Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑46/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 141 KE – Politika soċjali – Remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa – Kunċett ta’ ‘remunerazzjoni’ – Skema ta’ rtirar tal-uffiċjali”
Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u nisa - Remunerazzjoni ugwali (Artikolu 141 KE; Ftehim dwar il-politika soċjali tal-1992, Artikolu 6(3)) (ara l-punti 35-59)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 141 KE - Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-uffiċjali pubbliċi, età ta’ rtirar varjabbli skont is-sess. |
Dispożittiv
|
1) |
Billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjali għandhom id-dritt jirċievu l-pensjoni tax-xjuħija f’età differenti skont jekk humiex irġiel jew nisa, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 141 KE. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |