SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
19 ta’ Diċembru 2013 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Århus — Directtiva 2003/4/KE — Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni ambjentali — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ ‘awtorità pubblika’ — Impriżi ta’ drenaġġ u ta’ distribuzzjoni tal-ilma — Privatizzazzjoni tas-settur tal-ilma fl-Ingilterra u f’Wales”
Fil-Kawża C‑279/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni prelimiari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Mejju 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Ġunju 2012, fil-proċedura
Fish Legal,
Emily Shirley
vs
Information Commissioner,
United Utilities Water plc,
Yorkshire Water Services Ltd,
Southern Water Services Ltd,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, viċi-President, M. Ilešič, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, E. Juhász, A. Borg Barthet u J.L. da Cruz Vilaça, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, G. Arestis, A. Arabadjiev, C. Toader, A. Prechal (Relatur), E. Jarašiūnas u C. Vajda, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-16 ta’ April 2013,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Fish Legal, minn W. Rundle, solicitor, assistit minn D. Wolfe, QC, |
|
— |
għal Emily Shirley, minn R. McCracken, QC, u M. Lewis, barrister, |
|
— |
għall-Information Commissioner, minn R. Kamm, bħala aġent, assistita minn A. Proops, barrister, imqabbda minn R. Bailey, solicitor, |
|
— |
għal United Utilities Water plc, Yorkshire Water Services Ltd u Southern Water Services Ltd, minn T. de la Mare, QC, imqabbad minn J. Mullock, solicitor, |
|
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn J. Beeko, bħala aġent, assistita minn J. Eadie, QC, kif ukoll minn J. Maurici u C. Callaghan, barristers, |
|
— |
għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen u M. Wolff, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici kif ukoll minn L. Pignataro-Nolin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-5 ta’ Settembru 2013,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għad-deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375). |
|
2 |
Din it-talba tresqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Fish Legal kif ukoll E. Shirley u l-Information Commissioner (Kummissarju għall-Informazzjoni) kif ukoll United Utilities Water plc, Yorkshire Water Services Ltd u Southern Water Services Ltd (iktar ’il quddiem il-“kumpanniji tal-ilma kkonċernati”) dwar iċ-ċaħda minn dawn tal-aħħar tat-talba għal aċċess għal ċerta informazzjoni dwar id-drenaġġ u d-distribuzzjoni tal-ilma, magħmula minn Fish Legal u E. Shirley. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
|
3 |
Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 124, p. 1, iktar ’il quddiem il-“Kovenzjoni ta’ Århus”), tiddefinixxi, fl-Artikolu 2(2) tagħha, il-kunċett ta’ “awtorità pubblika” kif ġej: “[...]
Din id-definizzjoni ma tinkorporax il-korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
4 |
L-Artikolu 4(1) ta’ din il-konvenzjoni jipprovdi li, taħt ċertu numru ta’ riżervi u kundizzjonijiet, kull parti għandha tagħmel mezz li l-awtoritajiet pubbliċi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, l-informazzjoni dwar l-ambjent mitluba lilhom. |
Id-dritt tal-Unjoni
|
5 |
Il-premessi 1, 5, 8, 9 u 11 tad-Direttiva 2003/4 jistabbilixxu:
[...]
[...]
[…]
|
|
6 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-għanijiet tagħha kif ġej: “L-objettivi [għanijiet] ta’ din id-Direttiva huma:
|
|
7 |
L-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ “Awtorita pubblika” “[...]
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi korpi jew istituzzjonijiet meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjali jew leġislattiva. Jekk id-disposizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva ma jagħmlu l-ebda disposizzjoni għall-proċedura tar-rivista fit-tifsira ta’ l-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn il-korpi jew istituzzjonijiet minn din id-definizzjoni. [...]” |
|
8 |
L-Artikolu 3(1) ta’ l-istess Direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet pubbliċi huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli t-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għandhom jew miżmum għalihom lil kull applikant fuq it-talba tiegħu u mingħajr ma jkollu għalfejn jiddikjara l-interess tiegħu”. |
Id-dritt tar-Renju Unit
Il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali
|
9 |
Il-leġiżlazzjoni tal-2004 dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali (Environmental Information Regulations 2004, iktar ’il quddiem l-“EIR 2004”) tittrasponi d-Direttiva 2003/4 fid-dritt intern. |
|
10 |
Skont l-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-regolament: “[...] Awtorità pubblika’ tfisser:
|
|
11 |
Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-EIR 2004, l-informazzjoni dwar l-ambjent mitluba għandha tingħata fi żmien 20 jum ta’ xogħol, li taħt ċertu kundizzjonijiet, jista’ jiġi estiż għal 40 jum mill-awtorità kkonċernata. |
|
12 |
Skont l-Artikolu 50(1) tal-Liġi tal-2000 dwar il-libertà’ tal-informazzjoni, fil-verżjoni emendata permezz tal-Artikolu 18 tal-EIR 2004, il-persuna kkonċernata tista’ titlob lill-Information Commissioner (Kummissarju għall-informazzjoni) jiddeċiedi jekk l-awtorità pubblika kkonċernata ttrattatx it-talba tagħha għal informazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-EIR 2004. |
Il-leġiżlazzjoni dwar it-tqassim attwali tal-kompetenzi legali fis-settur tad-drenaġġ u tat-tqassim tal-ilma fl-Ingilterra u Wales
|
13 |
Permezz tal-adozzjoni tal-Att dwar l-Ilma tal-1989 (Water Act 1989), li pprivatizza s-settur tad-drenaġġ u tat-tqassim tal-ilma fl-Ingilterra u f’Wales, b’effett mill-1 ta’ Settembru 1989, il-funzjonijiet, setgħat, beni u assi tal-aġenziji tal-ilma tqassmu bejn, minn naħa, in-National Rivers Authority (Awtorità nazzjonali tax-xmajjar), li saret l-Environment Agency (Aġenzija tal-ambjent) mid-dħul fis-seħħ tal-Att tal-1995 dwar l-ambjent (Environment Act 1995)], u, min-naħa l-oħra, il-kumpanniji tal-ilma li jipprovdu bħala impriżi kummerċjali servizzi ta’ drenaġġ u ta’ tqassim tal-ilma. |
|
14 |
Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att tal-1991 dwar is-settur tal-ilma (Water Industry Act 1991, iktar ’il quddiem il-“WIA 1991”), kif emendat, it-tqassim attwali tal-kompetenzi legali fis-settur tad-drenaġġ u tat-tqassim tal-ilma huwa, fil-qosor, kif ġej:
|
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
|
15 |
Fish Legal, il-parti legali tal-Angling Trust jiġifieri l-federazzjoni Ingliża tas-sajjieda, hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li għandha l-għan li tiġġieled, permezz tal-mezzi legali kollha, kontra t-tniġġis u attakki oħra fuq is-settur tal-ilma kif ukoll id-difiża tas-sajd bil-qasba u tas-sajjieda. Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Awwissu 2009, Fish Legal talbet lil żewġ kumpanniji tal-ilma, jiġifieri United Utilities Water plc u Yorkshire Water Services LTs, informazzjoni dwar is-suġġett ta’ ħruġ tal-ilma, operazzjonijiet kontra t-tniġġis u ta’ meta jfur l-ilma għal emerġenza. |
|
16 |
E. Shirley, min-naħa tagħha, indirizzat, bil-miktub, fix-xahar ta’ Awwissu 2009, lil kumpannija tal-ilma oħra, jiġifieri Southern Water Services Ltd, sabiex titlobha informazzjoni dwar il-kapaċità ta’ drenaġġ għal proġett ta’ titjib fil-villaġġ tagħha li jinsab fil-kontea ta’ Kent. |
|
17 |
Peress li ma rċivewx mingħand il-kumpanniji kkonċernati l-informazzjoni mitluba fit-termini previsti mill-EIR 2004, Fish Legal u E. Shirley ressqu t-tnejn li huma lment quddiem l-Information Commissioner. Permezz ta’ deċiżjonijiet li ġew innotifikati lilhom f’Marzu 2010, dan ikkunsidra li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati ma kinux awtoritajiet pubbliċi fis-sens tal-EIR 2004 u li, għalhekk, ma setax jiddeċiedi dwar l-imenti rispettivi tagħhom. |
|
18 |
Għalhekk, Fish Legal u E. Shirley ippreżentaw rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-First-tier Tribunal (General Regulatory Chambers, Information Rights), liema ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) tagħti s-sentenza tagħha fil-kawża msejħa “pilota” Smartsource v. Information Commissioner. |
|
19 |
Wara s-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2010, Smartsource v. Information Commissioner (iktar ’il quddiem is-“sentenza Smartsource”), il-First-tier Tribunal (General Regulatory Chamber, Information Rights) ċaħdet ir-rikors ta’ Fish Legal u ta’ E. Shirley, prinċipalment minħabba li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati ma setgħux jiġu kkwalifikati bħala “awtoritajiet pubbliċi”, fis-sens tal-EIR 2004. |
|
20 |
Il-qorti tar-rinviju, adita b’appell minn Fish Legal u minn E. Shirley, tirreleva li dawn jammettu li, permezz ta’ komunikazzjonijiet differenti li l-aħħar waħda minnhom saret f’April 2011, il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati finalment taw aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba. |
|
21 |
Din il-qorti tikkunsidra madankollu li l-kwistjoni mqajma, fil-liġi, permezz tal-kawżi prinċipali, jiġifieri jekk il-kumpanniji kellhomx jikkomunikaw l-imsemmija informazzjoni, madankollu ma ġietx deċiża. Issa, risposta għal din id-domanda hija neċessarja sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati naqsux mill-obbligu tagħhom li jipprovdu informazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u, b’mod partikolari, fit-termini previsti. L-imsemmija kwistjoni hija wkoll relevanti għal kawżi oħra li jikkonċernaw kumpanniji tal-ilma li għadhom sospiżi fl-ewwel istanza kif ukoll għal kawżi relatati ma’ setturi ta’ attività differenti minn dik tal-ilma. |
|
22 |
L-imsemmija qorti tindika li, skont Fish Legal u E. Shirley, il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati għandhom jiġu kkwalifikati bħala “awtoritajiet pubbliċi”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) jew (ċ) tad-Direttiva 2003/4, peress li dawn jeżerċitaw funzjonijiet amministrattivi pubbliċi u huma, fi kwalunkwe każ, strettament ikkontrollati minn korp statali. |
|
23 |
Il-qorti tar-rinviju tirreleva li l-Information Commissioner għandu teżi kuntrarja, ibbażata essenzjalment fuq il-motivi tas-sentenza Smartsource. Minn naħa, billi japplikaw l-approċċ multifattorjali li tiffavorixxi din is-sentenza, il-kumpanniji tal-ilma ma jeżerċitawx funzjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Min-naħa l-oħra, il-kontroll li l-kumpanniji tal-ilma huma suġġetti għalih huwa insuffiċjenti peress li jikkonċerna biss il-funzjonijiet relatati mar-regolament. Issa, il-kunċett ta’ “kontroll” jinkludi l-awtorità, anzi l-obbligu, kif ukoll is-setgħa li jiġu ddeterminati mhux biss l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, iżda wkoll il-mezzi li għandhom jiġu implementati sabiex jintlaħqu. |
|
24 |
L-Information Commissioner isostni sussidjarjament li jekk ma jiġix adottat l-approċċ tas-sentenza Smartsource, tal-inqas għandha tingħata interpretazzjoni “ibrida” tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4. Skont din l-interpretazzjoni, il-kumpanniji tal-ilma għandhom jiġu kkwalifikati bħala“awtoritajiet pubbliċi” biss fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet li ngħatawlhom u li huma stess huma suxxettibbli li jkunu kkwalifikati bħala “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4. |
|
25 |
Il-qorti tar-rinviju żżid li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati esenzjalment sostnew li, fis-sentenza Smartsource, ġustament ġie deċiż li l-kumpanniji ma kinux “awtoritajiet pubbliċi”. Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, il-qorti nazzjonali inkwistjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni serje ta’ elementi relevanti, fosthom id-dokument ippubblikat fl-2000 mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, intitolat, “Il-Konvenzjoni ta’ Århus, gwida għall-applikazzjoni” (iktar ’il quddiem il-“gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus”), ċerti fatturi li jikkonċernaw il-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanniji tal-ilma kif ukoll il-leġiżlazzjoni tas-settur tal-ilma fl-Ingilterra u f’Wales. |
|
26 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ammissibbiltà
|
27 |
Il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati jsostnu, prinċipalment, li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma inammissibbli. |
|
28 |
Huma jsostnu li, peress li huwa paċifiku li huma pprovdew bonarjament l-informazzjoni ambjentali kollha mitluba minn Fish Legal u minn E. Shirley, l-ebda kawża ma għadha pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi dwar kwistjonijiet li saru purament ipotetiċi, li jxejjen kull ġustifikazzjoni għat-talba għal deċiżjoni preliminari. |
|
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għalihom sabiex jinqatgħu l-kawżi li jkunu tressqu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-6 ta’ Ġunju2013, MA et, C‑648/11, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
30 |
Id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew saħansitra meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza MA et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
31 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-għan tal-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju tikkonċerna kontestazzjonijiet minn Fish Legal u minn E. Shirley għad-deċiżjonijiet tal-Information Commissioner li permezz tagħhom dan ikkunsidra li, peress li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati ma setgħux jiġu kkwalifikati bħala awtoritajiet pubbliċi fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi d-Direttiva 2003/4, huwa ma setax jiddeċiedi dwar l-ilmenti tagħhom intiżi sabiex jiġi kkonstatat li l-informazzjoni ambjentali mitluba ma kinitx ingħatat fit-termini previsti minn din il-leġiżlazzjoni. |
|
32 |
Issa, id-domandi magħmula huma essenzjalment dwar il-punt jekk, u, skont il-każ, f’liema kundizzjonijiet, il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati għandhom ikunu kkwalifikati bħala “awtoritajiet pubbliċi”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) jew (ċ) tad-Direttiva 2003/4. |
|
33 |
Għandu jiġi kkonstat, kif irreleva wkoll l-avukat ġenerali fil-punti 55 sa 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, li risposta għal dawn id-domandi tirrispondi għal bżonn oġġettiv għas-soluzzjoni tal-kawża li għandha quddiemha l-qorti tar-rinviju. |
|
34 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, id-domandi magħmula ma humiex ipotetiċi u t-talba għal deċiżjoni preliminari hija għaldaqstant ammissibbli. |
Fuq il-mertu
Osservazzjonijiet preliminari
|
35 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, billi saret parti għall-Konvenzjoni ta’ Århus, l-Unjoni Ewropea ntrabtet li tiżgura, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, aċċess bħala regola għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isem dawn l-awtoritajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-22 ta’ Diċembru 2010, Ville de Lyon, C-524/09, Ġabra p. I-14115, punt 36, u tal-14 ta’ Frar 2012, Flachglas Torgau, C‑204/09, punt 30). |
|
36 |
Kif tikkonferma l-premessa 5 tad-Direttiva 2003/4, billi adotta din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura l-kompatibbiltà tad-dritt tal-Unjoni ma’ din il-Konvenzjoni bl-għan tal-konklużjoni tagħha mill-Komunità billi pprovda għal sistema ġenerali li biha jiġi żgurat li kull persuna fiżika jew ġuridika ta’ Stat Membru jkollha dritt għall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew miżmuma għalihom mingħajr ma din il-persuna jkollha għalfejn tiddikjara interess (sentenza Flachglas Torgau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31). |
|
37 |
Minn dan jirriżulta li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/4, għandu jittieħed kont tat-test u tal-għan tal-Konvenzjoni ta’ Århus li din id-direttiva hija intiża sabiex timplementa fid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Flachglas Torgau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40). |
|
38 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, jekk il-gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus tista’ tiġi kkunsidrata bħala dokument ta’ spjega, suxxettibbli, skont il-każ, li jittieħed inkunsiderazzjoni, fost elementi oħra relevanti, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ din il-konvenzjoni, l-analiżi li tinkludi ma għandha l-ebda setgħa obbligatorja u ma hijiex ta’ natura normativa bħal ma huma d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus (sentenza tas-16 Frar 2012, Solvay et, C‑182/10, punt 27). |
|
39 |
Fl-aħħar nett, għandu wkoll jiġi enfasizzat li d-dritt għal aċċess ggarantit mid-Direttiva 2003/4 japplika biss sakemm l-informazzjoni mitluba tissodisfa r-rekwiżiti dwar l-aċċess pubbliku previsti minn din id-direttiva, li jissoponi b’mod partikolari, li din tikkostitwixxi “tagħrif dwar l-ambjent” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika dan għal dak li jikkonċerna l-kawża prinċipali (sentenza Flachglas Torgau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32). |
Fuq l-ewwel żewġ domandi
|
40 |
Permezz tal-ewwel żewġ domandi tagħha, li jaqbel li jiġu trattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf essenzjalment liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk entitajiet bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati jistgħux jiġu kkwalifikati bħala persuni ġuridiċi li jeżerċitaw, abbażi tad-dritt intern, “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4. |
|
41 |
Skont l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4, li hija dispożizzjoni essenzjalment identika għal dik fl-Artikolu 2(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, il-kunċett ta’ “awtorità pubblika” jkopri “kull persuna naturali [fiżika] jew legali [ġuridika] li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi fejn jidħol l-ambjent”. |
|
42 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, kemm mir-rekwiżiti tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit is-sens u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha li għandha tiġi stabbilita fid-dawl tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Flachglas Torgau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37). |
|
43 |
F’din il-kawża, għandu, fl-ewwel lok, jiġi determinat jekk il-frażi “il-liġijiet nazzjonali” għandhiex jew le, tiġi mifhuma bħala riferiment espress għad-dritt tar-Renju Unit, f’dan il-każ għad-dritt Ingliż, għall-finijiett tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi”. |
|
44 |
Dwar dan il-punt, għandu jiġi kkonstatat li teżisti differenza bejn il-verżjoni Franċiża u dik Ingliża tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-verżjonijiet fl-istess lingwi tal-Artikolu 2(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, liema huma verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta’ din il-konvenzjoni. Fil-fatt, fil-verżjoni Franċiża tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4, il-frażi “il-liġijiet nazzjonali” hija marbuta mal-verb “jeżerċita”, b’mod li, f’din il-verżjoni, it-termini tal-imsemmija dispożizzjoni ma jistgħux jiġu inklużi fis-sens li jirreferu espressament għad-dritt nazzjonali f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi” u għalhekk ma tirreferix għall-imsemmi verb. |
|
45 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għan, stabbilit fil-premessa 7 tad-Direttiva 2003/4 huwa li jiġi evitat li d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali joħolqu nuqqas ta’ ugwaljanza ġewwa l-Unjoni f’dak li jikkonċerna l-aċċess għal din l-informazzjoni jew il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni. Dan l-għan jirrikjedi li d-determinazzjoni tal-persuni obbligati jagħtu lill-pubbliku aċċess għall-informazzjoni ambjentali jkunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea kollha b’mod li l-kunċett ta’ “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 ma jkunx ivarja skont id-dritt nazzjonali applikabbli. |
|
46 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus, skont liema l-frażi “skont il-liġijiet nazzjonali” tfisser “li għandu jkun hemm bażi legali għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet skont is-subparagrafu (b)”, fejn dan is-subparagrafu jkopri “kwalunkwe persuna awtorizzata mil-liġi teżerċita funzjoni pubblika”. Dan ma jistax jiġi kkontestat mill-fatt li l-imsemmija gwida żżid li “it-tifsira ta’ funzjoni pubblika tista’ tvarja minn pajjiż għall-ieħor” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
47 |
F’dan il-kuntest, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Information Commissioner u l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati matul is-seduta, l-imsemmija frażi, kieku kellha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-bżonn tal-eżistenza ta’ bażi legali, ma tkunx superfluwa peress li tikkonferma li l-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi pubbliċi għandu jkun ibbażat fuq id-dritt intern. |
|
48 |
Minn dan jirriżulta li huma biss l-entitajiet li, bis-saħħa ta’ bażi legali speċifikatament definita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija applikabbli għalihom, huma awtorizzati jeżerċitaw funzjonijiet amministrattivi pubbliċi huma suxxettibbli li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4. Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar jekk il-funzjonijiet li għandhom tali awtoritajiet abbażi tad-dritt nazzjonali jikkostitwixxux “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u tal-elementi ta’ interpretazzjoni relevanti tal-Konvenzjoni ta’ Århus li jippermettu li tingħata definizzjoni awtonoma u uniformi tal-imsemmi kunċett. |
|
49 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-funzjonijiet eżerċitati skont id-dritt nazzjonali mill-entità kkonċernata jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà indikat li kemm mill-Konvenzjoni ta’ Århus stess kif ukoll mid-Direttiva 2003/4 permezz ta’ “awtoritajiet pubbliċi” l-awturi tagħhom riedu jfissru l-awtoritajiet amministrattivi peress li, fi ħadn l-Istati, huma dawn li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, ikollhom l-informazzjoni ambjentali (sentenza Flachglas Torgau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40). |
|
50 |
Barra minn hekk, il-gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus tispjega li “din hija funzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet governattivi kif iddefiniti mid-dritt intern” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li għaldaqstant ma għandhiex neċessarjament tkun relatata mal-qasam tal-ambjent, u li dan il-qasam issemma biss bħala funzjoni amministrattiva pubblika. |
|
51 |
L-entitajiet li, minn perspettiva organika, huma awtoritajiet amministrattivi, jiġifieri dawk li jagħmlu parti mill-amministrazzjoni pubblika jew mis-setgħa eżekuttiva tal-Istat fi kwalunkwe livell, huma awtoritajiet pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/4. Din l-ewwel kategorija tinkludi l-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku, li ġew stabbiliti mill-Istat u li dan jista’ jiddeċiedi dwar ix-xoljiment tagħha. |
|
52 |
It-tieni kategorija ta’ awtoritajiet pubbliċi kif iddefinita fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-direttiva tinkludi, min-naħa tagħha, awtoritajiet amministrattivi definiti f’sens funzjonali, jiġifieri l-entitajiet, kemm jekk ikunu persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku jew tad-dritt privat, li jkunu resposnabbli, abbażi tas-sistema legali applikabbli għalihom, li jwettqu servizzi ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, u li għandhom, f’dan is-sens, setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn persuni tad-dritt privat. |
|
53 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati huma responsabbli, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari l-WIA 1991, għal servizzi ta’ interess pubbliku, jiġifieri l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma u tal-katusi kif ukoll tad-drenaġġ u tad-distribuzzjoni tal-ilma, attivitajiet li fil-kuntest tagħhom, kif osservat il-Kummissjoni Ewropea, diversi direttivi fil-qasam tal-ambjent dwar il-protezzjoni tal-ilma għandhom fil-fatt jiġu osservati. |
|
54 |
Minn elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta wkoll li, sabiex iwettqu dawn il-funzjonijiet u jipprovdu dawn is-servizzi, l-imsemmija kumpanniji għandhom, abbażi tad-dritt nazzjonali applikabbli, ċerti setgħat, bħad-dritt ta’ esproprijazzjoni, dak li jadottaw regolamenti amministrattivi relatati mal-ilmijiet navigabbli u mal-artijiet li huma proprjetarji tagħhom, is-setgħa li jipproċedu, f’ċerti ċirkustanzi, għal ħruġ tal-ilma, inkluż fil-katusi ta’ ilma privati, id-dritt li jimponu projbizzjonijiet temporanji ta’ tisqija jew is-setgħa li jiddeċiedu, fil-konfront ta’ ċerti klijenti u taħt kundizzjonijiet stretti, lijwaqqfu l-provista tal-ilma. |
|
55 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl tal-modi differenti kif inhuma mqassma fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, dawn id-drittijiet u setgħat rikonoxxuti lill-kumpanniji tal-ilma kkonċernati jistgħux jiġu kkwalifikati bħala setgħat eżorbitanti. |
|
56 |
Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għall-ewwel żewġ domandi magħmula għandha tkun li, sabiex jiġi ddeterminat jekk entitajiet bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati jistgħux jiġu kkwalifikati bħala persuni ġuridiċi li jeżerċitaw, skont id-dritt intern, “funzjonijiet amministrattivi pubbliċi” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4, għandu jiġi eżaminat jekk dawn l-entitajiet għandhomx, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali applikabbli għalihom, setgħat eżorbitani meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn il-persuni ta’ dritt privat. |
Fuq it-tielet u r-raba’ domanda
|
57 |
Permezz tat-tielet u r-raba’ domandi, li jaqbel li jiġu trattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tfittex essenzjalment li ssir taf liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk entitajiet bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati, li ma huwiex ikkontestat li jipprovdu servizzi pubbliċi relatati mal-ambjent, humiex taħt kontroll ta’ korp jew persuna msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jew (b) tad-Direttiva 2003/4, b’mod li għandhom jiġu kkwalifikati bħala “awtoritajiet pubbliċi” skont l-Artikolu 2(2)(c) ta’ din id-direttiva. |
|
58 |
F’dan il-każ, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-eżistenza ta’ sistema bħal dik prevista mill-WIA 1991, sa fejn tafda s-superviżjoni tal-kumpanniji tal-ilma kkonċernati lis-Sevretary of Stat u lill-OFWAT, korpi li ma huwiex ikkontestat li jikkostitwixxu awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/4, timplikax li dawn il-kumpanniji huma “taħt il-kontroll” tal-imsemmija korpi, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva. |
|
59 |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-Information Commissioner, il-kumpanniji tal-ilma kkonċernati kif ukoll il-Gvern tar-Renju Unit isostnu li l-fatt li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati huma suġġetti għal sistema regolatorja, ċertament relattivament stretta, ma jimplikax li dawn jinsabu taħt “kontroll” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4. Huma jsostnu li, kif enfasizzat l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) fis-sentenza Smartsource, teżisti differenza fundamentali bejn sistema msejħa“regolatorja”, li tinkludi biss is-setgħa għar-regolatur li jiddetermina l-għanijiet li għandhom ikunu segwiti mill-entità regolatorja, u sistema msejħa “ta’ kontroll”, li tippermetti wkoll lir-regolatur jiddetermina l-mod kif dawn l-għanijiet għandhom jitwettqu mill-entità kkonċernata. |
|
60 |
F’dan il-kuntest, il-gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus tindika li, għalkemm l-Artikolu 2(2)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, dispożizzjoni essenzjalment identika għall-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4, isemmi “tal-inqas” persuni “li huma l-proprjetà tal-Istat”, l-Artikolu 2(2)(ċ) jista’ “barra minn hekk jinkludi [...] korpi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, li jkollhom x’ jaqsmu ma’ l-ambjent taħt kontroll regolatorju” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
61 |
Fir-rigward ta’ dan il-kunċett ta’ “kontroll”, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-kuntest tar-raba’ domanda tagħha, x’tista’ tkun ir-relevanza tas-sentenza Griffin vs South West Water Services Ltd. tal-High Court of Justice (England and Wales) (ir-Renju Unit), li tirreferi għaliha wkoll il-gwida għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus fil-kuntest tal-Artikolu 2(2)(c) ta’ din il-konvenzjoni. |
|
62 |
F’din is-sentneza ġie deċiż b’mod partikolari li l-kriterju dwar il-kontroll, imsemmi fil-punt 20 tas-sentenza Foster et, iċċitata iktar ’il fuq, ma kellux jiġi mifhum fis-sens li ma jkoprix sistema “regolatorja”, bħal dik prevista mill-WIA 1991 u li din is-sistema tissodisfa l-imsemmi kriterju ta’ kontroll, b’mod li, meta l-kriterji l-oħra jkunu sodisfatti, id-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE, tas-17 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tkeċċijiet mix-xogħol kollettivi (ĠU L 48, p. 29), setgħet tiġi invokata kontra l-kumpannija tal-ilma inkwistjoni f’din il-kawża prinċipali fil-kapaċità ta’ “estensjoni tal-Istat”. |
|
63 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi speċifikatament dwar jekk kumpannija tal-ilma, bħala “estensjoni tal-Istat”, hijiex neċessarjament persuna ġuridika li taqa’ taħt tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4. |
|
64 |
F’dan ir-rigward, il-konstatazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punt 20 tas-sentenza Foster et, iċċitata iktar ’il fuq, tista’ tiġi kkunsidrata li hija indikazzjoni li tikkostitwixxi indikazzjoni li hija ssodisfatta bil-kundizzjoni ta’ kontroll stabbilita fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4, peress li, fiż-żewġ kuntesti, il-kunċett ta’ kontroll huwa intiż sabiex jinkludi manifestazzjonijiet tal-kunċett ta’ “Stat” fis-sens wiesa’ li tkun l-aħjar sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni kkonċernata. |
|
65 |
Il-portata preċiża tal-kunċett ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4 għandha madankollu titfittex billi jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni għanijiet proprja ta’ din id-direttiva. |
|
66 |
Mill-Artikolu 1(a) u (b) ta’ din id-direttiva jirriżulta li din għandha b’mod partikolari l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet bażiċi u l-metodi prattiċi tal-eżerċizzju tagħha kif ukoll tasal għal tqegħid għad-dispożizzjoni u komunikazzjoni sistematiċi kemm jista’ jkun wiesa’ tal-imsemmija informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku. |
|
67 |
Għalhekk, billi jiddefinixxi tliet kategoriji ta’ awtoritajiet pubbliċi, l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 huwa intiż sabiex ikopri diversi entitajiet, tkun liema tkun il-forma ġuridika tagħhom, li għandhom jiġu kkunsidrati li jaqgħu taħt entità pubblika, kemm jekk ikun l-Istat stess, entità awtorizzata mill-Istat sabiex taġixxi f’ismu jew entità kkontrollata mill-Istat. |
|
68 |
Dawn l-elementi jwasslu sabiex tiġi adottata interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kontroll”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4, skont liema din it-tielet kategorija residwa ta’ awtoritajiet pubbliċi tkopri kwalunkwe entità li ma tiddeterminax b’mod realment awtonomu l-mod kif teżerċita l-funzjonijiet fil-qasam ambjentali li hija għandha, peress li awtorità pubblika li taqa’ taħt l-Artikolu 2(2)(a) jew (b) ta’ din id-direttiva hija f’pożizzjoni li tinfluwenza b’mod deċiżiv l-azzjoni ta’ din l-entità fl-imsemmi qasam. |
|
69 |
Il-mod kif tali awtorità pubblika tista’ teżerċita influwenza determinanti abbażi tal-kompetenzi li ġew mogħtija lilha mil-leġiżlatur nazzjonali ma hijiex importanti f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, tista’ tkun setgħa ta’ inġunzjoni fil-konfront tal-entitajiet ikkonċernati, kemm jekk ikun fl-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ azzjonista jew le, tas-setgħa ta’ sospensjoni, ta’ annullament a posteriori jew ta’ suġġettar għal awtorizzazzjoni preliminari tad-deċiżjonijiet meħuda minn dawn l-entitajiet, tas-setgħa ta’ nomina jew ta’ revoka tal-membri mill-korpi ta’ direzzjoni jew il-parti l-kbira tagħhom, jew ukoll tas-setgħa li dawn l-entitajiet jiġu mċaħħda, kompletament jew parzjalment, mill-finanzjament b’mod li l-eżistenza tagħhom tkun kompromessa. |
|
70 |
Is-sempliċi fatt li l-entità inkwistjoni hija, bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati, kumpannija kummerċjali suġġetta għal skema regolatorja speċifika għas-settur inkwistjoni ma jistax jeskludi kontroll fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4 sa fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 68 ta’ din is-sentenza huma ssodisfatti fil-konfront ta’ din l-entità. |
|
71 |
Fil-fatt, għalkemm is-sistema kkonċernata tinkludi kuntest legali partikolarment preċiż li jinkludi grupp ta’ regoli li jiddeterminaw il-mod kif tali kumpanniji għandhom iwettqu l-funzjonijiet pubbliċi tagħhom marbuta mal-ġestjoni tal-ambjent li huma responsabbli għaliha u li, skont il-każ, tinkludi superviżjoni amministrattiva intiża sabiex jiġi żgurat li dawn ir-regoli jiġu effettivament osservati, jekk ikun il-każ, permezz ta’ inġunzjonijiet jew l-impożizzjoni ta’ multi, minn dan jista’ jirriżulta li dawn l-entitajiet ma għandhomx awtonomija reali fil-konfront tal-Istat, anki jekk dan tal-aħħar ma għadux f’pożizzjoni, wara l-privatizzazzjoni tas-settur inkwistjoni, li jiddetermina l-ġestjoni tagħhom ta’ kuljum. |
|
72 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawżi prinċipali, is-sistema prevista mill-WIA 1991 timplikax li l-kumpanniji tal-ilma kkonċernati ma għandhomx awtonomija reali meta mqabbla mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza li jikkostitwixxu s-Secreatary of State u l-OFWAT. |
|
73 |
Fid-dawl ta’ dawk li jippreċedi, ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domandi magħmula għandha tkun li impriżi, bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati, li jipprovdu servizzi pubbliċi relatati mal-ambjent jinsabu taħt il-kontroll ta’ korp jew ta’ persuna msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jew (b) tad-Direttiva 2003/4, b’mod li għandhom jiġu kkwalifikati bħala “awtoritajiet pubbliċi” skont l-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva, jekk dawn l-impriżi ma jiddeterminawx b’mod realment awtonomu l-mod kif jipprovdu dawn is-servizzi, peress li awtorità pubblika li taqa’ taħt l-Artikolu 2(2)(a) jew (b) tal-imsemmija direttiva hija f’pożizzjoni li tinfluwenza b’mod deċiżiv l-azzjoni tal-imsemmija impriżi fil-qasam tal-ambjent. |
Fuq il-ħames domanda
|
74 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 2(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2003/4 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta persuna taqa’ taħt din id-dispożizzjoni minħabba waħda mill-funzjonijiet tagħha, ta’ waħda mir-responsabbiltajiet jew servizzi tagħha, din il-persuna tikkostitwixxi awtorità pubblika biss għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni ambjentali li hija għandha fil-kuntest ta’ dawn il-funzjonijiet, responsabbiltajiet u servizzi. |
|
75 |
Il-possibbiltà ta’ tali interpretazzjoni msejħa “ibrida” tal-kunċett ta’ awtorità pubblika ġiet proposta fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali li wasslet għas-sentenza Smartsourse. F’dan il-kuntest, ġie sostnut, b’mod partikolari li, kieku l-kumpanniji tal-ilma kellhom jaqgħu taħt l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 minħabba l-fatt li jeżerċitaw ċerti funzjonijiet amministrattivi pubbliċi, din id-dispożizzjoni setgħet tiġi interpretata fis-sens li l-imsemmija kumpanniji għandhom jikkomunikaw biss l-informazzjoni ambjentali li għandhom minħabba l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet. |
|
76 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, minbarra l-fatt li interpretazzjoni ibrida tal-kunċett ta’ awtorità pubblika huwa suxxettibbli li jikkawża inċertezzi u problemi prattiċi importanti fl-implementazzjoni effettiva tad-Direttiva 2003/4, dan l-approċċ ma jsibx, bħala tali, sostenn fit-test jew fl-ispirtu ta’ din id-direttiva jew tal-Konvenzjoni ta’ Århus. |
|
77 |
Kuntrarjament, tali approċċ jmur kontra l-prinċipji kemm tal-imsemmija direttiva kif ukoll tal-Konvenzjoni ta’ Århus fir-rigward tal-artikulazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ aċċess li dawn jipprvodu li huma intiżi għal tqegħid għad-dispożizzjoni u għal komunikazzjon kemm jista’ jkun wiesa’ fi ħdan il-pubbliku tal-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom. |
|
78 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/4, dispożizzjoni ċentrali ta’ din id-direttiva li hija essenzjalment identika għall-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jekk entità hija kkwalifikata bħala awtorità pubblika fis-sens ta’ waħda mit-tliet kategoriji msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, din għandha tikkomunika lil kull minn japplika għall-informazzjoni ambjentali li taqa’ taħt waħda mis-sitt kategoriji ta’ informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva li jkollha jew li tkun miżmuma f’isimha, ħlief jekk it-talba taqa’ taħt waħda mid-derogi previsti mill-Artikolu 4 tal-istess direttiva. |
|
79 |
Għalhekk, il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 għandhom, kif jirreleva l-avukat ġenerali fil-punti 116 u 118 tal-konklużjonijiet tiegħu, jiġu kkunsidrati, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, bħala awtoritajiet pubbliċi għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni ambjentali kollha li huma jkollhom. |
|
80 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 73 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest partikolari tal-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2003/4, kumpanniji kummerċjali bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu awtorità pubblika skont l-imsemmija dispożizzjoni biss sakemm, meta jipprovdu servizzi pubbliċi fil-qasam tal-ambjent, huma jkunu taħt il-kontroll ta’ korp jew ta’ persuna msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jew (b) tad-Direttiva 2003/4. |
|
81 |
Minn dan isegwi li tali kumpanniji għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni ambjentali li jkollhom fil-kuntesttal-provvista ta’ dawn is-servizzi pubbliċi. |
|
82 |
Min-naħa l-oħra, kif irreleva essenzjalment l-avukat ġenerali fil-punt 121 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn il-kumpanniji ma għandhomx jipprovdu informazzjoni ambjentali jekk ikun paċifiku li din ma tkunx relatata mal-provvista tal-imsemmija servizzi pubbliċi. Jekk jibqa’ mhux ċar li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkwistjoni għandha tingħata. |
|
83 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta għall-ħames domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li taqa’ taħt din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi awtorità pubblika f’dak li jikkonċerna l-informazzjoni ambjentali kollha li għandha. Kumpanniji kummerċjali, bħall-kumpanniji tal-ilma kkonċernati, jistgħu jikkostitwixxu awtorità pubblika skont l-Artikolu 2(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva biss, meta, fil-provvista tas-servizzi pubbliċi fil-qasam tal-ambjent, huma jkunu jinsabu taħt il-kontroll ta’ korp jew ta’ persuna msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jew (b) tal-istess direttiva, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni ambjentali jekk ikun paċifiku li din ma tkunx relatata mal-provvista ta’ tali servizzi. |
Fuq l-ispejjeż
|
84 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.