Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja
(Kawża C‑362/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/98/KE – Użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku – Traspożizzjoni inkorretta jew nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ ċerti artikoli fit-terminu previst”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva – Kundizzjonijiet - Eżistenza ta’ kuntest ġuridiku ġenerali li jiggarantixxi l-applikazzjoni sħiħa tad-direttva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98) (ara l-punti 46, 60)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri -Direttiva intiża li toħloq drittijiet għall-individwi - Rekwiżiti ta’ ċarezza u ċertezza legali - Direttiva 2003/98 - Dritt għal użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku - Assenza ta’ traspożizzjoni permezz ta’ liġi jew regolament - Inammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98, Artikolu 2, punti 1 sa 3, 4, 6, 7 u 10) (ara l-punti 50-52, 54-56)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva - Inammissibbiltà fil-każ ta’ rekwiżit espress ta’ riferiment għad-direttiva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98) (ara l-punt 58)
4. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Neċessità ta’ traspożizzjoni kompleta - Ineżistenza fi Stat Membru ta’ attività koperta minn direttiva - Assenza ta’ effett (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98) (ara l-punt 64)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7, 8, 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701) |
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi fl-ordinament ġuridiku Pollakk l-Artikoli 2 sa 4, 6 sa 8 kif ukoll 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn l-artikoli. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |