Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑15 ta’ Jannar 2010 – Messer Group vs Air Products u Chemicals

(Kawża C‑579/08 P)

“Appell – Artikolu 119 tar‑Regoli tal-Proċedura – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix – Trade marks preċedenti FERROMAXX, INOMAXX u ALUMAXX – Oppożizzjoni tal-proprjetarju – Pubbliku rilevanti – Livell ta’ xebh – Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l‑punt 51)

2.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal‑provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal‑fatti u tal‑provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 58) (ara l-punt 54)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l‑punti 71 ‑ 73)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali)(L‑Ewwel Awla) tal‑15 ta’ Ottubru 2008, Air Products and Chemicals vs UASI (T‑305/06 sa 307/06), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjonijiet tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), tat‑12 ta’ Settembru 2006, li jiċħdu l-appelli ppreżentati mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji “FERROMAXX”, “INOMAXX” u “ALUMAXX” għal prodotti fil-klassi 1 kontra d-deċiżjoni ta’ annullament li tiċħad parzjalment l‑oppożizzjoni magħmula kontra l‑applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali “FERROMIX”, “INOMIX” u “ALUMIX” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4.

Dispożittiv

1)

L-appell fil-kawża prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Messer Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l‑ispejjeż sostnuti minn Air Products and Chemicals Inc.

3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.