|
OPINJONI
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
|
Omnibus dwar is-sustanzi kimiċi
|
|
_____________
|
|
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2024/2865 fir-rigward tad-dati tal-applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali
u
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1272/2008, (KE) Nru 1223/2009 u (UE) 2019/1009 fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u proċeduri għall-prodotti kimiċi
[COM(2025) 526 final – 2025/526(COD)]
COM(2025) 531 final – 2025/531(COD)]
|
|
|
|
NAT/964
|
|
|
|
Relatur Ġenerali: John COMER
|
1.RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
1.1jilqa’ s-sitt Omnibus ta’ Simplifikazzjoni, li jintroduċi bidliet immirati fir-regolamenti tal-UE dwar il-prodotti kimiċi, kożmetiċi u fertilizzanti biex jitnaqqsu l-piżijiet ta’ konformità, tittejjeb iċ-ċarezza u tiġi appoġġjata l-innovazzjoni mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza. Il-KESE jaċċetta l-għan ġenerali tal-proposti tal-Kummissjoni u jilqa’ l-objettiv tagħhom li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, waqt li jħeġġeġ li dan jiġi segwit b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-approċċ “Saħħa Waħda”;
1.2jissottolinja li huwa importanti li konsumatur ikun jista’ jikkuntattja malajr fornitur f’sitwazzjoni fejn ikun meħtieġ kuntatt immedjat. Kuntatt bit-telefon huwa l-aħjar mezz biex jinkiseb dan u jiffaċilita l-iskambju faċli ta’ informazzjoni kif meħtieġ. Il-kuntatti diġitali mhux dejjem jagħtu l-informazzjoni meħtieġa b’mod xieraq;
1.3jinnota li xi siti web jistgħu jkunu pjuttost kumplessi u diffiċli biex wieħed jinnaviga. Il-fornituri jeħtiġilhom jipprovdu aċċess faċli u kuntatt diġitali faċli għall-utent;
1.4jisħaq li l-aġġornament tat-tikketti mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ bidla fir-rigward tal-klassifikazzjoni jew it-tikkettar ta’ sustanza jew taħlita – li jirriżulta fiż-żieda ta’ klassi ta’ periklu ġdida jew fi klassifikazzjoni aktar severa li tirrikjedi informazzjoni supplimentari ġdida fuq it-tikketta – huwa vag wisq u pjuttost mhux sodisfaċenti f’termini ta’ saħħa pubblika u l-ambjent. Jeħtieġ li jkun hemm perjodu fiss biex jiġu aġġornati t-tikketti. Il-limitu preċedenti ta’ 6 xhur kien qasir wisq, iżda madankollu, huwa meħtieġ perjodu fiss ta’ 12-il xahar biex tiġi aġġornata t-tikketta. Jekk tkun meħtieġa estensjoni tal-perjodu fiss, allura l-Kummissjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta evidenza adegwata biex tiġġustifika tali estensjoni;
1.5jenfasizza li t-tikkettar ta’ kwalità tajba huwa parti importanti mill-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ambjent. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli biex jiġi żgurat li t-tikketti jkunu jistgħu jinqraw faċilment u jissodisfaw ir-rwol li għalih kienu maħsuba. It-tikketti għandhom jiġu stampati bl-aħmar jew bl-iswed fuq sfond abjad biex ikunu jistgħu jinqraw b’mod faċli. F’ċirkostanzi eċċezzjonali jista’ jkun meħtieġ li dan jinbidel xi ftit iżda r-rekwiżit sottostanti jrid ikun jista’ jinqara faċilment u jkollu kliem ċar u leġġibbli b’mod adegwat;
1.6jirrakkomanda li deroga għas-sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) li d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu tagħhom jirreferu għal rotot ta’ esponiment orali jew ta’ teħid man-nifs għandha tkun permessa, ħlief meta jkun jista’ jintwera li t-tfal u gruppi vulnerabbli oħra huma partikolarment f’riskju;
1.7jissottolinja li l-aspetti ekonomiċi għandhom jitqiesu biss fejn japplikaw spejjeż ekonomiċi eċċessivi jew meta l-prodott alternattiv huwa totalment mhux vijabbli mil-lat ekonomiku meta qed jiġi deċiż jekk sustanza għandhiex titqies bħala alternattiva xierqa għal sustanza CMR fi prodott kożmetiku. B’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom jirċievu appoġġ biex jinvestu fi prodotti alternattivi. Is-saħħa pubblika hija importanti wisq biex il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jiġu enfasizzati żżejjed bħala fattur determinanti meta wieħed iħares lejn alternattivi xierqa għas-sustanzi CMR f’tali prodotti;
1.8jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) jivvaluta malajr l-interferenti endokrinali peress li jistgħu jinterferixxu mal-ormoni naturali tal-ġisem. It-tfal, b’mod partikolari, jinsabu f’riskju minħabba li l-interferenti endokrinali jistgħu jikkawżaw tfixkil matul punti ewlenin ta’ żvilupp f’ħajjithom.
2.NOTI TA’ SPJEGAZZJONI
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet 1.2 u 1.3
2.1Waqt li l-kuntatti diġitali huma utli u effettivi, xorta waħda, il-kuntatt bit-telefon huwa meħtieġ u estremament effettiv meta konsumatur ikun jeħtieġ tweġiba immedjata għal mistoqsija partikolari. Is-sit web jista’ lanqas biss jindirizza l-mistoqsija li jkollu klijent, waqt li konverżazzjoni fuq it-telefon tiżgura skambju kostruttiv ta’ fehmiet u informazzjoni fejn il-ħtieġa ta’ informazzjoni u ta’ ċarezza tkun immedjata. Barra minn hekk, ħafna siti web jistgħu jkunu pjuttost kumplessi u diffiċli biex wieħed jinnavigahom, għalhekk huwa essenzjali li, fil-każ ta’ kuntatt diġitali, il-klijent isib sit web faċli għall-utent li jkun jista’ jiġi kkuntattjat faċilment u jiżgura li jkollu aċċess faċli għall-informazzjoni kollha meħtieġa.
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjoni 1.4
2.2L-aġġornament ta’ tikketta mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ bidla fir-rigward tal-klassifikazzjoni jew tat-tikkettar ta’ sustanza jew ta’ taħlita huwa vag wisq u, fir-realtà, kważi mingħajr sens. Trid tiġi stabbilita skadenza ċara biex jiġi rregolat l-aġġornament tat-tikketti. Perjodu ta’ 12-il xahar jidher raġonevoli, flimkien ma’ faċilità biex jiġi estiż il-perjodu, dment li l-Kummissjoni tkun sodisfatta li hemm evidenza adegwata li tiġġustifika tali estensjoni.
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjoni 1.5
2.3Il-konsumatur jiddependi minn tikkettar ta’ kwalità tajba sabiex jiddetermina l-kontenut ta’ prodott. It-tikketti jridu jkunu faċli biex jinqraw u jidhru b’mod viżibbli fuq il-prodott li jkunu mwaħħla miegħu. It-tikketti għandhom jiġu stampati bl-aħmar jew bl-iswed fuq sfond abjad sabiex ikunu viżibbli b’mod ċar u jinqraw faċilment. F’ċirkostanzi eċċezzjonali jista’ jkun meħtieġ li din il-proposta tvarja ftit iżda l-kundizzjoni sottostanti trid tiġi ssodisfata, jiġifieri li t-tikketta tkun tista’ tinqara faċilment u tkun viżibbli ħafna, bi kliem u linji spazjati b’mod adegwat.
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjoni 1.6
2.4Il-proposta tal-Kummissjoni għal eżenzjoni ġdida għas-sustanzi CMR li d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu tagħhom jirreferu għal rotot ta’ esponiment orali jew ta’ teħid man-nifs hija wiesgħa wisq. Din l-eżenzjoni proposta tinjora l-fatt li t-tfal żgħar, li diġà huma vulnerabbli għas-sustanzi CMR minħabba l-piżijiet baxxi ta’ ġisimhom, huma suxxettibbli li b’mod aċċidentali jibilgħu prodotti li jintużaw fuqhom. Din il-proposta żżid ir-riskju ta’ effetti serji fuq is-saħħa fit-tfal u fi gruppi vulnerabbli oħra billi tintroduċi mod kif jinżammu xi sustanzi CMR fil-kożmetiċi u fil-prodotti tal-kura personali. Din l-eżenzjoni għandha tkun permessa ħlief fejn jista’ jintwera li t-tfal u gruppi vulnerabbli oħra huma f’riskju partikolari.
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjoni 1.7
2.5Waħda mill-proposti tal-Kummissjoni hija li, qabel ma sustanza tkun tista’ titqies bħala alternattiva xierqa għal sustanza CMR fi prodott kożmetiku, din trid tkun ekonomikament vijabbli. Meta tiġi żviluppata alternattiva għal sustanza CMR, l-ispejjeż ekonomiċi jenħtieġ li jitqiesu biss meta jinstabu li jkunu eċċessivi u meta tali spejjeż jirriżultaw f’imposti eċċessivi għall-konsumatur jew meta l-alternattiva tkun totalment mhux vijabbli mil-lat ekonomiku. B’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom jirċievu appoġġ biex jinvestu fi prodotti alternattivi.
Argumenti b’appoġġ għar-rakkomandazzjoni 1.8
2.6Il-prodotti kożmetiċi huma sors dirett ewlieni ta’ esponiment tal-konsumatur għall-interferenti endokrinali, inkluż għat-tfal u għal gruppi vulnerabbli oħra. Waħda mill-problemi hija li l-evidenza xjentifika fil-każ ta’ xi interferenti endokrinali mhux dejjem tkun konklużiva. Għalhekk, għandu japplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni sabiex jipproteġi s-saħħa pubblika u l-ambjent, speċjalment fil-każ tat-tfal u l-gruppi vulnerabbli.
3.EMENDI PROPOSTI GĦALL-PROPOSTA LEĠIŻLATTIVA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA
Emenda 1
marbuta mar-rakkomandazzjonijiet 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5
L-Artikolu 1 tal-Proposta COM(2025) 531, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1272/2008
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea
|
Emenda tal-KESE
|
|
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
“42. “kuntatt diġitali” tfisser kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni aġġornat u aċċessibbli online li permezz tiegħu fornitur jista’ jintlaħaq jew tista’ ssir komunikazzjoni miegħu mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni jew li titniżżel applikazzjoni.”;
(2) fl-Artikolu 17(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“(a) l-isem, l-indirizz u l-kuntatt diġitali tal-fornituri;”;
(3) fl-Artikolu 25(6) l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“It-tikketta għandha tinkludi wkoll l-identifikatur tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 18 u l-isem, l-indirizz u l-kuntatt diġitali tal-fornitur tat-taħlita.”;
(4) fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-elementi tat-tikketta stabbiliti fl-Artikolu 17(1) jistgħu jitnaqqsu f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.5.2 tal-Anness I.”;
(5) fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. F’każ ta’ bidla fir-rigward tal-klassifikazzjoni jew tal-ittikkettar ta’ sustanza jew taħlita, li tirriżulta fiż-żieda ta’ klassi ta’ periklu ġdida jew fi klassifikazzjoni aktar severa, jew li tirrikjedi informazzjoni supplimentari ġdida fuq it-tikketta f’konformità mal-Artikolu 25, il-fornitur ta’ dik is-sustanza jew ta’ dik it-taħlita għandu jiżgura li t-tikketta tiġi aġġornata mingħajr dewmien żejjed wara li jinkisbu r-riżultati tal-evalwazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 15(4) minn dak il-fornitur jew jiġu komunikati lilu.”;
(6) fl-Artikolu 31, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-elementi tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 17(1) għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx. Dawn għandhom jispikkaw b’mod ċar mill-isfond u jkunu ta’ tali daqs u jkunu spazjati b’tali mod li jkunu jistgħu jinqraw faċilment.”;
|
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
“42. “kuntatt diġitali” tfisser kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni aġġornat u aċċessibbli online li permezz tiegħu fornitur jista’ jintlaħaq jew tista’ ssir komunikazzjoni miegħu mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni jew li titniżżel applikazzjoni.”;
(2) fl-Artikolu 17(1) il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“(a) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-kuntatt diġitali tal-fornituri (il-kuntatt diġitali jrid ikun faċli għall-utent u faċli biex wieħed jaqbad miegħu);”;
(3) fl-Artikolu 25(6) l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
It-tikketta għandha tinkludi wkoll l-identifikatur tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 18 u l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-kuntatt diġitali tal-fornitur tat-taħlita. Il-kuntatt diġitali jrid ikun faċli għall-utent u faċli biex wieħed jaqbad miegħu.”;
(4) Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-elementi tat-tikketta stabbiliti fl-Artikolu 17(1) jistgħu jitnaqqsu f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.5.2 tal-Anness I.”;
(5) fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. F’każ ta’ bidla fir-rigward tal-klassifikazzjoni jew tal-ittikkettar ta’ sustanza jew taħlita, li tirriżulta fiż-żieda ta’ klassi ta’ periklu ġdida jew fi klassifikazzjoni aktar severa, jew li tirrikjedi informazzjoni supplimentari ġdida fuq it-tikketta f’konformità mal-Artikolu 25, il-fornitur ta’ dik is-sustanza jew ta’ dik it-taħlita għandu jiżgura li t-tikketta tiġi aġġornata fi żmien 12-il xahar wara li jinkisbu r-riżultati tal-evalwazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 15(4) minn dak il-fornitur jew jiġu komunikati lilu.”; Jista’ jinkiseb posponiment ta’ 12-il xahar oħra jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li jeżistu raġunijiet validi biex tingħata tali estensjoni.”;
(6) fl-Artikolu 31, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-elementi tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 17(1) għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx. It-tikketti għandhom jiġu stampati bl-aħmar jew bl-iswed fuq sfond abjad sakemm ma jkunx meħtieġ li jsir mod ieħor minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. Irid ikun hemm spazji adegwati bejn il-kliem u l-linji. Dawn għandhom jispikkaw b’mod ċar mill-isfond u jkunu ta’ tali daqs u jkunu spazjati b’tali mod li jkunu jistgħu jinqraw faċilment.
|
|
Raġuni
|
|
It-telefon jipprovdi l-aktar mezz veloċi u faċli ta’ komunikazzjoni immedjata meta dan ikun meħtieġ. L-aġġornament tat-tikketti huwa importanti wisq biex jiġi ddeterminat mingħajr dewmien żejjed. Iċ-ċarezza tat-tikkettar hija l-aktar importanti.
|
Emenda 2
b’rabta mar-rakkomandazzjonijiet 1.6 u 1.7
L-Artikolu 2 tal-proposta COM (2025) 531, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1223/2009
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea
|
Emenda tal-KESE
|
|
(2) L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Madankollu, tali sustanzi jistgħu jintużaw fi prodotti kożmetiċi jekk titressaq talba għal deroga lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jikklassifikaw is-sustanza bħala sustanza CMR tal-kategorija 1A jew 1B. Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deroga meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ma jkunx hemm sustanzi alternattivi xierqa disponibbli, kif iddokumentat f’analiżi tal-alternattivi;
(b) is-sustanzi jkunu ġew evalwati u nstabu li huma sikuri mill-SCCS għal użu partikolari tal-kategorija tal-prodotti kożmetiċi, meta jitqies l-esponiment għal dawk il-prodotti, l-esponiment ġenerali minn sorsi għajr il-kożmetiċi u ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni.”.
(ii) it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-fini tat-tieni subparagrafu, il-punt (a), sustanza għandha titqies bħala alternattiva xierqa jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(c) tkun teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli;
|
(2) L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Madankollu, tali sustanzi jistgħu jintużaw fi prodotti kożmetiċi jekk titressaq talba għal deroga lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jikklassifikaw is-sustanza bħala sustanza CMR tal-kategorija 1A jew 1B. Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deroga meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ma jkunx hemm sustanzi alternattivi xierqa disponibbli, kif iddokumentat f’analiżi tal-alternattivi;
(b) is-sustanzi jkunu ġew evalwati u nstabu li huma sikuri mill-SCCS għal użu partikolari tal-kategorija tal-prodotti kożmetiċi, meta jitqies l-esponiment għal dawk il-prodotti, l-esponiment ġenerali minn sorsi għajr il-kożmetiċi u ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni.”;
(c) minkejja l-punt (b) ta’ hawn fuq, l-SCCS għandu jsibha bi tqila ħafna li jagħti deroga lil sustanza CMR fil-prodotti kożmetiċi meta r-rotta orali jew ta’ teħid man-nifs tal-esponiment tkun fattur. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-każ tal-gruppi vulnerabbli. Meta l-bilanċ ta’ probabbiltà jindika riskju partikolari għal gruppi vulnerabbli minħabba riskju akbar ta’ esponiment orali jew ta’ teħid man-nifs, id-deroga għandha tingħata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali;
(d) il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti mandat lill-SCCS biex jivvaluta malajr l-interferenti endokrinali, speċjalment fejn japplikaw għat-tfal.”.
(ii) it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-fini tat-tieni subparagrafu, il-punt (a), sustanza għandha titqies bħala alternattiva xierqa jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(c) tkun teknikament fattibbli u ekonomikament proporzjonata u ma twassalx għal kost eċċessiv għall-konsumatur;
|
|
Raġuni
|
|
L-esponiment orali jew ta’ teħid man-nifs għas-sustanzi CMR huwa riskju partikolari għall-gruppi vulnerabbli, speċjalment it-tfal. Id-derogi ma għandhomx jingħataw jekk ikun hemm riskju partikolari għal gruppi vulnerabbli minħabba esponiment orali jew ta’ teħid man-nifs minn prodotti kożmetiċi jew tal-kura personali.
|
Séamus BOLAND