KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
WATHELET
ippreżentati fit-28 ta’ Lulju 2016 ( 1 )
Kawżi Magħquda C‑20/15 P u C‑21/15 P
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C‑20/15 P),
Banco Santander SA,
Santusa Holding SL (C‑21/15 P)
“Appell — Artikolu 107(1), TFUE — Dispożizzjonijiet Spanjoli dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi fiskali domiċiljati fi Spanja li jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi fiskalment domiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni 2011/5/UE u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE — Deċiżjonijiet li jikklassifikaw din is-sistema bħala għajnuna mill-Istat, li jiddikjaraw din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u jordnaw l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Natura selettiva — Identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li huma l-uniċi vantaġġati mill-miżura li tidderoga mis-sistema komuni”
I – Introduzzjoni
1. |
Permezz tal-appell tagħha fil-kawża C‑20/15 P, il-Kummissjoni Ewropea qed titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas‑7 ta’ Novembru 2014, Autogrill España vs Il‑Kummissjoni (T‑219/10, EU:T:2014:939) ( 2 ), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1(1) ( 3 ), u l-Artikolu 4 ( 4 ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni fiskali tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) applikata minn Spanja ( 5 ). |
2. |
Permezz tal-appell tagħha fil-kawża C‑21/15 P, il-Kummissjoni titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni (T‑399/11, EU:T:2014:938) ( 6 ), li permezz tagħha, l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1(1) ( 7 ), u l-Artikolu 4 ( 8 ) tad-Deċiżjoni 2011/282/UE tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal [akkwisti] ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata mir-Renju ta’ Spanja ( 9 ). |
3. |
Permezz taż-żewġ deċiżjonijiet kontenzjużi ( 10 ), il-Kummissjoni ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni vantaġġ fiskali li jippermetti lill-impriżi taxxabbli fi Spanja li jammortizzaw l-avvjament finanzjarju ( 11 ) li jirriżulta minn akkwistjiet ta’ ishma ( 12 ) f’“impriżi barranin” ( 13 ) u ordnat lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna mogħtija taħt din is-sistema. |
4. |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, sabiex miżura tkun tista’, bħala għajnuna mill-Istat, taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE ( 14 ), hija, l-ewwel nett, għandha tkun tikkonsisti f’intervent mill-Istat jew tal-inqas f’riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, għandha tkun tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, tagħti vantaġġ lill-benefiċjaru tagħha u r-raba’ nett, tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi ( 15 ). |
5. |
Iż-żewġ appelli jindirizzaw biss it-tielet minn dawn il-kundizzjonijiet, jiġifieri s-selettività. Dan il-kriterju ilu żmien twil parti minn kwistjonijiet mill-iktar kontroversjali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, l-appelli joffru lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tispeċifika l-portata, b’mod partikolari fil-każ ta’ miżuri fiskali. |
6. |
B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba sabiex tinterpreta t-termini “billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” użati fl-Artikolu 107(1), TFUE u sabiex tiddetermina jekk is-selettività tistax tirriżulat mill-unika konstatazzjoni li ġiet stabbilita deroga għall-iskema komuni jew “normali” ta’ taxxa ( 16 ) jew, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni ( 17 ), jekk ikun meħtieġ li tiġi identifikata fil-każijiet kollha kategorija ta’ impriżi, li huma l-uniċi vvantaġġati mill-miżura li tidderoga mis-sistema komuni inkwistjoni. |
7. |
F’dawn il-konklużjonijiet, se nsostni l-ewwel nett, li mill-mument li miżura fiskali tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment jew ta’ benefiċċju għall-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet għad-detriment ta’ oħrajn li jagħmlu tranżazzjonijiet simili u li, konsegwentement isibu ruħhom, f’sitwazzjoni komparabbli, din il-miżura hija, min-natura stess tagħha, diskriminatorja jew selettiva, ħlief jekk id-differenza maħluqa mill-miżura hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha. |
8. |
Il-fatt li l-kundizzjonijiet imposti għat-tranżazzjonijiet imsemmija mill-miżura fiskali derogatorja, ikunu relattivament faċli sabiex jitwettqu u li l-benefiċċju ta’ din il-miżura jkun, b’hekk, aċċessibbli għal diversi impriżi, ma jiddubitawx in-natura selettiva tagħha iżda biss il-grad tas-selettività. |
9. |
Ma naħsibx lanqas li l-fatt li t-test tal-Artikolu 107 TFUE ma jitrattax ħlief il-miżuri “[li j]iffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produtturi” jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu t-tranżazzjonijiet ekonomiċi li se jkunu vvantaġġati mill-istess miżuri. Minħabba li t-tranżazzjonijiet isiru minn impriżi, billi jiffavorixxu ċerti tranżazzjonijiet ekonomiċi, dawn jiffavorixxu wkoll lil ċerti impriżi. |
10. |
Konsegwentement, fl-opinjoni tiegħi, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, il-kriterju ta’ selettività previst mill-Artikolu 107(1) TFUE, ma jirrikjedix l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji ( 18 ) li jagħmluhom l-uniċi favoriti mill-miżura fiskali inkwistjoni. |
11. |
It-tieni nett, nikkonkludi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ddefinita fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), li l-miżura kontenzjuża hija selettiva minħabba li tiffavorixxi lill-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet transkonfinali u mhux lill-impriżi li jagħmlu l-istess tranżazzjonijiet fuq livell nazzjonali. |
II – Il-fatti qabel il-kawżi
12. |
Fl-10 ta’ Ottubru 2007, wara diversi domandi bil-miktub li saru fl-2005 u fl-2006, mill-Membri tal-Parlament Ewropew kif ukoll wara lment li rċeviet il-Kummissjoni mingħand operatur privat fl-istess sena, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali kontra l-miżura kontenzjuża. |
13. |
Din tal-aħħar tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist ta’ ishma f’“kumpannija barranija”, minn impriża taxxabbli fi Spanja u sakemm dan l-akkwist ikun tal-inqas 5 % u l-kumplament jibqa’ jinżamm għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena, l-avvjament li jirriżulta minn dan l-akkwist ta’ ishma, irreġistrat fil-kontijiet tal-impriża bħala attiv intanġibbli distint, jista’ jitnaqqas, fil-forma ta’ amortizzazzjoni, mill-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji li l-impriża għandha tħallas. |
14. |
Għall-kuntrarju, skont id-dritt fiskali Spanjol, akkwist minn impriża taxxabbli fi Spanja ta’ ishma f’kumpannija stabbilita fi Spanja ma jippermettix li l-avvjament li jirriżulta minn dan l-akkwist jiġi, għall-finijiet tat-taxxa, irreġistrat separatament fil-kontijiet. Għall-kuntrarju, dejjem skont id-dritt Spanjol, l-avvjament jista’ jiġi amortizzat fil-każ ta’ ragruppament ta’ impriżi ( 19 ). |
15. |
Il-Kummissjoni għalqet il-proċedura rigward l-akkwisti ta’ ishma mwettqa fl-Unjoni permezz tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni, Il-Kummissjoni ddikjarat li l-iskema kontenzjuża hija inkompatibbli mas-suq komuni, liema skema tikkonsisti fi vantaġġ fiskali li jippermetti lill-kumpanniji Spanjoli jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi barranin, meta din tapplika għal akkwisti ta’ ishma f’impriżi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni. Fl-Artikolu 4 tal-istess deċiżjoni, hija ordnat lir-Renju ta’ Spanja biex jirkupra l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema. |
16. |
Il-Kummissjoni żammet miftuħa l-proċedura għal dak li jirrigwarda l-akkwisti ta’ ishma mwettqa barra mill-Unjoni, filwaqt li l-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom li jipprovdu elementi ġodda dwar l-ostakli għall-amalgamazzjonijiet transkonfinali eżistenti barra mill-Unjoni. |
17. |
Permezz tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ddikjrat ukoll li l-iskema kontenzjuża hija inkompatbbli mas-suq komuni minħabba li tikkonsisti f’vantaġġ fiskali li jippermetti lill-kumpanniji Spanjoli sabiex jammortizzaw l-avvjament li jirriżulta mill-akkwist ta’ ishma f’impriżi barranin, meta applikata għal akkwisti ta’ ishma f’impriżi stabbiliti barra mill-Unjoni ( 20 ) u ordnat lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna li ngħataw taħt din l-iskema ( 21 ). |
III – Il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenzi kkontestati
18. |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑14 ta’ Mejju 2010, Autogrill España SA, li wara saret World Duty Free Group SA (WDFG), ressqet kawża intiża għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Sabiex isostni dan ir-rikors, WDFG qajmet erba’ motivi li l-ewwel wieħed minnhom kien ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività ( 22 ). |
19. |
Permezz ta’ att ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑29 ta’ Lulju 2011, Banco Santander SA, u Santusa Holding SL (iktar ’il quddiem “Banco Santander u Santusa”) ippreżentaw rikors għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża. Sabiex isostnu r-rikors tagħhom, Banco Santander u Santusa qajmu ħames motivi, li l-ewwel wieħed minnhom ukoll kien ibbażat fuq żball ta’ liġifl-applikazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività ( 23 ). |
20. |
Permezz tas-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali laqgħet, abbażi tal-motivi essenzjalment identiċi, l-ewwel motiv taż-żewġ rikorsi, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività u annullat l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, mingħajr ma analizzat il-motivi l-oħra tat-talba. |
21. |
Fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkunsidrat li “l-klassifikazzjoni ta’ miżura fiskali nazzjonali bħala ‘selettiva’ tippreżumi, fl-ewwel stadju, l-identifikazzjoni u l-eżami minn qabel tas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa inkonnessjoni ma’ din is-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ li għandha, fit-tieni stadju, tiġi evalwata l-eventwali natura selettiva tal-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali inkwistjoni, u dan filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura tidderoga mill-imsemmija sistema komuni sa fejn hija tiddistingwi bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan marbut mas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli […]Skont il-każ, fit-tielet stadju hekk lok li jiġi eżaminat jekk Stat Membru inkwistjoni jkunx irnexxielu jistabbilixxi li din il-miżura hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura tas-sistema li minnha hija tagħmel parti […]” ( 24 ). |
22. |
Il-Qorti Ġenerali, madankollu ddeċidiet li “meta l-miżura inkwistjoni, anki jekk tkun tikkostitwixxi deroga għas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’, tkun potenzjalment aċċessibbli għall-impriżi kollha, ma tistax titwettaq l-operazzjoni li permezz tagħha jsir paragun, fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema komuni jew ‘normali’, bejn is-sitwazzjoni legali u fattwali ta’ impriżi li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura u dik ta’ impriżi li ma jistgħux jibbenefikaw minnha […]. [Sabiex] il-kundizzjoni għal selettività tiġi ssodisfatta, kategorija ta’ impriżi, li huma l-uniċi vantaġġati mill-miżura inkwistjoni, għandha f’kull każ tiġi identifikata. […] [I]s-selettività ma tistax tirriżulta mill-konstatazzjoni biss li tkun ġiet stabbilita deroga għal sistema fiskali komuni jew “normali.” ( 25 ). |
23. |
Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, l-eżistenza, anki jekk jiġi preżunt li hija stabbilita, ta’ deroga jew eċċezzjoni għall-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni ma tippermettix, fiha nfisha, li jiġi stabbilit li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li din il-miżura hija aċċessibbli, a priori, għal kull impriża. ( 26 ). |
24. |
Rigward il-miżura kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija tapplika għal kull akkwist ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % f’kumpanniji barranin li jinżammu b’mod mhux interrott għal mill-inqas sena. Għaldaqstant, hija ma tkopri ebda kategorija partikolari ta’ impriżi jew produtturi, iżda kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi ( 27 ). |
25. |
Skont il-Qorti Ġenerali, sabiex tibbenefika mill-miżura kontenzjuża, impriża għandha takkwista ishma f’kumpannija barranija ( 28 ). Il-Qorti Ġenerali qieset li tali tranżazzjoni, purament finanzjarja, ma timponix, a priori, fuq l-impriża akkwirenti l-obbligu li tibdel l-attività tagħha u, barra minn hekk, jimplika biss, bħala prinċipju, għal din l-impriża, responsabbiltà limitata għall-investiment imwettaq ( 29 ). Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, skont il-punt 36 tas-sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598), “miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn natura tal-attività tal-impriżi, mhix, a priori, selettiva” ( 30 ). |
26. |
Il-Qorti Ġenerali żiedet li l-miżura kontenzjuża ma tiffissa ebda ammont minimu li jikkorrispondi għal-limitu minimu ta’ 5 % ta’ ishma u għalhekk ma tirriżervax de facto l-benefiċċju tagħha għal impriżi li jkollhom riżorsi finanzjarji suffiċjenti għal dan il-għan ( 31 ). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali tinnota li l-miżura kontenzjuża tipprevedi li vantaġġ fiskali jingħata abbażi ta’ kundizzjoni marbuta mal-akkwist ta’ beni ekonomiċi partikolari, jiġifieri ishma f’kumpanniji barranin ( 32 ). “Issa, fis-sentenza [tad-19 ta’ Settembru 2000,] Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, [(C‑156/98, EU:C:2000:467, punt 22)], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu jibbenefikaw il-kontribwenti li jbigħu ċerti beni ekonomiċi u li jistgħu jnaqqsu l-benefiċċju li jirriżulta minn dan meta jakkwistaw ishma f’kumpanniji b’kapital azzjonarju li għandhom is-sede tagħhom f’ċerti reġjuni, jagħti lil dawn il-kontribwenti vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha, ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fis-sens tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat […]. B’hekk, il-miżura kontezjuża, a priori, ma teskludi l-ebda kategorija ta’ impriżai mill-benefiċċju tagħha […] Għaldaqstant, anki jekk jiġi preżunt li l-miżura kontenzjuża tikkostitwixxi deroga għall-kuntest ta’ riferiment użat mill-Kummissjoni, din iċ-ċirkustanza ma tikkostitwixxix, f’kull każ, motiv li jippermetti li jiġi stabbilit li l-imsemmija miżura tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu [107 TFUE]” ( 33 ). |
27. |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali indikat li skont il-Kummissjoni, il-miżura kontenzjuża kienet selettiva fis-sens li [kienet] tiffavorixxi biss ċerti gruppi ta’ impriżi li kienu jwettqu ċertu investiment barra l-pajjiż, u dejjem skont il-Kummissjoni, miżura li tivvantaġġa biss lill-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom kien suġġet l-għoti tagħha, kienet selettiva “fid-dritt”, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi żgurat li, permezz tal-effetti tagħha, ma setgħetx tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi jew lil ċerti produtturi ( 34 ). |
28. |
Issa skont il-Qorti Ġenerali, dan il-motiv l-ieħor tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, ma jippermettix bl-istess mod li tiġi stabbilita n-natura selettiva tal-miżura kontenzjuża. Il-Qorti Ġeneralikkunsidrat li, skont ġurisprudenza stabbilita ( 35 ), l-Artikolu 107(1) TFUE kien jiddistingwi bejn l-interventi tal-istat skont l-effetti tagħhom u li l-approċċ propost mill-Kummissjoni seta’ jwassal sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ selettività għal kull miżura fiskali fejn il-benefiċċju huwa suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, minkejja li l-impriżi benefiċjarji ma jikkondividu l-ebda karatteristika proprja li tippermetti li jiġu distinti minn impriżi oħra, minbarra l-fatt li huma setgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom kien suġġett l-għoti tal-miżura ( 36 ). |
29. |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tinnota li skont il-Kummissjoni, il-miżura kontenzjuża kellha l-għan li tiffavorixxi l-esportazzjoni tal-kapital barra minn Spanja, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpanniji Spanjoli barra l-pajjiż, biex b’hekk tittejjeb il-kompetittività tal-benefiċjarji tal-iskema ( 37 ). |
30. |
Skont il-Qorti Ġenerali, il-konstatazzjoni tas-selettività ta’ miżura hija bbażata fuq differenza fit-trattament bejn kategoriji ta’ impriżi li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-istess Stat Membru u mhux fuq differenza fit-trattament bejn l-impriżi ta’ Stat Membru u dawk ta’ Stati Membri oħra ( 38 ). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li r-rabta, bejn l-esportazzjoni tal-kapital u l-esportazzjoni ta’ beni tippermetti biss, jekk jiġi preżunt li din hija stabbilita, li twassal għall-konstatazzjoni ta’ effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ, u mhux għal dik ta’ selettività tal-miżura kontenzjuża, li għandha tiġi evalwata f’kuntest nazzjonali ( 39 ). |
31. |
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li, fil-ġurisprudenza tagħha il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva mingħajr ma jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni kinitx tiffavorixxi kategorija partikolari ta’ impriżi jew ta’ produtturi, bl-esklużjoni ta’ impriżi oħra jew ta’ produtturi oħra ( 40 ). |
32. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat min-naħa li, fit-tliet sentenzi invokati mill-Kummissjoni [sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji li tippermetti li tiġi deċiża s-selettività tal-miżura inkwistjoni kienet dik ikkostitwita mill-kategorija ta’ “impriżi esportaturi”, għandha tiġi kkunsidrata bħala kategorija estremament wiesgħa, iżda bl-istess mod partikolari peress li tgħaqqad flimkien l-impriżi li jistgħu jiġu distinti minħabba karatteristiċi komuni u speċifiċi marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni tagħhom ( 41 ). |
33. |
Min-naħa l-oħra, rigward is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-Qorti Ġenerali qieset li, ċertament, il-vantaġġ fiskali inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, kien jirrigwarda għadd ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoniji, inkluż l-akkwist mill-ġdid ta’ ishma ta’ kumpanniji barranin, xorta jibqa’ l-fatt li l-impriżi, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġ inkwistjoni, kellhom jakkwistaw ishma f’kumpanniji marbuta direttament mal-attività ta’ esportazzjoni ta’ oġġetti jew ta’ servizzi. Għalhekk, din il-miżura kienet intenzjonata wkoll għall-kategorija partikolari tal-impriżi esportaturi ( 42 ). |
IV – Il-proċedura u l-konklużjonijiet tal-partijiet
34. |
Permezz tal-appelli tagħha fil-kawżi C‑20/15 P u C‑21/15 P, il-Kummissjoni talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
35. |
WDFG (C‑20/15 P) u Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P) talbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
36. |
Permezz tad-Digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑19 ta’ Mejju 2015, ir-Repubblika ta’ Spanja, l-Irlanda u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġew ammessi sabiex jintervjenu b’sostenn għat-talbiet ta’ WDFG (C‑20/15 P) u ta’ Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P). |
37. |
Għall-kuntrarju, permezz tad-Digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2015, it-talbiet għal intervent ta’ Telefónica SA u ta’ Iberdrola SA b’sostenn għat-talbiet ta’ WDFG (C‑20/15 P) u ta’ Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P), ġew miċħuda. |
38. |
Il-Kummissjoni, WDFG, Banco Santander u Santusa,ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn għamlu wkoll osservazzjonijiet orali matul is-seduta li saret fil-31 ta’ Mejju 2016. |
V – Fuq l-appelli
39. |
Sabiex isostni l-appelli tagħha, il-Kummissjoni invokat aggravju uniku identiku, artikolat f’żewġ partijiet, ibbażat fuq żball ta’ liġi imwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività kif rikjest mill-Artikolu 107(1) TFUE. |
A – Fuq l-ewwel parti
1. L-argumenti tal-partijiet
40. |
Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju uniku, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet fuqha, sabiex turi n-natura selettiva ta’ miżura, l-obbligu li tiddetermina grupp ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji. |
41. |
Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjonijiet kontenzjużi tagħha ikkonkludew li l-miżura kontenzjuża kienet tikkostitwixxi eċċezzjoni għas-sistema ġenerali li tiffavorixxi biss lill-impriżi li jwettqu ċertu tip ta’ investiment barra mill-pajjiż, (jiġifieri, akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 %) meta mqabbla ma’ impriżi li jagħmlu l-istess tip ta’ investiment fi Spanja, u li, minħabba dan il-fatt kienu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Il-Kummissjoni ssostni li għalkemm il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu, hija barra minn hekk, timponi fuq il-Kummissjoni li tistabbilixxi li l-miżura tiffavorixxi ċertu impriżi li jippruvaw jiġu identifikati mill-fatt tal-karatteristiċi speċifiċi, li l-impriżi l-oħra ma għandhomx, jiġifieri karatteristiċi proprji u identifikabbli ex ante. |
42. |
Skont il-Kummissjoni, din l-analiżi supplimentari u invarjabbilment iktar restrittiva tal-kunċett ta’ selettività li fuqu tibbaża il-Qorti Ġenerali sabiex tordna l-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, tikkostitwixxi żball ta’ liġi u hija kuntrarja għall-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, li tagħha, barra minn hekk hija tat f’diversi okkażjonijiet stampa mhux reali. |
43. |
Il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti mill-attività tal-impriża jew li ma tissuġġettax l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu, tista’ tkun selettiva. Skont il-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, ma jistax jiġi dedott mill-punt 36 tas-sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598), li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti min-natura tal-attività tal-impriżi ma hijiex, a priori, selettiva. Il-Kummissjoni sostni li jirriżula mill-punt 36, li miżura li ma hijiex selettiva jekk tiġi applikata b’mod ġenerali għall-impriżi kollha fl-Istat Membru mingħajr ebda distinzjoni, u mhux, kif tippretendi l-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, minħabba r-rabta tagħha mal-attivitajiet tal-impriżi. |
44. |
Il-Kummissjoni tilmenta wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 59 sa 62 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 63 sa 66 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, li l-miżura kontenzjuża ma kinitx selettiva minħabba li kienet marbuta mal-akkwist ta’ beni ekonomiċi partikolari u ma kienet teskludi, a priori, ebda kategorija ta’ impriżi mill-vantaġġ tagħha. Fil-fatt, f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ibbażat ruħha fuq il-punt 22 tas-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467). Fil-fatt, jirriżulta mill-punti 22 u 23 ta’ dik is-sentenza li, fil-kawża li tat lok għal din tal-aħħar, il-Kummissjoni ikklassifikatx il-miżura inkwistjoni bħala selettività biss għal parti minn dawn il-kumpanniji determinati ġeografikament li investituri privati kienu reġgħu investew il-qligħ provenjenti mill-bejgħ ta’ beni ekonomiċi u mhux għall-parti tal-istess investituri msemmija, li għalihom hija kkunsidrat li din il-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna. Fi kwalunkwe każ, f’din il-kawża, l-evalwazzjoni tan-natura selettiva tal-miżura ma ġietx ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
45. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ilmentat li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punti 66 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 70 sa 72 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li miżura li l-vantaġġ tagħha huwa “suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, minkejja li l-impriżi benefiċjarji ma jaqsmu ebda karatteristika proprja li tippermetti li jiġu distinti minn impriżi oħra, minbarra l-fatt li huma jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom l-għoti tal-miżura hija suġġetta”, ma tistax tkun selettiva. |
46. |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll fuq analiżi żbaljata tal-ġurisprudenza kkonċernata. |
47. |
Inkwantu għas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), il-Kummissjoni targumenta li jirriżulta mill-punti 90 u 91 ta’ din is-sentenza li l-kawża li tat lok għal din tal-aħħar kienet tikkonċerna sitwazzjoni partikolari ħafna li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala selettiva l-istruttura fiskali ta’ riferiment stess, minħabba li din tal-aħħar tiffavorixxi bħala tali l-impriżi “offshore” u mhux kwalunkwe deroga minnha. Ir-riferiment li sar f’din is-sentenza għall-“karatteristiċi speċifiċi” ta’ kategorija ta’ impriżi għandha għalhekk tinftiehem bħala li qed tirreferi għall-karatteristiċi li minħabba fihom dwan l-impriżi huma fiskalment vantaġġati fil-kuntest tas-sistema ta’ riferiment skont in-natura selettiva u ma tistax tiġi estrapolata lil hinn minn dan il-kuntest partikolari. |
48. |
Il-Kummissjoni tinnota li, fil-punt 66 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 70 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali tiċċita biss l-ewwel sentenza tal-punt 42 tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia(C‑417/10, EU:C:2012:184) ( 43 ) filwaqt li t-tieni sentenza ta’ dan il-punt 42, tirrifletti l-prinċipju sanċit fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li miżura hija selettiva jekk hija ta’ natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn, li jsibu ruħhom, inkwantu għall-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. |
49. |
Il-Kummissjoni ssostni li hija kkonformat ruħha mal-metodu ta’ analiżi relatat mas-selettività fil-qasam fiskali kif sanċit mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta stabbilixxiet, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, li l-miżura kontenzjuża tikkostitwixxi deroga meta mqabbla ma’ kuntest ta’ riferiment, peress li tipprevedi għall-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji stabbiliti barra mill-pajjiż, trattament fiskali distint minn dak applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji li huma stabbiliti fi Spanja, filwaqt li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ impriżi jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli. |
50. |
Hija tqis li l-Qorti Ġenerali, meta imponietilha l-inkarigu supplimentari li turi li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi ċerti impriżi li jistgħu jiġu identifikati minħabba l-karatteristiċi speċifiċi, li l-impriżi l-oħra ma għandhomx, jiġifieri karatteristiċi proprji u identifikabbli ex ante, hija bbażat ruħha fuq kunċett ta’ selettività neċessarjament iktar restrittiv minn dak sanċit fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk, kuntrarja għalih, u billi għamlet dan, wettqet żball ta’ liġi. |
51. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa b’mod preliminari jinnotaw, li fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni ma sostnietx li l-miżura kontenzjuża kienet de facto selettiva, b’tali mod li, fil-kuntest ta’ dan l-appell, għandha tiġi analizzata biss il-kritika diretta kontra s-sentenzi appellati, minħabba li l-Qorti Ġenerali fihom iddeċidiet li l-motivi invokati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet, ma jippermettux li jiġi konkluż li din il-miżura kienet selettiva de jure. |
52. |
Huma jsostnu li jirriżulta mis-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598) li miżura miftuħa għall-impriżi kollha u potenzjalment applikabbli għalihom kollha, ma tistax tiġi meqjusa bħala selettiva. Għall-kuntrarju, minn din is-sentenza ma jistax jiġi dedott, kif għamlet il-Kummissjoni li, sabiex ikun ma jkunx hemm selettività, il-miżura għandha effettivament tapplika għall-impriżi kollha tal-Istat Membru mingħajr eċċezzjoni, minħabba li din l-ipoteżi jkollha bħala konsegwenza il-fatt li kważi r-regoli fiskali kollha jkunu selettivi. |
53. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa ċaħdu wkoll l-ipoteżi tal-Kummissjoni li skontha l-miżuri diġà ġew ripetutament meqjusa bħala selettivi, anki jekk huma ma stabbilixxew ebda ammont ta’ investiment minimu u kienu japplikaw indipendentement min-natura tal-attivitajiet tal-benefiċjarju. |
54. |
Għall-kuntrarju, il-miżura kontenzjuża, minħabba li tagħti vantaġġ fiskali fir-rigward ta’ komportament, li huwa miftuħ, fil-fatt u fid-dritt, għal kull tip ta’ impriża u ta’ settur, ma hijiex awtomatikament, u minħabba dan il-fatt biss, ikkunsidraat bħala prima facie u de jure selettiva. |
55. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa isostnu li l-Qorti Ġenerali ġustament ibbażat ruħha fuq il-punt 22 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467) u kkonformat strettament mal-kundizzonijiet tiegħu. Fid-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-Kummissjoni hija stess speċifikament aċċettat in-nuqqas ta’ selettività tal-miżura fir-rigward tal-investituri kkonċernati, li kien ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
56. |
Fil-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni diġà eskludiet ripetutament is-selettività tal-miżuri fiskali li japplikaw l-istess kriterju, jiġifieri dak tan-nuqqas ta’ selettività tal-miżuri ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għal kull impriża u li minnha jista’ jibbenifika kull kontribwent. |
57. |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju ma twassalx għal nuqqas ta’ selettività tal-miżuri relatati mal-akkwist ta’ ċerti attivi invokati mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri kienu jkunu selettivi kieku ġie vverifikat li huma ta’ benefiċċju de facto għal ċertu impriżi u mhux għal oħrajn. Fi kwalunkwe każ, is-selettività tagħhom tirriżulta mhux min-natura tal-attivi iżda mill-fatt li din in-natura tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-akkwirenti kkonċernati jiffurmaw kategorija partikolari. |
58. |
Rigward is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni, (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li l-miżura inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza kienet differenti minn dik tal-kawża prinċipali, minħabba li hija kienet intiża sabiex tagħti vantaġġ lil kategorija distinta u identifikabbli ta’ impriżi, jiġifieri dawk li jagħmlu attivitajiet ta’ esportazzjoni. |
59. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa saħansitra jsostnu li jirriżulta b’mod ċar mill-punt 104 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), li miżura ma tista’ tiġi kklassifikata bħala selettiva biss jekk hija tibbenefika minn kategorija ta’ impriżi li jikkondividu l-“karatteristiċi” li huma “speċifiċi” għalihom. Jirriżulta wkoll minn din is-sentenza li l-identifikazzjoni ta’ deroga għas-sistema komuni mhix għan fiha nnifisha peress li dak li huwa importanti hu l-effett reali tal-miżura li jibbenefikaw minnha jew le impriżi jew produtturi identifikati. |
60. |
L-interpretazzjoni tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia(C‑417/10, EU:C:2012:184), sostnuta mill-Kummissjoni, ma għandhix tinżamm iktar. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkunsidrat li l-fatt li huma biss il-kontribwenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ miżura, li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura, kien jagħtiha natura selettiva. |
61. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, fl-aħħar nett, jargumentaw li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li miżura ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala selettiva fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE jekk il-benefiċċju tagħha jiddependi minn komportament li huwa prima facie aċċessibbli għal kull impriża, indipendentement mis-settur ta’attività tagħha. Dan kien enfasizzat mill-konstatazzjoni, fis-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), dwar in-nuqqas ta’ selettività ta’ tali miżura. L-analiżi tal-Qorti Ġenerali essenzjalment kienet l-istess bħal dik proposta mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-konklużjonijiet tagħha fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:661). Barra minn hekk, l-ipoteżi kuntrarja twassal għal sitwazzjoni assurda li fiha kull miżura fiskali tkun awtomatikament hija selettiva, jekk din ma tkunx intużat mingħajr eċċezzjoni mill-impriżi kollha ta’ Stat Membru. |
62. |
Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li s-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598) tikkonferma l-pożizzjoni adottata mill-awtoritajiet Spanjoli matul il-proċedura amministrattiva li skontha, vantaġġ ekonomiku ma jistax jiġi kkunsidrat bħala għajnuna jekk huwa suxxettibbli li jiffavorixxi “ċerti impriżi u ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1)TFUE. Matul il-proċedura amministrattiva, l-awtoritajiet Spanjoli wrew in-natura miftuħa tal-miżura kontenzjuża, li għalhekk tikkonferma l-analiżi esposta fis-sentenzi kkontestati u l-fatt li l-Kummissjoni ma wrietx in-natura selettiva tal-miżura fid-deċiżjonijiet kontenzjużi. |
63. |
L-Irlanda tgħid li għall-kuntrarju ta’ dak li qed isostni l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma ddeduċietx mis-sentenzi tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598); tas-6 ta’ Marzu 2002, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑92/00 u T‑103/00, EU:T:2002:61), u tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑227/01 sa T‑229/01, T‑265/01, T‑266/01 u T‑270/01, EU:T:2009:315), li kienu selettivi biss il-miżuri li l-applikazzjoni tagħhom kienet marbuta man-natura tal-attivitajiet tal-impriża jew li l-applikazzjoni tagħhom kienet suġġetta għal ammont minimu, iżda biss li s-selettività tal-miżura kontenzjuża ma setgħetx tiġi stabbilita inkwantu għal miżura li setgħu jibbenefikaw minnha l-impriżi Spanjoli li jinvestu f’akkwist ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % f’impriża barranija, indipendentement min-natura tal-attività tagħhom u tal-ammonti investiti. |
64. |
Dan l-Istat Membru jsostni li l-Qorti Ġenerali ġustament ibbażat ruħha fuq il-punt 104 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732) sabiex tiddeċiedi li kien hemm bżonn, sabiex differenza fiskali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna, li tiġi identifikata kategorija partikolari ta’ impriżi li jistgħu jiġu distinti mill-karatteristiċi speċifiċi. Skont l-Irlanda, il-kundizzjoni ta’ selettività kif stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE, għandu jkollha l-istess definizzjoni fil-kawżi kollha dwar allegata għajnuna fiskali mill-Istat, b’tali mod, li kuntrarjament għal dak li qed issostni l-Kummissjoni, il-prinċipju sanċit espressament fil-punt 104 tal-imsemmija sentenza ma jistax jiġi limitat għall-analiżi tas-sistema fiskali “meħuda fit-totalità tagħha”. |
65. |
L-Irlanda tqis li l-miżuri bħall-miżura kontenzjuża, li huma verament miftuħa għall-impriżi kollha, minħabba li huwa impossibbli li jiġi identifikat settur partikolari jew impriża partikolari li għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni tagħha u li għalhekk ikunu żvantaġġati, ma għandhom qatt jiġu kkunsidrati bħala selettivi. Fil-prassi deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni xorta tibbaża ruħha fuq dan il-motiv sabiex tikkonkludi n-nuqqas ta’ selettività ta’ ċerti miżuri ta’ amnestija avolja din hija deroga mill-kuntest ta’ riferiment. Il-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dawn l-appelli għalhekk mhix koerenti mal-prattika proprja ta’ din l-istituzzjoni. |
66. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li l-eżistenza, suppost stabbilita, ta’ deroga jew ta’ eżenzjoni mill-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni ma tippermettix, waħidha, li jiġi konkluż li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Għall-kuntrarju, minn dan jirriżulta biss li l-vantaġġ fiskali jista’ jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal sussidju (jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja effettiva mogħtija lil impriża determinata) u bħala li għandu inċentiv simili. Konsegwentement, wara din l-analiżi, skont il-ġurisprudenza (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 104); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:661, punti 83 sa 85) u kif ukoll kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, għandu jiġi vverifikat fi stadju supplimentari, jekk il-kategorija ta’ kontribwenti vvantaġġati minn miżura fiskali tinkludix impriżi jew produzzjonijiet biżżejjed speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
67. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li l-Kummissjoni kienet uriet sal-grad rikjest mil-liġi li l-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji kienet ikkaratterizzata biżżejjed mill-fatt li dawn l-impriżi kienu jappartjenu lil ċertu setturi jew ċertu fergħat tal-ekonomija (sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2005, Unicredito Italiano (C‑148/04, EU:C:2005:774, punti 44 et seq.), li huma kellhom forma ġuridika ddeterminata (sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 136) u ċertu daqs (sentenza tat-13 ta’ Frar 2003, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑409/00, EU:C:2003:92, punti 48 u 49), jew saħansitra s-sede soċjali tagħhom kien jinsab f’reġjun iddeterminat (sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2009, Presidente del Consiglio dei Ministri (C‑169/08, EU:C:2009:709, punt 63). |
68. |
Għall-kuntrarju jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-fatt li ġew previsti kundizzjonijiet ta’ attribuzzjoni ta’ vantaġġ fiskali jew ta’ deroga mill-istruttura ġenerali fih innifsu mhux biżżejjed sabiex tiġi stabbilita n-natura selettiva tal-miżura fiskali. |
69. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li vantaġġ fiskali li jibbenefikaw minnu l-persuni taxxabbli li jbigħu ċertu beni ekonomiċi, jagħtihom vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli għall-operaturi ekonomiċi mingħajr distinzjoni, ma jistax jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat (sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467, punt 22). |
70. |
Għal raġuni iktar b’saħħitha, miżura bħall-miżura kontenzjuża li l-applikazzjoni tagħha hija marbuta b’mod ġenerali ma’ ċertu kategorija ta’ tranżazzjonijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-kumpanniji, meta jseħħu l-akkwisti tal-ishma, li huma indipendenti mill-għan soċjali u mill-attivitajiet ta’ negozju tal-impriża, fil-prinċipju, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala selettivi. |
71. |
Fl-aħħar nett, skont il-partijiet intervenjenti kollha, l-aċċettazzjoni tal-kundizzjoni li s-selettività tinftiehem fis-sens wiesa’ li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni fl-appelli tagħha, ikollha l-konsegwenza li ttellef il-bilanċ istituzzjonali eżistenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni, għalhekk tista’ tikkontrolla l-kważi-totalità tal-miżuri ta’ fiskalità diretta skont il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, fil-waqt li fil-prinċipju, din il-kwistjoni tirriżulta mill-kompetenza leġiżlattiva tal-Istati Membri. |
2. Analiżi
72. |
Dawn l-appelli jikkonċernaw miżura nazzjonali ta’ fiskalità diretta u l-legalità tagħha fir-rigward tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-Artikolu 107(1) jipprojbixxi l-għajnuna, li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew jew ċerti produtturi”, jiġifieri l-għajnuna selettiva. F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-Artikolu 107(1) TFUE jimponi l-obbligu li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta’ natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn, li jkunu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ( 44 ). |
73. |
Qabelxejn, jeħtieġ li jiġi rrilevat, li meta niġu biex neżaminaw, bħal fil-kawża prinċipali, jekk il-miżura fiskali hijiex ta’ natura selettiva, id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment huwa, fil-prinċipju ( 45 ), essenzjali ( 46 ). |
74. |
Barra minn hekk, xieraq li neżaminaw jekk, il-miżura fiskali prinċipali, tidderogax minn dan il-kuntest ta’ riferiment u tikkostitwixxi vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ( 47 ). |
75. |
Fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, ma tissodisfax din il-kundizzjoni ta’ selettività, miżura li, irrispettivament mill-vantaġġ li tagħti lill-benefiċjarji tagħha, hija ġġustifikata min-natura jew mill-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha ( 48 ) ( 49 ). |
76. |
Mis-sentenzi kkontestati jirriżulta li fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kontenzjuża tidderoga mis-sistema “normali” jew ta’ riferiment applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja u li din is-sistema ma tikkostitwixxix miżura ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika ( 50 ). Fil-fatt b’applikazzjoni tal-miżura kontenzjuża, l-avvjament finanzjarju biss li jirriżulta mill-akkwisti ta’ ishma ta’ impriżi taxxabbli fi Spanja f’“kumpannija barranija”, jista’ jiġi amortizzat ( 51 ). Għall-kuntrarju, l-avvjament finanzjarju li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja, ma jistax jiġi amortizzat ( 52 ). Billi bbażat ruħha fuq tali differenza fit-trattament, il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni li l-miżura kontenzjuża kienet tidderoga mis-sistema ta’ riferiment ( 53 ). |
77. |
Għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-paraggunabbiltà bejn l-akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja, skont jekk huma jintervjenux f’“kumpannija barranija”, jew f’kumpannija stabbilita fi Spanja. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li d-differenza, b’applikazzjoni tal-miżura kontenzjuża, bejn dawn l-akkwisti ta’ ishma kienet iġġustifikata min-natura u l-ekonomija tas-sistema li tinsab fihom. |
78. |
Fil-fatt, f’dawn is-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-eżistenza, anke jekk stabbilita ( 54 ), ta’ deroga jew eżenzjoni fil-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni, waħidha ma tippermettix li jiġi stabbilit li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi lil “ċerti impriżi u ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba li din il-miżura kienet aċċessibbli, a priori, għall-impriżi kollha u għalhekk ma hijiex intenzjonata għal xi impriża jew produttur partikolari, iżda għal kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi ( 55 ). |
79. |
Fl-opinjoni tiegħi, tali interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-kriterju ta’ selettività ma tistax tinlaqa’. |
80. |
Minħabba li miżura fiskali tikkostitwixxi deroga għas-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment u tiffavorixxi li ċerti impriżi jew ċerti produtturi għad-detriment ta’ oħrajn ( 56 ) li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli ( 57 ), fl-opinjoni tiegħi din il-miżura hija, min-natura stess tagħha, diskriminatorja u selettiva ( 58 ), ħlief jekk id-differenza hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija tinsab fihom. |
81. |
Għandu jiġi enfasizzat li, fis-sentenzi tal-15 ta’ Diċembru 2005, Unicredito Italiano (C‑148/04, EU:C:2005:774, punti 49 u 50), u L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑66/02, EU:C:2005:768, punt 97 sa 100) ( 59 ), il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li kkontestat li l-miżuri fiskali inkwistjoni japplikaw biss għas-settur bankarju ( 60 ) u li, fil-qasam tas-settur, huma ta’ benefiċċju biss għall-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet imsemmija, iddeċidiet li dawn il-miżuri jagħmlu differenza mhux biss bejn is-settur bankarju u s-setturi ekonomiċi l-oħra iżda wkoll fl-istess settur bankarju. Konsegwentement, fil-punti 99 u 100 tas-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2005, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑66/02, EU:C:2005:768) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżuri fiskali inkwistjoni “[Peress illi ma japplikawx għall-operaturi ekonomiċi kollha, huma ma jistgħux jkunu meqjusa bħala miżuri ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika. […] Huma jidderogaw, fil-fatt, mis-sistema fiskali tad-dritt. L-impriżi benefiċjarji jibbenefikaw mit-tnaqqis fiskali li huma ma kellhomx id-dritt għalih fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni normali ta’ din is-sistema u li ma jistgħux jingħataw lill-impriżi f’setturi oħra li jwettqu operazzjonijiet simili jew lill-impriżi tas-settur bankarju li ma jwettqux l-operazzjonijiet bħal dawk previsti.” ( 61 ). |
82. |
Ninnota li l-Artikolu 107(1) TFUE huwa redatt f’termini wesgħin ħafna u astratti. Fil-fatt, għalkemm il-kelmiet “ċerti produtturi” jistgħu eventwalment jiġu meqjusa bħala li jinkludu, b’mod partikolari, ċerti setturi jew ċerti servizzi, u għalhekk ċerti kategoriji ta’ impriżi, il-kelmiet “ċerti impriżi” huma saħansitra iktar ġenerali. |
83. |
L-Artikolu 107(1) ma jirrigwardax biss il-miżuri li huma selettivi jew diskriminatorji fuq il-bażi ta’ kriterji limitati u predefiniti, bħal b’mod partikolari, is-settur inkwistjoni, id-daqs tal-impriżi jew in-natura tal-impriżi ( 62 ). Li huwa importanti huwa li jsir magħruf jekk il-miżura tpoġġix lill-benefiċjarji tagħha f’sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli minn dik ta’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ( 63 ) irrispettivament min-natura tal-impriżi, l-attivitajiet tagħhom jew it-tranżazzjonijiet inkwistjoni, minbarra ġustifikazzjoni min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha. |
84. |
Ma jirriżultax la mit-test tal-Artikolu 107(1) TFUE u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kelmiet “li tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” jirrikjedu l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji li se jkunu l-uniċi vvantaġġati mill-miżura inkwistjoni, kif tistipula l-Qorti Ġenerali fil-punti 41 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 45 sa 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni. Inqis ukoll li l-identifikazzjoni tal-impriżi li għandhom karatteristiċi proprji kienet tikkostitwixxi eżerċizzju estremament impreċiż, saħansitra arbitrarju, li ħoloq inċertezza legali. |
85. |
Fl-opinjoni tiegħi, fl-analiżi tagħha tal-kriterju ta’ selettività fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti tal-Ġustizzja preferiet approċċ formali u ristrettiv ħafna filwaqt li fittxet li tidentifika kategorija partikolari ta’ impriżi li se jkunu l-uniċi vvantaġġati mill-miżura kontenzjuża, iktar milli kkonċentrat fuq il-kwistjoni essenzjali li jsir magħruf jekk din il-miżura tagħmilx differenza bejn l-impriżi li huma f’sitwazzjoni komparabbli. |
86. |
Xieraq li jiġi enfasizzat li l-fatt li ħafna drabi huwa possibbli li jiġi identifikat settur wieħed jew iktar ta’ impriżi vvantaġġati minn miżura fiskali b’mod partikolari fl-isfond ta’ kundizzjonijiet imposti fuq il-kontribwenti sabiex jibbenefikaw mis-sistema derogatorja ( 64 ), ma jimplikax li s-selettività tal-miżura hija dipendenti fuq tali identifikazzjoni. |
87. |
Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li numru ta’ impriżi li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni huwa sinjifikattiv jew li dawn l-impriżi jappartjenu diversi setturi ta’ attivitajiet, ma huwiex biżżejjed sabiex wieħed jiddubita n-natura selettiva ta’ din il-miżura u, għalhekk, sabiex wieħed jeskludi l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat ( 65 ). |
88. |
F’dan ir-rigward, inqis li l-fatt li l-kundizzjonijiet imposti mill-miżura kontenzjuża, ma kinux severi ħafna ( 66 ) u li għalhekk, il-benefiċċju minn din il-miżura kien aċċessibbli għal diversi impriżi ma jiddubitax in-natura selettiva tagħha, iżda biss il-grad ta’ selettività tagħha. |
89. |
Ninnota li matul is-seduta u bħala risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja stmat li l-miżura kontenzjuża inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet tkun selettiva kienu kienet tirrikjedi akkwist ta’ ishma ta’ 75 % minflok ta’ 5 % u għal għaxar snin minflok għal sena. Skont dan il-gvern, f’tali sitwazzjoni, il-miżura kontenzjuża kienet ta’ benefiċċju biss għall-impriżi kbar u konsegwentement kienet selettiva. |
90. |
Ma nistax naċċetta tali approċċ, minħabba li mhux preċiż, mhux prattiku u huwa arbitrarju. Fil-fatt, fejn se ssir id-distinzjoni bejn akkwist ta’ ishma ta’ 75 % u dik ta’ 5 % u bejn akkwist ta’ ishma għal għaxar snin u dik li hija limitata għal sena? X’inhu l-kriterju ta’ demarkazzjoni li se jiddistingwi ż-żewġ tranżazzjonijiet? |
91. |
Konsegwentement inqis li miżura fiskali li tidderoga mis-sistema fiskali ġenerali u li tagħmel differenza bejn l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, hija selettiva, ħlief jekk id-differenza maħluqa mill-miżura hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha. |
92. |
Fil-fatt, meta l-impriżi benefiċjarji ta’ miżura fiskali jibbenefikaw minn tnaqqis fiskali li ma għandhomx dritt għalih fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-sistema fiskali u li ma jistgħux jitolbuh l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, tali miżura hija ta’ natura selettiva minħabba li hija fil-verità ma tapplikax, għall-kuntrarju ta’ dak li qed tippretendi l-Qorti Ġenerali ( 67 ), għall-operaturi ekonomiċi kollha ( 68 ) ( 69 ). Huwa evidenti li l-miżura kontenzjuża jibbenefikaw minnha biss l-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti ( 70 ), jiġifieri l-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’“kumpannija barranija”, u teskludi lill-operaturi ekonomiċi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, jiġifieri akkwisti ta’ ishma iżda f’kumpannija stabbilita fi Spanja. |
93. |
Fil-fatt, skont il-punt 42 tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184), għalkemm il-“fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva”, tali miżura fiskali hija selettiva jekk hija tagħmel differenza bejn is-sitwazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet komparabbli ( 71 ). |
94. |
Konsegwentement, il-kriterju ta’ selettività previst fl-Artikolu 107(1) TFUE jipprevedi l-miżuri fiskali li indipendentement mit-tekniki użati, għandhom l-effett ( 72 ) li jimponu tariffa fiskali differenti għall-impriżi ( 73 ) li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ( 74 ). |
95. |
F’dan ir-rigward ninnota li l-Qorti Ġenerali stess iddeċidiet, fil-punt 47 tas-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2012, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (T‑379/09, EU:T:2012:422), li “in-natura selettiva ta’ miżura tiġi evalwata meta mqabbla mal-impriżi kollha u mhux meta mqabbla mal-impriżi benefiċjarji tal-istess vantaġġ fl-istess grupp […] Barra minn hekk, il-fatt biss li miżura jistgħu jibbenefikaw minnha l-operaturi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti, jiġifieri jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, fih innifsu ma jistabbilixxix in-natura ġenerali ta’ din il-miżura u ma jipprekludix li hija għandha natura selettiva […]”. |
96. |
Isegwi li l-fatt li miżura fiskali ma hi intenzjonata għall-ebda kategorija partikolari ta’ impriżi, iżda impriżi li jagħmlu kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi, fil-kawża prinċipali tranżazzjonijiet finanzjarji barra mill-pajjiż, u li ma tissuġġettax l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu ( 75 ), ma jneħħi xejn mis-selettività jew min-natura diskriminatorja ta’ din il-miżura, jekk hija timponi tariffa fiskali differenti għall-impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji komparabbli, imma f’kumpanniji stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom. |
97. |
Din il-konklużjoni ma ġietx mibdula permezz tal-punt 22 tas-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), iċċitata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 60 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 64 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni. |
98. |
Fil-fatt, fis-sentenzi kkontestati, filwaqt li kkonstatat li “il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu jibbenefikaw il-kontribwenti li jbigħu ċerti beni ekonomiċi u li jistgħu jnaqqsu l-benefiċċju li jirriżulta minn dan meta jakkwistaw ishma f’kumpanniji b’kapital azzjonarju li għandhom is-sede tagħhom f’ċerti reġjuni jagħti lil dawn il-kontribwenti vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha, ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fis-sens tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat” ( 76 ), il-Qorti Ġenerali, b’konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, amalgamat indebitament il-punti 22 u 23 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), u għaldaqstant għamlet qari żbaljat ta’ din is-sentenza. |
99. |
Issa, fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, “xieraq ukoll li nfakkru li d-deċiżjoni kkontestata ma kklassifikatx it-tnaqqis fiskali mogħti bħala għajnuna mill-Istat […] biss safejn dan jiffavorixxi lil ċerti impriżi li jinsabu fil-Länder il-ġdid u fil-Punent ta’ Berlin, li jneħħi minnu n-natura tiegħu ta’ miżura ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika” ( 77 ). Konsegwentement, għall-kuntrarju ta’ dak li affirmat il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, jirriżulta b’mod ċar mill-punti 22 u 23 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), li miżura fiskali li tagħti vantaġġ lil ċertu impriżi li jinsabu fil-Länder il-ġdid u fil-Punent ta’ Berlin, ma tikkostitwixxix miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha iżda miżura selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
100. |
Barra minn hekk, jekk inhu veru li fil-punt 104 tas-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “il-kriterji li jikkostitwixxu l-valur taxxabbli adottati minn sistema fiskali għandhom ukoll ikunu, sabiex jiġu rikonoxxuti bħala li jagħtu vantaġġi selettivi, ta’ natura li jikkaratterizzaw l-impriżi benefiċjarji, abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi għalihom, bħala kategorija pprivileġġjata, u b’hekk jippermettu l-klassifikazzjoni ta’ tali sistema bħala li tiffavorixxi ‘ċerti’ impriżi jew ‘ċerti’ produtturi skont l-Artikolu 107(1) TFUE” ( 78 ), jiena nqis li din il-ġurisprudenza mhix applikabbkli fil-kawża prinċipali. |
101. |
Fil-fatt jeżistu differenzi importanti bejn is-sitwazzjoni fattwali, u b’mod partikolari s-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dik inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732) li ġew injorati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati. |
102. |
Fil-punti 92 u 93 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod ċar indikat li s-selettività tal-miżura fiskali inkwistjoni ma tirriżultax minn deroga għas-sistema fiskali “normali”, iżda mill-fatt li din is-sistema, fil-fatt kienet tiddiskrimina bejn il-kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli ( 79 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm il-kriterji tas-sistema kontenzjuża kienu ta’ natura ġenerali, dawn tal-aħħar kienu immedjatament jeskludu kull tassazzjoni ta’ kategorija identifikabbli ta’ impriżi, jiġifieri l-kumpanniji “offshore” ( 80 ). F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, li ma jissemmewx fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li għalkemm l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali “generali” fiha nnifisha ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita s-selettività ta’ taxxa għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali sistema ġenerali għandha tiġi kkunsidrata bħala selettiva, jekk huwa possibbli li tiġi identifikata kategorija ta’ impriżi vvantaġġati minnha ( 81 ). |
103. |
Issa, xieraq li nfakkru li, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kontenzjuża tidderoga mis-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja ( 82 ). Barra minn hekk, fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali ma ddubitatx din l-analiżi ( 83 ). |
104. |
Peress li s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltá u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), tindirizza speċifikament sitwazzjoni fejn ma hemm ebda deroga għas-sistema normali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sistema normali inkwistjoni kienet fiha nnifisha, de facto, diskriminatorja, inqis li, fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat din il-ġurisprudenza b’mod żbaljat fil-waqt ċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawżi ma kinux komparabbli. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali, billi rrikjediet l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi vvantaġġati mill-miżura kontenzjuża, anke jekk din tal-aħħar tidderoga mis-sistema “normali”, wettqet żball ta’ liġi. |
105. |
Barra minn hekk, fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li jirriżulta mill-punt 36 tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598), li miżura li l-applikazzjoni tagħha kienet indipendenti min-natura tal-attività tal-impriżi ma kinitx, a priori, selettiva. |
106. |
Inqis, skont l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali pproċediet bil-qari żbaljat tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598), minħabba li fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet “[li] miżura tal-Istat li minnha jibbenefikaw mingħajr distinzjoni l-impriżi li jinsabu fit-territorju nazzjonali, probabbilment ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat” ( 84 ), hija ddeċidiet ukoll fil-punt 36 ta’ din is-sentenza li sistema fiskali ma tikkostitwixxix għajnuna, sakemm tapplika għall-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali, indipendentement mill-għan tal-attività tagħhom. |
107. |
Għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punti 35 u 36), ma tippermettix li jiġi konkluż li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti min-natura tal-attività jew l-għan soċjali tal-impriżi mhix, a priori, selettiva. |
108. |
Din il-ġurisprudenza ( 85 ) sempliċiment tikkonferma li sistema fiskali li tapplika, mingħajr distinzjoni, għall-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali ma hijiex selettiva. |
109. |
Issa, biżżejjed infakkru li l-miżura kontenzjuża tagħmel distinzjoni ċara u netta bejn l-akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’“kumpannija barranija” u l-akkwisti ta’ ishma f’impriżi taxxabbli fi Spanja f’kumpannija stabbilita fi Spanja. Fin-nuqqas ta’ konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali li l-impriżi li jagħmlu dawn it-tranżazzjonijiet ma jinsabux f’sitwazzjoni komparabbli, inqis li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi meta imponiet fuq il-Kummissjoni, sabiex turi n-natura selettiva tal-miżura b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, l-obbligu li tiddetermina grupp ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji. |
110. |
Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-ewwel parti tal-uniku aggravju invokat mill-Kummissjoni, huwa, fl-opinjoni tiegħi, fondat. |
B – Fuq it-tieni parti
1. L-argumenti tal-partijiet
111. |
Permezz tat-tieni parti tal-uniku aggravju tagħha, il-Kummissjoni argumentat li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-għajnuna għall-esportazzjonijiet u introduċiet distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni u l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ kapital. |
112. |
Il-Kummissjoni targumenta li l-ġurisprudenza tal-Qorti tistabbilixxi mingħajr ambigwità l-fatt li għajnuna għall-esportazzjoni hija selettiva, anke jekk il-miżura tiffavorixxi l-esportazzjonijiet kollha. |
113. |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li fil-punti 73 u 74 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 77 u 78 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Ġreċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal- 15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), meta kkunsidrat li din il-ġurisprudenza ma kinitx titratta s-selettività tal-miżura inkwistjoni iżda kienet titratta biss il-kundizzjoni dwar l-affettwazzjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ previsti fl-Artikolu 107(1), TFUE. |
114. |
It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali li introduċiet, fil-punti 79 sa 81 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 83 sa 85 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni u l-għajnuna għall-esportazzjoni tal-kapital. |
115. |
Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji li ppermettiet li tiġi konkluża s-selettività tal-miżura inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas‑7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), kienet tikkostitwixxi l-impriżi esportaturi. Hija tinnota li skont il-Qorti Ġenerali, din il-kategorija tiġbor l-impriżi li jistgħu jiġu distinti mill-fatt ta’ karatteristiċi komuni marbuta mal-attività tal-esportazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjoni dwar is-selettività u, b’mod partikolari, rigward l-identifikazzjoni ta’ kategorija partikolari ta’ impriżi jew produtturi li jistgħu jiġu distinti minħabba raġunijiet komuni, ma teżisti ebda differenza bejn l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital. |
116. |
Il-Kummissjoni targumenta li l-approċċ sostnut mill-Qorti Ġenerali ma kienx konformi mar-rwol u l-għan tad-dixxiplina tal-għajnuna mill-Istat mill-perspettiva tal-protezzjoni tas-suq intern. Din id-dixxiplina b’mod partikolari għandha l-għan li tevita li l-Istati Membri jagħtu vantaġġi ekonomiċi speċifikament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti jew kapital. Il-fatt li tiġi vvantaġġata b’mod speċifiku l-esportazzjoni tal-kapital jista’ barra minn hekk, jipprovoka distorsjonijiet fis-suq intern bl-istess mod bħall-fatt li jiġu vvantaġġati speċifikament l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti. |
117. |
Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni targumenta li hija bl-ebda mod ma sostniet il-fatt li s-sussidji fuq l-esportazzjoni kienu jirriżultaw minn kunċett differenti ta’ selettività. Il-Kummissjoni targumenta li hija indikat l-iżbalji li għamlet il-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-għajnuna għall-esportazzjoni. |
118. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, iqisu li l-Qorti Ġenerali interpretat korrettament is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120). Rigward is-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20), huma jinnotaw li l-kontroll li sar fuq il-kunċett ta’ għajnuna ġie limitat u dak li ġie deċiż kien jikkonċerna l-affettwazzjoni tal-iskambji u l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, skont id-WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, il-kwistjoni tas-selettività ma kinitx indirizzata fis-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8). WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li fil-punti 71 et seq. tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 75 et seq. tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali fakkret fil-kuntest ta’ riferiment li għandu jitħaddem sabiex jiġi evalwat jekk miżura hix selettiva jew le. Huma jqisu li l-Qorti Ġenerali indikat li s-selettività għandha tiġi evalwata fit-territorju tal-Istat Membru u li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi li l-miżura kienet tiffavorixxi kategorija partikolari ta’ impriżi u teskludi impriżi oħra. Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, għalkemm il-Kummissjoni kienet għamlet it-tali delimitazzjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), tali delimitazzjoni hija totalment nieqsa fil-kawża prinċipali. |
119. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa argumentaw li l-għajnuna għall-esportazzjoni għandhom, fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività, jiġu evalwati bl-istess mod bħal miżuri oħra tal-Istat. Huma jqisu li fis-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-Qorti tal-Ġustizzja ġustament qieset li l-impriżi benefiċjarji kollha kellhom karatteristiċi komuni, lil hinn mill-fatt li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jippermettu li jibbenefikaw mill-miżura, karatteristiċi li kienu jippermettu li jiġu kklassifikati bħala li jappartjenu għal settur stabbilit sew fl-ekonomija, is-settur tal-esportazzjoni. Dan jirrigwarda impriżi li jipproduċu oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni. |
120. |
Issa, skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, impriżi mis-setturi kollha u ta’ kull daqs, kif ukoll il-produzzjonijiet tagħhom maħsuba kemm għas-suq nazzjonali kif ukoll għas-suq barrani, irrikorrew għall-miżura kontenzjuża. Huma jqisu li l-Kummissjoni kellha diversi okkażjonijiet kemm matul il-proċedura amministrattiva kif ukoll fil-kuntest tal-ewwel istanza, sabiex tipprova l-eżistenza ta’ kategorija ta’ impriżi li jibbenefikaw mill-miżura kontenzjuża, xi ħaġa li qatt ma għamelt. Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, l-argument tal-Kummissjoni li skontu teżisti kategorija ta’ impriżi “esportaturi tal-kapital” li jibbenefikaw mill-miżura kontenzjuża, konsegwentement jikkostitwixxi, argument inammissibbli fil-kuntest ta’ appell. |
121. |
WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital mhumiex ekwivalenti, speċjalment minħabba li r-regoli applikabbli għall-oġġetti u s-servizzi mhumiex l-istess bħal dawk applikabbli għall-kapital. Huma jinnotaw li l-impriżi kollha jiddisponu minn kapital jew probabbilment jinvestuh b’tali mod li jkun jidher li għandu karateristika li tipprova toħloq selettività. Barra minn hekk, kif irrikonoxxiet l-istess Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha ( 86 ), huwa ċar li r-regoli taċ-ċirkolazzjoni libera tal-kapital ma jipprekludux miżura bħall-miżura inkwistjoni, li titratta b’mod differenti tranżazzjonijiet (akkwisti ta’ ishma f’impriżi Spanjoli u akkwistjiet ta’ ishma f’impriżi barranin) li, għalkemm ikunu saru mill-impriżi (l-impriżi kollha), huma wkoll differenti. |
122. |
Ir-Renju ta’ Spanja argumenta li ma teżisti ebda attività ekonomika li tikkonsisti fl-esportazzjoni tal-kapital. Il-miżura kontenzjuża ma tiffavorixxix ċerti impriżi jew ċerti produtturi minħabba li ma tkoprix il-forniment tal-oġġetti u s-servizzi fis-suq. |
123. |
L-Irlanda tikkondividi l-opinjoni ta’ WDFG kif ukoll dik ta’ Banco Santander u Santusa li s-sentenzi invokati mill-Kummissjoni kienu jikkonċernaw il-miżuri li jiffavorixxu kategorija identifikabbli ta’ impriżi jew produtturi, jiġifieri s-settur tal-esportazzjoni. L-esportaturi jiffurmaw kategorija ta’ impriżi li tista’ tkun faċilment identifikata. Għall-kuntrarju, ma teżisti ebda kategorija uniformi ta’ impriżi li “jesportaw il-kapital”, minħabba li kull impriża li tagħmel akkwist barra mill-pajjiż “tesporta l-kapital”. |
124. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkonferma li, minħabba li l-Kummissjoni se tappoġġja b’mod sussidjarju l-fatt li l-miżura kontenzjuża hija komparabbli għall-miżura ta’ għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u għalhekk hija mmirata wkoll għall-kategorija delimitata biżżejjed tal-impriżi esportaturi, din se żżid a posteriori motivi għad-deċiżjonijiet kontenzjużi, li se jkunu inammissibbli fl-istadju tal-appell. |
125. |
Il-kategorija tal-impriżi esportaturi inkwistjoni fil-ġurisprudenza invokata mill-Kummissjoni tiddistingwi ruħha minn impriżi oħra sempliċiment minħabba l-fatt tal-karatteristiċi komuni marbuta mal-attività tagħhom ta’ esportazzjoni li, meta kien il-każ, kienet assoċjata mat-twettiq ta’ investimenti speċifiċi. Għalhekk, fis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438), il-Qorti tal-Ġustizzja ma bbażatx ruħha fuq it-twettiq ta’ investimenti iżda ħadet kont ta’ dan il-kriterju biss fost l-oħrajn, jiġifieri, l-ewwel nett, u b’konformità mat-test tal-Artikolu 107(1) TFUE, in-natura tal-“produtturi” tal-impriżi benefiċjarji, sabiex tiddistingwi lil dan il-grupp mill-kumplament tal-impriżi l-oħra. |
2. Analiżi
126. |
L-ewwel nett, skont l-argumenti tal-Kummissjoni ppreżentati fil-punt 113 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li s-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120) ma jittrattawx il-kriterju ta’ selettività iżda biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 107(1) TFUE dwar l-affettwazzjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
127. |
Fil-punti 20 tas-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “r-rata ta’ tnaqqis preferenzjali applikabbli għall-prodotti nazzjonali kollha esportati, mogħtija minn Stat lil prodotti nazzjonali biss esportati bl-għan li jiġu mgħejjuna jikkompetu fi Stati Membri oħra ma’ prodotti li joriġinaw minn dawn tal-aħħar, tikkostitwixxi għajnuna skont is-sens tal-Artikolu [107 TFUE]”. Barra minn hekk, fil-punt 8 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li rimborż tal-interessi li huwa ta’ benefiċċju biss għall-krediti tal-esportazzjoni, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-impriżi tal-esportazzjoni Griegi. Barra minn hekk, fil-punt 10 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżura prinċipali kienet tiffavorixxi lil ċerti impriżi. |
128. |
Hemm lok li jitfakkar li, sabiex miżura tkun tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE u tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hija għandha tissodisfa b’mod kumulattiv, il-kundizzjonijiet kollha previsti minn din id-dispożizzjoni. Isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-waqt li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-punt 20 tas-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68) u l-punt 8 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), iddeċidiet li l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE, inkluża l-kundizzjoni tas-selettività, kienu ġew issodisfatti. |
129. |
Fl-aħħar nett, fil-punt 120 tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438), bi tweġiba għall-osservazzjoni tal-Gvern Spanjol li skontu miżura applikabbli għall-impriżi kollha ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat ħlief meta l-amministrazzjoni nazzjonali tiddisponi minn ċertu setgħa diskrezzjonarja sabiex tiġi applikata ( 87 ), il-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li din il-miżura (tnaqqis fiskali) ma jistgħux jibbenefikaw minnha ħlief impriżi li kellhom attivitajiet ta’ esportazzjoni u kienu għamlu ċertu investimenti previsti mill-miżuri kontenzjużi. Hija kkunsidrat li tali fatt kien biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan it-tnaqqis fiskali kien jissodisfa l-kundizzjoni ta’ speċifiċità li tikkostitwixxi waħda mill-karatteristiċi tal-kunċett tal-għajnuna mill-Istat, jiġifieri n-natura selettiva tal-vantaġġ inkwistjoni. |
130. |
Inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja ppronunċjat ruħha b’mod effettiv dwar is-selettività tal-miżuri fiskali inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120). |
131. |
It-tieni nett, rigward l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li skontha l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta introduċiet distinzjoni bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-għajnuneit għall-esportazzjoni tal-kapital, xieraq li nfakkru li l-kriterju ta’ selettività huwa l-eżistenza jew le ta’ diskriminazzjoni, jiġifieri ta’ tariffa fiskali differenti bejn impriżi li jinsabu, fir-rigward tal-għan assenjat għas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, f ‘sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u dan mingħajr ġustifikazzjoni. Isegwi li, anke l-ipoteżi fejn il-miżura fiskali inkwistjoni tapplika indipendentement mis-settur, xieraq li tiġi applikata l-analiżi fi tliet partijiet deskritta fil-punti 73 sa 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet sabiex jiġi determinat jekk din il-miżura hijiex ta’ natura selettiva. |
132. |
Konsegwentement, inqis li ftit huwa importanti li jsir magħruf jekk il-Qorti Ġenerali għamlitx distinzjoni artifiċjali bejn l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital, kif qed tistenna l-Kummissjoni, peress li sabiex miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva, ma hemmx bżonn li jintwera li hija tapplika għal settur speċifiku jew għal kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji ( 88 ). |
133. |
Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-aggravju uniku hija bbażata fuq premessa żbaljata. |
134. |
Konsegwentement, inqis li hemm lok li din it-tieni parti tal-aggravju uniku tiġi miċħuda bħala ineffettiva. |
C – Kunsiderazzjonijiet addizzjonali
135. |
Subordinatament nirrileva li, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 79 sa 83 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 83 sa 86 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, fl-opinjoni tiegħi, ma teżistix “kategorija ta’ impriżi importaturi”. Is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), sempliċiment jittrattaw miżuri li ffavorixxew l-esportazzjonijiet u mhux il-kategorija ta’ impriżi identifikabbli ex ante. |
136. |
Inqis li bħall-investimenti jew l-akkwistjiet ta’ ishma f’impriżi barranin, kull impriża li topera fis-suq nazzjonali tista’ eventwalment tesporta oġġetti u servizzi, anke jekk ma kinitx predisposta biex tagħmel dan. L-impriżi li jinvestu barra mill-pajjiż, jew dawk li jesportaw oġġetti u servizzi, fl-opinjoni tiegħi, ma għandhomx karatteristiċi proprji u ma jiffurmawx kategorija delimitata u identifikabbli. |
137. |
Nikkunsidra, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, sentenza Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), li miżura fiskali hija selettiva minħabba li jibbenefikaw minnha impriżi li jwettqu tranżazzjonijiet transkonfinali komparabbli fil-livell nazzjonali ( 89 ). Fl-opinjoni tiegħi, tali miżura fiskali hija partikolarment ta’ dannu għas-suq intern minħabba li toħloq distorsjoni immedjata tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward ninnota li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fuq l-għajnuna mogħtija mill-Istati huma b’mod partikolari intenzjonati sabiex jevitaw li Stat Membru jkun jista’ jiffavorixxi lill-impriżi li jagħmlu attivitajiet transkonfinali ( 90 ). Dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu, għalhekk “in-naħa l-oħra tal-munita” jew il-“mera”, kif intqal waqt is-seduta, tad-dispożizzjonijiet tat-trattat FUE fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital, bil-għan li jiġi evitat l-istabbiliment ta’ ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali. |
138. |
Isegwi li l-miżuri fiskali li jiffavorixxu l-impriżi li jesportaw il-kapital minn Stat Membru għad-detriment ta’ oħrajn, li, f’sitwazzjoni komparabbli jinvestu fit-territorju nazzjonali ( 91 ), huma skont is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza, (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas‑7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), selettivi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
139. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 81 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 85 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni li “il-ġurisprudenza [li tirriżulta mis-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004,Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120)], dwar l-impriżi li għandhom attivitajiet ta’ esportazzjoni, ma tippermettix għalhekk li jiġi konkluż li l-qrati tal-Unjoni aċċettaw li miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva fl-assenza ta’ identifikazzjoni ta’ kategorija partikolari ta’ impriżi jew ta’ produtturi li jistgħu jiġu distinti minħabba karatteristiċi speċifiċi”. |
VI – Konklużjoni
140. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni”.
( 3 ) Din id-dispożizzjoni essenzjalment tipprevedi, li l-iskema ta’ għajnuna applikata mir-Renju ta’ Spanja skont id-dispożittiv previst fl-Artikolu 12(5), introdott fil-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji mil-Ley 24/2001 de Medidas Fiscales, Administrativas y del Orden Social (liġi 24/2001 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fiskali, amministrattivi u tal-ordni soċjali), tas‑27 ta’ Diċembru 2001 (BOE no 313, tal-31 ta’ Diċembru 2001, p. 50493) u li reġgħet ġiet inkluża fir-Real Decreto Legislativo 4/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (Digriet Leġiżlattiv Irjali 4/2004 dwar l-approvazzjoni tat-test abbozzat mill-ġdid tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), tal-5 ta’ Marzu 2004 (BOE no61, tal‑11 ta’ Marzu 2004, p. 10951) (iktar ’il quddiem l-“iskema kontenjuża” jew il-“miżura kontenzjuża”), applikata llegalment mir-Renju ta’ Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, hija inkompatibbli mas-suq komuni.
( 4 ) Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-irkupru tal-għajnuna.
( 5 ) ĠU2011, L 7, p. 48, iktar ’il quddiem l-“ewwel deċiżjoni kontenzjuża”.
( 6 ) Iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni”.
( 7 ) Din id-dispożizzjoni tipprevedi li “L-iskema tal-għajnuna implimentata mi[r-Renju ta’] Spanja skont l-Artikolu 12(5) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 200, li kkonsolidat l-emendi magħmula fl-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva, imdaħħla fis-seħħ illegalment mir-Renju [ta’ Spanja] bi ksur tal-Artikolu 108(3) [TFUE], mhijiex kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet minn barra l-Unjoni”.
( 8 ) Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-irkupru tal-għajnuna.
( 9 ) ĠU L 135, p. 1, iktar ’il quddiem it-“tieni deċiżjoni kontenzjuża”.
( 10 ) Iktar ’il quddiem flimkien, id-“deċiżjonijiet kontenzjużi”.
( 11 ) Skont il-miżura kontenzjuża, l-avvjament finanzjarju jiġi determinat billi jitnaqqas il-valur tas-suq tal-assi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża akkwistata bil-prezz imħallas għall-akkwiżizzjoni tal-ishma. Il-kunċett tal-avvjament finanzjarju, bħal dak imsemmi mill-miżura kontenzjuża, introduċa fil-qasam tal-akkwiżizzjoni tal-ishma, kunċett ġeneralment użat fit-trażmissjoni tal-attivi jew fi tranżazzjonijiet ta’ raggruppament ta’ impriżi. Ara l-premessa 20 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 29 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 12 ) Akkwiżizzjoni tal-ishma hija definita bħala tranżazzjoni li permezz tagħha impriża takkwista attivi fil-kapital ta’ impriża oħra mingħajr ma tikseb maġġoranza jew il-kontroll tad-drittijiet tal-vot tal-impriża akkwistata. Ara l-premessa 23 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 32 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 13 ) Id-deċiżjonijiet kontenzjużi jispeċifikaw li, sabiex tiġi klassifikata bħala “kumpannija barranija”, kumpannija għandha tkun suġġetta għal taxxa simili għal dik applikabbli fi Spanja u d-dħul tagħha għandu jkun essenzjalment provenjenti mit-twettiq ta’ attivitajiet barra mill-pajjiż. Ara l-premessa 21 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u l-premessa 30 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 14 ) Skont it-test tal-Artikolu 107(1) TFUE “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.
( 15 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ April 2015, Trapeza Eurobank Ergasias (C‑690/13, EU:C:2015:235, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata). Infakkar li, skont ġurisprudenza kkonstatata, il-klassifikazzjoni ta’ “għajnuna” skont is-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tirrikjedi li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha msemmija f’din id-dispożizzjoni. Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et (C‑341/06 P u C‑342/06 P, EU:C:2008:375, punt 121 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 16 ) Is-sistema fiskali komuni jew normali ħafna drabi hija msejħa wkoll l-iskema ta’ riferiment.
( 17 ) Iktar ’il quddiem flimkien, is-“sentenzi kkontestati”.
( 18 ) Ara l-punti 64 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 68 sa 72 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 19 ) Ara l-premessa 19 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 28 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża. Raggruppament ta’ impriżi huwa tranżazzjoni li permezz tagħha impriża waħda jew iktar, fil-mument tax-xoljiment tagħhom mingħajr stralċ, jitrażmettu l-patrimonju tagħhom lil impriża oħra li diġà teżisti jew li huma joħolqu permezz tal-attribuzzjoni lill-azzjonisti tagħhom tal-valuri rappreżentattivi tal-kapital tal-impriża l-oħra. Ara l-premessa 23 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 32 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 20 ) Ara l-Artikolu 1(1) tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 21 ) Ara l-Artikolu 4 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 22 ) It-tieni motiv kien ibbażat, minħabba n-nuqqas ta’ selettività, fuq il-fatt li d-differenza li hija introduċiet, kien jirriżulta min-natura jew l-ekonomija tas-sistema li kien parti minnha; it-tielet, fuq il-fatt li l-miżura ma kienet tagħti ebda vantaġġ lill-kumpanniji li japplikaw is-sistema kontenzjuża u r-raba’, kien jitratta kemm il-kriterju dwar is-selettività kif ukoll dak dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ, ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.
( 23 ) It-tieni motiv kien ibbażat fuq żball fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ riferiment; it-tielet motiv kien ibbażat fuq in-nuqqas ta’ selettività tal-miżura minħabba l-fatt li d-differenza introdotta minnha kienet tirriżulta min-natura jew mill-ekonomija tas-sistema li kien irreġistrata fiha; ir-raba’ motiv kien ibbażat fuq il-fatt li l-miżura ma kienet tagħti ebda vantaġġ lill-kumpanniji li japplikaw is-sistema kontenzjuża u l-ħames motiv, marbut kemm mal-kriterju dwar is-selettività kif ukoll mal-eżistenza ta’ vantaġġ, kien ibbażat minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.
( 24 ) Ara l-punt 33 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 37 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 25 ) Ara l-punti 44 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 48 u 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 26 ) Ara l-punt 52 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 27 ) Ara l-punt 53 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt57 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 28 ) Ara l-punt 55 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 59 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 29 ) Ara l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 60 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 30 ) Ara l-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 31 ) Ara l-punt 58 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 62 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 32 ) Ara l-punt 59 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 63 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 33 ) Ara l-punti 60 sa 62tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 64 sa 66 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 34 ) Ara l-punt 63 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 67 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 35 ) Ara s-sentenzi tat-2 ta’ Lulju 1974, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (173/73, EU:C:1974:71, punt 27); tad-29 ta’ April 2004, Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni (C‑159/01, EU:C:2004:246, punt 51), u tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs il‑Gvern ta’ Ġibiltá u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 87 u 88).
( 36 ) Ara l-punti 64 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 68 sa 72 tas-sentenza kkontesta Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 37 ) Ara l-punt 69 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 73 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 38 ) Ara l-punt 75 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 79 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 39 ) Ara l-punt 76 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 80 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 40 ) Ara l-punt 77 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 81 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 41 ) Ara l-punti 79 u 80 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 82 u 83 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 42 ) Ara l-punt 82 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 86 tas-sentenza appellata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 43 ) Skont il-Qorti Ġenerali, “[fil-punt 42 ta’ din is-sentenza], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li huma biss il-kontribwenti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet [il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni f’din il-kawża] li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura, ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva.”
( 44 ) Sentenzi tal-14 ta’ Jannar 2015, Eventech (C‑518/13, EU:C:2015:9, punt 54 u 55), u tat-22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punt 82).
( 45 ) Dan ma huwiex kontradett mill-punti 91 sa 93 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-klassifikazzjoni tas-sistema fiskali bħala “selettiva” ma hijiex suġġetta għall-identifikazzjoni ta’ kuntest ta’ riferiment u ta’ deroga minn dan il-kuntest meta sistema fiskali li, minflok tipprevedi regoli ġenerali għall-impriżi kollha, idderogat favur uħud minnhom, twassal għall-istess riżultat billi taġġusta u tikkombina r-regoli fiskali b’mod li tali applikazzjoni, twassal ukoll għal differenzi fiskali għall-impriżi differenti.
( 46 ) Ara, s-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2006, Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni (C‑88/03, EU:C:2006:511, punt 56) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “sabiex tiġi evalwata s-selettività tal-miżura in kwistjoni, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ skema ġuridika partikolari, l-imsemmija miżura tikkostitwixxix vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli. Id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment għandha importanza ikbar fil-każ ta’ miżuri fiskali għaliex l-eżistenza nfisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss billi tiġi mqabbla ma’ tassazzjoni msejħa ‘normali’”. Enfasi miżjuda minni.
( 47 ) Matul is-seduta, il-Kummissjoni indikat li tali miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala prima facie selettiva.
( 48 ) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-punt 49 tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “Il-klassifikazzjoni ta’ miżura fiskali nazzjonali bħala ‘selettiva’ teħtieġ, qabel kollox, l-identifikazzjoni u l-eżami minn qabel tas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa fil-konfront ta’ din is-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ li mbagħad għandha tiġi evalwata u stabbilita n-natura eventwalment selettiva tal-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali inkwistjoni, u dan filwaqt li jintwera li din il-miżura tidderoga mis-sistema komuni msemmija sa fejn tiddistingwi bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan marbut mas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli”. Konsegwentement, jekk il-benefiċjarji tal-miżura fiskali inkwistjoni u l-kontribwenti li ma jibbenefikawx minn din il-miżura ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward tal-għan imfittex mis-sistema, il-miżura ma hijiex selettiva. Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat-8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550, punti 63 u 64), u tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184, punt 42).
( 49 ) Skont il-Kummissjoni, dan it-tielet motiv jippermetti li jiġi evitat li jiġu kkunsidrati bħala selettivi miżuri verament ġenerali. Konsegwentement, hija tqis li l-kriterju ġdid elaborat mill-Qorti Ġenerali mhux neċessarju u jwassal għall-analiżi klassika ta’ selettività żviluppata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Qorti Ġenerali, meta introduċiet dan il-kriterju ġdid, ħolqot kategorija ġdida ta’ miżuri, jiġifieri miżuri li huma kemm ġenerali kif ukoll derogatorji. Hija tqis li tali kategorija ta’ miżuri hija lloġika.
( 50 ) Ara, f’dan is-sens il-punt 54 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 58 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 51 ) Ara, il-punt 9 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 14 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 52 ) Ara, il-punt 13 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 18 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 53 ) Ara, il-punt 50 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 54 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 54 ) Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, il-Qorti Ġenerali ma vvalidatx b’mod finali d-definizzjoni tas-sistema ta’ riferiment.
( 55 ) Ara l-punti 44 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 48 u 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 56 ) Għall-kuntrarju, miżura tal-istat li minnha jibbenefikaw mingħajr distinzjoni l-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali, probabbilment ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, sentenza Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punt 35).
( 57 ) Fil-punt 61 tas-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il‑Kummissjoni vs MOL (C‑15/14 P, EU:C:2015:362), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li,“l-parametri tal-paragun rilevanti għall-istabbiliment tas-selettività tal-miżura kkontestata f’din il-kawża jikkonsistu fil-verifika ta’ jekk il-proċedura ta’ konklużjoni u ta’ stabbiliment tat-termini tal-ftehim ta’ estensjoni tad-drittijiet tax-xogħol fil-minjieri, prevista fl-Artikolu 26/A(5) tal-Liġi dwar il-minjieri, tintroduċix distinzjoni bejn l-operaturi li jkunu jinsabu, fid-dawl tal-għan imfittex, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli, li ma hijiex iġġustifikata min-natura u mill-istruttura tas-sistema inkwistjoni”.
( 58 ) Fil-fatt, il-kunċett ta’ selettività huwa komparabbli għall-kunċett ta’ diskriminazzjoni. Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-14 ta’ Jannar 2015, Eventech (C‑518/13, EU:C:2015:9, punt 53) u tal‑15 ta’ Novembru 2011, sentenza Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 101). Ara l-punt 54 tal-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Wahl ippreżenta fil-kawża Il‑Kummissjoni vs MOL (C‑15/14 P, EU:C:2015:32) u l-punt 29 tal-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Bobek ippreżenta fil-kawża Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑270/15 P, EU:C:2016:289).
( 59 ) Iż-żewġ kawżi jittrattaw id-Deċiżjoni 2002/581/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, dwar is-sistema tal-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur il-banek (ĠU 2002, L 184, p. 27).
( 60 ) Konsegwentement, il-miżuri ma humiex ta’ benefiċċju għall-impriżi ta’ setturi ekonomiċi oħra.
( 61 ) Enfasi miżjuda minni.
( 62 ) Evidentement, il-miżuri fiskali li jiffavorixxu impriżi ta’ settur għad-detriment ta’ oħrajn jew ta’ impriżi kbar għad-detriment tal-impriżi ż-żgħar, huma selettivi.
( 63 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 87 u 93).
( 64 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu ma tistax tibbenefika ħlief kategorija ta’ impriżi, jiġifieri dawk li għandhom attivitajiet ta’ esportazzjoni u jagħmlu ċertu investimenti mmirati minn dawn il-miżuri, kien selettiv.
( 65 ) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Frar 2003, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑409/00, EU:C:2003:92, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għajnuna tista’ tkun selettiva fir-rigward tal-Artikolu 107(1) TFUE anke meta tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ [ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑17 ta’ Ġunju 1999, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑75/97, EU:C:1999:311, punt 33), u tat‑8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550, punt 53)] jew diversi setturi ekonomiċi (ara s-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2003, GEMO, C‑126/01, EU:C:2003:622, punti 37 sa 39).
( 66 ) Xieraq li nfakkru li l-miżura kontenzjuża kienet tapplika għall-akkwiżizzjonijiet kollha tal-ishma ta’ mill-inqas 5 % f’kumpanniji barranin li huma miżmuma mingħajr interruzzjoni għal mill-inqas sena, mingħajr ma jiġi impost ammont jew livell minimu ieħor ta’ investiment.
( 67 ) Ara l-punt 52 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.
( 68 ) Fl-opinjoni tiegħi, il-Qorti ġenerali użat sofiżma meta kkunsidrat li miżura fiskali, li hija potenzjalment aċċessibbli għall-impriżi kollha mhijiex selettiva fil-waqt li din il-miżura tagħmel distinzjoni bejn l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li qed tistenni d-WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, kif jidher fil-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet, miżura fiskali ma tistax tkun awtomatikament selettiva jekk hija ma tkunx applikata mill-impriżi kollha ta’ Stat Membru mingħajr eċċezzjoni, minħabba li dawn l-impriżi kollha mhux neċessarjament jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli. Miżura fiskali mhix selettiva ħlief jekk hija tagħmel distinzjoni bejn sitwazzjonijiet komparabbli. Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-osservazzjonijiet tal-partijiet intervenjenti imsemmija fil-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ selettività meta jkun hemm diskriminazzjoni bejn kontribwenti f’sitwazzjonijiet komparabbli, ma tipperikolax il-bilanċ istituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda tikkorrispondi għas-setgħa tal-Parlament kif espressa fit-test tal-Artikolu 107(1), TFUE.
( 69 ) Ara, b’analoġija, il-punti 81 u 82 tal-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:242) fejn hija tinnota li “is-sempliċi fatt li dispożizzjoni fiskali tagħti vantaġġ biss lil ċerti impriżi li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti minnha, ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi kkonstatata n-natura selettiva ta’ din id-dispożizzjoni (46). Mill-banda l-oħra, ma jistax dejjem jingħad li dispożizzjoni fiskali ma hijiex selettiva għar-raġuni li l-operaturi ekonomiċi kollha, mingħajr ebda distinzjoni, jistgħu jkunu intitolati għall-vantaġġ mogħti mid-dispożizzjoni fiskali, sa fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti minnha. Fil-fatt, f’tali każ, għandu dejjem jitqies li dispożizzjoni fiskali ma hijiex selettiva. […]“Għaldaqstant, fir-rigward tal-vantaġġi fiskali, il-ġurisprudenza stabbilixxiet kundizzjonijiet speċjali sabiex tiġi kkonstatata n-natura selettiva tagħhom. B’hekk, dak li huwa determinanti fl-aħħar mill-aħħar huwa jekk il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-vantaġġ fiskali skont il-kriterji tas-sistema fiskali nazzjonali humiex magħżula b’mod nondiskriminatorju[…]”. Enfasi miżjuda minni.
( 70 ) Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jistennew ir-Renju ta’ Spanja (ara l-punt 62 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u l-Irlanda (ara l-punt 65 ta’ dawn il-konklużjonijiet), il-miżura kontenzjuża ma hijiex miftuħa għall-impriżi kollha li jagħmlu tranżazzjonijiet komparabbli.
( 71 ) Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament iddeċidiet fil-punt 42 tas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184) li “il-fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva”, hija kompliet tikkonstata wkoll fl-istess punt 42, li l-persuni li jippruvaw jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni f’din il-kawża ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għal dik tal-kontribwenti li jibbenfikaw mill-miżura fir-rigward tal-għan imfittex mil-leġiżlatur. Fid-dawl tal-fatt li fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddubitatx il-komparabbiltà bejn l-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’ “kumpannija barranija” u l-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’kumpannija stabbilita fi Spanja, inqis li l-pertinenza tal-punt 42 tas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2012, sentenza 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184), fil-kawża prinċipali hija limitata ħafna.
( 72 ) L-Artikolu 107(1) TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi u l-għanijiet tal-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-impatti tagħhom u għalhekk indipendentement mit-tekniki użati. Ara s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 87).
( 73 ) Ara, b’analoġija is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 93).
( 74 ) Għall-kuntrarju ta’ dak li qed tistenna r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (ara l-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ma din l-analiżi ma għandhix għalfejn tiżdied il-verifika tal-eżistenza ta’ kategorija ta’ kontribwenti vvantaġġati. Barra minn hekk, miżuri fiskali selettivi li jibbenefikaw minnhom ċertu kontribwenti għad-detriment ta’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, jaħarbu immedjatament mill-kontroll fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat minħabba l-fatt biss li dawn il-miżuri fiskali “ġew adottati taħt teknika leġiżlattiva oħra minkejja li dawn jipproduċu, fid-dritt u/jew fil-fatt, l-istess effetti”. Ara s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 92).
( 75 ) Fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li l-miżura kontenzjuża ma tissuġġetta l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu, ma jindikax li din il-miżura mhix selettiva. In-nuqqas ta’ kundizzjoni ta’ applikazzjoni bbażata fuq ammont minimu jimplika sempliċiment in-nuqqas ta’ kriterju ta’ selettività ibbażat fuq id-daqs tal-impriża, li huwa, a priori, selettiv. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑279/08 P, EU:C:2011:551).
( 76 ) Enfasi miżjuda minni.
( 77 ) Enfasi miżjuda minni.
( 78 ) Enfasi miżjuda minni.
( 79 ) Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C-106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 101).
( 80 ) Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 101 u 102).
( 81 ) Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 103 u 104).
( 82 ) Ara l-punt 50 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 54 tas-sentenza kkontestataBanco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni
( 83 ) Ara l-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 84 ) Enfasi miżjuda minni.
( 85 ) Sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punti 35 u 36).
( 86 ) Ara l-punt 135 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u l-punt 160 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.
( 87 ) Ara s-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 96).
( 88 ) Ara l-punti 83 u 84 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 89 ) Il-punt 154 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża jipprevedi li “[…]l-miżura kkontestata għandha l-għan li tiffavorixxi l-esportazzjoni tal-kapital barra minn Spanja, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpaniji Spanjoli barra l-pajjiż, biex b’hekk tittejjeb il-kompetittività tal-benefiċjarji tal-iskema..” Ara wkoll il-punt 129 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.
( 90 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Lulju 2009, Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (C‑369/07, EU:C:2009:428, punt 119).
( 91 ) U li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli.