Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 – Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑69/09 P)

“Appell – Direttiva 91/414/KEE – Lista pożittiva – Azinphos-methyl –Deċiżjoni 1999/468/KE – Ittra tal-Kummissjoni – Deċiżjoni li ma titkompliex il‑proċedura ta’ evalwazzjoni – Att li jista’ jkun suġġett għal rikors għal annullament – Appell manifestament infondat”

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Proċedura ta’ notifika u ta’ evalwazzjoni tas-sustanzi attivi fuq is-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Ittra tal-Kummissjoni li tħabbar l-intenzjoni tagħha li ma tkomplix il-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ sustanza (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, Artikolu 5) (ara l-punti 37, 38, 41, 44, 45)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali) (Is-Sitt Awla), tas-26 ta’ Novembru 2008, Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni (T-393/06) - Li bih il-Qorti Ġenerali ddikjarat bħala inammissibbli rikors għall‑annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness I tad-Direttiva tal‑Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), li allegatament tinsab f’ittra tat-12 ta’ Ottubru 2006 (D/531125) - Att li jista’ jiġi kkontestat.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl u Magan Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.