinjifikattiv għad-detriment tal-konsumatur, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et, C-186/16, EU:C:2017:703, punt 56). |
|
50 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk ir-rekwiżit ta’ bona fide, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, huwiex osservat, huwa importanti li jiġi kkonstatat li, fid-dawl tas-sittax-il premessa ta’ din, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika għal dan il-għan jekk il-bejjiegħ jew il-fornitur, filwaqt li jkun ittratta mal-konsumatur b’mod leali u ġust, setax raġonevolment jistenna li dan tal-aħħar jaċċetta tali klawżola wara negozjati individwali (ara s-sentenza Aziz, C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 69). |
|
51 |
Fir-rigward tal-eżami tal-eżistenza ta’ eventwali żbilanċ sinjifikattiv, dan ma jistax ikun limitat għal evalwazzjoni ekonomika ta’ natura kwantitattiva, ibbażata fuq paragun bejn l-ammont totali tal-operazzjoni li hija s-suġġett tal-kuntratt, minn naħa waħda, u l-ispejjeż li għalihom huwa responsabbli l-konsumatur skont din il-klawżola, min-naħa l-oħra. Fil-fatt, żbilanċ sinjifikattiv jista’ jirriżulta mis-sempliċi fatt ta’ preġudizzju suffiċjentement serju għas-sitwazzjoni legali li fiha l-konsumatur, bħala parti għall-kuntratt inkwistjoni, jinsab skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kemm jekk fil-forma ta’ restrizzjoni għall-kontenut tad-drittijiet li, skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa għandu skont dan il-kuntratt kif ukoll jekk fil-forma ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tagħhom jew ukoll tal-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu supplimentari, li ma huwiex previst mir-regoli nazzjonali (sentenza tas-16 ta’ Jannar 2014, Constructora Principado, C‑226/12, EU:C:2014:10, punti 22 u 23). |
|
52 |
Fil-fatt, mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li, in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha tiġi evalwata, billi titqies in-natura tal-oġġetti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt u jsir riferiment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tiegħu u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu. |
|
53 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kriterji li l-qorti tar-rinviju għandha tevalwa n-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
54 |
F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, il-fatt li s-servizzi pprovduti f’korrispettiv tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u tal-kummissjoni tal-ħruġ tal-flus ma humiex elenkati ma jfissirx li l-klawżoli relatati magħhom ma jirrispondux għar-rekwiżit ta’ trasparenza msemmi fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, sakemm in-natura tas-servizzi effettivament ipprovduti tista’ tkun raġonevolment mifhuma jew dedotta mill-kuntratt ikkunsidrat fil-globalità tiegħu. |
|
55 |
Fir-rigward tal-punt jekk il-klawżoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali joħolqux, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, żbilanċ sinjifikattiv għad-detriment tal-konsumatur, huwa importanti li jiġi kkunsidrat, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-ġbir ta’ spejjeż ta’ ġestjoni u kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus huwa previst fid-dritt intern. Sakemm is-servizzi pprovduti f’korrispettiv ma jaqgħux raġonevolment taħt il-prestazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-ġestjoni jew tal-ħruġ tal-flus tas-self, jew li l-ammonti imposti fuq il-konsumatur abbażi tal-imsemmija spejjeż u tal-imsemmija Kummissjoni jkunu sproporzjonati meta mqabbla mal-ammont tas-self, ma jidhirx, taħt riżerva ta’ verifika mill-qorti tar-rinviju, li dawn il-klawżoli jaffettwaw b’mod sfavorevoli l-pożizzjoni ġuridika tal-konsumatur kif prevista mid-dritt nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni, barra minn hekk, l-effett tal-klawżoli kuntrattwali l-oħra sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija klawżoli joħolqux żbilanċ sinjifikattiv għad-detriment ta’ min jissellef. |
|
56 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar spejjeż ta’ ġestjoni tas-self, li ma tippermettix li jiġu identifikati mingħajr ambigwità s-servizzi konkreti pprovduti b’korrispettiv, ma toħloqx, fil-prinċipju, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, għad-detriment tal-konsumatur, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide. |
Fuq l-ispejjeż
|
57 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.