Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall

(Kawża C-23/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ banana friska – Piż iddikjarat li ma jirriflettix il-piż reali – Obbligu tal-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw il-piż iddikjarat – Kodiċi doganali tal-Komunità – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Artikoli 68 et seq – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 290a – Anness 38b – Sistema ta’ riżorsi proprji – Telf mid-dħul – Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 – Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 – Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Destinazzjonijiet doganali - Ċirkulazzjoni libera - Dispożizzjonijiet partikolari relatati mal-banana (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 13, 68 u 71; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 290a) (ara l-punti 47-54)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri - Aċċettazzjoni sistematika u mingħajr kontroll ta’ dikjarazzjonijiet tad-dwana li jsemmu piż standard, u għalhekk fittizju, ta’ banana friska importata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1552/89, Artikoli 2, 6 u 9 sa 11, Nru 2913/92, Artikoli 13, 68 u 71, u Nru 1150/2000, Artikoli 2, 6 u 9 sa 11; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 290a) (ara l-punti 55, 71)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri - Reġistrazzjoni fil-kont tal-Kummissjoni - Reġistrazzjoni tardiva (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1552/89, Artikoli 2, 9, 11 u 17, u Nru 1150/2000, Artikoli 2, 9, 11 u 17) (ara l-punti 57-66)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 68 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikolu 290a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) u tal-Anness 38b tiegħu, kif ukoll tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) - Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ banana friska - Piż iddikjarat li ma jirriflettix il-piż reali - Riżorsi proprji - Telf mid-dħul.

Dispożittiv

1)

Billi l-awtoritajiet doganali tagħha aċċettaw sistematikament, matul is-snin 1998 sa 2002, dikjarazzjonijiet doganali ta’ rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ banana friska, filwaqt li kellhom għarfien jew li raġonevolment kellhom ikollhom għarfien tal-fatt li l-piż iddikjarat tal-banana ma kienx jirrifletti l-piż reali tagħha, u billi l-awtoritajiet Portugiżi rrifjutaw li jallokaw riżorsi proprji għat-telf mid-dħul u għall-interessi fuq l-arretrati dovuti, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 68 u 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, moqri flimkien mal-Artikolu 290a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/97, tal-20 ta’ Jannar 1997, kif ukoll tal-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill, (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, u tal-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.