INT/1069
Id-diskrepanza fl-innovazzjoni fl-UE/Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa
OPINJONI
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum
Ir-riżultati u l-esperjenzi tal-isforzi biex titnaqqas id-diskrepanza fl-innovazzjoni fl-UE fid-dawl tal-Orizzont 2020 u l-programm Orizzont Ewropa
(opinjoni esploratorja)
Relatur: Georgi STOEV
|
Konsultazzjoni
|
Presidenza tal-Kunsill Ewropew, 18/3/2024
|
|
Bażi legali
|
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
|
|
Sezzjoni kompetenti
|
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum
|
|
Adozzjoni fis-sezzjoni
|
5/9/2024
|
|
Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)
|
76/0/0
|
|
Adozzjoni fis-sessjoni plenarja
|
D/M/YYYY
|
|
Sessjoni plenarja Nru
|
…
|
|
Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)
|
…/…/…
|
1.Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jemmen li d-diskrepanza dejjem tikber fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE ilha ta’ sfida kbira mit-tkabbir tal-UE fl-2004. Biex titnaqqas din id-diskrepanza, jeħtieġ li jiġu indirizzati tliet kwistjonijiet ewlenin b’mod parallel: (1) l-iżgurar tal-aċċess għal finanzjament ekwu għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Istati Membri kollha, (2) l-għoti ta’ aċċess għal infrastruttura adegwata ta’ appoġġ għar-riċerka u professjonisti, b’ħidma ta’ ġestjoni tal-politiki ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali, u (3) l-indirizzar tal-piżijiet ta’ kofinanzjament fi Stati Membri differenti. Sabiex jiġu żgurati l-kompetittività, il-prosperità u r-rwol globali fit-tul tal-Ewropa bħala attur ġeopolitiku, se jkunu meħtieġa sforzi fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha ta’ politika biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fit-tkabbir, il-produttività u l-innovazzjoni bejn l-UE u l-imsieħba u l-kompetituri internazzjonali tagħha.
1.2Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssegwi l-ħolqien ta’ timijiet għall-eċċellenza u l-eliminazzjoni tad-diskrepanzi fl-innovazzjoni fost l-Istati Membri, b’mod partikolari fil-Pajjiżi tat-Twessigħ, fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll fid-dawl tat-tħejjija tal-programm qafas għar-riċerka li jmiss. Il-valutazzjoni tal-impatt dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u d-disponibbiltà tar-riżultati fl-Istati Membri tiżvela l-potenzjal enormi tan-networking permezz tat-trasferiment tal-għarfien u l-iskambju tal-aħjar prattiki. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-UE tintensifika l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri l-ġodda tal-UE biex tagħti lok għal sinerġiji effettivi, ittejjeb il-kapaċità finanzjarja tagħhom u tipprovdi assistenza amministrattiva u taħriġ. Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li neħtieġu kooperazzjoni ġeografikament inklużiva f’alleanzi ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u qafas regolatorju aktar intelliġenti fl-UE kollha.
1.3Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġi allinjat l-appoġġ bħat-taħriġ, il-valutazzjoni tal-impatt, il-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarji u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tal-SMEs, permezz tal-involviment tagħhom fi proġetti fuq skala iżgħar, li jippermetti wkoll u jippromovi aktar il-parteċipazzjoni tagħhom anke fi proġetti akbar. L-evalwazzjoni identifikat l-oqsma li ġejjin fejn jista’ jsir titjib: it-tkabbir tal-parteċipazzjoni; is-semplifikazzjoni u t-tnaqqis ulterjuri tal-piż amministrattiv; it-titjib tat-tixrid, l-isfruttar u l-użu tar-riżultati; l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa; u t-tisħiħ tas-sinerġiji ma’ inizjattivi oħra fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali.
1.4Il-KESE jappoġġja s-sejħa biex il-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Burokrazija, b’mod partikolari billi tipprovdi appoġġ għat-twaqqif ta’ interfaċċji bejn sistemi differenti ta’ finanzjament, fejn għad hemm ostakli minħabba d-diskrepanzi ta’ approċċi differenti. Għandhom isiru aktar sforzi biex jiġu involuti l-kumpaniji, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-reġjuni sabiex jgħinu jiġu identifikati regolamenti li jikkoinċidu, jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji, u l-obbligi ta’ rappurtar.
1.5Il-KESE jirrakkomanda t-tnedija ta’ “kontrolli fil-prattika” (reality checks) fil-livell Ewropew biex jiġu identifikati ostakli burokratiċi bla bżonn. Billi tqis l-iżvilupp tal-inflazzjoni meta jiġu stabbiliti l-livelli limitu finanzjarji tal-SMEs, il-Kummissjoni Ewropea għandha testendi l-eżenzjonijiet amministrattivi diġà pprovduti għall-SMEs u benefiċjarji oħra. Dan jista’ jirriżulta fi proċeduri aktar rapidi, aktar effettivi, simplifikati u trasparenti għall-programmi ta’ finanzjament Ewropej u l-għajnuna mill-Istat. L-appoġġ għat-tixrid u l-isfruttar se jgħin lill-benefiċjarji jisfruttaw sorsi ġodda ta’ finanzjament.
1.6Il-KESE jemmen li billi jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet qafas adatti għall-proġetti ta’ investiment u jinħoloq ambjent ta’ investiment attraenti u favorevoli għall-konsumatur, dawn l-isforzi kollha jistgħu jiżguraw il-kompetittività u jsaħħu l-eċċellenza fl-innovazzjoni, u dan kollu permezz ta’ ħolqien ta’ timijiet u rabtiet bejn l-akkademja, in-negozji, il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili. Dan jimplika enfasi fuq l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni, u meta meħtieġ – l-effettività ta’ regolamenti ġodda.
1.7Sabiex jitħaffu l-iżvilupp u l-immodernizzar tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni sostenibbli għall-faċilitajiet industrijali u għall-proġetti ta’ infrastruttura appoġġjati mill-Orizzont Ewropa, il-KESE jirrakkomanda proċeduri ta’ ppjanar u approvazzjoni aktar rapidi u aktar sempliċi kif ukoll twessigħ ulterjuri tal-implimentazzjoni tax-xjenza miftuħa. L-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp tal-beni komuni diġitali Ewropej tista’ timmobilizza aktar investimenti, fir-rigward tal-infrastrutturi tal-IA u tad-data u ttejjeb il-kapaċitajiet tal-informatika Ewropej, b’aċċess effettiv għan-negozji ġodda Ewropej.
1.8It-tisħiħ tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-UE se jħaffef id-diġitalizzazzjoni fl-industriji kollha u jista’ jżid l-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji innovattivi b’mod li jiżgura li l-qafas regolatorju Ewropew jisfrutta l-potenzjal tas-Suq Uniku bis-sħiħ permezz ta’ spazju regolatorju unifikat. Qafas bħal dan għandu jippreżerva l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni, il-kompetittività u r-reżiljenza Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġġenera burokrazija minima, għandha tiġi evalwata fil-ħin u, jekk ikun meħtieġ, tittejjeb.
1.9Il-KESE jemmen li approċċ bħal dan jista’ jiżgura l-katina tal-valur tat-teknoloġiji diġitali li qed jinbidlu fil-livell Ewropew u jtaffi l-eġemonija potenzjali tal-atturi diġitali ewlenin, ixerred it-teknoloġiji diġitali (eż. l-IA, il-big data, il-cloud, il-5G, is-6G, ir-robotika) u jista’ jtejjeb il-ħiliet diġitali fil-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet. Il-KESE jirrakkomanda li jsir użu aħjar mill-qafas għall-Monitoraġġ taż-ŻER eżistenti, it-Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea tal-Innovazzjoni u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali, bl-għan li jissaħħu l-implimentazzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni, bl-appoġġ tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet speċjalizzati tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi benefiċjarji.
2.Sfond u kuntest
2.1L-UE qed tiffaċċja tensjonijiet ġeopolitiċi kif ukoll kompetizzjoni għall-aċċess għal riżorsi skarsi. Mistoqsijiet relatati mad-definizzjoni ta’ pożizzjoni komuni meta mqabbla ma’ potenzi dinjija oħra, b’mod partikolari l-Istati Uniti u ċ-Ċina, qed iwasslu wkoll għall-ħtieġa ta’ sforzi biex titnaqqas id-diskrepanza fl-innovazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE.
2.2Sal-lum, il-biċċa l-kbira tal-Opinjonijiet tal-KESE li ħarsu lejn il-bilanċ ġeografiku fil-qasam tal-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE indirizzaw il-kwistjoni parzjalment biss, peress li ma kinitx suġġett ċentrali tal-Opinjonijiet inkwistjoni. L-indirizzar tal-kwistjoni tal-ibbilanċjar tad-diskrepanza fl-innovazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni fost l-Istati Membri huwa fil-qalba tat-talba tal-Presidenza Ungeriża. Din tisħaq li jidher partikolarment importanti li l-UE tanalizza aktar l-esperjenzi bil-miżuri u r-riżultati tal-inizjattivi biex titnaqqas id-diskrepanza fir-riċerka u l-innovazzjoni, fid-dawl tal-Orizzont 2020 u l-programm Orizzont Ewropa (ara l-Appendiċijiet 1 u 2).
2.3L-awtonomija strateġika miftuħa u l-iżgurar ta’ rwol ewlieni tal-UE fl-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji kritiċi huma fost is-suġġetti li l-KESE jirreferi għalihom fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu li huma marbuta mas-suġġett tal-Opinjoni esploratorja attwali (ara l-Appendiċi 1)
2.4Peress li l-importanza strateġika tal-akkwist ta’ innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea tinsab fuq ir-radar tal-mexxejja politiċi tal-Ewropa, il-KESE jirrimarka l-ħtieġa li jittejbu r-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE biex l-innovazzjoni tiġi integrata aktar mal-intraprenditorija tal-irġiel u n-nisa fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2024 dwar il-valorizzazzjoni tal-għarfien jirrikonoxxu l-akkwist ta’ innovazzjoni bħala strument ewlieni għall-valorizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-użu tas-soċjetà u l-valur ekonomiku. Huma jħeġġu lill-Istati Membri tal-UE kollha biex jiżguraw ir-rikonoxximent tal-akkwist ta’ innovazzjoni fl-istrateġiji ta’ innovazzjoni nazzjonali u reġjonali tagħhom.
2.5L-Ewropa għandha potenzjal enormi: ħiliet, nies, kumpaniji innovattivi ħafna minn ditti żgħar għal kumpaniji multinazzjonali kbar, istituzzjonijiet ta’ riċerka b’saħħithom, il-kapital u l-bażi industrijali biex jirnexxu u jieħdu rwol prominenti fit-teknoloġiji ewlenin. Permezz tas-Suq Uniku, l-Istati Membri tal-UE għandhom wieħed mill-akbar u l-aktar swieq integrati, li jippromovi ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. Il-KESE, madankollu, jisħaq li jridu jiġu stabbiliti politiki xierqa biex jixprunaw l-investiment privat u l-innovazzjoni madwar l-UE kollha. Dan ifisser li jitneħħew ostali burokratiċi bla bżonn, li jiġi żviluppat aktar il-qafas regolatorju b’mod li jagħti spinta lill-momentum ekonomiku u jrawwem il-mobilizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati meħtieġa.
3.Kummenti ġenerali
3.1Il-KESE jqis il-fatt li, kif ġie enfasizzat mill-Presidenza Ungeriża, id-diskrepanza dejjem tikber fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE kienet ta’ sfida ewlenija mit-tkabbir tal-UE, minħabba nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja u appoġġ amministrattiv fost il-benefiċjarji tal-proġett fi ħdan l-Istati Membri l-ġodda tal-UE.
3.2Il-KESE huwa favur it-taħriġ għar-riċerkaturi, ix-xjenzati, l-istudenti u l-maniġers tal-proġetti u r-riċerka tal-UE li huma lesti li japplikaw għall-programmi qafas tal-Orizzont Ewropa bħala koordinaturi jew imsieħba tal-proġett. L-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali jistgħu jgħinuhom jużaw għodod u tekniki prattiċi għall-kitba tal-proposti (eż. il-Matriċi tal-Qafas Loġiku msaħħaħ, il-fajls tal-ibbaġitjar, ix-Xjenza Miftuħa, u l-għarfien ġenerali) u biex jieħdu l-approċċ it-tajjeb fil-konfront ta’ partijiet terzi (bħal entitajiet affiljati, imsieħba assoċjati, kontributuri in natura u sottokuntratturi) u jagħmlu l-aħjar użu minnhom, u jippermettu lill-parteċipanti mill-Istati Membri tal-UE jissottomettu proposti permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni tal-Portal tal-Parteċipanti u jippjanaw baġit stmat ibbilanċjat u eliġibbli.
3.3Orizzont 2020 kien il-programm ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE mill-2014 sal-2020, b’baġit ta’ EUR 75,6 biljun, u mbagħad ġie ssotitwit mill-Orizzont Ewropa. Orizzont Ewropa beda fi Frar 2021 bħala l-programm il-ġdid ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fuq seba’ snin tal-Unjoni Ewropea, b’baġit kumplessiv ta’ EUR 95,5 biljun.
3.4It-tabella tal-indikaturi Orizzont fiha data dwar il-proposti tal-Orizzont 2020, dwar il-proposti tal-Orizzont Ewropa, kif ukoll data dwar Programmi Qafas preċedenti flimkien ma’ proġetti u parteċipanti, li jistgħu jiġu ffiltrati skont it-tema, iż-żona ġeografika u l-profil tal-organizzazzjoni. Skont l-istatistika disponibbli, il-programm attira aktar minn miljun applikazzjoni individwali minn 177 pajjiż. Il-pajjiżi mhux tal-UE (skont l-istatus tagħhom ta’ pajjiżi assoċjati mhux tal-UE jew pajjiżi terzi mhux assoċjati) kienu eliġibbli wkoll għall-finanzjament f’ċirkostanzi speċifiċi, rilevanti għal kull kategorija, u b’hekk ippromovew il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni mhux biss fl-Ewropa iżda fuq livell globali, permezz ta’ finanzjament għal proġetti u kollaborazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ R&I li altrimenti għandhom imnejn ma kinux ikunu possibbli.
3.5Skont ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post, Orizzont 2020 iffinanzja kważi 35 000 proġett u kien jinvolvi 40 000 organizzazzjoni. L-istimi jindikaw li, minbarra l-baġit ta’ EUR 75,6 biljun tal-Orizzont 2020, kienu jkunu meħtieġa EUR 159 biljun addizzjonali biex jiġu ffinanzjati l-proposti ta’ kwalità għolja kollha ppreżentati. Il-programm Orizzont Ewropa attwali jinsab f’nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tiegħu, u l-impatt tiegħu għad irid jiġi analizzat.
3.6Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-bilanċ ġeografiku fl-Unjoni Ewropea, se jkun meħtieġ li jiġu indirizzati tliet sfidi ewlenin: (1) l-aċċess għal finanzjament ekwu għar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri, (2) l-aċċess għal infrastruttura adegwata ta’ appoġġ għar-riċerka u politiki ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali, u (3) l-indirizzar tal-piżijiet ta’ kofinanzjament fi Stati Membri differenti. Jidher ukoll li huwa neċessarju li jiġu vvalutati l-opportunitajiet għal appoġġ għall-innovazzjoni għan-negozji, it-trade unions u l-NGOs.
4.Kummenti speċifiċi
4.1Il-KESE jenfasizza s-suġġetti li ġejjin bħala elementi kruċjali fil-valutazzjoni ta’ żbilanċ ġeografiku possibbli f’termini ta’ potenzjal ta’ riċerka u innovazzjoni, billi janalizza r-riżultati u l-esperjenzi mill-programm Orizzont 2020 u l-programm Orizzont Ewropa li għaddej bħalissa:
4.1.1Għandha ssir valutazzjoni tal-impatt dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u d-disponibbiltà tar-riżultati madwar l-Istati Membri biex jiġi żgurat effett multiplikatur għall-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-qasam tar-R&I madwar l-Ewropa. Fil-kuntest globali, l-UE qed iżżomm pożizzjoni robusta, li turi prestazzjoni b’saħħitha fil-biċċa l-kbira tal-indikaturi inkluż fl-SMEs li jintroduċu innovazzjonijiet tal-prodotti u tal-proċessi u teknoloġiji relatati mal-ambjent.
4.1.2L-UE għadha qed tiffaċċja sfidi meta mqabbla mal-kompetituri globali ewlenin tagħha f’oqsma bħall-assi intellettwali, il-kollaborazzjoni fost l-SMEs innovattivi u n-nefqa fir-R&Ż fis-settur tan-negozju.
4.1.3It-tnaqqis tad-diskrepanza fl-innovazzjoni u l-kisba ta’ bilanċ aħjar f’termini ta’ baġits, il-minimizzazzjoni tad-diskrepanzi soċjoekonomiċi fl-ibbaġitjar tal-proġetti (inklużi l-pagi, ir-rati ta’ persunal/xhur (person month rate), eċċ.) bejn Stati Membri ġodda u dawk aktar antiki fil-każ ta’ żbilanċi, stabbiliti għal għarfien u ħiliet simili f’okkażjonijiet differenti.
4.1.4Parteċipazzjoni effettiva tal-proġetti minn benefiċjarji mill-Istati Membri kollha fir-riċerka u fl-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet fil-kuntest tal-programm ta’ Twessigħ tal-parteċipazzjoni taħt l-Orizzont Ewropa.
4.1.5Abbażi tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri tal-UE, l-investimenti fit-tul jistgħu jiżguraw il-prevedibbiltà u jsaħħu l-potenzjal tal-innovazzjoni tal-Ewropej, flimkien ma’ infrastruttura tar-riċerka ġeografikament ibbilanċjata.
4.2L-evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 identifikat diskrepanza notevoli fil-kapital ta’ riskju u ta’ tkabbir fl-UE biex jiżdiedu l-innovazzjonijiet. Biex jgħin inaqqas din id-diskrepanza, beda proġett pilota biex jitmexxa l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) matul l-aħħar tliet snin tal-Orizzont 2020. Indikazzjonijiet bikrija juru li l-proġett pilota tal-EIC kellu impatt pożittiv fuq il-fatturat u l-livelli tal-persunal tal-benefiċjarji tiegħu. Dan indirizza wkoll diskrepanza kruċjali fil-finanzjament f’oqsma ta’ riskju għoli fejn hemm alternattivi limitati disponibbli fil-livell nazzjonali u reġjonali.
4.3Filwaqt li l-Orizzont 2020 għamel passi biex inaqqas id-diskrepanza bejn ir-riċerka Ewropea ta’ kwalità għolja u l-innovazzjonijiet tas-suq, dan ma eliminax kompletament din id-diskrepanza li ilha teżisti. Sa mill-ħolqien tiegħu, l-EIC primarjament iffinanzja innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, filwaqt li r-Regolament li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa jiddikjara li għandu jiffinanzja t-tipi kollha ta’ innovazzjoni. Barra minn hekk, dan l-istrument iffinanzja proġetti kkonċentrati l-aktar fi ftit pajjiżi: 25 % tal-fondi ġew allokati lil Franza u 11 % lill-Ġermanja, u dan jippreżenta r-riskju li jinħolqu diskrepanzi fl-innovazzjoni fit-territorju tal-UE. Għal din ir-raġuni, l-EIC għandu jistabbilixxi l-objettiv li jiġu identifikati, żviluppati u mnedija innovazzjonijiet ta’ riskju għoli ta’ kull tip, inklużi innovazzjonijiet inkrementali. Ix-xejra kkaratterizzata mill-EIC f’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni wasslet għall-orjentazzjoni ta’ investimenti lejn innovazzjonijiet purament tat-“teknoloġija profonda” u fixkiela u għal nuqqas de facto ta’ appoġġ għal forom ta’ innovazzjoni importanti oħra. Barra minn hekk, irid jkun garantit aċċess għal kull tip ta’ SME, li jippermetti kollaborazzjoni bejn daqsijiet u tipi differenti ta’ kumpaniji. Ikun kruċjali wkoll li titnaqqas il-kumplessità tas-sistema ta’ ġestjoni tal-Aċċelleratur tal-EIC, li issa tinvolvi għadd kbir ta’ bordijiet, gruppi ta’ ħidma u pjattaformi diġitali. Il-burokrazija għandha titnaqqas u għandha tiġi żgurata aktar flessibbiltà.
4.4Huwa kruċjali wkoll li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti prominenti akbar. Il-parteċipazzjoni industrijali trid tiġi mħeġġa bil-promozzjoni ta’: konsorzji iżgħar u mmexxija mill-industrija; suġġetti ta’ riċerka aktar speċifiċi mmirati lejn l-adozzjoni industrijali u l-innovazzjonijiet tas-suq, ibbażati fuq teknoloġiji abilitanti essenzjali (KET). Barra minn hekk, ikun jaqbel li titrawwem il-parteċipazzjoni industrijali fis-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPP), billi jiġu ppreservati u estiżi l-ambitu u l-finanzjament tal-PPP eżistenti, peress li dawn jaqdu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ aġendi fit-tul tar-R&I, u b’hekk fil-kompetittività fit-tul tal-UE. L-għarfien u l-konklużjonijiet ewlenin, li jinsiltu minn din l-evalwazzjoni finali tal-Orizzont 2020, huma mistennija li jkollhom rwol kruċjali mhux biss fit-tfassil tal-implimentazzjoni li għaddejja tal-Orizzont Ewropa, iżda wkoll fl-influwenzar tal-iżvilupp tal-politika għal inizjattivi futuri ta’ riċerka u innovazzjoni. Dan se jiżgura li t-tagħlimiet miksuba mill-Orizzont 2020 jiġu integrati b’mod effettiv fil-programmi attwali u futuri, kif ukoll li jittejbu l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-impatt tagħhom fuq l-Ewropej.
4.5Il-programmi jikkontribwixxu għas-sigurtà ekonomika tal-UE, billi jagħmlu progress fil-pilastri kollha tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà Ekonomika: Promozzjoni, Sħubija u Protezzjoni. Dan jinkludi wkoll skrinjar effettiv ta’ investimenti mhux Ewropej f’setturi sensittivi u t-tisħiħ tas-sħubijiet globali tal-Ewropa.
4.6Il-proġetti kollaborattivi għandhom jibbenefikaw minn flessibbiltà akbar. Barra minn hekk, għandha ssir enfasi aktar qawwija fuq l-impatt u r-riżultati konkreti tal-proġetti, evalwazzjoni tal-proposti tal-proġetti bl-adozzjoni ta’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati, li jfisser li matul il-proċeduri tal-għażla l-proposti tal-proġetti għandhom jiġu vvalutati u ffinanzjati waqt li jitqiesu l-impatti effettivi potenzjali tagħhom fuq il-kompetittività Ewropea. Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-proġetti, huwa kruċjali wkoll li l-Programm Qafas jitfassal f’koerenza mal-politiki u l-objettivi politiċi tal-UE waqt li jitqiesu s-sinerġiji kollha possibbli ma’ programmi ta’ finanzjament rilevanti oħra tal-UE, inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-fondi strutturali. Sabiex jitħeġġu sinerġiji aktar effettivi, trid tinkiseb koordinazzjoni akbar fost id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea interessati (DĠ RTD, DĠ GROW, DĠ REGIO, DĠ COMP, eċċ.) u l-awtoritajiet maniġerjali fil-livelli nazzjonali.
4.7L-iffukar fuq l-ispeċjalizzazzjoni fuq suġġetti speċifiċi ħafna u l-introduzzjoni ta’ esperti tematiċi interni, li kapaċi jiggwidaw applikanti potenzjali fost l-istrumenti differenti ta’ finanzjament, jistgħu jgħinu fil-ħolqien ta’ network ta’ esperti, li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw l-interdipendenza u s-sinerġiji bejn il-programmi u jiggwidaw applikanti potenzjali fil-Pajjiżi tat-Twessigħ. Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali jistgħu jgħinu fil-proċess u fl-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet inklużi n-networking, l-iskambju tal-għarfien u l-bini tal-kapaċità tagħhom.
Brussell, il-5 ta’ Settembru 2024.
Il-President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum
Sandra Parthie
APPENDIX 1: List of previous EESC opinions and links, related to the topic:
1.
Proposal for a Council recommendation on enhancing research security
(INT/1062)
2.
Introducing a European Innovation Stress Test
(INT/1045)
3.
A new European innovation agenda
(INT/996)
4.
European missions
(INT/967)
5.
Pact for Research and Innovation in Europe
(INT/962)
6.
Communication on the global approach to research, innovation, education and youth
(INT/941)
7.
Establishing the Joint Undertakings under Horizon Europe
(INT/936)
8.
A new European Research Area (ERA) for research and innovation
(INT/924)
9.
Horizon Europe
(INT/858)
10.
R&I – A renewed European agenda (Communication)
(INT/855)
APPENDIX 2: General introduction of Horizon 2020 and Horizon Europe & Figures
The core mission of the Horizon 2020 programme was to drive economic growth and create jobs through research and innovation (R&I), with a strong emphasis on excellent science, industrial leadership and tackling societal challenges. It aimed to adapt skills and promise new industrial jobs, by fostering the development and circulation of human capital in industry and working for better recognition of qualifications across borders. The Horizon 2020 financial facility leveraged EUR 77.5 billion in debt and equity for over 38 000 organisations, well above its targets, and fostered the development of venture capital ecosystems and networks.
According to the Commission’s evaluation report on the long-term effects of Horizon 2020, the programme is estimated to contribute an average annual increase of EUR 15.9 billion to EU GDP, totalling EUR 429 billion over the period 2014-2040. Horizon 2020 is also expected to have had a notable impact on job creation, with a net gain in employment levels reaching around 220 000 employees at its peak.
Horizon Europe facilitates collaboration and strengthens the impact of research and innovation in developing, supporting and implementing EU policies while tackling global challenges. It supports the creation and wider dissemination of excellent knowledge and technologies. It creates jobs, fully engages the EU’s talent pool, boosts economic growth, promotes industrial competitiveness and optimises investment impact within a stronger European Research Area (ERA).
The programme will soon enter its second strategic plan, which steers research and innovation funding for the period 2025-2027, addressing the key global challenges such as climate change, loss of biodiversity, the digital transition and an ageing population. The strategic plan sets out three strategic orientations for research and innovation investment under Horizon Europe for the years 2025-2027: (1) green transition, (2) digital transition, and (3) a more resilient, competitive, inclusive and democratic Europe.
What type of institutions have received the most funding since 1998?
A few figures on what has been achieved so far.
Innovation performance compared to the EU 2017 among EU 27 Member States – A comparison to 2023.
The Innovation Leaders have particularly attractive research systems and are strong in digitalisation. The Strong Innovators demonstrate significant strengths in their innovation ecosystems (product and business innovations). Among the Moderate Innovators, there is a range of positive trends, in particular the development of collaboration in research; whereas Emerging Innovators have shown an overall positive trajectory in innovation performance, but they are still lagging. Although the performance differences have slightly narrowed among the Strong Innovators and Moderate Innovators between 2017 and 2024, they became more pronounced among the Innovation Leaders and Emerging Innovators. There are also persistent geographic differences in innovation performance, with Innovation Leaders and most Strong Innovators predominantly located in Northern and Western Europe, and many of the Moderate and Emerging innovators in Southern and Eastern Europe.
Croatia remained stable. Compared to the last edition:
·Denmark remains the most innovative EU country followed by Sweden, which led the rankings between 2017-2022.
·Two countries now belong to a different performance group.
·Estonia became a Strong Innovator following a steady growth pattern since 2017.
·Belgium, which was an Innovation leader in 2023, moved down to the Strong Innovators’ category, although it maintained its fifth position in the rankings overall.
Bulgaria has received approx. 60 million euros.
Greece- 696.9 million euros under the Horizon 2020 program. Romania- 109.75 million euros and Turkye-118 million euros.
Germany ~ €5 billion / 10 163 projects
United Kingdom ~ €4.52 billion / 10 052 projects
France ~ €3.27 billion / 8 094 projects
Spain ~ €2.81 billion / 8 700 projects
Italy ~ €2.56 billion / 7 999 projects
Netherlands ~ €2.37 billion / 5 219 projects
Belgium ~ €1.47 billion / 3 709 projects
Sweden ~ €1.09 billion / 2 553 projects
Austria ~ €877 million / 2 318 projects
Denmark ~ €790 million / 1 910 projects
Total money received: €24 786 499 878
_____________