Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tat-23 ta ’ Diċembru 2015 –

Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑180/14) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Mistrieħ ta’ ġurnata — Mistrieħ ta’ darba fil-ġimgħa — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 22)

2. 

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Mistrieħ ta’ ġurnata — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ perijodu medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li ma jeċċedix 48 siegħa — Assenza ta’ perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ ġurnata u ta’ perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ kumpensatorju li jissuċċedi immedjatament il-ħin tax-xogħol — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikoli 3, 6 u 17(2)(3) u (5)) (ara l-punti 23, 24, 40, 41, 54, 57, 63 u d-dispożittiv)

3. 

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Ħin tax-xogħol — Kunċett — Obbligu tal-ħaddiem li jkun fiżikament preżenti fil-post iddeterminiat mill-persuna li timpjega u li jkun għad-dispożizzjoni tiegħu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 2(1) (ara l-punti 35-37)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Preżunzjonijiet — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 60)

Dispożittiv

1) 

Billi ma applikatx ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li ma jeċċedix 48 siegħa, u billi ma żguratx perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ ġurnata u lanqas perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ kumpensatorju li jissuċċedi immedjatament il-ħin tax-xogħol li dan l-aħħar perijodu suppost jikkumpensa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 )   ĠU C 184, 16.6.2014.