SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
8 ta’ Mejju 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Direttiva 2000/78/KE – Esklużjoni tal-esperjenza professjonali miksuba qabel l-età ta’ 18‑il sena – Sistema ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz – Żamma tad-differenza fit-trattament – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi teħid inkunsiderazzjoni parzjali tal-perijodi ta’ attività preċedenti”
Fil-Kawża C‑24/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑19 ta’ Diċembru 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Jannar 2017, fil-proċedura
Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft Öffentlicher Dienst
vs
Republik Österreich,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħda taġixxi bħala Presidenta tal-Ewwel Awla, A. Arabadjiev (Relatur), E. Regan, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑12 ta’ Settembru 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft Öffentlicher Dienst, minn M. Riedl u M V. Treber-Müller, Rechtsanwälte, |
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse u J. Schmoll, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u D. Martin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑6 ta’ Diċembru 2018,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE, tal-Artikoli 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1), kif ukoll tal-Artikoli 1, 2, 6 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas‑27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 5, Vol. 4, p. 79). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst (il-Konfederazzjoni Awstrijaka tas-sindakati, is-Sindakat tas-Servizz Pubbliku, iktar ’il quddiem il-“Gewerkschaftsbund”), u r-Republik Österreich (ir-Repubblika tal-Awstrija) dwar il-legalità tas-sistema federali ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt tas-servizz pubbliku adottata mil-leġiżlatur Awstrijak sabiex itemm diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 492/2011
3 |
Il-Kapitolu I tar-Regolament Nru 492/2011, intitolat “L-Impjieg, l-Ugwaljanza fit-Trattament u l-Familji tal-Ħaddiema”, jinkludi t-Taqsima 2 tiegħu, dwar l-impjieg u l-ugwaljanza fit-trattament. F’din it-taqsima hemm l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, li jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.” |
Id-Direttiva 2000/78
4 |
Skont l-Artikolu 1 tagħha, “[l]-iskop [tad-Direttiva 2000/78] huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.” |
5 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:
[...]” |
6 |
L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jiddisponi: “1. Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji. Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:
2. Minkejja l-Artikolu 2(2) l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-iffissar fir-rigward ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ età għall-parteċipazzjoni jew intitolament għall-benefiċċji ta’ l-irtirar jew ta’ l-invalidità, inkluża wkoll l-iffissar għal dawn l-iskemi ta’ etajiet differenti għal ħaddiema jew għal gruppi jew kategoriji differenti ta’ ħaddiema jew ta’ kriterji ta’ età fil-kalkoli ta’ l-attwarji fil-qafas ta’ dawn l-iskemi ma jikkostitwix diskriminazzjoni minħabba l-età, sakemm dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess.” |
7 |
L-Artikolu 17 ta’ din l-istess direttiva jistipula: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinvolvu l-pagament ta’ kumpens lill-vittma, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijet sa mhux aktar tard mit‑2 ta’ Diċembru 2003 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.” |
Id-dritt Awstrijak
8 |
Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tal-Istat ġiet emendata diversi drabi, minħabba li ċerti dispożizzjonijiet kienu kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni. Is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz ta’ dawn il-membri tal-persunal, wara emendi leġiżlattivi li saru matul is-snin 2015 u 2016, hija intiża li ttemm b’mod partikolari diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li kienet tirriżulta mis-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz fis-seħħ preċedentement. |
Il-Liġi dwar l-Istatus tal-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt
9 |
L-Artikolu 19 tal-Vertragsbedienstetengesetz 1948 (il-Liġi tal‑1948 dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt), kif emendata bil-Liġi Federali tat‑30 ta’ Awwissu 2010 (BGBl. I, 82/2010) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt”), kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-avvanz huwa ddeterminat skont data ta’ referenza. Ħlief għal dispożizzjoni kuntrarja f’dan l-artikolu, il-perijodu neċessarju għal avvanz għat-tieni skala ta’ kull kategorija ta’ impjieg huwa ta’ ħames snin u ta’ sentejn għall-iskali l-oħra.” |
10 |
L-Artikolu 26(1) tal-Liġi dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt kien jiddisponi: “Bla ħsara għar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 8, id-data ta’ referenza li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-avvanz fl-iskala għandha tiġi kkalkolata billi wieħed imur lura għall-jum tar-reklutaġġ fir-rigward ta’ perijodi sussegwenti għat‑30 ta’ Ġunju tas-sena li matulha jkunu twettqu disa’ snin ta’ skola jew kienu jitwettqu wara ammissjoni fl-ewwel livell ta’ tagħlim:
|
Il-Liġi Emendata dwar il-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt
11 |
Bil-għan li tiġi rrimedjata d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età kkonstatata fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑18 ta’ Ġunju 2009, Hütter (C‑88/08, EU:C:2009:381), u tal‑11 ta’ Novembru 2014, Schmitzer (C‑530/13, EU:C:2014:2359), il-Liġi dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt ġiet emendata b’effett retroattiv bil-Bundesbesoldungsreform 2015 (il-Liġi Federali dwar ir-Riforma fis-Salarji tal‑2015, BGB1. I, 32/2015) u bil-Besoldungsrechtsanpassungsgesetz (il-Liġi li Tirriforma s-Salarji) tas‑6 ta’ Diċembru 2016 (BGB1. I, 104/2016) (iktar ’il quddiem il-“Liġi Emendata dwar il-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt”). |
12 |
Taħt it-titolu “Klassifikazzjoni u avvanz”, l-Artikolu 19 tal-Liġi Emendata dwar il-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “[...] Il-klassifikazzjoni u l-avvanz fil-karriera ulterjuri huma stabbiliti abbażi tal-anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni.” |
13 |
Skont l-Artikolu 26 tal-Liġi Emendata dwar il-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt, intitolat “Anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni”: “1. L-anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni tinkludi l-perijodi ta’ servizz utli għall-avvanz, miżjuda bil-perijodi ta’ servizz preċedenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. 2. L-anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, bħala perijodi ta’ servizz preċedenti, il-perijodi mwettqa
3. Minbarra l-perijodi msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala perijodi ta’ servizz preċedenti, il-perijodi ta’ eżerċizzju ta’ attività professjonali jew ta’ stage ma’ amministrazzjoni rilevanti, għal mhux iktar minn total ta’ għaxar snin. [...]” |
14 |
L-Artikolu 94a tal-Liġi Emendata dwar il-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt tipprevedi li, fit-trasferiment tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, għandhom jiġu applikati l-Artikoli 169d, 169e u 169f tal-Gehaltsgesetz 1956 (il-Liġi dwar is-Salarji tal‑1956, BGB1. 54/1956), kif emendata bil-Liġi Federali dwar ir-Riforma fis-Salarji tal‑2015 u bil-Liġi li Tirriforma s-Salarji tal‑2016 (iktar ’il quddiem il-“Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni”), li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-membri tal-persunal diġà fis-servizz f’din is-sistema l-ġdida. |
15 |
Skont il-punt 3 tal-Artikolu 100(70) tal-Liġi Emendata dwar l-Istatus tal-Membri tal-Persunal bil-Kuntratt, l-Artikoli 19 u 26 ta’ din il-liġi, inklużi it-titoli tagħhom, jidħlu fis-seħħ fil-verżjoni tal-Liġi Federali dwar ir-Riforma fis-Salarji tal‑2015, ippubblikata fil-BGB1. I, 32/2015, “fl‑1 ta’ Lulju 1948; il-verżjonijiet kollha ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ippubblikati qabel il‑11 ta’ Frar 2015 ma jistgħux jiġu applikati iktar fil-proċeduri pendenti jew futuri”. |
Il-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni
16 |
Skont l-Artikolu 169d tal-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni: “(1) L-uffiċjali kollha ta’ kategoriji ta’ remunerazzjoni u ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 169e, li huma fis-servizz fil‑11 ta’ Frar 2015, ser jiġu kklassifikati mill-ġdid, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin u abbażi biss tas-salarju preċedenti tagħhom, fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni maħluqa b’din il-liġi federali. Fl-ewwel stadju, l-uffiċjali ser jiġu kklassifikati, skont is-salarju preċedenti tagħhom, fi skala tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni li fiha jinżamm is-salarju preċedenti. [...] (2) It-trasferiment tal-uffiċjal fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni jsir permezz ta’ kalkolu globali tal-anzjanità tiegħu fis-sistema ta’ remunerazzjoni. L-ammont ta’ trasferiment huwa determinanti għall-kalkolu globali. L-ammont ta’ trasferiment jikkorrispondi għas-salarju sħiħ mingħajr eventwali avvanz eċċezzjonali, kif użat għall-kalkolu tas-salarju tal-uffiċjal għax-xahar ta’ Frar 2015 (ix-xahar tat-trasferiment). [...] (2a) L-ammont li għandu jintuża bħala ammont ta’ trasferiment huwa dak tal-iskala ta’ salarju li kien effettivament determinanti għar-remunerazzjoni mħallsa għax-xahar tat-trasferiment (klassifikazzjoni skont id-dikjarazzjoni tas-salarju). Huwa eskluż li jsir eżami dwar il-korrettezza tal-bażi tas-salarju kif ukoll tal-ammont tiegħu. Ma għandhiex tiġi kkunsidrata korrezzjoni ulterjuri tas-salarji mħallsa għall-kalkolu tal-ammont ta’ trasferiment ħlief jekk
(2b) Meta, fir-rigward tal-ammont, il-klassifikazzjoni effettiva konformement mal-livell tas-salarju tkun inqas mill-klassifikazzjoni ggarantita mil-liġi, għall-kalkolu tal-ammont ta’ trasferiment tinżamm, fuq it-talba tal-uffiċjal, il-klassifikazzjoni ggarantita bil-liġi, jekk ma jkunx possibbli li wieħed jipproċedi skont l-Artikolu 169e(5), minħabba l-eżistenza ta’ sempliċi klassifikazzjoni provviżorja. Il-klassifikazzjoni ggarantita mil-liġi hija dik li tikkorrispondi mal-iskala ta’ remunerazzjoni fid-data ta’ referenza. Id-data ta’ referenza hija dik tal-ġurnata li tirriżulta mit-teħid inkunsiderazzjoni, billi wieħed imur lura fiż-żmien qabel l-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ trasferiment, tal-perijodi li ġejjin. Hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni b’lura:
(2b) Il-paragrafi 2a u 2b jittrasponu fid-dritt Awstrijak, fil-qasam tar-Regolamenti tal-Persunal federali u tal-għalliema tal-Länder, l-Artikoli 2 u 6 tad-[Direttiva 2000/78] kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005). Il-modalitajiet ta’ trasferiment tal-uffiċjali innominati qabel id-dħul fis-seħħ tar-riforma federali tar-remunerazzjonijiet tal‑2015 għaldaqstant ġew stabbiliti fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u jipprevedu li, minn naħa, l-iskala ta’ remunerazzjoni li issa huma marbuta magħha hija ddeterminata biss abbażi tas-salarju li kellhom taħt is-sistema ta’ remunerazzjoni l-antika, minkejja li din is-sistema kienet ibbażata fuq diskriminazzjoni minħabba l-età tal-uffiċjal u li, min-naħa l-oħra, l-avvanz ulterjuri għal skala ta’ remunerazzjoni ogħla issa hija kkalkolata biss skont l-esperjenza professjonali miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-riforma tar-remunerazzjonijiet tal‑2015. (3) L-anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni tal-uffiċjal ikklassifikat mill-ġdid hija stabbilita abbażi tal-perijodu neċessarju għall-avvanz mill-ewwel skala ta’ remunerazzjoni (mill-ewwel ġurnata) sal-iskala ta’ remunerazzjoni tal-istess kategorija ta’ impjieg li għaliha huwa previst, fil-verżjoni fis-seħħ fit‑12 ta’ Frar 2015, is-salarju inqas l-iktar qrib tal-ammont ta’ trasferiment. Jekk l-ammont ta’ trasferiment jikkorrispondi għall-ammont l-iktar baxx ta’ skala ta’ remunerazzjoni fl-istess kategorija ta’ impjieg, allura tinżamm din l-iskala. L-ammonti kollha pparagunati għandhom jitqarrbu għall-eqreb unità f’EUR. (4) L-anzjanità fil-livell ta’ remunerazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 għandha tiġi miżjuda bil-perijodu ta’ bejn id-data tal-aħħar żieda fis-salarju u l-iskadenza tax-xahar ta’ trasferiment sa fejn dan il-perijodu huwa utli għall-avvanz. [...] (6) [...] Jekk is-salarju l-ġdid tal-uffiċjal huwa inqas mill-ammont ta’ trasferiment, huwa jitħallas allowance sad-differenza tal-ammont, meħud inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar, bħala allowance kumplimentari [...], sakemm jilħaq skala ta’ remunerazzjoni ogħla mill-ammont ta’ trasferiment. Il-paragun tal-ammonti jinkludi l-eventwali allowances ta’ anzjanità u l-avvanzi straordinarji. [...] (9) Sabiex jiġu protetti l-aspettativi għall-avvanz suċċessiv, għall-avvanz straordinarju jew għall-allowance ta’ anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni l-antika, meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar, l-uffiċjal huwa intitolat għal allowance kumplimentari [...], malli jilħaq l-iskala tranżitorja [...] [...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
17 |
It-tilwima fil-kawża prinċipali hija bejn, minn naħa, il-Gewerkschaftsbund, sindakat li jirrappreżenta, b’mod partikolari, il-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-servizz pubbliku u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Awstrija, fil-kwalità tagħha ta’ persuna li timpjega. |
18 |
Il-Gewerkschaftsbund ippreżenta rikors quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), skont l-Artikolu 54(2) tal-Arbeits- und Sozialgerichtsgesetz (il-Liġi dwar il-Qrati Industrijali u d-Dritt Soċjali), intiż sabiex jiġi kkonstatat li s-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tal-membri tal-persunal bil-kuntratt hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni. |
19 |
Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Gewerkschaftsbund argumenta li s-sistema l-ġdida żammet id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li tirriżulta mis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, għar-raġuni li r-remunerazzjoni dovuta għax-xahar ta’ Frar 2015 ittieħdet bħala punt ta’ referenza għas-sistema l-ġdida sabiex issir il-klassifikazzjoni salarjali mill-ġdid tal-membri tal-persunal bil-kuntratt ikkonċernati. Huwa żied li t-tħassir retroattiv tad-“data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz”, li sa dak iż-żmien kienet applikabbli għal dawn il-membri tal-persunal, kien iċaħħad lil dawn tal-aħħar mill-possibbiltà li jitolbu stħarriġ tal-legalità tal-imsemmija remunerazzjoni. |
20 |
L-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tistaqsi, minn naħa, jekk il-modalitajiet tat-trasferiment tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz lejn is-sistema l-ġdida, b’mod partikolari sa fejn din ma tipprevedi ebda kumpens finanzjarju għall-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati u li s-sistema l-ġdida tipprekludi lill-membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati mill-ġdid milli jiksbu eżami mill-ġdid tad-data ta’ referenza tagħhom skont ir-regoli tas-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
21 |
Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tar-regoli tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, skont liema, l-esperjenza professjonali preċedenti tittieħed inkunsiderazzjoni skont modalitajiet li jvarjaw skont il-persuna li timpjega li magħha tkun ġiet akkwistata tali esperjenza. |
22 |
Dik il-qorti tosserva li l-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni hija intiża li tevita li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-livell ta’ remunerazzjoni tal-membri tal-persunal bil-kuntratt ittrasferiti. L-imsemmija qorti żżid li din ir-riforma tissodisfa wkoll għan ta’ newtralità fir-rigward ta’ spejjeż. Barra minn hekk, minħabba n-numru kbir ħafna ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt ikkonċernati, ma kienx ikun possibbli li jitwettaq, f’terminu qasir, eżami individwali tas-sitwazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-persunal qabel il-klassifikazzjoni mill-ġdid tagħhom. |
23 |
L-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tqis li hemm differenza kbira bejn ir-riforma li tirriżulta mil-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni u s-sistemi ta’ remunerazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005), kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2015, Unland (C‑20/13, EU:C:2015:561). B’mod iktar partikolari, skont dik il-qorti, is-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz inkwistjoni f’dawn il-kawżi kienet diskriminatorja minħabba l-età, sa fejn l-età tal-impjegati kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni bħala kriterju ta’ referenza. Ebda kategorija ta’ impjegati ma ġiet ivvantaġġata b’dan il-mod. Minħabba dan il-fatt, l-impjegati kollha fis-servizz, jew għall-inqas parti kbira minnhom, kienu affettwati bis-sistema diskriminatorja l-antika. Min-naħa l-oħra, fil-kawża prinċipali, taħt il-kappa tas-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, kategorija ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt ġiet żvantaġġata, jiġifieri l-kategorija tal-membri tal-persunal bil-kuntratt li akkwistaw esperjenza qabel l-età ta’ 18‑il sena. |
24 |
Fil-kuntest tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, dawn il-membri tal-persunal bil-kuntratt ma jistgħux jiksbu eżami mill-ġdid tad-data ta’ referenza hekk kif tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tas-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz. Madankollu, din is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz ma ċċaħħadhomx mid-dritt li jippreżentaw quddiem qorti rikors effettiv sabiex tiġi mistħarrġa l-validità ta’ regola ta’ din is-sistema fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt Kostituzzjonali Awstrijak. |
25 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-punt (a) tal-ewwel domanda
26 |
Permezz tal-punt (a) tal-ewwel domanda tagħa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva 2000/78, moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv, li, sabiex ittemm diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, tipprevedi trasferiment tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz lejn sistema ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz li fil-kuntest tagħha l-ewwel klassifikazzjoni ta’ dawn il-membri tal-persunal bil-kuntratt hija ddeterminata skont l-aħħar remunerazzjoni li huma rċevew taħt is-sistema l-antika. |
27 |
L-ewwel nett, għandu jiġi mistħarreġ jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkunsidrata toħloqx differenza fit-trattament fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78. |
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, il-prinċipju ta’ “ugwaljanza fit-trattament” ifisser li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tagħha jippreċiża li, għall-finijiet tal-paragrafu 1 tagħha, għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni paragunabbli, abbażi ta’ xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva. |
29 |
Fil-kawża prinċipali, il-kategoriji ta’ persuni rilevanti għall-finijiet ta’ dan il-paragun huma, minn naħa, il-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz fil-mument tat-trasferiment li l-esperjenza professjonali tagħhom ġiet akkwistata, anki parzjalment, qabel l-età ta’ 18-il sena (iktar ’il quddiem il-“membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika”) u, min-naħa l-oħra, dawk li kisbu, wara li laħqu din l-età, esperjenza tal-istess natura u ta’ perijodu paragunabbli (iktar ’il quddiem il-“membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati bis-sistema l-antika”). |
30 |
Mill-proċess fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-leġiżlatur Awstrijak, permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 169d tal-Liġi emendata dwar ir-remunerazzjoni, daħħal mekkaniżmu ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid magħmul skont “ammont ta’ trasferiment” ikkalkulat skont r-regoli tas-sistema preċedenti. B’mod iktar partikolari, dan l-“ammont ta’ trasferiment” li, skont l-Artikolu 169d(2) ta’ din il-liġi, huwa determinanti għall-iffissar globali tal-anzjanità tal-membri tal-persunal bil-kuntratt ittrasferiti fis-sistema ta’ remunerazzjoni, huwa kkalkolat abbażi tar-remunerazzjoni mħallsa lil dawn il-membri tal-persunal fix-xahar ta’ qabel it-trasferiment tagħhom fis-sistema l-ġdida. |
31 |
Issa, mill-proċess fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tippreżenta karatteristiċi simili għal dawk tas-sistema inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2014, Schmitzer (C‑530/13, EU:C:2014:2359). |
32 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’dik is-sentenza, li leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex ittemm diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fil-konfront tal-uffiċjali, tieħu inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ u ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18‑il sena iżda li, fl-istess waqt, iddaħħal fil-konfront biss tal-uffiċjali vittmi ta’ din id-diskriminazzjoni, estensjoni ta’ tliet snien għall-perijodu neċessarju sabiex wieħed ikun jista’ jgħaddi mill-ewwel għat-tieni skala ta’ kull kategorija ta’ impjieg u ta’ kull kategorija salarjali, iżżomm diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78. |
33 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li mill-kliem stess użat fl-Artikolu 169d(2d) tal-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni jirriżulta li s-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz kienet ibbażata fuq diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tal-membri tal-persunal bil-kuntratt. |
34 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, mekkaniżmu ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, bħal dak stabbilit mil-Liġi emendata dwar ir-remunerazzjoni, espost fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, jista’ jżomm l-effetti prodotti mis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, minħabba r-rabta li huwa jistabbilixxi bejn l-aħħar salarju rċevut skont din is-sistema u l-klassifikazzjoni fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz. |
35 |
Għaldaqstant għandu jitqies li l-Artikolu 169d tal-Liġi emendata dwar ir-remunerazzjoni żżomm differenza fit-trattament bejn il-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika u l-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati b’din is-sistema, sa fejn l-ammont tar-remunerazzjoni li ser jiġi rċevut minn dawk tal-ewwel ser ikun inqas minn dak li ser jitħallas lil dawk tal-aħħar, u dan biss minħabba l-età li huma kellhom fid-data tar-reklutaġġ tagħhom, minkejja li huma jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2015, Unland, C‑20/13, EU:C:2015:561, punt 40). |
36 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78. |
37 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 jippreċiża li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li differenzi fit-trattament abbażi tal-età ma jikkostitwixxux diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, huma oġġettivament u raġonevolment iġġustifikati b’għanijiet leġittimi, b’mod partikolari b’għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u tat-taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu xierqa u neċessarji. |
38 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod irrepetut iddeċidiet li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fost għanijiet oħra fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jilħquh (sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Starjakob, C‑417/13, EU:C:2015:38, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
39 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, qabelxejn, intiża sabiex tistabbilixxi sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz mhux diskriminatorja. Dik il-qorti tippreċiża li l-imsemmija leġiżlazzjoni tfittex għanijiet ta’ newtralità finanzjarja, ta’ ekonomija amministrattiva, ta’ rispett tad-drittijiet kweżiti u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
40 |
F’dak li jirrigwarda, minn naħa, l-għan ta’ newtralità finanzjarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet baġitarji b’mod parallel ma’ kunsiderazzjonijiet pubbliċi, soċjali jew demografiċi, sa fejn meta jagħmlu dan, huma josservaw, b’mod partikolari, il-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. F’dan ir-rigward, minkejja li kunsiderazzjonijiet baġitarji jistgħu jkunu l-bażi tal-għażliet ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru u jinfluwenzaw in-natura jew il-portata tal-miżuri li huwa jkun jixtieq jadotta, tali kunsiderazzjonijiet waħedhom ma jistgħux jikkostitwixxu għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78. L-istess jgħodd f’dak li jikkonċerna l-kunsiderazzjonijiet amministrattivi msemmija mill-qorti tar-rinviju u mill-Gvern Awstrijak (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Starjakob, C‑417/13, EU:C:2015:38, punt 36). |
41 |
Fir-rigward, minn naħa, tar-rispett tad-drittijiet kweżiti u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-membri tal-persunal bil-kuntratt vantaġġati bis-sistema l-antika f’dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni tagħhom, għandu jiġi rrilevat li dawn jikkostitwixxu għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol li jistgħu jiġġustifikaw, għal perijodu tranżitorju, iż-żamma tar-remunerazzjonijiet preċedenti u, konsegwentement, dik ta’ differnza fit-trattament ibbażata fuq l-età (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2014, SchmitzerC‑530/13, EU:C:2014:2359, punt 42). |
42 |
Madankollu, dawn l-għanijiet ma jistgħux jiġġustifikaw miżura li żżomm b’mod definittiv, anki jekk għal ċerti persuni biss, id-differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li r-riforma li din il-miżura tagħmel parti minnha hija intiża li telimina. Tali miżura ma hijiex xierqa sabiex tistabbilixxi sistema nondiskriminatorja għall-kategorija tal-persuni żvantaġġati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Starjakob, C‑417/13, EU:C:2015:38, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
43 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 169d tal-Liġi Emendata dwar ir-Remunerazzjoni jipprevedi diversi mekkaniżmi sabiex jiġi evitat tnaqqis sinjifikanti tar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati mill-ġdid. Fost dawn il-mekkaniżmi hemm il-ħlas ta’ allowance sad-differenza bejn l-ammont tas-salarju l-ġdid irċevut mill-membru tal-persunal bil-kuntratt ittrasferit u l-ammont ta’ trasferiment. Dan l-allowance jingħata minħabba l-fatt li, wara t-trasferiment tiegħu, il-membru tal-persunal bil-kuntratt ikun jaqa’ taħt skala tas-salarju tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz li tikkorrispondi ma’ livell ta’ salarju li jiġi eżatt taħt dak li kien jirċievi skont is-sistema l-antika. Fost l-imsemmija mekkaniżmi hemm ukoll iż-żieda ta’ bejn 6 u 18‑il xahar tal-anzjanità fis-sistema ta’ remunerazzjoni tal-membru tal-persunal bil-kuntratt ittrasferit. |
44 |
Issa, bħalma ppreċiża l-Gvern Awstrijak matul is-seduta, dawn il-mekkaniżmi kollha japplikaw, mingħajr distinzjoni, għall-membri tal-persunal bil-kuntratt kollha li ġew ittrasferiti b’mod sħiħ lejn is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz, irrispettivament minn jekk ġewx żvantaġġati jew le bis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz. |
45 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jitqies li, b’differenza għall-kawżi li taw lok għas-sentenzi tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005), kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2015, Unland (C‑20/13, EU:C:2015:561), li fihom id-differenza fis-salarju bejn iż-żewġ kategoriji ta’ membri tal-persunal inkwistjoni f’dawn il-kawżi naqset jew anki, f’ċerti każijiet, tneħħiet gradwalment, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża odjerna ma jirriżultax li l-mekkaniżmi previsti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippermettu konverġenza progressiva tas-salarju rriżervat għall-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika lejn is-salarju mogħti lill-membri tal-persunal vantaġġati, b’tali mod li tal-ewwel jibbenefikaw fi żmien medju, jew anki fi żmien qasir, minn aġġustament tal-benefiċċji mogħtija lil dawn tal-aħħar. Konsegwentement, l-imsemmija mekkaniżmi ma għandhomx l-effett li jtaffu, wara perijodu ddeterminat, id-differenza fis-salarju li teżisti bejn il-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati u l-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati. |
46 |
B’dan il-mod, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex xierqa sabiex tistabbilixxi sistema nondiskriminatorja għall-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz. Għall-kuntrarju, din iżżomm fil-konfront tagħhom id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li tirriżulta mis-sistema l-antika. |
47 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva 2000/78, moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv, li, sabiex ittemm diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, tipprevedi trasferiment tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz lejn sistema ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz li fil-kuntest tagħha l-ewwel klassifikazzjoni ta’ dawn il-membri tal-persunal bil-kuntratt hija ddeterminata skont l-aħħar remunerazzjoni li huma rċevew taħt is-sistema preċedenti. |
Fuq il-punt (b) tal-ewwel domanda
48 |
Il-punt (b) tal-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju jirrigwarda l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78. |
49 |
Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sistema tas-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinvolvu l-pagament ta’ kumpens lill-vittma, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
50 |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan l-artikolu għandu l-għan li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu sistema ta’ sanzjonijiet għal kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ April 2013, Asociația Accept, C‑81/12, EU:C:2013:275, punt 61). |
51 |
Issa, fil-kawża prinċipali, mill-proċess fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li inkwistjoni hemm ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva. |
52 |
Għaldaqstant l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 ma hijiex neċessarja għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. |
53 |
Konformement mal-possibbiltà rrikonoxxuta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari mis-sentenza tal‑21 ta’ Settembru 2017, Beshkov (C‑171/16, EU:C:2017:710, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata), għandu jiġi fformulat mill-ġdid il-punt (b) tal-ewwel domanda, bħala li jirrigwarda essenzjalment il-kwistjoni dwar jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpetat fis-sens li, sa fejn tkun ġiet ikkonstatata diskriminazzjoni kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ ugwaljanza fit-trattament, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jinvolvi l-għoti lill-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tal-istess vantaġġi bħal dawk li setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati b’din is-sistema, f’dak li jirrigwarda kemm it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18‑il sena, kif ukoll l-avvanz fil-livell ta’ remunerazzjoni u, konsegwentement, l-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-membri tal-persunal bil-kuntratt iddiskriminati. |
54 |
F’dan ir-rigward, hemm lok jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-qrati nazzjonali li għandhom, billi jieħdu inkunsiderazzjoni tar-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u skont il-metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnu, jiddeċiedu jekk u sa fejn dispożizzjoni nazzjonali tista’ tiġi interpretata b’mod konformi mad-Direttiva 2000/78 mingħajr interpretazzjoni contra legem ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 74). |
55 |
Jekk ma jkunx possibbli li tingħata interpretazzjoni u applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali konformi mal-eżiġenzi ta’ din id-direttiva, għandu jitfakkar ukoll li, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, li jibbenefika minnu wkoll il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex tiġi applikata (sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et, C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005, punt 89). |
56 |
Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li, meta diskriminazzjoni, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, tkun ġiet ikkonstatata u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu l-ugwaljanza fit-trattament, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jista’ biss jiġi żgurat permezz tal-għoti lill-persuni tal-kategorija żvantaġġata tal-istess vantaġġi bħal dawk li jibbenefikaw minnhom il-persuni tal-kategorija pprivileġġata. Il-persuni żvantaġġati għandhom għalhekk jitqiegħdu fl-istess sitwazzjoni tal-persuni li jibbenefikaw mill-vantaġġ ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
F’sitwazzjoni bħal din, il-qorti nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali diskriminatorja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha mil-leġiżlatur, u għandha tapplika għall-kategorija tal-persuni li huma żvantaġġati l-istess sistema li minnha jibbenefikaw il-persuni tal-kategorija l-oħra. Il-qorti nazzjonali għandha dan l-obbligu indipendentement mill-eżistenza, fid-dritt intern, ta’ dispożizzjonijiet li jagħtuha l-kompetenza sabiex tagħmel dan (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
58 |
Madankollu, tali soluzzjoni tista’ tapplika biss fil-preżenza ta’ sistema ta’ riferiment valida (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
59 |
F’dan il-każ, minn naħa, bħalma jirriżulta mir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, u b’mod partikolari mill-punti 32 u 33 ta’ din is-sentenza, ir-regoli tas-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz jistabbilixxu diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età, fis-sens tad-Direttiva 2000/78. |
60 |
Min-naħa l-oħra, ir-regoli ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati huma dawk li jippermettu lill-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati li javvanzaw fl-iskali mingħajr ebda diskriminazzjoni. |
61 |
Għaldaqstant, sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament, l-istabbiliment mill-ġdid tagħha, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jinvolvi l-għoti lill-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati mis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tal-istess vantaġġi bħal dawk li setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati b’din is-sistema, f’dak li jirrigwarda kemm it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18‑il sena kif ukoll l-avvanz fil-livell tar-remunerazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Starjakob, C‑417/13, EU:C:2015:38, punt 48). |
62 |
Minn dan isegwi wkoll li membru tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġat bis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz għandu dritt jikseb il-ħlas, mill-persuna li timpjegah, ta’ kumpens li jammonta għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li l-membru tal-persunal bil-kuntratt ikkonċernat kien jirċievi li kieku ma ġiex ittrattat b’mod diskriminatorju u r-remunerazzjoni li huwa effettivament irċieva. |
63 |
Għandu jitfakkar li kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 61 u 62 ta’ din is-sentenza japplikaw biss sakemm miżuri li jerġgħu jistabbilixxu l-ugwaljanza fit-trattament ma jkunux ġew adottati mil-leġiżlatur nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 87). |
64 |
Fil-fatt, għandu jitqies li, għalkemm l-Istati Membri, konformement mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, għandhom l-obbligu li jħassru l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, dan l-artikolu madankollu ma jimponilhomx jadottaw miżuri speċifiċi fil-każ ta’ ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, iżda jħallilhom il-libertà jagħżlu, minn fost id-diversi soluzzjonijiet xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, dak li huma jqisu bħala l-iktar adatt għal dan il-għan, skont is-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation, C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 88). |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-punt (b) tal-ewwel domanda għandha tkun li, fl-ipoteżi li dispożizzjonijiet nazzjonali ma jkunux jistgħu jiġu interpretati b’mod li jkun konformi mad-Direttiva 2000/78, il-qorti nazzjonali hija obbligata li tiżgura, fil-qafas tal-kompetenzi tagħha, il-protezzjoni ġudizzjarja li tirriżulta għall-partijiet f’kawża minn din id-direttiva u li tiggarantixxi l-effettività sħiħa tagħha, billi tħalli jekk ikun hemm bżonn mhux applikata kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja. Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta diskriminazzjoni, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, tkun ġiet ikkonstatata u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu l-ugwaljanza fit-trattament, l-istabbiliment mill-ġdid tal-ugwaljanza fit-trattament, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jinvolvi l-għoti lill-membri tal-persunal bil-kuntratt żvantaġġati bis-sistema l-antika ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz tal-istess vantaġġi bħal dawk li setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal bil-kuntratt ivvantaġġati b’din is-sistema, f’dak li jirrigwarda kemm it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18‑il sena, kif ukoll l-avvanz fil-livell ta’ remunerazzjoni u, konsegwentement, l-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-membri tal-persunal bil-kuntratt iddiskriminati li jammonta għad-differenza bejn l-ammont ta’ remunerazzjoni li l-membru tal-persunal bil-kuntratt ikkonċernat kien jirċievi li kieku ma kienx ġie ttrattat b’mod diskriminatorju u l-ammont tar-remunerazzjoni li huwa effettivament irċieva. |
Fuq il-punt (c) tal-ewwel domanda
66 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-punt (a) tal-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-punt (c) tal-ewwel domanda. |
Fuq it-tieni domanda
67 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, sabiex tiġi ddeterminata l-anzjanità ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fis-sistema ta’ remunerazzjoni, jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom il-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa fil-qafas ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ kollettività territorjali jew ma’ komun ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, tar-Repubblika tat-Turkija jew tal-Konfederazzjoni Svizzera, korp tal-Unjoni jew dak ta’ organizzazzjoni intergovernattiva li r-Repubblika tal-Awstrija hija membru tagħha, jew ma’ entitajiet simili oħrajn, filwaqt li kull perijodu ieħor ta’ attività preċedenti jittieħed inkunsiderazzjoni biss sa għaxar snin u sa fejn huwa rilevanti. |
68 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 45(2) TFUE jipprevedi li l-moviment liberu tal-ħaddiema jinvolvi t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq in-nazzjonalità, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ xogħol. |
69 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 jikkostitwixxi biss l-espressjoni partikolari tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 45(2) TFUE fil-qasam speċifiku tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, u li għalhekk, għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal dan l-artikolu tal-aħħar (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 23). |
70 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jidħol kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 u jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2017, Eschenbrenner, C‑496/15, EU:C:2017:152, punt 35). |
71 |
B’dan il-mod, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, għalkemm applikabbli b’mod indistint skont in-nazzjonalità, għandha titqies bħala indirettament diskriminatorja meta hija tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa kemm lill-ħaddiema migranti kif ukoll lill-ħaddiema nazzjonali u, konsegwentement, toħloq ir-riskju li toħloq żvantaġġ b’mod iktar partikolari lil tal-ewwel, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata għall-għan imfittex (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2017, Eschenbrenner, C‑496/15, EU:C:2017:152, punt 36). |
72 |
F’dan il-każ, minn naħa, huwa evidenti li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tapplika għall-membri tal-persunal bil-kuntratt mingħajr distinzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità tagħhom. |
73 |
Għaldaqstant, ma jidhirx li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloq differenza fit-trattament direttament ibbażata fuq in-nazzjonalità, fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011. |
74 |
Min-naħa l-oħra, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 91 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kriterju li abbażi tiegħu ssir id-differenza fit-trattament huwa dak dwar jekk il-membru tal-persunal bil-kuntratt ikkonċernat eżerċitax l-attivitajiet li talab li jittieħdu inkunsiderazzjoni, mal-persuni li jimpjegaw elenkati fl-Artikolu 26(2) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt u ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, ikun xi jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huwa eżerċitahom. |
75 |
Issa, tali kriterju ma jidhirx li jista’ jaffettwa iktar il-ħaddiema ta’ Stati Membri oħrajn mill-ħaddiema Awstrijaċi. |
76 |
Madankollu, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprekludu jew jiskoraġġixxu ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru li jitlaq l-Istat ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu jikkostitwixxu ostakoli għal din il-libertà anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet huma applikabbli indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 30). |
77 |
Għandu jiġi miżjud f’dan ir-rigward li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-persuni, kif ukoll dawk tar-Regolament Nru 492/2011, huma intiżi li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kwalunkwe natura fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jqiegħdu fi żvantaġġ lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 32). |
78 |
Fil-kawża prinċipali, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ attività rilevanti preċedenti mwettqa mal-persuni li jimpjegaw minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 26(2) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt huwa limitat għal għaxar snin. |
79 |
B’dan il-mod, il-persuni li għandhom esperjenza professjonali ta’ iktar minn għaxar snin ma’ dawn il-persuni li jimpjegaw oħrajn ser ikunu skoraġġuti milli japplikaw għal post ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt Awstrijak minħabba l-livell tas-salarju iktar baxx li ser ikunu kklassifikati fih, peress li l-perijodi ta’ attività rilevanti li huma akkwistaw ma’ tali persuni li jimpjegaw mhux ser jittieħdu totalment inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-anzjanità tagħhom fis-sistema ta’ remunerazzjoni |
80 |
Fil-fatt, ħaddiem migrant li jkun akkwista esperjenza professjonali rilevanti ta’ iktar minn għaxar snin ma’ persuna li timpjega differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 26(2) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt ser tiġi kklassifikata fl-istess skala ta’ remunerazzjoni bħal dak li fiha ser jiġi kklassifikat ħaddiem li jkun akkwista esperjenza tal-istess natura, iżda ta’ perijodu ta’ għaxar snin jew inqas. |
81 |
Barra minn hekk, ħaddiem migrant li għandu esperjenza professjonali ta’ għaxar snin li tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fis-sens tal-Artikolu 26(3) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt jista’ jkun kostrett ifittex impjieg mal-persuni li jimpjegaw elenkati fl-Artikolu 26(2) ta’ din il-liġi sabiex jikseb esperjenza professjonali rilevanti li tippermettilu ma jitlifx il-possibbiltà li jibda’ jaħdem bħala membru tal-persunal bil-kuntratt Awstrijak. |
82 |
Minn dan isegwi li, billi teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ attività rilevanti kollha mwettqa minn ħaddiem migrant ma’ persuna li timpjega differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 26(2) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiskoraġġixxi lill-ħaddiema migranti li jkunu akkwistaw jew qegħdin jakkwistaw esperjenza professjonali rilevanti ma’ persuni li jimpjegaw oħrajn, milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. |
83 |
Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tagħmel inqas attraenti l-moviment liberu tal-ħaddiema, bi ksur tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011. |
84 |
Miżura bħal din tista’ tiġi aċċettata biss jekk tfittex wieħed mill-għanijiet leġittimi stipulati fit-Trattat FUE u tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. F’każ bħal dan, ikun meħtieġ ukoll li l-applikazzjoni tagħha tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan inkwistjoni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 36). |
85 |
F’dan ir-rigward, il-Gvern Awstrijak josserva li, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li l-fatt li tiġi kkumpensata l-esperjenza akkwistata fil-qasam ikkonċernat, li jpoġġi lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jissodisfa aħjar id-dmirijiet mogħtija lilu, jikkostitwixxi għan leġittimu ta’ politika salarjali, u l-persuni li jimpjegaw jistgħu, konsegwentement, jieħdu biss inkunsiderazzjoni ta’ din l-esperjenza akkwistata meta huma jistabbilixxu remunerazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li tikkumpensa l-lealtà tal-membri tal-persunal bil-kuntratt. |
86 |
Fir-rigward tal-ewwel motiv miġjub bħala ġustifikazzjoni mill-Gvern Awstrijak, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li tiġi kkumpensata l-esperjenza miksuba fil-qasam ikkonċernat, li jpoġġi lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jkun jista’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu aħjar, jikkostitwixxi għan leġittimu ta’ politika salarjali (sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2018, Stollwitzer, C‑482/16, EU:C:2018:180, punt 39). |
87 |
Issa, tali esperjenza għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-klassifikazzjoni u l-kalkolu tar-remunerazzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fit-totalità tagħha. |
88 |
B’dan il-mod, miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod limitat l-esperjenza rilevanti ma tistax titqies li hija intiża li tapprezza din l-esperjenza b’mod sħiħ u, konsegwentement, ma hijiex adatta sabiex tiggarantixxi li dan l-għan jintlaħaq. |
89 |
F’dak li jirrigwarda t-tieni motiv miġjub bħala ġustifikazzjoni mill-Gvern Awstrijak, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ssegwi effettivament l-għan li l-ħaddiema jkunu leali lejn il-persuni li jimpjegawhom, minkejja li tali għan jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 38), għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-imsemmija leġiżlazzjoni, l-ostakolu li din tinvolvi ma jidhirx li huwa xieraq sabiex jiggarantixxi li dan l-għan jintlaħaq. |
90 |
Fil-fatt, hemm lok jitqies li, fid-dawl tan-numru kbir ta’ persuni li jimpjegaw koperti mill-Artikolu 26(2) tal-Liġi emendata dwar il-membri tal-persunal bil-kuntratt, is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz hija intiża li tippermetti mobbiltà massima fi ħdan grupp ta’ persuni li jimpjegaw legalment separati u mhux li tikkumpensa l-lealtà ta’ persuna impjegata lejn persuna li timpjega ddeterminata (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑30 ta’ Novembru 2000, Österreichischer Gewerkschaftsbund, C‑195/98, EU:C:2000:655, punt 49). |
91 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok jitqies li din il-limitazzjoni ratione temporis ma hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bħal dawk imfakkra fil-punti 86 u 89 ta’ din is-sentenza. |
92 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema, sabiex tiġi ddeterminata l-anzjanità ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fis-sistema ta’ remunerazzjoni, jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom il-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa fil-qafas ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ kollettività territorjali jew ma’ komun ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, tar-Repubblika tat-Turkija jew tal-Konfederazzjoni Svizzera, korp tal-Unjoni jew ma’ organizzazzjoni intergovernattiva li r-Repubblika tal-Awstrija hija membru tagħha, jew ma’ entitajiet simili oħrajn, filwaqt li kull perijodu ieħor ta’ attività preċedenti jittieħed inkunsiderazzjoni biss sa għaxar snin u sa fejn huwa rilevanti. |
Fuq l-ispejjeż
93 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.