Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Pelckmans Turnhout
(Kawża C-559/11)
“Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2005/29/KE — Prattiċi kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa”
1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa — Leġiżlazzjoni li ma hijiex intiża għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Esklużjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 2005/29) (ara l-punti 20-24 u d-dispożittiv)
2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92 u 103(1)) (ara l-punti 28-31)
Suġġett
| Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34, 35, 49 u 56 TFUE u tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Kunċett ta’ prattiċi kummerċjali ta’ impriżi fir-rigward tal-konsumaturi — Ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa u reklamar għal din il-prattika. |
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma hijiex intiża għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |