Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Settembru 2007 – Athinaïki Oikogeniaki Artopoïïa vs L-UASI
(Kawża C‑225/06 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Xebh bejn żewġ trade marks – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali ‘FERRÓ’ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali FERRERO – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-21)
Suġġett
| Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2006, Athinaiki Oikogeniaki Artopoiia vs L-UASI (T-35/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva “FERRÓ” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 42 kontra d-deċiżjoni R 460/2002-1, ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), ta’ l-1 ta’ Diċembru 2003, li ċaħdet l-appell ippreżentat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni li rrifjutat parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ l-imsemmija trade mark fil-kuntest ta’ l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “FERRERO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30, 32 u 33. |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Athinaïki Oikogeniaki Artopoiia AVEE hija kkundannata għall-ispejjeż. |