KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

SAUGMANDSGAARD ØE

ippreżentati fit‑3 ta’ Mejju 2018 ( 1 )

Kawża C‑207/16

Ministerio Fiscal

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona, Spanja))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Ipproċessar ta’ data personali – Dritt għall-ħajja privata u dritt għall-protezzjoni ta’ tali data – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 1 u Artikolu 15(1) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7 u 8 kif ukoll l-Artikolu 52(1) – Data miġbura fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Talba għal aċċess minn awtorità tal-pulizija għall-finijiet ta’ investigazzjoni preliminari – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Kunċett ta’ ‘reat serju’ li jista’ jiġġustifika ndħil fid-drittijiet fundamentali – Kriterji tal-gravità – Piena mġarrba – Livell minimu”

I. Introduzzjoni

1.

Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “reati serji” ( 2 ) fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li toriġina mis-sentenza Digital Rights Ireland et ( 3 ) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Digital Rights”) u sussegwentement mis-sentenza Tele2 Sverige u Watson et ( 4 ) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Tele2”), fejn dan il-kunċett intuża bħala kriterju ta’ evalwazzjoni tal-leġittimità u tal-proporzjonalità ta’ ndħil fid-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), jiġifieri, rispettivament, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

2.

Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jidħol fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ġudizzjarja li rrifjutat lill-awtoritajiet tal-pulizija l-possibbiltà li jitħallew jikkomunikaw ċerta data tal-istat ċivili miżmuma minn operaturi tat-telefonija mobbli, bl-għan li jiġu identifikati individwi għall-finijiet ta’ investigazzjoni preliminari. Id-deċiżjoni kkontestata kienet immotivata, b’mod partikolari, mill-kunsiderazzjoni li l-fatti fl-oriġini ta’ din l-investigazzjoni ma kinux jikkostitwixxu reat serju, għall-kuntrarju ta’ dak li eżiġiet il-leġiżlazzjoni Spanjola applikabbli.

3.

Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar il-mod kif għandu jiġi ffissat il-livell ta’ gravità ta’ reati li minnu jista’ jiġi ġġustifikat, fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq, il-ksur tad-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom aċċess għal data personali li tkun miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

4.

Wara li nkun stabbilixxejt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba għal deċiżjoni preliminari u li din tal-aħħar hija ammissibbli, biħsiebni nuri li l-aċċess għal data personali f’ċirkustanzi bħal dawk fil-każ ineżami jwasslu għal indħil fid-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq li ma jikkorrispondix għall-ipoteżi fejn il-ġlieda kontra r-reati serji biss tista’ tiġġustifika l-ksur tal-imsemmija drittijiet, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq.

5.

Peress li nqis li, fir-rigward tas-suġġett partikolari tal-kawża prinċipali, ma huwiex ser ikun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari fil-formulazzjoni inizjali tagħhom, huwa biss b’mod sussidjarju li ser nipprovdi indikazzjonijiet dwar il-kriterji li jippermettu, eventwalment, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “reati serji” fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterju tal-piena mġarrba.

II. Il-kuntest ġuridiku

A.   Id-dritt tal-Unjoni

6.

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( 5 ), kif ġiet emendata bid-Direttiva 2009/136/KE ( 6 ) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2002/58”) fil-preambolu tagħha tistabbilixxi li:

“(2)

Din id-Direttiva tfittex li tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-[Karta]. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8 [tagħha].

[…]

(11)

Bħad-Direttiva 95/46/KE [ ( 7 )], din id-Direttiva ma tittrattax kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali relatati ma’ l-attivitajiet li mhumiex regolati mil-liġi Komunitarja. Għaldaqstant ma tbiddilx il-bilanċ eżistenti bejn id-dritt ta’ l-individwu għall-privatezza u l-possibbiltà għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva, neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, difiża, sigurta ta’ l-Istat (li tinkludi il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-attivitajiet huma ta’ materja ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-infurzar tal-liġi kriminali. Konsegwenetement, din id-Direttiva ma taffetwax l-abbiltà ta’ l-Istati Membri li jwettqu l-interċezzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika, jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet u skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali [iktar ’il quddiem il-“KEDB”], hekk kif interpretati mid-deċi\jonijiet [mid-deċiżjonijiet] tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem [iktar ’il quddiem il-“Qorti EDB”]. Dawn il-miżuri għandhom jkunu xierqa, strettament proporzjonali għall-iskop maħsub kif ukoll neċessarji fi ħdan soċjetà demokratika u għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji adegwati skond il-[KEDB] [ ( 8 )].”

7.

Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/58, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni u mira”:

“1.   Din id-Direttiva tipprevedi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika […].

[…]

3.   Din id-Direttiva ma tgħoddx għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bħal dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u f’ kull każ għal attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurta ta’ l-Istat (inkluż il-benessere ekonomiku ta’ l-Istat meta l-attivitajiet jirrigwardaw affarjiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat f’oqsma tal-liġi kriminali.”

8.

L-Artikolu 2 tagħha, intitolat “Definizzjonijiet”, huwa fformulat kif ġej:

“Ħlief kif provdut mod ieħor, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet fid-Direttiva [95/46] u fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) [ ( 9 )].

Għandhom jgħoddu wkoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘utent’ tfisser kull persuna naturali li tuża servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, għal skopijiet privati jew ta’ negozju, mingħajr ma tkun neċessarjament abbonat għal dan is-servizz;

(b)

Data dwar it-traffiku’ tfisser data pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq network ta’ komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha;

(c)

‘data dwar is-sit [il-lokalizzazzjoni]’ tfisser data pproċessata f’network ta’ komunikazzjoni elettronika jew minn servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, li tindika il-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta’ utent ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;

(d)

‘komunikazzjoni’ tfisser informazzjoni skambjata jew mibgħuta bejn numru finit ta’ partijiet permezz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament. Dan ma jinkludix informazzjoni mibgħuta bħala parti minn servizz ta’ xandir lill-pubbliku fuq network ta’ komunikazzjoni elettronika, ħlief sa fejn l-informazzjoni tista’ tkun relatata ma’ l-abbonat jew utent identifikabbli li jirċievi l-informazzjoni;

[…]”

9.

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58 intitolat “Applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijet tad-Direttiva [95/46]”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li “[l]-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislativi biex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8(1), (2), (3) u (4), u l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f’soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà ta’ l-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ użu mhux awtorizzat tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva [95/46]. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jadottaw miżuri leġislativi li jipprovdu għaż-żamma ta’ l-informazzjoni għal perjodu limitat iġġustifikat għarr-raġunijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu. Il-miżuri kollha msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

B.   Id-dritt Spanjol

1. Il-Liġi 25/2007

10.

Il-Ley 25/2007 de conservación de datos relativos a las comunicaciones electrónicas y a la redes públicas de comunicaciones (il-Liġi 25/2007 dwar iż-Żamma ta’ Data Relatata mal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u man-Netwerks Pubbliċi tal-Komunikazzjonijiet), tat‑18 ta’ Ottubru 2007 ( 10 ) (iktar ’il quddiem il-“Liġi 25/2007”), ittrasponiet fid-dritt Spanjol id-Direttiva 2006/24 ( 11 ), li kienet ġiet iddikjarata invalida mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Digital Rights.

11.

Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi 25/2007, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali:

“1.   Din il-liġi għandha l-għan li tirregola l-obbligu tal-operaturi li jżommu d-data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-obbligu li jikkomunikaw din id-data lill-aġenti awtorizzati kull darba li din tintalbilhom permezz tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja neċessarja, għall-finijiet ta’ skoperta, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati serji previsti fil-Kodiċi Kriminali jew fil-liġijiet kriminali speċjali.

2.   Din il-liġi għandha tapplika għal data dwar it-traffiku u għal data dwar il-lokalizzazzjoni li tikkonċerna kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll dawk ġuridiċi, u għad-data relatata meħtieġa sabiex jiġi identifikat l-abbonat jew l-utent irreġistrat.

[…]”

12.

L-Artikolu 3 tal-imsemmija liġi jelenka d-data li l-operaturi huma marbuta li jżommu. Din tirrigwarda b’mod partikolari, skont il-paragrafu (1)(a)(1)(ii) ta’ dan l-artikolu, id-data meħtieġa sabiex jiġi ttraċċat u identifikat is-sors ta’ komunikazzjoni, bħal, fir-rigward tat-telefonija mobbli, l-isem u l-indirizz tal-abbonat jew tal-utent irreġistrat.

2. Il-Kodiċi Kriminali

13.

Skont l-Artikolu 13(1) tal-Kodiċi Kriminali Spanjol fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, “[i]r-reati serji huma dawk li l-liġi tissanzjona b’piena serja”.

14.

L-Artikolu 33 tal-imsemmi kodiċi huwa fformulat kif ġej:

“1.   Skont in-natura tagħhom u t-tul taż-żmien tagħhom, il-pieni jiġu kklassifikati bħala serji, inqas serji jew żgħar.

2.   Il-pieni serji huma:

a)

Il-priġunerija għall-għomor li tista’ tiġi riveduta.

b)

Il-priġunerija għal tul taż-żmien ta’ iktar minn ħames snin.

[…]”

3. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali

15.

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Spanjol ġie emendat bil-Ley Orgánica 13/2015 de modificación de la Ley de Enjuiciamiento Criminal para el fortalecimiento de las garantías procesales y la regulación de las medidas de investigación tecnológica (il-Liġi Organika 13/2015 dwar l-Emenda tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali bl-Għan li Jissaħħu l-Garanziji Proċedurali u l-Leġiżlazzjoni tal-Miżuri ta’ Investigazzjoni Teknoloġika), tal‑5 ta’ Ottubru 2015 ( 12 ) (iktar ’il quddiem il-“Liġi Organika 13/2015”).

16.

Din il-liġi, li daħlet fis-seħħ fis‑6 ta’ Diċembru 2015, tinkorpora, fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-qasam tal-aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet telefoniċi u telematiċi li nżammet mill-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

17.

Skont l-Artikolu 579(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fil-verżjoni tiegħu li torġina mill-imsemmija liġi, “[i]l-qorti tista’ tawtorizza l-interċettazzjoni tal-korrispondenza privata, bil-posta u telegrafika, inklużi faks, Burofax u ordnijiet postali internazzjonali, li l-persuna ssuspettata tibgħat jew tirċievi, kif ukoll il-ftuħ u l-analiżi tagħha jekk ikun hemm indizji li jippermettu li wieħed jaħseb li din tista’ tiżvela jew tivverifika fatt jew fattur rilevanti għall-kawża, meta l-investigazzjoni jkollha bħala għan wieħed mir-reati li ġejjin:

1)

Reati intenzjonati ssanzjonati b’piena massima mġarrba ta’ mill-inqas tliet snin priġunerija.

2)

Reati mwettqa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni kriminali.

3)

Reati ta’ terroriżmu.”

18.

L-Artikolu 588 ter j ta’ dan l-istess kodiċi, intitolat “Data disponibbli fl-arkivji awtomatizzati tal-fornituri ta’ servizzi” jistabbilixxi li:

“1.   Id-data elettronika miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi jew mill-persuni li jipprovdu l-komunikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar iż-żamma ta’ data relatata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew fuq inizjattiva proprja tagħhom għal raġunijiet kummerċjali jew oħrajn, u li tkun marbuta ma’ proċessi ta’ komunikazzjoni, tista’ tiġi kkomunikata sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura biss b’awtorizzazzjoni ġudizzjarja.

2.   Meta l-għarfien ta’ din id-data jintwera li jkun indispensabbli għall-investigazzjoni, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni għandha tintalab tawtorizza l-aċċess għall-informazzjoni li tkun tinsab fl-arkivji awtomatizzati tal-fornituri ta’ servizzi, b’mod partikolari għal tfittxija trażversali jew intelliġenti ta’ data, meta jiġu ppreċiżati n-natura tad-data li jkun neċessarju l-għarfien tagħha u r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-komunikazzjoni tagħha.”

III. Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

19.

Hernández Sierra ppreżenta lment quddiem il-pulizija għas-serq aggravat bil-vjolenza tal-portafoll tiegħu u tat-telefon ċellulari tiegħu, li allegatament seħħ fis‑16 ta’ Frar 2015 u li matulu huwa korra b’mod serju.

20.

Permezz ta’ rikors tas‑27 ta’ Frar 2015, il-pulizija ġudizzjarja ressqet, quddiem il-Juzgado de Instrucción no 3 de Tarragona (il-Qorti Istruttorja Nru 3 ta’ Tarragona, Spanja, iktar ’il quddiem il-“Qorti Istruttorja”), talba intiża sabiex operaturi differenti tat-telefonija jiġu ordnati jikkomunikaw, minn naħa, in-numri tat-telefon li kienu ġew attivati, bejn is‑16 ta’ Frar u s‑27 ta’ Frar 2015, bil-kodiċi IMEI ( 13 ) tat-telefon ċellulari misruq u, min-naħa l-oħra, id-data personali tal-proprjetarji jew l-utenti tan-numri kollha tat-telefon li jikkorrispondu għall-kards tas-SIM attivati bl-imsemmija kodiċi IMEI ( 14 ).

21.

Permezz ta’ digriet tal‑5 ta’ Mejju 2015, il-Qorti Istruttorja ċaħdet din it-talba, minħabba li l-miżura rikjesta ftit li xejn kienet utli sabiex jiġu identifikati l-awturi tar-reat u li, fi kwalunkwe każ, il-Liġi 25/2007 kienet tillimita l-komunikazzjoni tad-data miżmuma mill-operaturi tat-telefonija għar-reati serji – jiġifieri, skont il-Kodiċi Kriminali Spanjol ( 15 ), dawk issanzjonati minn piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn ħames snin –, filwaqt li l-fatti inkwistjoni ma jikkostitwixxux reat serju.

22.

Il-Ministerio Fiscal (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Spanjol), l-unika parti fil-proċedura, appella minn dan id-digriet quddiem l-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona, Spanja), fejn sostna li l-komunikazzjoni tad-data inkwistjoni kellha tiġi awtorizzata minħabba n-natura tal-fatti u d-deċiżjoni tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) li tirrigwarda każ simili ( 16 ).

23.

Permezz ta’ digriet tad‑9 ta’ Frar 2016, l-imsemmija qorti tal-appell ordnat, bħala miżura provviżorja indirizzata lill-operaturi tat-telefonija, l-estensjoni taż-żamma tad-data kkonċernata mit-talba kontenzjuża.

24.

Id-deċiżjoni tar-rinviju li toriġina minn din il-qorti turi li, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-leġiżlatur Spanjol introduċa, bis-saħħa tal-Liġi Organika 13/2015 ( 17 ), żewġ kriterji alternattivi sabiex jiġi ddeterminat il-grad ta’ gravità ta’ reat. L-ewwel wieħed huwa kriterju sostantiv, marbut ma’ aġir li jikkorrispondi ma’ klassifikazzjonijiet kriminali fejn in-natura kriminali hija speċifika u serja, u li jippreġudika partikolarment l-interessi legali individwali u kollettivi ( 18 ). It-tieni wieħed huwa kriterju normattiv formali, ibbażat esklużivament fuq il-piena prevista għar-reat inkwistjoni. Madankollu, il-limitu ta’ tliet snin priġunerija li jipprevedi dan tal-aħħar jista’ jinkludi l-maġġoranza l-kbira tal-klassifikazzjonijiet kriminali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-interess li għandu l-Istat sabiex jipproteġi liċ-ċittadini u jrażżan l-aġir li jikkostitwixxi reat ma jistax jilleġittima ksur sproporzjonat tad-drittijiet fundamentali tal-persuni.

25.

F’dan il-kuntest, permezz ta’ deċiżjoni tas‑6 ta’ April 2016, li waslet lill-Qorti tal-Ġustizzja fl‑14 ta’ April 2016, l-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja id-domandi preliminari segwenti:

“1)

Il-gravità suffiċjenti tar-reati inkwantu kriterju li jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tista’ tiġi identifikata unikament billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-piena li tista’ tiġi imposta fuq ir-reat li jkun qed jiġi investigat jew huwa neċessarju, minbarra dan, li jiġu identifikati fl-aġir li jikkostitwixxi reat livelli partikolari ta’ dannu għal interessi legali individwali jew kollettivi?

2)

Skont il-każ, jekk kienx [kien] konformi mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha [Digital Rights] inkwantu regoli ta’ stħarriġ strett tad-direttiva [iddikjarata invalida minn din is-sentenza], l-istabbiliment tal-gravità tar-reat unikament skont il-piena li tista’ tiġi imposta, x’għandu jkun dan il-livell minimu [ta’ din il-piena]? Ikun kompatibbli ma dispożizzjoni ġenerali ta’ limitu ta’ tliet snin priġunerija?”

26.

Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet sospiża, permezz ta’ deċiżjoni tal-President tat‑23 ta’ Mejju 2016, fl-istennija tad-deċiżjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda Tele2 Sverige u Watson et, C‑203/15 u C‑698/15.

27.

Wara li ġiet mistoqsija mill-Qorti tal-Ġustizzja wara d-deċiżjoni ta’ din is-sentenza, datata 21 ta’ Diċembru 2016 ( 19 ), il-qorti tar-rinviju indikat li kienet biħsiebha żżomm it-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari. Hija affermat li d-domandi preliminari li hija kienet għamlet kienu għadhom rilevanti, sa fejn l-imsemmija sentenza kienet tagħti ċertament xi eżempji ta’ reati serji ( 20 ), iżda ma kinitx tiddefinixxi b’ċarezza suffiċjenti l-kontenut materjali tal-kunċett ta’ gravità tar-reat li jista’ jservi ta’ kriterju ta’ evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ miżura ta’ ndħil. Dan il-kunċett joħloq ir-riskju li l-kundizzjonijiet għaż-żamma tad-data u tal-aċċess għaliha jiġu ffissati, fil-livell nazzjonali, b’mod wiesa’ ħafna, li ma jirrispettax id-drittijiet fundamentali intiżi mis-sentenza Tele2. Għalhekk, mal-adozzjoni tal-Liġi Organika 13/2015, il-leġiżlatur Spanjol, minkejja l-kriterji stabbiliti fis-sentenza Digital Rights ( 21 ), naqqas b’mod sostanzjali, fil-konfront tar-regoli preċedenti li joħorġu mil-Liġi 25/2007, il-livell ta’ gravità tar-reati li fir-rigward tagħhom jiġu awtorizzati ż-żamma u l-komunikazzjoni ta’ data personali.

28.

Wara din it-tweġiba, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet bdiet, fis‑16 ta’ Frar 2017. Għalhekk ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern ta’ Spanja, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Irlanda, ta’ Franza, tal-Latvja, tal-Ungerija, tal-Awstrija u tar-Renju Unit kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.

29.

Bi tħejjija għas-seduta, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub indirizzati lill-Gvern Spanjol, li wieġeb għalihom fid‑9 ta’ Jannar 2018, kif ukoll mistoqsijiet għal tweġiba orali indirizzati lill-partijiet ikkonċernati kollha msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

30.

Waqt is-seduta, li nżammet fid‑29 ta’ Jannar 2018, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Spanjol, il-Gvern ta’ Spanja, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, ta’ Franza, tal-Latvja, tal-Polonja u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom.

IV. Analiżi

A.   Osservazzjonijiet preliminari

31.

Qabel ma ngħaddi għal eżami fil-fond tal-kwistjonijiet imqajma minn din it-talba għal deċiżjoni preliminari, inqis neċessarju li nippreżenta xi osservazzjonijiet dwar l-għan speċifiku tagħha.

32.

L-ewwel nett, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju u tal-informazzjoni supplimentari prodotta mill-Gvern Spanjol, ninnota li l-kawża prinċipali tippreżenta partikolaritajiet notevoli, li jagħmluha differenti, b’mod partikolari, mill-kuntest tal-kawżi li wasslu għas-sentenzi Digital Rights u Tele2 ( 22 ).

33.

Fil-fatt, jidher li r-rikors tal-awtoritajiet tal-pulizija inkwistjoni hawnhekk huwa intiż li jikseb biss data li tippermetti li jiġu identifikati l-proprjetarji jew l-utenti ta’ numri tat-telefon li huma marbuta mal-kards tas-SIM li ddaħħlu fit-telefon ċellulari misruq ( 23 ). Barra minn hekk, huwa stabbilit li din it-talba tirrigwarda perijodu ddefinit b’mod ċar u ristrett fiż-żmien, jiġifieri tnax‑il ġurnata ( 24 ).

34.

F’tali ċirkustanzi, in-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu kkonċernati mill-miżura kontenzjuża ma huwiex illimitat, iżda ristrett. Barra minn hekk, dawn il-persuni ma humiex kwalunkwe detentur ta’ kard tas-SIM, iżda individwi li għandhom profil iddefinit sew, peress li dan jirrigwarda lil dawk li jagħmlu użu mit-telefon misruq wara s-serq tiegħu, li saħansitra għadu fil-pussess tagħhom, u li jistgħu għalhekk jiġu ssuspettati b’mod leġittimu kemm li kienu huma stess l-awturi tad-delitt, jew li jkollhom konnessjoni ma’ dawn tal-aħħar.

35.

Iktar minn hekk, id-data li għaliha jsir riferiment ma tikkorrispondix għal kull tip ta’ “data personali” ( 25 ) miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda biss għal dik relatata mal-identità ċivili tal-individwi msemmija iktar ’il fuq, jiġifieri isimhom, kunjomhom u, possibbilment, l-indirizz tagħhom ( 26 ), data li tista’ tissejjaħ “ta’ kuntatt”. L-informazzjoni l-oħra li tikkonċerna lil dawn l-individwi li tista’ tinsab fl-arkivji tal-imsemmija fornituri ( 27 ) hija, fil-fehma tiegħi, eskluża mill-proċedura fil-kawża prinċipali.

36.

Barra minn hekk, l-għan segwit hawnhekk huwa, fil-fehma tiegħi, li jinġabar tagħrif li la huwa relatat ma’ lokalizzazzjoni u lanqas ma’ komunikazzjonijiet bħala tali ( 28 ), iżda ma’ persuni fiżiċi li huma mfittxija talli setgħu użaw servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ telefon misruq, minkejja li dawn il-persuni ma jkunux għamlu telefonata konkreta. Fil-fatt, mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Spanjol jirriżulta li d-data personali mitluba, li hija misluta mill-assoċjazzjoni bejn kard tas-SIM iddeterminat u n-numru IMEI tal-apparat misruq, tista’ teknikament tinkiseb permezz ta’ sempliċi konnessjoni ma’ dan tal-aħħar b’terminal tat-telefonija mobbli, minkejja li ma tkun saret l-ebda telefonata mid-detentur tal-kard permezz tat-telefon ikkonċernat, u b’hekk indipendentement minn kwalunkwe komunikazzjoni effettiva ( 29 ). Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din l-istqarrija mil-lat fattwali, li madankollu jidhirli hija suffiċjentement plawżibbli sabiex ikun raġonevoli li din titqies bħala veraċi.

37.

Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, nenfasizza qabel kollox li l-kawża prinċipali tikkonċerna data personali li t-trażmissjoni tagħha ma ntalbitx b’mod ġeneralizzat u indifferenzjat, iżda b’mod immirat fir-rigward tal-persuni u limitat fir-rigward tat-tul taż-żmien. Barra minn hekk, id-data mitluba mal-ewwel daqqa ta’ għajn tidher li ma hijiex ta’ natura partikolarment sensittiva, minkejja li d-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta jistgħu madankollu jiġu affettwati mill-aċċess għal data ta’ din it-tip ( 30 ).

38.

It-tieni nett, ninnota li mir-raġunijiet tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-domandi preliminari magħmula f’din il-kawża għandhom il-karatteristika li ma jirrigwardawx il-kundizzjonijiet għaż-żamma tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda pjuttost il-modalitajiet tal-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għal tali data li nżammet mill-fornituri ta’ servizzi li joperaw f’dan is-settur ( 31 ).

39.

Il-qorti tar-rinviju tindika b’mod partikolari li, bis-saħħa tal-Artikolu 588 ter j tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, awtorizzazzjoni ġudizzjarja hija meħtieġa sabiex id-data elettronika arkivjata mill-fornituri ta’ servizzi tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura. Il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu jippreċiża li ż-żamma ta’ tali data tista’ tkun saret minn fornituri kemm skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll fuq inizjattiva proprja tagħhom għal raġunijiet kummerċjali jew oħrajn.

40.

F’dan il-każ, jidher li d-data personali li l-awtoritajiet tal-pulizija jitolbu li jkollhom aċċess għaliha, għall-finijiet ta’ investigazzjoni, setgħet tiġi arkivjata mill-operaturi tat-telefonija mobbli fl-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta mil-liġi Spanjola ( 32 ). Il-qorti tar-rinviju ma tagħtix indikazzjonijiet dwar dan is-suġġett, filwaqt li jitfakkar li t-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari hija ffokata fuq l-aċċess possibbli għal data li diġà nżammet u bl-għarfien li l-konformità tal-ħżin ta’ data mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni ma titqegħidx f’dubju fil-kawża prinċipali ( 33 ). Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi wieħed għandu jibbaża fuq il-premessa li d-data inkwistjoni fil-kawża prinċipali nżammet konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, u dan għandu jkun ivverifikat mill-qorti tar-rinviju biss ( 34 ).

41.

Jien ser nerġa’ lura, fl-iżviluppi segwenti, għall-implikazzjonijiet legali tal-konstatazzjonijiet imqajma hawnhekk b’mod preliminari ( 35 ).

B.   Fuq l-eċċezzjonijiet tal-proċedura mqajma mill-Gvern Spanjol

42.

Il-Gvern Spanjol qajjem żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet ta’ proċedura, waħda relatata mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-oħra relatata mal-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha tiddeċiedi qabel ma tiddeċiedi dwar il-mertu, jekk ikun il-każ.

1. Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni

43.

Qabel kollox, infakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, ikunu applikabbli biss jekk is-sitwazzjoni inkwistjoni tkun irregolata mid-dritt tal-Unjoni ( 36 ). Barra minn hekk, l-Artikolu 51(1) tal-Karta jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għall-Istati Membri esklużivament “meta dawn ikunu qegħdin jimplementaw id-dritt tal-Unjoni”, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata ma’ dan il-kunċett ( 37 ). Għaldaqstant, meta sitwazzjoni legali ma tkunx koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwarha, u d-dispożizzjonijiet tal-Karta eventwalment invokati ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu dik il-ġurisdizzjoni ( 38 ).

44.

F’dan il-każ, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jsemmu biss l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta kif ukoll il-“prinċipji fundamentali tal-Unjoni applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha [Digital Rights]”. Madankollu, din il-qorti tqis li d-direttivi applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, bħad-Direttiva 95/46 u d-Direttiva 2002/58, jistabbilixxu r-rabta meħtieġa, bis-saħħa tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, bejn il-kawża prinċipali u d-dritt tal-Unjoni.

45.

F’dan ir-rigward, nosserva, fl-ewwel lok, li l-Gvern Spanjol isostni, prinċipalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni meħtieġa sabiex tiddeċiedi dwar dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, minħabba li dan tal-aħħar ma jikkonċernax l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Huwa jafferma, b’mod partikolari, li l-kawża prinċipali hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, peress li din tikkonċerna aċċess mill-pulizija għal data suġġetta għal deċiżjoni ġudizzjarja fil-kuntest ta’ investigazzjoni, u dan jikkostitwixxi attività tal-Istat f’materji kriminali ( 39 ) u jaqa’ għalhekk taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58, kif ukoll taħt l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 ( 40 ). Waqt is-seduta, il-Gvern tar-Renju Unit indika li huwa kien jaqbel ma’ din il-perspettiva tal-Gvern Spanjol.

46.

Madankollu, inqis li d-Direttiva 2002/58 hija applikabbli fir-rigward tal-miżuri nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza Tele2, li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali relatati maż-żamma ta’ data għall-finijiet ta’ ġlieda kontra l-kriminalità huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, mhux biss sa fejn dawn jiddefinixxu l-obbligi imposti f’dan ir-rigward fuq il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda wkoll sa fejn dawn jirregolaw l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma f’dan il-kuntest ( 41 ). Bħall-Kummissjoni, jien tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet stabbiliti f’din is-sentenza jistgħu jiġu ttrasposti għar-regoli nazzjonali applikabbli f’dan il-każ, jiġifieri dawk li ġejjin mil-Liġi 25/2007 moqrija flimkien mal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Spanjol kif emendat bil-Liġi Organika 13/2015 ( 42 ), u għalhekk jistgħu jiġu ttrasposti għas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali.

47.

Inżid li għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, id-data personali pproċessata direttament fil-kuntest ta’ attivitajiet – ta’ natura tas-sovranità ( 43 ) – tal-Istat f’qasam li jaqa’ taħt id-dritt kriminali ( 44 ) u, min-naħa l-oħra, dik ipproċessata fil-kuntest ta’ attivitajiet – ta’ natura kummerċjali – ta’ fornitur ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li sussegwentement jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ( 45 ). Barra minn hekk, nosserva li l-Qorti tal-Ġustizzija ġiet adita reċentement b’talba għal deċiżjoni preliminari li tirrigwarda, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58 fil-kuntest ta’ użu, mis-servizzi ta’ sigurtà u ta’ ġbir ta’ informazzjoni ta’ Stat Membru, ta’ data li għandha tiġi trażmessa fl-intier tagħha minn tali fornituri ( 46 ), liema problema, fl-opinjoni tiegħi, ma huwiex ser ikun hemm il-bżonn li tiġi indirizzata f’din il-kawża ( 47 ).

48.

Fit-tieni lok, nosserva li saru mistoqsijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58, li minnu tiddependi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, fir-rigward tat-tip ta’ data inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

49.

Bħalma indikajt diġà ( 48 ), mill-elementi prodotti fil-proċess jirriżulta li t-talba għal aċċess kontenzjuża hija intiża sabiex tinkiseb informazzjoni dwar l-identità tal-proprjetarji jew tal-utenti tan-numri tat-telefon li jikkorrispondu għall-kards tas-SIM li ġew attivati permezz tat-telefon mobbli misruq, sabiex jinstabu l-persuni li kellhom dan l-apparat, u mhux tagħrif dwar it-telefonati li eventwalment saru minnu.

50.

Fi kliem ieħor, minkejja li firxa iktar wiesgħa ta’ data personali setgħet potenzjalment tiġi kkonċernata fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Spanjola ( 49 ), din it-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda data li hija relatata biss mal-identità ta’ “utenti” fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58, u mhux ma’ kwalunkwe “sit [lokalizzazzjoni]” ( 50 ), fis-sens tal-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-imsemmi Artikolu 2, jew ma’ “komunikazzjonijiet” bħala tali, fis-sens tal-punt (d) tat-tieni paragrafu ta’ dan l-istess Artikolu 2 ( 51 ).

51.

Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur Spanjol, il-Gvern ta’ Spanja, tad-Danimarka, tal-Irlanda, tal-Latvja u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni, informazzjoni bħal dik inkwistjoni hawnhekk, sa fejn tittieħed inkunsiderazzjoni weħidha, jiġifieri indipendentement minn komunikazzjonijiet magħmula jekk ikun il-każ, bħala prinċipju, lanqas ma għandha tkun koperta mill-kunċett ta’ “data dwar it-traffiku”, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-imsemmi Artikolu 2, li jiddefinixxi din tal-aħħar bħala “data pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq network ta’ komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha” ( 52 ).

52.

Ċertament, jidher li d-data ta’ identifikazzjoni mitluba hawnhekk mill-awtoritajiet tal-pulizija ma tirrigwardax it-“traffiku” tal-komunikazzjonijiet infushom, sa fejn jidher li din id-data tista’ tinkiseb minkejja assenza totali possibbli ta’ telefonati magħmula bl-apparat misruq, u għalhekk minkejja li ma ntbagħtet l-ebda komunikazzjoni interpersonali minn operatur tat-telefonija mobbli, matul il-perijodu mmirat ( 53 ).

53.

Madankollu, inqis li tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58, peress li l-ipproċessar tal-informazzjoni assoċjata mal-kards tas-SIM u mal-proprjetarji tagħhom, intiża f’dan il-każ, hija neċessarja, minn perspettiva kummerċjali, għall-provvista tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ( 54 ), mill-inqas għall-finijiet ta’ fatturazzjoni tas-servizz li huwa pprovdut ( 55 ) irrispettivament mit-telefonati magħmula jew le fil-kuntest ta’ din il-provvista.

54.

Fil-fatt, fir-rigward tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/58 ( 56 ), jien naqbel mal-opinjoni mogħtija, b’mod partikolari, mill-Kummissjoni, li tgħid li din id-direttiva għandha l-għan li tirregola, b’mod globali, l-ipproċessar tad-data personali mwettaq fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’tali mod li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jinkludi d-data relatata mal-identità tal-utenti ta’ tali servizzi, bħal dik inkwistjoni hawnhekk, u mhux biss dawk relatati ma’ komunikazzjoni preċiża. Fid-dawl ukoll tal-għanijiet ta’ protezzjoni msemmija fl-imsemmija direttiva, li jikkonsistu prinċipalment fis-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta ( 57 ), inqis għalhekk li l-kunċett ta’ “komunikazzjoni”, fis-sens ta’ dan l-istrument, għandu jinftiehem fl-aċċettazzjoni wiesgħa tiegħu u li l-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet previst minn dan l-istrument ( 58 ) japplika tassew f’dan il-każ.

55.

Jien ukoll tal-fehma li din l-interpretazzjoni hija sostnuta minn sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn hija diġà aċċettat li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58 kien ikopri tilwima dwar it-trażmissjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi tal-utenti ta’ servizz tal-komunikazzjoni elettronika ( 59 ). Inżid li l-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva, li huwa relatat mad-direttorji tal-abbonati, huwa intiż, fil-fehma tiegħi, ċertament għad-data ta’ din in-natura ( 60 ) u li l-premessa 15 tagħha tirrifletti wkoll idea flessibbli tal-kunċett ta’ “komunikazzjoni”, li jinkludi b’mod partikolari “l-indirizz provdut mill-mittent tal-komunikazzjoni” ( 61 ).

56.

Barra minn hekk, tali approċċ huwa koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB f’dan il-qasam ( 62 ), filwaqt li għandu jitfakkar li l-preambolu tad-Direttiva 2002/58 jenfasizza li din għandha l-għan li tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-dritt tal-utenti għal ħajja privata f’konformità mal-KEDB kif interpretata mill-imsemmija qorti ( 63 ), minkejja li dan l-aħħar strument ma ġiex integrat formalment fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni ( 64 ).

57.

Konsegwentement, inqis li tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2002/58 u li l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni mqajma mill-Gvern Spanjol għandha għalhekk tiġi miċħuda.

58.

Għall-finijiet ta’ eżawrjenza, nippreċiża madankollu li, fl-ipoteżi fejn id-Direttiva 2002/58 ma tiġix irrikonoxxuta bħala applikabbli f’tali xenarju, id-Direttiva 95/46, imsemmija kemm mill-qorti tar-rinviju kif ukoll mill-Gvern Spanjol, ma tistax tkun il-bażi tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi f’din il-kawża.

59.

Fil-fatt, bħalma indikat il-Kummissjoni, id-Direttiva 95/46 tikkostitwixxi, ċertament, l-istrument ta’ portata ġenerali fil-qasam tal-ipproċessar ta’ data personali ( 65 ), iżda d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, fil-fehma tiegħi, ma jkunux rilevanti jekk dawn jiġu eżaminati minn din il-perspettiva biss, peress li dawn għandhom l-għan li jiġi ddeterminat il-livell li minnu reati jistgħu jiġu kklassifikati bħala “serji” fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2, li ma kinux jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva ( 66 ).

2. Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari

60.

Il-Gvern Spanjol jafferma sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula, li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata bħala inammissibbli, u dan għal żewġ raġunijiet.

61.

Fl-ewwel lok, dan il-gvern jallega li l-qorti tar-rinviju ma tidentifikax b’mod ċar il-kuntest normattiv tal-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwaru.

62.

F’dan ir-rigward, infakkar il-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domandi preliminari, li jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, biss jekk ikun jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni mitluba ma jkollha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha ( 67 ).

63.

Madankollu, inqis li, f’dan il-każ, l-ilment ippreżentat mill-Gvern Spanjol ma huwiex fondat. Fil-fatt, fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, inqis li hija pproċediet għal identifikazzjoni suffiċjenti tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li fil-fehma tagħha huma rilevanti. Infakkar, minn naħa, li d-domandi magħmula huma intiżi b’mod partikolari għall-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, min-naħa l-oħra, li din il-qorti tispjega li d-Direttivi 95/46 u 2002/58 jikkostitwixxu rabta li hija neċessarja bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kawża prinċipali u d-dritt tal-Unjoni ( 68 ) u, fl-aħħar nett, li d-Direttiva 2002/58 għandha l-għan, bħalma tistabbilixxi l-premessa 2 tagħha, li tiggarantixxi, b’mod partikolari, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 69 ).

64.

Inżid li huwa irrilevanti li wieħed mill-elementi tal-leġiżlazzjoni Spanjola msemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju, jiġifieri l-Liġi 25/2007, kellha l-għan li tittrasponi d-Direttiva 2006/24, li kienet tħassret wara l-invalidazzjoni tagħha mis-sentenza Digital Rights ( 70 ). Bħalma tindika ġustament il-qorti tar-rinviju, ikun ineżatt li jitqies li d-domandi preliminari magħmula hawnhekk lill-Qorti tal-Ġustizzja jitqiesu bħala mhux rilevanti minħabba l-imsemmija invalidazzjoni. F’dan ir-rigward, ikun biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-qasam ikkonċernat minn dawn id-domandi, jiġifieri l-protezzjoni tad-data personali, jaqa’ taħt il-qasam tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u li t-tilwima fil-kawża prinċipali hija koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva 2002/58 ( 71 ), li d-Direttiva 2006/24 invalida kellha l-għan li temenda.

65.

Barra minn hekk, jista’ jiġi osservat li l-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jitilqu, fil-maġġoranza tagħhom, mill-prinċipju li din it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll fuq il-bażi tat-tagħrif li jirriżulta mis-sentenzi Digital Rights u Tele2. Dan hija wkoll il-fehma tiegħi, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-espressjoni “reati kriminali”, u mhux “reati serji”, tinsab fid-Direttiva 2002/58, fl-imsemmi Artikolu 15(1) biss ( 72 ).

66.

Fit-tieni lok, il-Gvern Spanjol isostni li l-Artikolu 7 tal-Karta, li jikkostitwixxi l-element ċentrali ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, ma huwiex rilevanti, minħabba li l-miżura ta’ investigazzjoni mitluba fil-kawża prinċipali ma kinitx intiża għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet u għalhekk ma tistax taffettwa l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, b’tali mod li d-domandi magħmula huma ipotetiċi.

67.

Min-naħa tiegħi, inqis li l-Artikolu 7 tal-Karta huwa rilevanti f’din il-kawża u li t-talba għal deċiżjoni preliminari, barra minn hekk, ma għandhiex natura ipotetika. Għalkemm huwa veru li, f’dan il-każ, ma jeżisti l-ebda riskju ta’ ksur tad-dritt għas-sigriet tal-komunikazzjonijiet, fir-rigward tas-suġġett tal-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali ( 73 ), xorta waħda jibqa’ l-fatt li miżura ta’ dan it-tip tista’ tikser id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata li huwa ggarantit mill-imsemmija dispożizzjoni, minkejja li dan il-ksur fil-fehma tiegħi għandu portata dgħajfa ( 74 ).

68.

Fil-fatt, bħalma ddeċidiet diġà b’mod kostanti l-Qorti tal-Ġustizzja, il-komunikazzjoni ta’ data personali lil terz, bħal awtorità pubblika, tikkostitwixxi ndħil fid-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, irrispettivament mill-użu ulterjuri tal-informazzjoni kkomunikata. L-istess japplika għaż-żamma tad-data personali, b’mod partikolari mill-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll għall-aċċess għall-imsemmija data bl-għan tal-użu tagħha mill-awtoritajiet pubbliċi ( 75 ).

69.

Għaldaqstant, jien tal-fehma li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Gvern Spanjol għandha tiġi miċħuda u għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba għal deċiżjoni preliminari.

C.   Fuq l-elementi meħtieġa sabiex tkun tista’ tiġi kkaratterizzata l-gravità suffiċjenti ta’ reat li jiġġustifika ndħil fid-drittijiet fundamentali msemmija (l-ewwel domanda)

70.

Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit li r-reati kriminali huma ta’ gravità suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat li jinkisru d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, fil-kuntest taż-żamma ta’ data personali u tal-aċċess għaliha, konformement mal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenza Digital Rights, segwita mis-sentenza Tele2.

71.

F’dan ir-rigward, infakkar li l-kunċett ta’ “reati serji” intuża mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Digital Rights ( 76 ), xi drabi flimkien mal-kunċett ta’ “kriminalità gravi” ( 77 ), bħala kriterju ta’ verifika tal-iskop u tal-proporzjonalità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq li kienu wasslu għalih id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mad-data personali, jiġifieri dawk tad-Direttiva 2006/24. Nippreċiża li dan il-kunċett, li ma jinsabx fid-Direttiva 2002/58 ( 78 ), kien intuża fid-Direttiva 2006/24 ( 79 ), li l-invalidità tagħha kienet is-suġġett tal-imsemmija sentenza. Il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement għamlet użu minn dawn iż-żewġ kunċetti fis-sentenza Tele2 ( 80 ), bħala l-istess kriterju ta’ evalwazzjoni, iżda li jikkonċerna din id-darba l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ( 81 ) ta’ dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri.

72.

B’mod iktar preċiż, l-ewwel domanda preliminari tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tgħid jekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ “reat serju” li jista’ jiġġustifika ndħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta eżerċitat fir-rigward ta’ data personali, għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-piena mġarrba għar-reat kontenzjuż jew anki, barra minn hekk, in-natura partikolari ta’ dannu tal-aġir li jikkostitwixxi reat fir-rigward tal-interessi ġuridiċi individwali jew kollettivi inkwistjoni.

73.

Madankollu, bħall-Kummissjoni, inqis li, qabel ma tieħu deċiżjoni dwar din il-kwistjoni, għandu jiġi eżaminat jekk l-indħil inkwistjoni f’tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali jippreżentax grad ta’ gravità biżżejjed għoli sabiex ikun meħtieġ, bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, li dan l-indħil ikun iġġustifikat mill-ġlieda kontra reat ta’ natura serja sabiex ikun jista’ jiġi aċċettat. Fil-fatt, jidhirli li għalkemm dan ma huwiex il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tipproċedi għal interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, mhux billi tintrabat b’dik mitluba mill-qorti tar-rinviju, iżda wara li tkun ifformulat mill-ġdid l-ewwel domanda magħmula ( 82 ) skont kemm ikun meħtieġ fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ( 83 ).

1. Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-assenza ta’ gravità tal-indħil kontenzjuż

74.

Qabel kollox, hemm lok li jiġi stabbilit li operazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u għalhekk jikkostitwixxu ndħil f’dawn id-drittijiet, fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2.

75.

Ċertament, bħalma semmew il-Gvernijiet ta’ Spanja u d-Danimarka fis-sottomissjonijiet orali ( 84 ) u bħalma jien indikajt diġà ( 85 ), id-data li l-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjoni preliminari inkwistjoni jixtiequ li jkollhom aċċess għaliha jidher li għandha natura inqas sensittiva minn ċerti kategoriji oħra ta’ data personali ( 86 ), billi huwa magħruf li t-talba inkwistjoni tidher li tirrigwarda biss l-isem, il-kunjom u, possibbilment, l-indirizz tal-individwi fil-mira ta’ din l-investigazzjoni, bħala utenti tan-numri tat-telefon attivati mit-telefon ċellulari misruq li huwa s-suġġett tagħha.

76.

Madankollu, inqis li sabiex jiġi ddeterminat jekk id-data personali għandhiex tiġi koperta mill-protezzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mid-Direttiva 2002/58 ( 87 ), ma huwiex rilevanti li jsir magħruf jekk l-informazzjoni intiża mit-talba għal żamma jew għal komunikazzjoni jkollhiex natura sensittiva partikolari jew le. Fil-fatt, bħalma ġie nnotat fil-kuntest tal-ewwel xogħol leġiżlattiv f’dan il-qasam, “skont l-iskop tal-użu tagħha, kull data relatata ma’ persuna, anki jekk apparentement mhux offensiva, jista’ jkollha natura sensittiva (pereżempju bħal sempliċi indirizz postali)” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 88 ). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għall-finijiet li tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ ndħil fid-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, “ftit jimporta li l-informazzjoni relatata mal-ħajja privata kkonċernata hijiex ta’ natura sensittiva jew le, jew li l-persuni kkonċernati jkunux batew eventwali inkonvenjenzi jew le minħabba dan l-indħil” ( 89 ).

77.

Barra minn hekk, infakkar li l-komunikazzjoni ta’ data personali lil terz, anki lil awtorità pubblika bħal servizz tal-pulizija ġudizzjarja, tikkostitwixxi ndħil fid-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta ( 90 ), inkluż jekk din l-informazzjoni tiġi ttrażmessa għall-finijiet ta’ investigazzjoni preliminari, sitwazzjoni barra minn hekk imsemmija b’mod ċar fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 ( 91 ). Inżid li operazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tikser ukoll id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta, peress li din twassal għal ipproċessar ta’ data personali ( 92 ).

78.

Għaldaqstant, inqis li hemm lok li jiġi kkonstatat li miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

79.

Madankollu, inqis li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, hemm nuqqas ta’ element essenzjali li ġie identifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżiġi, fl-istadju tal-ġustifikazzjoni ta’ tali ndħil, li jeżisti “reat serju” – kunċett li d-definizzjoni tiegħu hija mitluba mill-qorti tar-rinviju –, sabiex tkun tista’ tidderoga mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-element li ma jeżistix, fil-fehma tiegħi, f’dan il-każ, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda preliminari fil-kliem użat minn din il-qorti huwa dak tal-gravità tal-indħil kontenzjuż, fattur li, jekk kien preżenti, iwassal għall-ħtieġa ta’ ġustifikazzjoni msaħħa.

80.

F’dan ir-rigward, ninnota li, fis-sentenza Digital Rights, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza l-portata wiesgħa u n-natura partikolarment serja tal-indħil li kien prodott mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, billi tinnota b’mod partikolari li “d-Direttiva 2006/24 tkopri b’mod ġeneralizzat kull persuna u l-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll id-data kollha dwar it-traffiku mingħajr ma jsir ebda differenzjar, limitazzjoni jew eċċezzjoni skont l-għan tal-ġlieda kontra r-reati gravi” ( 93 ).

81.

B’mod simili, fis-sentenza Tele2, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li “l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 […] jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità, żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data kollha dwar it-traffiku u tad-data kollha dwar il-lokalizzazzjoni tal-abbonati u tal-utenti rreġistrati kollha fir-rigward tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni elettronika” ( 94 ). F’din is-sentenza saret ukoll rabta ta’ korrelazzjoni bejn, minn naħa, il-“gravità tal-indħil” partikolari kkonstatata hawnhekk u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġi ġġustifikat ksur ta’ tali portata, fil-konfront tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, fuq il-bażi ta’ motiv ta’ interess ġenerali kif ukoll primordjali li huwa dak tal-“ġlieda kontra l-kriminalità gravi” ( 95 ).

82.

Din ir-rabta bejn il-gravità tal-indħil ikkonstatat u l-gravità tal-motiv li jippermetti li dan jiġi ġġustifikat saret b’adegwatezza mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ( 96 ). Barra minn hekk, jidhirli li l-Qorti EDB stabbilixxiet, fil-ġurisprudenza tagħha relatata mal-Artikolu 8 tal-KEDB ( 97 ), rabta ta’ korrelazzjoni ekwivalenti għal dik li tirriżulta, fil-fehma tiegħi, mis-sentenzi Digital Rights u Tele2.

83.

Issa, bħalma semmejt iktar ’il fuq ( 98 ) u bħalma enfasizzaw b’mod iktar speċjali l-Gvern ta’ Franza u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni, in-natura tal-indħil inkwistjoni f’din it-tilwima fil-kawża prinċipali hija distinta, f’diversi modi, minn dawk li ġew previsti mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn iż-żewġ sentenzi preċedenti. L-eżami tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ miżura bħal dik ikkonċernata hawnhekk għandu, għaldaqstant, jitwettaq b’mod differenti.

84.

F’dan il-każ, dan ma jirrigwardax miżura relatata ma’ obbligu ta’ żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni ta’ kwalunkwe abbonat jew utent irreġistrat fir-rigward tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni elettronika. Dan jirrigwarda miżura mmirata li għandha l-għan ta’ possibbiltà ta’ aċċess, mill-awtoritajiet kompetenti u għall-ħtiġijiet ta’ investigazzjoni preliminari, għal data miżmuma għal finijiet kummerċjali minn fornituri ta’ servizzi u li tirrigwarda biss l-identità (kunjom, isem u possibbilment indirizz) ta’ kategorija ristretta ta’ abbonati jew utenti ta’ mezz tal-komunikazzjoni speċifiku, jiġifieri dawk li n-numru tat-telefon tagħhom kien ġie attivat mit-telefon ċellulari li s-serq tiegħu huwa s-suġġett tal-investigazzjoni, u dan għal perijodu limitat, jiġifieri għal tnax‑il ġurnata ( 99 ).

85.

Inżid li l-effetti potenzjalment ta’ ħsara, għall-persuni intiżi mit-talba għal aċċess inkwistjoni, huma kemm moderati kif ukoll irregolati. Fil-fatt, peress li għandha l-għan li tintuża fil-kuntest uniku ta’ miżura ta’ investigazzjoni, id-data mitluba ma hijiex maħsuba sabiex tiġi żvelata lill-pubbliku ġenerali ( 100 ). Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ aċċess offruta lill-awtoritajiet tal-pulizija hija kkostitwita minn garanziji proċedurali bis-saħħa tad-dritt Spanjol, peress li din tagħti lok għal stħarriġ ġudizzjarju, li barra minn hekk wassal għal ċaħda tar-rikors tal-pulizija fil-kawża prinċipali.

86.

L-indħil fid-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq li għalih twassal il-komunikazzjoni ta’ din id-data tal-identità ċivili, fil-fehma tiegħi, ma għandux natura ta’ gravità partikolari ( 101 ), peress li data ta’ tali natura u ta’ portata tant limitata ma tippermettix, weħidha, li jinkiseb tagħrif varjat u/jew preċiż dwar il-persuni kkonċernati ( 102 ) u għalhekk ma taffettwax direttament u bil-kbir l-intimità tal-ħajja privata tagħhom f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari ( 103 ).

87.

Għaldaqstant, bħall-Kummissjoni, inqis li, sabiex il-qorti tar-rinviju tiġi pprovduta bl-indikazzjonijiet rilevanti sabiex tiddeċiedi dwar il-kawża li ġiet adita biha, hemm lok li tiġi fformulata mill-ġdid l-ewwel domanda preliminari b’tali mod li r-risposta li ġejja mill-Qorti tal-Ġustizzja tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 fir-rigward taċ-ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, jiġifieri fil-preżenza ta’ ndħil fid-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq li huwa nieqes minn gravità partikolari u li huwa bbażat fuq il-ġlieda kontra tip ta’ reati kriminali fejn in-natura serja tagħhom titqiegħed f’dubju.

88.

F’dan ir-rigward, infakkar li, peress li l-għanijiet li jistgħu jiġġustifikaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tidderoga mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, l-aċċess għad-data miżmuma għandu effettivament u strettament jissodisfa wieħed mill-imsemmija għanijiet ( 104 ). Fost dawn tal-aħħar, hemm l-għan ta’ interess ġenerali li “[jiġu żgurati] l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali” ( 105 ), mingħajr preċiżazzjoni oħra fir-rigward tan-natura tagħhom.

89.

Mit-terminoloġija użata hawnhekk jirriżulta li ma huwiex obbligatorju li r-reati li jilleġittimaw il-miżura restrittiva inkwistjoni, bis-saħħa tal-imsemmi Artikolu 15(1), ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala “serji” fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2. Fil-fehma tiegħi, huwa biss meta l-indħil imġarrab ikun ta’ gravità partikolari, bħal fil-kawżi li wasslu għall-imsemmija sentenzi, li r-reati li jistgħu jiġġustifikaw tali ndħil għandhom ikunu huma stess ta’ gravità partikolari. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ ndħil mhux serju, hemm lok li jitfakkar il-prinċipju bażiku li jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jiġifieri li kull tip ta’ “reati kriminali” jista’ jiġġustifika tali ndħil.

90.

Fil-fehma tiegħi, għandu jiġi żgurat li ma jiġix adottat kunċett wiesa’ wisq tar-rekwiżiti maħluqa mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn iż-żewġ sentenzi, sabiex ma tixxekkilx, għall-inqas mhux eċċessivament, il-possibbiltà tal-Istati Membri li jidderogaw mis-sistema stabbilita mid-Direttiva 2002/58, possibbiltà li hija mogħtija lilhom mill-Artikolu 15(1) tagħha, fil-każ fejn l-intrużjonijiet fil-ħajja privata inkwistjoni jkollhom kemm skop leġittimu kif ukoll portata ristretta, bħal dawk li jista’ jwassal għalihom f’dan il-każ ir-rikors tas-servizz tal-pulizija ġudizzjarja. B’mod iktar konkret, jien tal-fehma li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-awtoritajiet kompetenti jkun jista’ jkollhom aċċess għad-data ta’ identifikazzjoni, miżmuma minn fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li tippermetti li jinstabu l-awturi preżunti ta’ reat kriminali li ma għandux natura serja.

91.

Konsegwentement, nirrakkomanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta għad-domanda preliminari, kif ifformulata mill-ġdid, li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll l-Artikolu 52(1) tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom aċċess, għall-finijiet ta’ ġlieda kontra r-reati kriminali, għad-data ta’ identifikazzjoni tal-utenti ta’ numri tat-telefon attivati minn telefon ċellulari speċifiku u għal perijodu limitat, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, twassal għal indħil, fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-imsemmija direttiva u mill-Karta, li ma jilħaqx livell ta’ gravità li jkun suffiċjenti sabiex ikun meħtieġ li tali aċċess jiġi rriżervat għall-każijiet li fihom ir-reat ikkonċernat ikollu natura serja.

92.

Fid-dawl tar-risposta pproposta hawnhekk, l-osservazzjonijiet kollha li ġejjin sa jiġu ppreżentati b’mod sussidjarju, bl-iskop ta’ kompletezza.

2. Fuq id-determinazzjoni eventwali tal-kriterji rilevanti għall-karatterizzazzjoni tal-gravità suffiċjenti ta’ reat

93.

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, għall-kuntrarju ta’ dak li nirrakkomanda jien, li hemm lok, minkejja ċ-ċirkustanzi partikolari ħafna ta’ din it-tilwima fil-kawża prinċipali, li jiġi ddeterminat, fil-kawża ineżami, x’għandu jinftiehem b’“reat serju” fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2 ( 106 ), ikollu jiġi mistħarreġ, fl-ewwel lok, jekk din il-klassifikazzjoni tikkostitwixxix kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għalhekk hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddefinixxih. Issa, bħar-risposta pproposta prinċipalment mill-Gvern Franċiż, din ma hijiex il-konvinzjoni tiegħi, għar-raġunijiet li ġejjin.

94.

Qabel kollox, nosserva li d-Direttiva 2006/24, li minnha joriġina l-użu tal-kunċett ta’ “reat serju” ( 107 ), ma kienx fiha definizzjoni tiegħu, iżda kienet tirreferi f’dan ir-rigward għall-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri ( 108 ). Inżid li l-kunsiderazzjonijiet rilevanti li jinsabu fis-sentenzi Digital Rights u Tele2 ma għandhomx jiġu mifhuma, fil-fehma tiegħi, fis-sens li għandhom l-għan li jarmonizzaw ir-regoli tad-dritt fis-seħħ fl-Istati Membri li jikkonċernaw is-sustanza ta’ dan il-kunċett.

95.

F’dan ir-rigward, infakkar li l-leġiżlazzjoni kriminali u r-regoli tal-proċedura kriminali jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, minkejja li l-ordinament ġuridiku ta’ dawn tal-aħħar jista’ madankollu jiġi affettwat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni adottati f’dan il-qasam ( 109 ). Skont l-Artikolu 83(2) TFUE, huwa biss fil-każijiet fejn l-armonizzazzjoni tad-dritt kriminali tal-Istati Membri tkun indispensabbli għall-implementazzjoni effiċjenti ta’ politika tal-Unjoni, f’qasam li kien suġġett għall-miżuri ta’ armonizzazzjoni, li l-Unjoni tista’ tadotta direttivi intiżi sabiex jistabbilixxu regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat. Madankollu, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ma teżistix dispożizzjoni b’portata ġenerali li tagħti definizzjoni armonizzata tal-kunċett ta’ “reat serju” ( 110 ).

96.

Jidhirli li s-setgħa li jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “reat kriminali serju” tappartjeni, bħala prinċipju, għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, bis-saħħa tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari fejn il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jadixxuha, il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi inkarigata tiżgura l-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari tiżgura applikazzjoni koerenti tal-protezzjoni offruta mid-dispożizzjonijiet tal-Karta.

97.

Ninnota li l-klassifikazzjoni ġuridika inkwistjoni mhux talli tista’ tvarja minn Stat Membru għal ieħor, skont it-tradizzjonijiet segwiti u l-prijoritajiet iddefiniti minn kull wieħed minnhom, iżda tista’ tvarja wkoll maż-żmien, skont il-gwidi li jingħataw lill-politika kriminali, lejn iktar jew anki inqas severità, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-kriminalità ( 111 ) kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, it-trasformazzjonijiet tas-soċjetà u tal-ħtiġijiet eżistenti, b’mod partikolari f’termini ta’ repressjoni kriminali, fil-livell nazzjonali.

98.

Barra minn hekk, nenfasizza li, billi huwa magħruf li jeżistu differenzi kbar bejn il-lista ta’ sanzjonijiet li huma tradizzjonalment applikabbli fid-diversi Stati Membri ( 112 ), il-gravità ta’ reat ma hijiex marbuta biss mal-importanza tal-piena relatata. Il-fatt li jiġi magħruf jekk reat għandux natura serja huwa relattiv wisq, fis-sens li dan jiddependi mill-iskala ta’ sanzjonijiet li jiġu applikati b’mod ġenerali fl-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, il-fatt li Stat Membru jipprevedi piena ta’ priġunerija itwal, jew saħansitra piena alternattiva għall-priġunerija, ma jippreġudikax għalhekk il-gravità intrinsika tat-tip ta’ reat ikkonċernat ( 113 ).

99.

Hemm lok, fil-fehma tiegħi, li jiġu osservati l-ispeċifiċitajiet tas-sistema tad-dritt kriminali ta’ kull Stat Membru, sa fejn id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxix obbligi li jorbtu lil dawn tal-aħħar b’mod strett, b’analoġija ma dak li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset fir-rigward tas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika ( 114 ), kunċett li fil-fehma tiegħi huwa viċin il-kunċett tal-ġlieda kontra l-kriminalità gravi, b’mod partikolari fir-rigward tal-formulazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58.

100.

Konsegwentement, jien tal-fehma, sussidjarjament, li l-kunċett ta’ “reat serju” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li joriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2 ma jikkostitwixxix kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li s-sustanza tiegħu jkollha tiġi ddefinita mill-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja li xorta waħda jibqa’ l-fatt li d-deroga prevista fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri konformement mal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta, u dan, taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.

101.

Dwar dan is-suġġett tal-aħħar, ninnota li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, b’mod partikolari, li l-imsemmi Artikolu 15(1), sa fejn jippermetti lill-Istati Membri jillimitaw il-portata ta’ ċerti drittijiet u obbligi previsti minn din id-direttiva, għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta u għalhekk ma jistax iwassal sabiex id-deroga minn dawn id-drittijiet u l-obbligi ta’ prinċipju ssir ir-regola ( 115 ). Għaldaqstant, il-portata tal-imsemmi kunċett ta’ “reat serju” ma tistax tinftiehem b’mod eċċessivament wiesgħa mill-Istati Membri.

102.

Fit-tieni lok, u b’mod mill-iktar sussidjarju, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-imsemmi kunċett huwa awtonomu, hija jkollha għalhekk tagħti risposta għad-domanda kif ifformulata mill-qorti tar-rinviju u, għaldaqstant, tiddeċiedi dwar id-determinazzjoni tal-kriterji li jippermettu li jiġi evalwat, fil-livell tad-dritt tal-Unjoni, jekk reat kriminali għandux natura ta’ gravità li tkun suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat ksur tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

103.

B’mod iktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tiddetermina jekk, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ “reat serju” fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza, ikunx biżżejjed li tibbaża ruħha fuq il-piena prevista għar-reat allegat jew jekk ikunx meħtieġ, barra minn hekk, li jiġi stabbilit li l-aġir li jikkostitwixxi reat kien partikolarment ta’ dannu għall-interessi ġuridiċi individwali jew kollettivi inkwistjoni. F’dan ir-rigward, fil-fehma tiegħi, bħall-fehma tal-Gvern tad-Danimarka, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Ungerija, tal-Awstrija, tal-Polonja u tar-Renju Unit, ikun meħtieġ li ma tintgħażilx l-ewwel parti ta’ din l-alternattiva, iżda essenzjalment it-tieni parti tagħha, fejn tingħata prijorità lil definizzjoni bbażata fuq pluralità ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni ( 116 ).

104.

Fir-rigward tal-gravità tar-reat li jista’ jiġġustifika l-aċċess għad-data, fil-fehma tiegħi, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikun impossibbli li tiġi ddeterminata l-gravità tal-fatti inkriminati bit-teħid inkunsiderazzjoni biss tal-piena li tista’ tiġi imposta. Fil-fatt, fid-dawl tad-differenzi notevoli li għadhom jeżistu bejn is-sistemi kriminali tal-Istati Membri, inqis li s-sanzjoni mġarrba ma tistax titqies bħala li tista’ tirrifletti weħidha, kemm mill-perspettiva kwalitattiva tat-tip ta’ piena u/jew mill-perspettiva kwantitattiva tal-livell tal-piena, il-gravità partikolari ta’ reat kriminali.

105.

Anki jekk il-piena jkollha importanza kunsiderevoli, fatturi oġġettivi oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll, każ b’każ, f’dan ir-rigward. Dan jirrigwarda b’mod iktar speċjali, minn naħa, il-kuntest li fih jidħol ir-reat allegat – sa fejn l-aġir li jikkostitwixxi reat ikollu natura intenzjonali, ikun akkumpanjat minn ċirkustanzi aggravanti u/jew ikun twettaq fi stat ta’ reċidiva legali –, min-naħa l-oħra, l-importanza tal-interessi tas-soċjetà li setgħu ġew injorati mill-awtur tar-reat kif ukoll min-natura u/jew il-portata tad-danni li setgħu jiġġarrbu mill-vittma ta’ dan tal-aħħar ( 117 ) u, fl-aħħar nett, l-iskala tal-pieni applikabbli b’mod ġenerali fl-Istat Membru kkonċernat ( 118 ). Huwa minn din is-sensiela ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni, alternattivi u mhux eżawrjenti, li jkun hemm lok, fil-fehma tiegħi, li eventwalment reat kriminali jiġi kklassifikat bħala “serju” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja inkwistjoni.

106.

Inżid li l-interpretazzjoni pproposta hawnhekk hija konformi mal-approċċ li jidhirli li ġie adottat mill-Qorti EDB fil-ġurisprudenza tagħha relatata mal-“prevenzjoni tar-reati kriminali”, bħala għan li jippermetti li jiġi ġġustifikat indħil fid-dritt għall-ħajja privata stabbilit fl-Artikolu 8 tal-KEDB bla ħsara għall-fatt li jiġu ssodisfatti wkoll kundizzjonijiet oħra ( 119 ). Fil-fehma tiegħi, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-ġlieda kontra ċerti kategoriji ta’ reati tista’ tiġi invokata validament f’dan il-kuntest, mill-Istati partijiet għall-KEDB ( 120 ), mhux biss fir-rigward tal-piena mġarrba, iżda iktar fir-rigward ta’ diversi fatturi ta’ evalwazzjoni li fosthom jinsabu, b’mod prominenti, in-natura tar-reati inkwistjoni kif ukoll l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati minnhom ( 121 ).

107.

Konsegwentement, jien tal-fehma li għalkemm il-kunċett ta’ “reat serju” fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2 kien meqjus mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala li jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, dan ikollu jiġi interpretat fis-sens li n-natura serja ta’ reat, li jista’ jiġġustifika l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal data personali bis-saħħa tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, ma għandhiex titkejjel bit-teħid inkunsiderazzjoni biss tal-piena li tista’ tiġi imposta, iżda bit-teħid inkunsiderazzjoni wkoll ta’ sett ta’ kriterji oġġettivi oħra ta’ evalwazzjoni, bħal dawk imsemmija iktar ’il fuq.

D.   Fuq id-definizzjoni sussidjarja tal-livell minimu ta’ piena meħtieġa sabiex tkun tista’ tiġi kkaratterizzata l-gravità suffiċjenti ta’ reat li jiġġustifika ndħil fid-drittijiet fundamentali intiżi (it-tieni domanda)

108.

Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, tidentifika l-livell minimu li l-piena mġarrba jkollha tilħaq sabiex reat kriminali jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala “serju”, fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenzi Digital Rights u Tele2, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tafferma jekk limitu ta’ tliet snin priġunerija, bħal dak previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Spanjol sa mir-riforma tal-2015 ( 122 ), huwiex konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.

109.

Dawn il-mistoqsijiet saru biss sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, b’risposta għall-ewwel domanda preliminari, li l-natura serja ta’ reat kriminali, fattur li jista’ jiġġustifika ndħil fid-drittijiet fundamentali bis-saħħa tal-imsemmija ġurisprudenza, għandha tiġi ddeterminata bit-teħid inkunsiderazzjoni biss tal-ammont tal-piena li ċċaħħad il-libertà li tista’ tiġi imposta.

110.

Fid-dawl tar-risposta li qiegħed nipproponi li tingħata għall-ewwel domanda preliminari, fil-fehma tiegħi mhux ser ikun hemm lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar it-tieni domanda. Madankollu, biħsiebni nippreżenta osservazzjonijiet dwar dan is-suġġett, għall-finijiet ta’ eżawrjenza.

111.

Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni domanda, inqis, b’mod partikolari bħall-Gvern tar-Repubblika Ċeka u tal-Estonja, li l-livell tal-piena mġarrba li waħdu jippermetti li reat jiġi kklassifikat bħala “serju” ma jistax jiġi ddeterminat b’mod uniformi għat-territorju kollu tal-Unjoni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet indikati iktar ’il fuq b’risposta għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ( 123 ).

112.

Barra minn hekk, din il-varjazzjoni fid-definizzjoni ta’ wieħed x’għandu jifhem b’“reat serju”, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-livell tal-pieni li minnu ser tinkiseb din il-klassifikazzjoni, hija preżenti wkoll fl-atti tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, jista’ jiġi kkonstatat li l-atti tal-Unjoni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 83(1) TFUE, jipprevedu pieni ta’ priġunerija stabbiliti fuq livelli differenti għal reati li madankollu kollha huma meqjusa bħala li jaqgħu taħt “kriminalità partikolarment gravi” ( 124 ), bħalma jirriżulta, b’mod illustrattiv, mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/92/UE ( 125 ) u mill-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2017/541 ( 126 ), strumenti relatati, rispettivament, mal-ġlieda kontra l-abbużi sesswali tat-tfal u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni nnifsu ma għażilx li jagħti definizzjoni uniformi tal-kunċett ta’ “reat serju” fir-rigward ta’ ammont iddeterminat ta’ piena mġarrba.

113.

Infakkar li l-libertà mogħtija lill-Istati Membri sabiex jiddeċiedu dwar il-livell minimu ta’ pieni meħtieġ sabiex reati kriminali jissejħu “serji” hija rregolata mir-regoli li jinsabu fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar dan il-qasam, iżda wkoll mill-prinċipju li bis-saħħa tiegħu eċċezzjoni tista’ tingħata portata tant vasta li din issir fil-fatt ir-regola ġenerali ( 127 ).

114.

F’dan il-każ, minkejja li kull Stat Membru għandu l-possibbiltà li jevalwa x’inhu l-livell ta’ piena adegwat sabiex jikkaratterizza reat serju, madankollu dan għandu d-dmir li ma jiffissahx għal skala tant baxxa, fir-rigward tal-livell abitwali tal-pieni applikabbli f’dan l-Istat ( 128 ), li l-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni ta’ ħżin u użu tad-data personali li huma previsti f’dan l-Artikolu 15(1) jinbidlu fi prinċipji, bħalma nnota ġustament il-Gvern Irlandiż.

115.

Barra minn hekk, huwa stabbilit li l-indħil fid-drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, li jista’ jiġi awtorizzat mill-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, jibqa’, barra minn hekk, dejjem suġġett għall-osservanza tar-rekwiżiti ġenerali li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 52(1) tal-Karta ( 129 ).

116.

Fir-rigward tal-aħħar parti tat-tieni domanda, il-Gvern Estonjan u l-Kummissjoni jindikaw, minn naħa, li limitu bbażat esklużivament fuq piena ta’ mill-inqas tliet snin priġunerija jidher, fl-assolut, li jkun biżżejjed sabiex jikklassifika reat bħala “serju”, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mal-aċċess għad-data personali li torġina mis-sentenza Digital Rights, u, min-naħa l-oħra, li tali limitu ma huwiex manifestament inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni b’mod ġenerali ( 130 ), u b’mod iktar partikolari mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58.

117.

Madankollu, ikun mixtieq, fil-fehma tiegħi, li l-Qorti tal-Ġustizzja żżomm lura milli tieħu pożizzjoni favur ammont preċiż ta’ piena mġarrba, għaliex dak li jista’ jkun adatt għal ċerti Stati Membri mhux bilfors li jkun adatt għal oħrajn u li dak li llum japplika għal tip ta’ reati mhux ser japplika neċessarjament b’mod definittiv fil-futur, bħalma semmejt diġà ( 131 ). Peress li determinazzjoni tal-livell inkwistjoni teħtieġ evalwazzjoni kumplessa u potenzjalment evoluttiva, fil-fehma tiegħi wieħed għandu jibqa’ prudenti f’dan is-suġġett u jirriżerva din l-operazzjoni għall-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-isfera tal-kompetenzi mogħtija lilu, jew għall-evalwazzjoni tal-leġiżlatur ta’ kull Stat Membru, fil-limiti tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni.

118.

Dwar dan il-punt tal-aħħar, ninnota li, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ssemmi riskju ta’ inverżjoni bejn ir-regola ġenerali u d-derogi previsti mid-Direttiva 2002/58, riskju msemmi iktar ’il fuq ( 132 ), meta hija tindika li “l-limitu ta’ tliet snin priġunerija [introdott fl‑2015 mil-leġiżlatur Spanjol ( 133 )] jikkonċerna l-maġġoranza l-kbira tal-klassifikazzjonijiet kriminali”. Fi kliem ieħor, skont din il-qorti, il-lista attwali ta’ reati li jistgħu jiġġustifikaw, fi Spanja, restrizzjonijiet għad-drittijiet protetti bis-saħħa tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, li ġiet stabbilita mir-riforma tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, twassal, fil-prattika, sabiex il-maġġoranza tar-reati previsti fil-Kodiċi Kriminali jiġu inklużi fl-imsemmija lista.

119.

Madankollu, jekk jiġi preżunt li l-indħil inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies li huwa serju mill-Qorti tal-Ġustizzja u jekk jiġi preżunt li jseħħ l-eżitu msemmi għalhekk mill-qorti tar-rinviju, tali eżitu fil-fehma tiegħi ma jkunx konformi mal-obbligu ta’ proporzjonalità li għalih tali restrizzjonijiet huma suġġetti ( 134 ). Dan huwa l-każ, fil-fehma tiegħi, minkejja l-eżistenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju, invokat mill-Gvern Spanjol, peress li l-eżerċizzju ta’ dan l-istħarriġ jippermetti biss li tiġi evitata l-implimentazzjoni ta’ miżuri meqjusa, każ b’każ, bħala arbitrarji jew wisq intrużivi, u mhux li jwaqqfu, b’mod ġeneralizzat, ir-rikors għal miżuri ta’ dan it-tip u l-iżvilupp tagħhom.

120.

Fl-aħħar nett, nenfasizza li l-approċċ propost f’din it-taqsima kollha jaqbel, fil-fehma tiegħi, ma’ dak adottat mill-Qorti EDB fil-ġurisprudenza relatata mal-protezzjoni tad-data personali. Ċertament, bħalma jsemmu l-Gvern Irlandiż u l-Kummissjoni, din il-qorti qieset bħala ċari biżżejjed leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jiddefinixxu r-reati “serji”, li jistgħu jiġġustifikaw indħil fil-ħajja privata, billi rreferiet għal piena mġarrba ugwali għal tliet snin priġunerija jew iktar ( 135 ). Madankollu, inqis li hija ma stabbilixxietx l-imsemmi ammont ta’ piena bħala kriterju assolut u fiss għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, peress li jidhirli li l-ġurisprudenza tagħha hija ffokata fuq l-eżistenza ta’ prevedibbiltà u ta’ ċarezza suffiċjenti għaċ-ċittadini mhux tant fir-rigward tal-piena mġarrba, iżda pjuttost fir-rigward tan-natura tar-reati li jippermettu tali ndħil ( 136 ). Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti EDB tirrikonoxxi lill-Istati Membri ċerta libertà sabiex jevalwaw l-eżistenza u l-portata tan-neċessità ta’ tali ndħil, hija madankollu tissuġġetta dan il-marġni ta’ diskrezzjoni għal stħarriġ fuq il-livell Ewropew ( 137 ). B’mod partikolari, hija tiżgura li jiġu evitati r-riskji ta’ abbuż li jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet li jirreferu għal firxa ta’ reati li tkun tant wiesgħa li dawn iwasslu sabiex il-maġġoranza tar-reati jippermettu li jiġu ġġustifikati miżuri intrużivi ( 138 ).

121.

Bħala konklużjoni, inqis li, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi – għall-kuntrarju ta’ dak li nirrakkomanda jien – li hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-piena mġarrba sabiex reat kriminali jiġi kklassifikat bħala “serju” fis-sens tal-ġurisprudenza tagħha li toriġina mis-sentenza Digital Rights, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha għalhekk tkun li l-Istati Membri għandhom il-libertà jistabbilixxu l-livell minimu tal-piena rilevanti għal dan l-għan, sakemm huma jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari dawk li jipprevedu li l-indħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandu jibqa’ eċċezzjonali u josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

V. Konklużjoni

122.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona, Spanja) kif ġej:

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑25 ta’ Novembru 2009, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom aċċess, għall-finijiet ta’ ġlieda kontra r-reati kriminali, għad-data ta’ identifikazzjoni tal-utenti ta’ numri tat-telefon attivati minn telefon ċellulari speċifiku u għal perijodu limitat, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, twassal għal indħil, fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-imsemmija direttiva u mill-Karta, li ma jilħaqx livell ta’ gravità li jkun suffiċjenti sabiex ikun meħtieġ li tali aċċess jiġi rriżervat għall-każijiet li fihom ir-reat ikkonċernat ikollu natura serja.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

( 2 ) L-espressjoni hawnhekk għandha tinftiehem bħala li tirreferi għar-reati fil-qasam kriminali biss.

( 3 ) Sentenza tat‑8 ta’ April 2014 (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat bħala invalida d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU 2006, L 105, p. 54), minħabba li “billi adotta d-Direttiva 2006/24, il-leġiżlatur tal-Unjoni mar lil hinn mil-limiti imposti mill-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta” (punt 69).

( 4 ) Sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016 (C‑203/15 u C‑698/15, EU:C:2016:970), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni, minn naħa, “jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità, żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data kollha dwar it-traffiku u tad-data kollha dwar il-lokalizzazzjoni tal-abbonati u tal-utenti rreġistrati kollha fir-rigward tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni elettronika” u, min-naħa l-oħra, “jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-protezzjoni u s-sigurtà tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni, b’mod partikolari l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għad-data miżmuma, mingħajr ma tillimita, fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità, dan l-aċċess għall-finijiet biss tal-ġlieda kontra l-kriminalità gravi, mingħajr ma tissuġġetta l-imsemmi aċċess għal kontroll minn qabel minn qorti jew minn awtorità amministrattiva indipendenti, u mingħajr ma teżiġi li d-data inkwistjoni tinżamm fit-territorju tal-Unjoni” (dispożittivi 1 u 2).

( 5 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.

( 6 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009, L 337, p. 11).

( 7 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

( 8 ) B’mod partikolari, fl-osservanza tal-Artikolu 8 tal-KEDB, li skontu:
“1. Kulħadd għandu d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu u tal-familja tiegħu, ta’ daru u tal-korrispondenza tiegħu.
2. Ma għandux ikun hemm indħil minn awtorità pubblika dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ħlief dak li jkun skond il-liġi u li jkun meħtieġ f’soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, sigurtà pubblika jew il-ġid ekonomiku tal-pajjiż, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-egħmil ta’ delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor”.

( 9 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

( 10 ) BOE Nru 251, tad‑19 ta’ Ottubru 2007, p. 42517.

( 11 ) Dan jirriżulta kemm mill-preambolu tal-imsemmija liġi kif ukoll mid-dispożizzjonijiet essenzjali tagħha, fejn il-formulazzjoni hija analoga għal dik tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2006/24.

( 12 ) BOE Nru 239, tas‑6 ta’ Ottubru 2015, p. 90192.

( 13 ) IMEI hija t-taqsira għall-espressjoni “International Mobile Equipment Identity” (identità internazzjonali tat-tagħmir mobbli). L-IMEI hija kodiċi ta’ identifikazzjoni unika, magħmula minn ħmistax‑il ċifra, li ġeneralment tkun miktuba fuq ġewwa tal-kompartiment tal-batterija tat-telefon ċellulari kif ukoll fuq il-kaxxa u l-fattura mogħtija max-xiri tal-apparat.

( 14 ) Il-Gvern Spanjol indika li din it-talba kienet immirata lejn erba’ kumpanniji tat-telefonija u kienet tippreċiża li fil-każ li l-IMEI użat in-netwerk tat-telefonija ta’ waħda minn dawk il-kumpanniji filwaqt li l-ġestjoni tal-imsemmi netwerk kienet ir-responsabbiltà ta’ operatur ta’ netwerk mobbli virtwali, id-data msemmija iktar ’il fuq li kienet inġabret minn dan tal-aħħar kellha tiġi pprovduta wkoll.

( 15 ) Ara d-dispożizzjonijiet riprodotti fil-punti 13 u 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 16 ) Ara s-sentenza tas-Sala de lo Penal (l-Awla Kriminali), tas‑26 ta’ Lulju 2010 (Nru 745/2010, ES:TS:2010:4200), aċċessibbli fuq is-sit elettroniku segwenti: http://www.poderjudicial.es/search/contenidos.action?action=contentpdf&databasematch=TS&reference=5697924&links=&optimize=20100812&publicinterface=true.

( 17 ) Ara l-punti 15 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet. Skont il-qorti tar-rinviju, din ir-riforma hija manifestament rilevanti għat-talba għal deċiżjoni preliminari. Matul is-seduta, il-Gvern Spanjol indika li l-leġiżlazzjoni l-ġdida kienet applikabbli fil-każ ineżami.

( 18 ) Jiġifieri r-reati ta’ terroriżmu u dawk imwettqa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni kriminali.

( 19 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 20 ) Ara l-punt 103 tas-sentenza Tele2, fejn huma ċċitati “l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu”. Ninnota li l-istess eżempju doppju kien jinsab fil-punti 24 u 51 tas-sentenza Digital Rights, b’rabta evidenti mal-formulazzjoni tal-premessi 7 sa 10 tad-Direttiva 2006/24, li ġiet invalidata minn dik is-sentenza.

( 21 ) Il-qorti tar-rinviju ssemmi, b’mod partikolari, il-punt 60 tas-sentenza Digital Rights, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li “d-Direttiva 2006/24 ma tipprovdi ebda kriterju oġġettiv li jippermetti li jiġi ddelimitat l-aċċess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għad-data u l-użu ulterjuri tagħha għal finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ identifikazzjoni u ta’ prosekuzzjoni kriminali ta’ reati li jistgħu, fir-rigward tal-kobor u tal-gravità tal-inġerenza [tal-indħil] fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitqiesu li huma suffiċjentement gravi biex jiġġustifikaw tali inġerenza. Kontra dan kollu, id-Direttiva 2006/24 sempliċement tieħu ħsieb li tirreferi, fl-Artikolu 1(1) tagħha, b’mod ġenerali għar-reati gravi kif inhuma ddefiniti minn kull Stat Membru fid-dritt intern tiegħu”.

( 22 ) F’dan ir-rigward, ara, b’mod partikolari, in-noti ta’ qiegħ il-paġna 3 u 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 23 ) Fil-fehma tiegħi, il-“proprjetarji jew l-utenti” intiżi minn din it-talba huma bilfors persuni abbonati, irreġistrati jew mill-inqas li jistgħu jiġu identifikati (ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet), u mhux individwi li jkunu xtraw kard tas-SIM mingħajr ma jħallu traċċi.

( 24 ) Ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 25 ) Konformement mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46, li jirreferi għalih l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58, il-kunċett ta’ “data personali” jkopri “kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli”, filwaqt li ġie ppreċiżat li “persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu”. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà nnotat li “r-rispett tad-dritt għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali jkopri kull informazzjoni li [tikkorrispondi għal din id-definizzjoni]” (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Schwarz, C‑291/12, EU:C:2013:670, punt 26) u li l-portata tagħha hija wiesgħa ħafna (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Nowak, C‑434/16, EU:C:2017:994, punt 33).

( 26 ) Skont il-Gvern Spanjol, l-indirizz tal-partijiet ikkonċernati ma ntalabx b’mod espliċitu.

( 27 ) Informazzjoni bħal, pereżempju, is-sitwazzjoni matrimonjali ta’ individwu, in-numru tal-karta nazzjonali tal-identità tiegħu, id-dettalji personali bankarji tiegħu jew l-abbonament telefoniku possibbli tiegħu.

( 28 ) Tagħrif li jista’ jirrigwarda n-numri relatati ma’ telefonati li jidħlu jew joħorġu, jew anki d-data, it-tul jew il-frekwenza ta’ komunikazzjonijiet, saħansitra l-kontenut tagħhom. Il-Gvern Spanjol jippreċiża li, fil-każ ineżami, il-pulizija indikaw b’mod ċar li t-talba tagħhom ma kinitx intiża sabiex tinkiseb data protetta mis-sigriet tal-komunikazzjonijiet.

( 29 ) Fi kliem ieħor, din id-data tista’ tinkiseb minn sempliċi attivazzjoni tal-apparat mobbli inkwistjoni, irrispettivament minn jekk jintużax ulterjorment jew le mill-proprjetarju jew mid-detentur fi proċess ta’ komunikazzjoni interpersonali preċiż.

( 30 ) Ara l-punti 74 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 31 ) Nippreċiża li aċċess għal data personali, sostanzjalment, fil-fehma tiegħi ma jippreżentax inqas riskji, għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, minn żamma ta’ tali data. Il-perikolu xorta jista’ jitqies bħala ikbar, sa fejn l-aċċess għal data miżmuma jikkonkretizza l-użu potenzjalment ta’ ħsara li jista’ jsir minnha.

( 32 ) Il-Gvern Spanjol jindika li l-isem, il-kunjom u, possibbilment, l-indirizz tal-proprjetarju ta’ kard tas-SIM, jistgħu jinżammu legalment, fi Spanja. Jidhirli, fil-fatt, li mill-Artikolu 1 u mill-Artikolu 3(1)(a)(1)(ii) tal-Liġi 25/2007 (ara l-punti 10 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet) jirriżulta li l-operaturi tat-telefonija mobbli huma obbligati jżommu d-data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista tagħhom ta’ servizzi, b’mod partikolari l-ismijiet u l-indirizz tal-abbonat jew tal-utent irreġistrat, sa fejn din id-data tista’ tkun neċessarja sabiex jinsab u jiġi identifikat is-sors ta’ komunikazzjoni. Infakkar li kien hemm rekwiżiti ekwivalenti fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(1)(a)(1)(ii) tad-Direttiva 2006/24, li ġiet ittrasposta mill-imsemmija liġi.

( 33 ) Ċirkustanza li kienet ġiet innotata wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑29 ta’ Jannar 2008, Promusicae (C‑275/06, EU:C:2008:54, punt 45 in fine).

( 34 ) F’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ April 2012, Bonnier Audio et (C‑461/10, EU:C:2012:219, punt 37).

( 35 ) B’mod partikolari, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda preliminari, ara rispettivament il-punti 43 et seq kif ukoll il-punti 70 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 36 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑16 ta’ Mejju 2017, Berlioz Investment Fund (C‑682/15, EU:C:2017:373, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 37 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2016, Paoletti et (C‑218/15, EU:C:2016:748, punti 14 et seq).

( 38 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑1 ta’ Diċembru 2016, Daouidi (C‑395/15, EU:C:2016:917, punt 63).

( 39 ) Skont il-Gvern Spanjol, dan jirrigwarda eżerċizzju ta’ dritt ta’ piena (ius puniendi) mill-awtoritajiet tal-Istat. F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Breyer (C‑582/14, EU:C:2016:339, punti 86 sa 92).

( 40 ) Il-prinċipji stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet huma msemmija wkoll fil-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58, li tirreferi għall-Artikolu 15(1) tagħha (ara l-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

( 41 ) Ara l-punti 72 sa 81 tas-sentenza Tele2. F’dan ir-rigward, ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Tele2 Sverige et (C‑203/15 u C‑698/15, EU:C:2016:572, punti 88 sa 97 u punt 124).

( 42 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) tal-Liġi 25/2007 u l-Artikolu 579(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, riprodotti fil-punti 11 u 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kif ukoll, dwar l-obbligu legali impost fuq l-imsemmija fornituri, il-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 43 ) Filwaqt li ġie ppreċiżat li l-attivitajiet imsejħa “tas-sovranità” tal-Istat huma relatati mal-funzjonijiet irriżervati għall-Istat jew għad-dipartimenti tiegħu, li ma jistax jiddelega lil entitajiet privati, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-ġustizzja, mal-pulizija u mal-armata.

( 44 ) Bħad-data pproċessata mill-awtoritajiet tal-pulizija jew ġudizzjarji bl-għan ta’ tfittxija tal-awturi ta’ reati (pereżempju, id-data miġbura u analizzata matul interċettazzjoni ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi operata mill-pulizija b’ordni ta’ qorti istruttorja).

( 45 ) Bħad-data relatata mad-dettalji personali tal-utenti ta’ servizzi tat-telefonija li jintużaw fil-każ ta’ investigazzjoni preliminari, bħal fil-kawża prinċipali.

( 46 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju relatata mal-kawża pendenti Privacy International (C‑623/17), li ssemmi, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑317/04 u C‑318/04, EU:C:2006:346, punti 56 sa 59), kif ukoll tal‑10 ta’ Frar 2009, L‑Irlanda vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑301/06, EU:C:2009:68, punti 8891), li minnhom jirriżulta li l-ipproċessar tad-data dwar il-passiġġieri tal-ajru li kienu s-suġġett ta’ din l-ewwel sentenza kien meħtieġ mhux minħabba l-provvista ta’ servizzi, iżda għas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, u għalhekk kien eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46.

( 47 ) Peress li, minn naħa, il-kawża prinċipali tikkonċerna t-trażmissjoni ta’ data mhux fl-intier tagħha iżda ta’ data speċifika u li, min-naħa l-oħra, il-kunsiderazzjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Tele2 jistgħu, fl-opinjoni tiegħi, jiġu trasposti f’dan il-każ, kif indikajt fil-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 48 ) Ara l-punti 33 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 49 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(2) tal-Liġi 25/2007 u l-Artikolu 579(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

( 50 ) Fil-fatt, it-talba tal-awtoritajiet tal-pulizija ma hijiex intiża sabiex tinsab il-pożizzjoni ġeografika tal-apparat misruq jew tal-persuni li għandhom l-apparat, iżda biss l-identità ta’ dawn tal-aħħar.

( 51 ) Dispożizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 2 riprodotti fil-punt 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 52 ) Data dwar it-traffiku li hija rregolata mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/58.

( 53 ) Ara l-punt 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 54 ) Sevizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huwa ddefinit fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21 (li tistabbilixxi qafas regolamentari komuni f’dan il-qasam), bħala “servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta’ sinjali fuq networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi […]”.

( 55 ) Il-fatt li l-ipproċessar tad-data jista’ jkun neċessarju għall-fatturazzjoni tas-servizz, b’mod partikolari fir-rigward tal-abbonati, jissemma f’diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58 (b’mod partikolari, il-premessi 26, 27 u 29; il-punt (g) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, kif ukoll l-Artikolu 6(2) u (5)). F’dan ir-rigward, ara wkoll il-punt 86 tas-sentenza Tele2 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.

( 56 ) Dispożizzjonijiet li huma intiżi rispettivament, b’mod ġenerali, għall-“ipproċessar tad-data personali fis-settur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” u l-“ipproċessar ta’ data personali konnessa mal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika”.

( 57 ) Ara l-premessi 2, 7 u 11 kif ukoll l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2002/58.

( 58 ) Ara l-premessa 21 kif ukoll l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5, li jirregola b’mod speċifiku l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, tad-Direttiva 2002/58.

( 59 ) Ara s-sentenza tad‑29 ta’ Jannar 2008, Promusicae (C‑275/06, EU:C:2008:54, punti 29 sa 3145).

( 60 ) Fuq l-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu 12, ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑15 ta’ Marzu 2017, Tele2 (Netherlands) et (C‑536/15, EU:C:2017:214, punti 33 et seq kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

( 61 ) Skont l-imsemmija premessa 15 “[k]omunikazzjoni tista’ tinkludi kull informazzjoni dwar l-isem, in-numru, l-indirizz provdut mill-mittent tal-komunikazzjoni jew l-utent ta’ konnessjoni sabiex issir il-komunikazzjoni […]”.

( 62 ) Il-kunċett ta’ data relatata mal-ħajja privata ta’ individwu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-KEDB (riprodott fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet) huwa interpretat mill-Qorti EDB b’mod estensiv (ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 13 ta’ Frar 2018, Ivashchenko vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2018:0213JUD006106410, punti 63 et seq), bħalma ġie nnotat diġà (ara s-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 59 kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti EDB iċċitata).

( 63 ) Ara l-premessi 3, 11 u 24 tad-Direttiva 2002/58.

( 64 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Tele2 (punt 120, fejn issir analoġija mal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB, kif ukoll il-punti 126 et seq, li tfakkar is-sitwazzjoni tal-Unjoni fil-konfront tal-KEDB).

( 65 ) Filwaqt li d-Direttiva 2002/58 tirregola s-settur partikolari tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ara, b’mod partikolari, il-premessi 4 u 10 tagħha kif ukoll l-Artikolu 1(1) u (2) tagħha.

( 66 ) Infakkar li l-kunċett ta’ “reati serji” kien ġie introdott, bħala kriterju li jillimita l-azzjoni tal-Istati Membri, mid-Direttiva 2006/24 dwar iż-żamma ta’ data, li ġiet iddikjarata bħala invalida mis-sentenza Digital Rights, u sussegwentement intuża mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Tele2, għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58, fil-kuntest tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali relatati maż-żamma ta’ data u mal-aċċess għaliha (ara wkoll in-noti ta’ qiegħ il-paġna 3 u 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Minn dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li jekk id-Direttiva 2002/58 kienet ġiet iddikjarata bħala inapplikabbli f’dan il-każ, ma jkunx hemm lok li tingħata interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett, li hija mitluba mill-qorti tar-rinviju.

( 67 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑16 ta’ Ġunju 2015, Gauweiler et (C‑62/14, EU:C:2015:400, punti 2425) kif ukoll tat‑22 ta’ Frar 2018, Porras Guisado (C‑103/16, EU:C:2018:99, punt 34).

( 68 ) Ara wkoll il-punt 44 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 69 ) Ara, ukoll, is-sentenza Tele2 (punt 82).

( 70 ) Ara wkoll il-punt 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ninnota li s-sitwazzjoni kienet simili f’waħda mill-kawżi li wasslet għas-sentenza Tele2 (ara l-punti 15 u 63).

( 71 ) F’dan ir-rigward, ara l-punti 45 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 72 ) Ara wkoll il-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 73 ) Ara l-punti 36 u 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 74 ) Fuq l-assenza tal-gravità tal-indħil ikkawżat f’dan il-każ, ara l-punti 74 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 75 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Digital Rights (punti 26 et seq) kif ukoll l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE-Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 124 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 76 ) Ara l-punti 24, 41, 49 u 57 sa 61 tas-sentenza Digital Rights.

( 77 ) Ara l-punti 41, 42, 51 u 59 tas-sentenza Digital Rights.

( 78 ) Filwaqt li jitfakkar li l-espressjoni “reati kriminali” biss tinsab fid-Direttiva 2002/58, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1).

( 79 ) Essenzjalment, fil-premessa 9 tad-Direttiva 2006/24 kif ukoll, letteralment, fil-premessa 21 u fl-Artikolu 1(1) tagħha.

( 80 ) Ara, fir-rigward tal-kunċett ta’ “reati serji”, fil-punti 105, 106 u 119 kif ukoll, fir-rigward tal-kunċett ta’ “kriminalità serja”, il-punti 102, 103, 108, 110, 111, 114, 115, 118, 125 u 134 tas-sentenza Tele2.

( 81 ) Jiġifieri, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, li jgħid li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżura li tidderoga mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-traffiku relatata magħhom meta din il-miżura tkun neċessarja, xierqa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni.

( 82 ) Filwaqt li jiġi osservat li t-tieni domanda preliminari hija magħmula biss sussidjarjament.

( 83 ) Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, li tgħinha tiddeċiedi l-kawża mressqa quddiemha, huwa l-obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑22 ta’ Frar 2018, SAKSA, C‑185/17, EU:C:2018:108, punt 28).

( 84 ) Il-Gvern Spanjol enfasizza li d-data li tkun is-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali ma tistax tistabbilixxi, pereżempju, il-profil tal-persuna ikkonċernata.

( 85 ) Ara l-punti 35 sa 37 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 86 ) Infakkar li d-Direttiva 95/46 tipprevedi, fl-Artikolu 8 tagħha, regoli partikolari għall-ipproċessar ta’ “data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija trade-unjonistika, u l-ipproċessar ta’ data dwar saħħa jew ħajja sesswali”. Fuq il-kunċett ta’ data ta’ natura sensittiva u l-ipproċessar tagħha, ara Manuel de droit européen en matière de protection des données, imfassal taħt l-awspiċji tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u tal-Kunsill tal-Ewropa, 2014, verżjoni aġġornata aċċessibbli fuq l-indirizz elettroniku li jmiss: https://www.coe.int/fr/web/data-protection/home, p. 46 et seq kif ukoll p. 94 et seq.

( 87 ) In-natura sensittiva ta’ ċerta data tissemma biss fil-premessa 25 tad-Direttiva 2002/58, mingħajr ma jkun jista’ jiġi dedott li din tirrigwarda rekwiżit ġenerali.

( 88 ) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat‑13 ta’ Settembru 1990 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-Komunità u s-sigurtà ta’ sistemi tal-informazzjoni (COM(90) 314 final, p. 20).

( 89 ) Ara l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 124 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Qorti EDB iddeċidiet ukoll f’dan is-sens (ara l-Qorti EDB, 16 ta’ Frar 2000, Amann vs L‑Isvizzera, CE:ECHR:2000:0216JUD002779895, punti 68 sa 70).

( 90 ) Ara l-punt 68 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, ukoll, il-Qorti EDB, 8 ta’ Frar 2018, Ben Faiza vs Franza (CE:ECHR:2018:0208JUD003144612, punti 66 sa 68), dwar ordni ġudizzjarja intiża għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-użu magħmul minn telefon.

( 91 ) Fil-kliem li jmiss: “[jiġu żgurati] l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali”.

( 92 ) Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 126 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 93 ) Punti 57 tas-sentenza Digital Rights. Fuq il-gravità partikolari tal-indħil inkwistjoni, ara wkoll il-punti 37, 39, 47, 48, 60 u 65 ta’ din is-sentenza.

( 94 ) Dispożittiv 1 tas-sentenza Tele2.

( 95 ) Skont il-punt 102 tas-sentenza Tele2, “[f]id-dawl tal-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali inkwistjoni li tikkostitwixxi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità, iż-żamma tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni, hija biss il-ġlieda kontra l-kriminalità gravi li tista’ tiġġustifika tali miżura (ara, b’analoġija, fir-rigward tad-Direttiva 2006/24, is-sentenza Digital Rights, punt 60 [fejn tinsab il-formulazzjoni ‘fir-rigward tal-kobor u tal-gravità tal-inġerenza [tal-indħil]’])” (enfasi miżjuda minni). Il-punt 115 tas-sentenza Tele2 jirriproduċi dan ir-raġunament fir-rigward tal-aċċess għal tali data. Fuq il-gravità partikolari tal-indħil inkwistjoni, ara wkoll il-punti 97 u 100 ta’ din is-sentenza.

( 96 ) Għalhekk, il-punt 115 tas-sentenza Tele2 jenfasizza li “peress li l-għan segwit minn [leġiżlazzjoni nazzjonali li tidderoga mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi] għandu jkun marbut mal-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali li jimplika dan l-aċċess, minn dan isegwi li, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, hija biss il-ġlieda kontra l-kriminalità gravi li tista’ tiġġustifika tali aċċess għad-data miżmuma” (enfasi miżjuda minni).

( 97 ) Fil-fatt, din il-qorti enfasizzat repetutament il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn, minn naħa, l-interess ta’ Stat li jipproteġi s-sigurtà nazzjonali tiegħu permezz ta’ miżuri li jaffettwaw data personali u, min-naħa l-oħra, il-gravità tal-ksur ikkawżat fil-konfront tad-dritt ta’ individwu fir-rigward tal-ħajja privata tiegħu, żewġ fatturi li minnhom jiddependi l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istat, b’mod partikolari meta dan tal-aħħar ikollu l-għan tal-prevenzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji (ara l-Qorti EDB, 26 ta’ Marzu 1987, Leander vs L‑Isvezja, CE:ECHR:1987:0326JUD000924881, punt 59; il-Qorti EDB, 26 ta’ Ġunju 2006, Weber u Saravia vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2006:0629DEC005493400, punti 106, 125 u 126, kif ukoll il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punti 232 u 244).

( 98 ) Ara l-punti 32 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 99 ) Ninnota li, fl-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, b’mod partikolari punti 194 u 207 sa 209), il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat ukoll in-natura neċessarja tal-indħil li kien jinvolvi l-ftehim maħsub billi eżaminat il-modalitajiet tal-użu u ta’ żamma tad-data li kienet prevista, b’mod speċjali, mill-perspettiva tal-kuntest partikolari ta’ dawn il-miżuri, tal-ispeċifikazzjoni tagħhom u tat-tul taż-żmien tagħhom.

( 100 ) Bħalma dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, tal-identità ta’ persuni li tiġi ppubblikata f’artiklu tal-istampa jew fuq sit elettroniku.

( 101 ) F’dan is-sens, ara l-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità konkluża taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Ewropa, f’Budapest fit‑23 ta’ Novembru 2001, u ffirmata mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni (aċċessibbli fuq l-indirizz elettroniku li jmiss: https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/185?_coeconventions_WAR_coeconventionsportlet_languageId=fr_FR), fejn l-Artikolu 18 jimponi l-adozzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jordnaw lil fornitur ta’ servizzi sabiex jikkomunikalhom id-data relatata mal-abbonati, bħall-“identità, l-indirizz […] u n-numru tat-telefon” [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jkollu fil-pussess tiegħu.

( 102 ) Bħalma nnota ġustament il-Gvern Daniż, meta l-pulizija tikseb, bħal f’dan il-każ, it-tagħrif dwar l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju ta’ kard tas-SIM użata fil-kuntest ta’ delitt, dan ma huwiex fundamentalment differenti, pereżempju, mill-kisba ta’ informazzjoni dwar il-proprjetarju ta’ vettura użata sabiex jitwettaq reat.

( 103 ) Għall-kuntrarju tal-informazzjoni partikolarment intrużiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-intraċċar ta’ komunikazzjonijiet u tal-profil tal-persuni kkonċernati, li kienu inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenza Digital Rights (ara l-punti 26 sa 29 u 37) u għas-sentenza Tele2 (ara l-punti 97 sa 100).

( 104 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 90 u 115 tas-sentenza Tele2.

( 105 ) Enfasi miżjuda minni.

( 106 ) Jiġifieri fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis jew li l-indħil inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkun serju biżżejjed sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda kif magħmula mill-qorti tar-rinviju, jew li huwa irrilevanti f’dan ir-rigward li l-imsemmi ndħil ma jkunx serju.

( 107 ) Ara l-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 108 ) L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/24 kien jistabbilixxi li l-għan tagħha kien “li tarmonizza d-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika […], sabiex jiġi żgurat li d-data tkun disponibbli għal skopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati serji, kif definita minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu” (enfasi miżjuda minni). Ara wkoll il-premessa 21 ta’ din id-direttiva.

( 109 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑15 ta’ Settembru 2011, Dickinger u Ömer (C‑347/09, EU:C:2011:582, punt 31), kif ukoll tas‑6 ta’ Diċembru 2011, Achughbabian (C‑329/11, EU:C:2011:807, punt 33).

( 110 ) F’dan ir-rigward, ara wkoll il-punt 112 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 111 ) Fuq in-natura dinamika tal-kriminalità gravi, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Tele2 Sverige et (C‑203/15 u C‑698/15, EU:C:2016:572, punt 214).

( 112 ) B’mod illustrattiv, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, rapport tal-Kummissjoni datat 7 ta’ Lulju 2016 jindika li l-pieni previsti mill-Istati Membri jvarjaw bejniethom notevolment (minn tliet xhur sa 17‑il sena priġunerija) għar-reat serju li jikkostitwixxi l-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali (ara r-Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal‑24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, COM(2016) 448 final, p. 7, punt 2.1.4.1).

( 113 ) Bħalma indika l-Gvern Daniż, fid-Danimarka jiġu applikati sanzjonijiet inqas ħorox, fil-konfront ta’ Stati Membri oħra, mingħajr ma dan ifisser li r-reat huwa meqjus bħala nieqes minn gravità partikolari. Pereżempju, is-sanzjoni prevista għall-pussess ta’ materjal pedopornografiku hija ta’ sena ħabs, filwaqt li din tista’ titla’ sa għaxar snin ħabs, għall-istess fatti, fi Stati Membri oħra, iżda dan ma jqegħidx f’dubju l-konstatazzjoni li dan ir-reat huwa partikolarment serju in natura.

( 114 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑22 ta’ Mejju 2012, I (C‑348/09, EU:C:2012:300, punti 21 sa 23), li tgħid li “d-dritt tal-Unjoni ma jimponix fuq l-Istati Membri skala uniformi ta’ valuri għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-aġir li jista’ jitqies bħala kuntrarju għas-sigurtà pubblika” u “l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu, b’mod konformi mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn żmien għal ieħor, ir-rekwiżiti tal-ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika, b’mod partikolari, bħala ġustifikazzjoni għal deroga għall-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-persuni”, iżda “dawn ir-rekwiżiti għandhom jinftiehmu b’mod strett, b’tali mod li l-portata tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata unilateralment minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni”.

( 115 ) Ara, f’dan is-sens, il-punti 89 et seq tas-sentenza Tele2, dwar l-obbligu ta’ prinċipju li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-traffiku relatata magħhom.

( 116 ) Nippreċiża li l-Gvern tar-Repubblika Ċeka u tal-Estonja jipproponu li tingħata risposta, essenzjalment, li huwa possibbli li tiġi ddeterminata l-gravità suffiċjenti tar-reati, bħala kriterju li jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, fuq il-bażi biss tal-piena mġarrba, iżda li dawn il-gvernijiet iqisu, madankollu, li kull Stat Membru għandu jkun liberu jqis ukoll kriterji oġġettivi oħra li jirriflettu l-ispeċifiċità tal-ordinament ġuridiku tagħhom, jekk iqisu dan neċessarju.

( 117 ) Naqbel mal-perspettiva tal-Gvern Franċiż li tgħid li huwa evidenti li d-danni kkawżati lill-interessi fundamentali tal-pajjiż, lill-istituzzjonijiet jew lill-integrità tat-territorju nazzjonali, fin-natura tagħhom, jaqgħu taħt il-qasam tal-“kriminalità gravi”, iżda li tipi oħra ta’ reati jkollhom jaqgħu taħt dan il-qasam ukoll, bħad-danni kkawżati lill-ħajja, lill-integrità fiżika jew psikoloġika u lid-dinjità tal-persuni, bl-istess mod bħalma d-danni għall-beni jwasslu għal dannu patrimonjali sinjifikattiv għall-vittma, jew anki dawk li jidħlu f’fenomenu serjali li jikkawża dannu repetut lill-ordni pubbliku. Fuq dan il-punt tal-aħħar, il-Gvern Ungeriż semma wkoll il-possibbiltà li tittieħed inkunsiderazzjoni multiplikazzjoni eċċezzjonali ta’ ċerti reati fil-kriminalità fil-livell nazzjonali.

( 118 ) Fuq dan l-aħħar punt, ara wkoll il-punt 98 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 119 ) Konformement mal-Artikolu 8(2) tal-KEDB, tali ndħil jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk dan ikun previst mil-liġi, isemmi għan leġittimu wieħed jew iktar elenkati f’dan il-paragrafu u jkun neċessarju, f’soċjetà demokratika, sabiex jitlaħqu dan jew dawn l-għan(ijiet).

( 120 ) Il-Qorti EDB iddeċidiet li r-reati rilevanti għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment miċ-ċittadini, mingħajr ma dan ir-rekwiżit ta’ prevedibbiltà jkun jeħtieġ li l-Istati jelenkaw b’mod eżawrjenti dawk li jistgħu jwasslu għal tali miżura (ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 244).

( 121 ) Ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 26 ta’ Ġunju 2006, Weber u Saravia vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:2006:0629DEC005493400, punti 106 u 115); il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2008, Marper vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2008:1204JUD003056204, punti 104 u 119), kif ukoll il-Qorti EDB, 30 ta’ Mejju 2017, Trabajo Rueda vs Spanja (CE:ECHR:2017:0530JUD003260012, punti 39 u 40).

( 122 ) Ara l-punti 15 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 123 ) Ara l-punti 93 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 124 ) Filwaqt li jitfakkar li l-Artikolu 83(1) TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ “regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transkonfinali”, elenkati f’din id-dispożizzjoni.

( 125 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU 2011, L 335, p. 1), fejn l-Artikolu 3 jipprevedi pieni b’firxa minn mill-inqas sena sa mill-inqas għaxar snin priġunerija għad-diversi tipi ta’ “reati li jikkonċernaw abbuż sesswali” intiżi f’dan l-artikolu.

( 126 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU 2017, L 88, p. 6), fejn l-Artikolu 15(3) jipprevedi pieni li jċaħħdu l-libertà li ma jistgħux ikunu ta’ inqas minn tmienja jew ħmistax‑il sena skont id-diversi tipi ta’ “reati relatati ma’ grupp terroristiku” imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ din l-istess direttiva.

( 127 ) Ara wkoll il-punt 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 128 ) F’dan ir-rigward, ara l-punt 98 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 129 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessa 11 u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif ukoll il-punti 94 sa 96 u 116 tas-sentenza Tele2.

( 130 ) Ara, b’mod partikolari, minbarra d-dispożizzjonijiet imsemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 125 u 126 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU 2016, L 119, p. 132), fejn l-Artikolu 3(9) jiddefinixxi l-“kriminalità serja” bħala li tirreferi għar-“reati elenkati fl-Anness II, li huma punibbli b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu ta’ mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru”.

( 131 ) Ara l-punt 97 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 132 ) Ara l-punt 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 133 ) Riforma msemmija fil-punti 15 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 134 ) Ara wkoll il-punt 115 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 135 ) Ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 18 ta’ Mejju 2010, Kennedy vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2010:0518JUD002683905, punti 34 u 159), kif ukoll il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja (CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 244).

( 136 ) Ara l-punt 106 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 137 ) Ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 6 ta’ Settembru 1978, Klass et vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:1978:0906JUD000502971, punt 49), kif ukoll il-Qorti EDB, 18 ta’ Mejju 2010, Kennedy vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2010:0518JUD002683905, punti 153 u 154).

( 138 ) Ara l-Qorti EDB, 10 ta’ Frar 2009, Iordachi et vs Il‑Moldova (CE:ECHR:2009:0210JUD002519802, punt 44), fejn il-leġiżlazzjoni Moldovana tqieset li kienet nieqsa minn ċarezza, b’mod partikolari, minħabba li iktar minn nofs ir-reati previsti mill-Kodiċi Kriminali kienu jidħlu fil-kategorija ta’ reati li jistgħu jwasslu għal miżura ta’ interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi. Ara, wkoll, il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja (CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 248).