SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)

6 ta’ Diċembru 2007

Kawża C-59/06 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell ? Uffiċjal ? Impjieg f’pajjiż terz ? Assenjazzjoni mill-ġdid ta’ l-impjieg u tan-nomina tiegħu ? Prinċipju ta’ osservanza tad-drittijiet tad-difiża ? Portata ? Oneru tal-prova”

Suġġett: Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), ta’ l-24 ta’ Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02, ĠabraFP p. I-A-365 u II-1621), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola) għal sede fi Brussell, kif ukoll talba għad-danni.

Deċiżjoni: Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropew ta’ l-24 ta’ Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) hija annullata. Il-kawża għandha tintbagħat mill-ġdid quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropew. L-ispejjeż huma riżervati.

Sommarju

Uffiċjali –Prinċipji –Drittijiet tad-difiża – Portata – Obbligu li tinstema’ l-persuna interessata qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timplika assenjazzjoni mill-ġdid kontra r-rieda tagħha – Oneru tal-prova