MT

SOC/645

Xogħol ġust fl-ekonomija tal-pjattaformi

OPINJONI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


Xogħol ġust fl-ekonomija tal-pjattaformi
[Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ġermaniża]

Relatur: Carlos Manuel TRINDADE

Talba mill-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill

Ittra tat-18/02/2020

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

09/07/2020

Adottata fil-plenarja

18/09/2020

Sessjoni plenarja Nru

554

Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)

182/23/8



1.Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jiddikjara li l-għan ta’ din l-Opinjoni, mitluba mill-Presidenza Ġermaniża, huwa li tipprovdi referenza għall-qafas ġenerali dwar dan is-suġġett, billi tadotta approċċ olistiku, bil-ħsieb li jiġi żgurat xogħol ġust fl-ekonomija tal-pjattaformi.

1.2Jirrakkomanda li l-mistoqsijiet dwar ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali jiġu indirizzati u solvuti fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, l-Aġenda Diġitali u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

1.3Il-KESE jinnota li, minkejja li għadu minnu li l-ekonomija tal-pjattaformi ftit li xejn għandha saħħa, hija toffri potenzjal għat-tkabbir.

1.4Josserva li l-pjattaformi għandhom “impatt ġeneralment pożittiv fuq l-ekonomija” 1 , u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni, il-flessibbiltà u l-awtonomija għall-ħaddiema, jiżguraw dħul għall-ħaddiema (ħafna drabi supplimentari) u jippermettu li l-persuni vulnerabbli jkollhom aċċess għal impjieg.

1.5Il-KESE jinnota li hemm riskji li m’għandhomx jiġu sottovalutati: (i) għall-ħaddiema, iċ-ċaħda tad-drittijiet bażiċi, inklużi d-drittijiet ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv; il-prekarjetà; paga baxxa; l-intensità dejjem tiżdied tax-xogħol; il-frammentazzjoni estrema tax-xogħol fuq skala globali; u n-nuqqas ta’ affiljazzjoni tal-ħaddiema mal-iskemi tas-sigurtà soċjali; u (ii) għas-soċjetà, iż-żieda fir-riskju ta’ kompetizzjoni bbażata fuq tnaqqis fl-istandards soċjali, li għandu wkoll konsegwenzi ta’ ħsara kemm għall-impjegaturi, li huma soġġetti għal pressjoni kompetittiva mhux sostenibbli, kif ukoll għall-Istati Membri, li jirrinunzjaw id-dħul mit-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

1.6Il-KESE huwa konxju tal-argument dwar kunċetti relatati mal-pjattaformi, b’mod partikolari fir-rigward tal-pjattaformi bħala “impjegaturi” aktar milli “intermedjarji tal-provvista u d-domanda” u “impjegati” u “ħaddiema għal rashom”, peress li għandu konsegwenzi għad-drittijiet tagħhom.

1.7Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħabirku biex jiċċaraw dawn il-kunċetti, minħabba l-konsegwenzi mil-lat tal-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u sensiela ta’ drittijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema.

1.8Il-KESE jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jimxu lejn l-uniformità tal-kunċetti sabiex jinkiseb xogħol ġust fl-ekonomija tal-pjattaformi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-punti li ġejjin bħala l-kejl ta’ referenza tagħhom: (i) id-dipendenza ekonomika u relazzjoni subordinata ta’ impjieg, peress li l-ħaddiema li l-għajxien tagħhom jiddependi l-aktar mill-paga li jiksbu huma impjegati, ma jaħdmux għal rashom; (ii) l-applikazzjoni tal-prinċipju li skontu l-ħaddiema jitqiesu li jkunu impjegati fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja għandha tiġi studjata sew fid-dimensjonijiet kollha tagħha; u (iii) l-algoritmi użati mill-pjattaformi għandhom jitqiesu wkoll bl-istess mod bħall-istruzzjonijiet mitkellma jew miktuba f’xogħol konvenzjonali.

1.9Huwa jirrakkomanda li, fid-dawl tas-sovranità tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet soċjali, jitfasslu linji gwida biex jgħinu biex jiġi ċċarat l-istatus tal-impjieg fil-pjattaformi. Il-KESE huwa tal-fehma li, fl-ekonomija tal-pjattaformi, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha jkollhom aċċess għal sensiela ta’ drittijiet u għall-protezzjoni, irrispettivament mill-istatus fl-impjieg tagħhom jew mit-tip ta’ kuntratt, u b’hekk jiġi żgurat li ċerti operaturi ma jistgħux jiksbu vantaġġ kompetittiv minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom.

1.10Il-KESE jirrakkomanda li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha involuti fi kwistjonijiet bħas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tad-data, l-assigurazzjoni u r-responsabbiltà legali, bil-għan li jiġu vvalutati, aġġustati u armonizzati r-regolamenti eżistenti.

1.11Il-KESE jenfasizza li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom jaqdu rwol ewlieni fil-livelli kollha rilevanti, u jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, sabiex jiġi żgurat xogħol ta’ kwalità għolja fl-ekonomija tal-pjattaformi.

1.12Jissuġġerixxi li jitfasslu kodiċijiet ta’ kondotta bl-involviment tal-pjattaformi, il-ħaddiema u l-konsumaturi, billi jinġiebu flimkien l-aħjar prinċipji u linji gwida dwar il-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tas-servizz.

1.13Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-Xogħol Mhux Iddikjarat dwar it-tassazzjoni fl-ekonomija tal-pjattaformi.

1.14Il-KESE jirreferi għar-rakkomandazzjoni preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea, l-OECD u l-ILO jaħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali fil-livelli adatti kollha u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili usa’, biex jiġu żviluppati dispożizzjonijiet adatti dwar kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u l-protezzjoni meħtieġa 2 . F’dan il-kuntest, il-KESE jittama li din il-ħidma konġunta tista’ twassal għal Konvenzjoni tal-ILO dwar il-pjattaformi.

1.15Il-KESE jemmen li għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-pjattaformi jipprovdu informazzjoni li tippermetti t-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-partijiet kollha kkonċernati. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu rreġistrati l-pjattaformi f’kull Stat Membru u li tiġi stabbilita bażi tad-data fl-UE għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi.

1.16Il-KESE jappoġġja l-ħidma li wettqet il-Kummissjoni fl-istudju tagħha dwar l-ekonomija tal-pjattaformi. Madankollu, hemm lakuna serja f’dak li jirrigwarda informazzjoni konsistenti u sistematika fil-pajjiżi individwali u fl-UE. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-informazzjoni bbażata fuq l-istatistika.

2.Kuntest

2.1L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet li tqajmu mill-Ministeru Ġermaniż għax-Xogħol dwar ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali, l-identifikazzjoni tal-isfidi u l-opportunitajiet ewlenin u d-dibattitu dwar l-istatus tal-ħaddiema tal-pjattaforma, l-għodod ta’ politika biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-aħjar prattika regolatorja.

2.2L-iżviluppi attwali li minnhom jinbtu l-pjattaformi diġitali jinvolvu innovazzjonijiet reċenti: l-internet, innovazzjoni kruċjali; bażijiet tad-data fuq skala kbira (Big Data) li jippermettu li jiġu pproċessati mases kolossali ta’ data; u apparat mobbli li jagħti lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u lill-fornituri tas-servizzi aċċess għall-internet mobbli l-ħin kollu u kullimkien 3 .

2.3Jeħtieġ li l-mistoqsijiet dwar ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali jiġu indirizzati u solvuti fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, l-Aġenda Diġitali u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

2.4Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal għadd ta’ Opinjonijiet preċedenti 4 dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u ż-żieda ta’ forom ġodda ta’ xogħol.

2.5Il-kumplessità tal-pjattaformi, in-nuqqas ta’ terminoloġija standardizzata u n-nuqqas ta’ data statistika jagħmluha diffiċli li jiġu stmati l-iskala u t-tkabbir tagħhom. Skont l-OECD 5 , il-biċċa l-kbira tal-istudji juru li x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jammonta għal bejn 0,5 % u 3 % tal-forza tax-xogħol totali. Fi grupp ta’ 16-il pajjiż Ewropew, 1,4 % biss tal-popolazzjoni bejn is-16 u l-74 sena huma ħaddiema tal-pjattaforma (li jvarjaw minn 0,6 % fil-Finlandja għal 2,7 % fin-Netherlands) 6 . Madwar 11 % tal-adulti wettqu xi xogħol fuq pjattaforma diġitali xi darba jew oħra 7 .

2.6Hemm inċertezza dwar it-tkabbir futur tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali 8 , peress li t-tkabbir tiegħu jiddependi mill-progress teknoloġiku, mudelli ta’ negozju ġodda, il-protezzjoni tad-data u l-politika tal-konsumatur. Xi awturi stmaw li bejn l-2013 u l-2015, il-valur tat-tranżazzjonijiet u d-dħul mill-pjattaformi prattikament ittriplika 9 . Il-KESE jemmen li għandu jkun hemm reġistru tal-pjattaformi, l-aktar fir-rigward tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u tax-xogħol, li jippermetti li s-sitwazzjoni tinftiehem aħjar.

2.7Il-karatteristika distintiva tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali hija li tinvolvi relazzjoni bejn il-pjattaforma, il-ħaddiem u l-utent. L-intermedjazzjoni tuża l-iżjed it-teknoloġija u l-algoritmi, ħafna drabi ma tkunx trasparenti, u taffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz tal-impatt tagħha fuq l-allokazzjoni u l-organizzazzjoni tax-xogħol, u l-evalwazzjoni tal-ħaddiema. Din il-“kaxxa sewda tal-intermedjazzjoni” hija karatteristika distintiva tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali 10 .

2.8Skont il-Eurofound 11 , ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali huwa forma ta’ impjieg li juża pjattaforma online biex l-organizzazzjonijiet jew l-individwi jkollhom aċċess għal organizzazzjonijiet jew individwi oħra biex isolvu l-problemi jew biex jipprovdu servizzi bi ħlas. Il-karatteristiċi prinċipali tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali huma kif ġej:

-ix-xogħol imħallas jiġi organizzat permezz ta’ pjattaforma online;

-tliet partijiet huma involuti: il-pjattaforma online, il-klijent u l-ħaddiem;

-l-għan huwa li jitwettqu kompiti speċifiċi jew li jissolvew problemi speċifiċi;

-ix-xogħol jiġi esternalizzat jew kuntrattat;

-l-impjiegi jitqassmu f’kompiti;

-is-servizzi jiġu pprovduti fuq talba.

2.9L-istatus ta’ ħaddiem huwa wieħed mill-aspetti ewlenin tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali. Ġeneralment, il-pjattaformi jippreżentaw lilhom infushom bħala intermedjarji bejn il-provvista u d-domanda u konsegwentement mhux bħala impjegaturi, peress li ma hemm l-ebda relazzjoni subordinata ta’ xogħol. F’din is-sitwazzjoni, il-ħaddiema jitqiesu bħala “ħaddiema għal rashom” aktar milli “impjegati”, u b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirregola l-impjieg (inklużi s-saħħa u s-sikurezza), il-protezzjoni soċjali u t-tassazzjoni. Il-KESE, għalkemm jemmen li jeżistu ħaddiema li ġenwinament jaħdmu għal rashom, huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-prinċipju li ħaddiem tal-pjattaforma huwa preżunt li huwa impjegat fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja għandha tiġi studjata b’mod xieraq, fid-dimensjonijiet kollha tagħha, mill-UE u l-Istati Membri. Dan jiżgura li jitħarsu l-interessi ta’ dawk l-impjegati li d-dħul prinċipali tagħhom jiġi mill-pjattaformi. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li l-ħaddiema li ġenwinament jaħdmu għal rashom għandhom jitħallew ikomplu jkollhom dak l-istatus, jekk ikunu jixtiequ dan b’mod ċar.

2.10Il-KESE jinnota l-firxa u l-varjetà wiesgħa ta’ pjattaformi. Il-kriterji għar-raggruppament ta’ diversi tipi ta’ pjattaformi flimkien huma t-tip ta’ kompitu (rekwiżiti ta’ livelli ogħla jew aktar baxxi tal-ħiliet), l-ispazju jew il-post fiżiku fejn is-servizz huwa pprovdut (online jew offline) u min jiddeċiedi dwar il-proċess tal-għażla (il-pjattaforma, il-ħaddiem jew il-klijent). Xi wħud iqisu kriterji addizzjonali, bħad-differenzi fl-allokazzjoni tax-xogħol u l-awtonomija tal-ħaddiema 12 .

2.11L-ILO 13 tqis li l-pjattaformi joħolqu problemi regolatorji speċifiċi, u ssemmi għadd ta’ oqsma ta’ tħassib, inklużi pagi baxxi (proporzjon għoli minnhom huwa inqas mill-paga minima), in-nuqqas ta’ kopertura tas-sigurtà soċjali (li taffettwa 91 % tal-ħaddiema tal-pjattaforma Mechanical Turk ta’ Amazon), rifjut ta’ xogħol (disa’ minn għaxar ħaddiema kellhom xogħol miċħud), il-ħlas ta’ kummissjoni biex dak li jkun jaħdem, kontra diversi Konvenzjonijiet tal-ILO dwar il-protezzjoni tal-pagi, in-nuqqas ta’ sħubija fi trade unions u n-nuqqas ta’ negozjar kollettiv.

2.12Hemm dimensjoni tal-ġeneru u tal-età marbuta max-xogħol fuq pjattaforma diġitali. B’mod ġenerali, l-irġiel jiddominaw is-servizzi relatati mal-iżvilupp ta’ software u l-provvista ta’ servizzi tat-trasport; in-nisa jiddominaw f’kompiti relatati mas-servizzi tat-traduzzjoni u dawk fil-post; iż-żgħażagħ huma relattivament rappreżentati żżejjed fil-pjattaformi, speċjalment f’każijiet fejn aktar minn 50 % tad-dħul tagħhom jiġi minn pjattaformi jew jaħdmu fuqhom għal aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa; f’ċerti ċirkustanzi, il-persuni mdaħħlin f-età qed jibdew jieħdu sehem fil-pjattaformi. Il-KESE jemmen li tinħtieġ aktar riċerka sabiex is-sitwazzjoni tinftiehem aħjar u biex jiġu definiti politiki pubbliċi adatti.

3.Sfidi, opportunitajiet u riskji fl-ekonomiji tal-pjattaformi

3.1Il-pjattaformi għandhom “impatt ġeneralment pożittiv fuq l-ekonomija” 14 , u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni, il-flessibbiltà u l-awtonomija għall-ħaddiema, jiżguraw dħul għall-ħaddiema (ħafna drabi supplimentari), inaqqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq tax-xogħol u jippermettu li l-persuni vulnerabbli jkollhom aċċess għal impjieg 15 . Il-Kummissjoni tinnota li: “L-ekonomija kollaborattiva tiġġenera opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, tiġġenera d-dħul lil hinn mir-relazzjonijiet tal-impjiegi lineari tradizzjonali, u tippermetti li persuni jaħdmu skont arranġamenti flessibbli. Din tagħmilha possibbli għalihom biex isiru ekonomikament attivi fejn forom aktar tradizzjonali ta’ impjieg mhumiex adegwati jew disponibbli għalihom” 16 . Madankollu, minkejja dawn l-opportunitajiet ġodda, il-KESE huwa tal-fehma li għad hemm bżonn ta’ aktar studji dwar l-impatt makroekonomiku tal-ekonomija tal-pjattaformi.

3.2Madankollu, hemm ir-riskji għall-ħaddiema – għajr għal dawk bi kwalifiki għoljin – li m’għandhomx jiġu sottovalutati, bħaċ-ċaħda tad-drittijiet bażiċi, inklużi d-drittijiet ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv; il-prekarjetà; paga baxxa aggravata mill-kwalifiki eċċessivi; l-intensità dejjem tiżdied tax-xogħol; il-frammentazzjoni estrema tax-xogħol fuq skala globali; u n-nuqqas ta’ affiljazzjoni tal-ħaddiema mal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

3.3Studju tal-EU-OSHA 17 jindika li x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jwassal għal żieda fir-riskji, kemm fiżiċi kif ukoll soċjali, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi u l-esponiment għal riskji varji (inċidenti tat-traffiku, perikli kimiċi, eċċ.) u għal riskji speċifiċi marbta ma’ attività online (cyber-bullying, problemi tal-postura, għeja viżiva u stress ikkawżat minn diversi fatturi). Il-KESE jirrakkomanda li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha involuti fi kwistjonijiet bħas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tad-data, l-assigurazzjoni u r-responsabbiltà legali, bil-għan li jiġu vvalutati, aġġustati u armonizzati r-regolamenti eżistenti.

3.4Is-soċjetà wkoll tinsab f’riskju. Kif diġà qal il-KESE, il-Kummissjoni tisħaq li “dan iżid ir-riskju ta’ kompetizzjoni bbażata fuq tnaqqis tal-istandards soċjali, li għandha konsegwenzi ta’ dannu kemm għal persuni li jħaddmu, li huma soġġetti għal pressjoni kompetittiva insostenibbli, u kemm għall-Istati Membri li jirrinunzjaw id-dħul mit-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali” 18 .

3.5Il-konsumaturi huma wkoll f’riskju fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi pprovduti lilhom għaliex, f’każ ta’ inċidenti jew problemi bis-servizz, isibuha diffiċli jsiru jafu min hu responsabbli. Il-KESE jemmen li protezzjoni legali aħjar għall-ħaddiema tirrappreżenta żieda fil-kwalità għall-konsumaturi.

3.6Il-KESE huwa tal-fehma li d-dibattitu reċenti dwar l-isfidi għall-ħaddiema tal-pjattaforma huwa importanti u innovattiv 19 , b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ mudell għall-analizi ta’ tliet dimensjonijiet ewlenin: ix-xogħol, l-impjieg u r-relazzjonijiet soċjali. L-isfidi ewlenin għall-pjattaformi huma:

3.6.1Fid-dimensjoni tax-“xogħol”: id-direzzjoni, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni (permezz ta’ algoritmu), l-awtonomija fl-allokazzjoni tax-xogħol u tal-ambjent fiżiku, speċjalment għall-pjattaformi li jinvolvu “xogħol b’ħiliet baxxi, fil-post jew iddeterminat mill-klijent”.

3.6.2Fid-dimensjoni tal-“impjieg”: l-istatus – possibbilment l-akbar sfida – id-determinazzjoni tal-impjegatur u l-kuntratt, b’mod partikolari għall-pjattaformi b’livell baxx ta’ ħiliet u ftit li xejn awtonomija. Sfidi oħra, għalkemm komuni għat-tipi kollha ta’ xogħol mhux standard, huma l-protezzjoni soċjali, il-kundizzjonijiet marbutin mas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, id-dħul u s-sigħat tax-xogħol.

3.6.3Fid-dimensjoni tar-“relazzjonijiet soċjali”: ir-rappreżentanza, għalkemm din hija komuni għal tipi oħra ta’ xogħol mhux standard. Il-flessibbiltà u l-frammentazzjoni jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu identifikati, organizzati u rappreżentati dawk li jaħdmu b’modi mhux standard. Barra minn hekk, ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali huwa min-natura tiegħu solitarju, imxerred ġeografikament, anonimu bil-bosta u b’livell għoli ta’ rotazzjoni tal-ħaddiema, li jikkompetu ma’ xulxin u li huma attivi fuq pjattaformi oħra. Bħala regola, il-pjattaformi ma jassumux l-funzjoni ta’ impjegaturi u ma jappartjenux għal assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, u jħallu lill-ħaddiema tagħhom, it-trade unions u d-detenturi ta’ karigi politiċi mingħajr imsieħeb tan-negozjar.

3.6.4L-imġiba soċjali negattiva u t-trattament diskriminatorju huma wkoll sfidi serji fuq pjattaformi ta’ xogħol b’ħiliet baxxi, peress li l-ħaddiema ġeneralment ikunu żgħażagħ u minn minoranzi żvantaġġati. L-użu ta’ algoritmi u sitwazzjonijiet fejn il-klijenti jinfluwenzaw l-allokazzjoni u l-prestazzjoni tax-xogħol jaggravaw l-imġiba negattiva u d-diskriminazzjoni.

3.6.1Il-kwistjoni dejjem aktar importanti tal-protezzjoni tad-data, fir-rigward tas-sjieda u l-użu tad-data, hija sfida ewlenija u speċifika għall-ħaddiema tal-pjattaforma u għall-konsumaturi.

4.L-istatus tal-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaformi

4.1Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-ħidma kif imiss u bla xkiel tas-sistema tal-ekonomija tal-pjattaformi, il-KESE huwa tal-fehma li għandhom isiru sforzi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiċċaraw u jimxu lejn ir-regolazzjoni tal-istatus tal-ħaddiema tal-pjattaforma u biex jiżguraw li l-pjattaformi jipprovdu informazzjoni li tiżgura t-trasparenza, il-prevedibbiltà u t-trattament ġust għall-partijiet interessati kollha.

4.2Fid-dawl tas-sovranità tal-Istati Membri fi kwistjonijiet soċjali, iżda wkoll tal-ħtieġa li jiġi rispettat il-prinċipju tal-armonizzazzjoni fil-progress, il-KESE jirrakkomanda li jitfasslu linji gwida li jiddefinixxu l-istatus fl-impjieg fuq il-pjattaformi sabiex il-ħaddiema jingħataw aċċess għad-drittijiet u l-protezzjoni.

4.3Stħarriġ Ewropew 20 juri li meta l-ħaddiema jiġu mistoqsija dwar ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, 68,1 % jwieġbu li huma impjegati u 7,6 % li jaħdmu għal rashom. Għalhekk il-biċċa l-kbira ta’ dawk mistħarrġa jaraw lilhom infushom bħala impjegati, irrispettivament minn kif dawn il-pjattaformi jikklassifikawhom.

4.4Il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-istatus 21 , billi tqis li tista’ ssir distinzjoni bejn l-impjegati u l-ħaddiema għal rashom skont tliet kriterji: l-eżistenza ta’ konnessjoni ta’ subordinazzjoni; in-natura tax-xogħol; u l-preżenza ta’ remunerazzjoni. Dawn il-kriterji huma ddefiniti sabiex jiġi applikat il-kunċett ta’ ħaddiem fl-UE, iżda l-Komunikazzjoni żżid li l-qrati tal-Istati Membri, fl-ambitu tal-kompetenza nazzjonali tagħhom, għandhom it-tendenza li japplikaw l-istess sett ta’ kriterji. 

4.5Il-KESE ħejja Opinjoni li tgħid li “waqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali, għandu jiġi stabbilit qafas legali għall-ħaddiema, li jiddetermina b’mod preċiż l-istatus rilevanti tal-impjieg: paga deċenti, u d-dritt li jipparteċipaw fin-negozjar kollettiv, il-protezzjoni kontra l-arbitrarjetà, id-dritt li wieħed jilloggja ’l barra sabiex il-ħin tax-xogħol diġitali jibqa’ fi ħdan il-parametri ta’ dinjità, eċċ.” 22 .

4.6Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħaddiem, il-ġurisprudenza Ewropea ffukat fuq l-eżistenza tas-subordinazzjoni, in-natura ekonomika u ġenwina tas-servizz u l-eżistenza ta’ remunerazzjoni 23 .

4.7Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ żewġ sentenzi tal-QĠUE. Issir eċċezzjoni importanti fl-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni Ewropea (C-67/96, Albany), li tistabbilixxi li meta l-prinċipju tal-kompetizzjoni jmur kontra l-politika soċjali, il-ftehimiet kollettivi għall-impjegati ma jagħmlux parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni. F’sentenza oħra (C‑413/13, FNV Kunsten Informatie), hija kkonfermat il-kompatibilità tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni mal-ftehimiet kollettivi, u ddeċidiet li dawk li jaħdmu għal rashom kienu “ħaddiema għal rashom foloz”. Dan għandu rilevanza partikolari għax-xogħol fuq pjattaforma diġitali, li jippermetti li l-ħaddiema b’impjieg indipendenti fittizju fuq pjattaforma diġitali jiġu ttrattati daqslikieku kienu ħaddiema 24 .

4.8Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri bħall-Italja u Franza, diġà teżisti ġurisprudenza li ssegwi l-linja gwida tal-QĠUE 25 .

4.9Ħafna ħaddiema tal-pjattaforma la jappartjenu għal skemi tas-sigurtà soċjali u lanqas jibbenefikaw minn kundizzjonijiet adatti marbutin mas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, għalkemm dan id-dritt huwa meqjus bħala fundamentali u huwa minqux fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fit-Trattati, fil-leġiżlazzjoni Ewropea u fl-istandards internazzjonali tal-ILO 26 . Il-kriżi pandemika attwali tagħmel ċar l-importanza tas-sistemi tas-sigurtà soċjali f’soċjetajiet demokratiċi, peress li dawn is-sistemi appoġġjaw id-dħul ta’ parti kbira tal-popolazzjoni u, b’mod parallel, dawk li mhumiex koperti minn dawn is-sistemi saru iżjed vulnerabbli mil-lat tal-protezzjoni soċjali u tas-saħħa.

5.Għodod ta’ politika biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-pjattaformi diġitali

5.1Il-KESE jieħu nota tad-dibattitu reċenti dwar id-diversità tal-istrumenti nazzjonali biex jiffaċċjaw l-isfidi li jqajmu pjattaformi bħal dawn 27 . Grupp wieħed ta’ għodod huwa ta’ natura aktar amministrattiva u pjuttost “vinkolanti” (leġiżlazzjoni, tribunali u spettorati tax-xogħol); l-ieħor pjuttost “mhux vinkolanti” (ftehimiet kollettivi 28 , azzjonijiet mill-pjattaformi u azzjonijiet mill-ħaddiema).

5.1.1Il-leġiżlazzjoni hija deskritta bħala waħda mhux tas-soltu u anqas maħsuba biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew il-protezzjoni soċjali milli biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni, għalkemm il-protezzjoni soċjali ġiet estiża għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom f’ħafna pajjiżi; fir-rigward tat-tribunali, hemm inċertezza dwar kif jiġu solvulti l-kunflitti dwar l-istatus; u filwaqt li l-pajjiżi fittxew li jsaħħu l-ħidma tal-ispettorati, qamu d-diffikultajiet ma’ ħafna pjattaformi (online) rigward in-notifika. Il-KESE jemmen li l-leġiżlazzjoni dwar il-pjattaformi għandha tiffoka fuq l-aktar problemi rilevanti tar-regolamentazzjoni ekonomika, soċjali u tax-xogħol.

5.1.2In-negozjar kollettiv huwa ristrett ħafna (il-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni tagħmel in-negozjar kollettiv bejn “persuni li jaħdmu għal rashom” u l-pjattaformi diffiċli), u n-negozjar kollettiv jeżisti f’ċerti pajjiżi (setturi tat-trasport u d-distribuzzjoni); l-azzjonijiet tal-pjattaformi jiffukaw fuq li jindirizzaw il-kritika tal-prattiki tagħhom, is-sħubija fi trade unions tal-impjegauri, l-awtoregolazzjoni u l-iffirmar ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, il-waqfien tal-operazzjonijiet; ir-rikorsi tal-ħaddiema huma diversi, inklużi protesti u strajks, u dawn seħħew mhux biss fil-każ ta’ pjattaformi fil-post li jlaqqgħu ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet, iżda wkoll fuq tipi oħra ta’ pjattaformi, kif ġara fi proġett mibdi minn IG Metall fl-2016 li, flimkien mat-trade unions Żvediżi u Awstrijaċi, wasslu għad-Dikjarazzjoni ta’ Frankfurt (Fair Crowd Work, 2016).

5.1.3Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti, fl-ekonomija tal-pjattaformi, li jiġu promossi kodiċijiet ta’ kondotta, imfassla flimkien mal-pjattaformi, il-ħaddiema u l-konsumaturi.

5.2Il-KESE jinnota li din il-firxa wiesgħa ta’ mezzi użati biex jiġu stabbiliti u mħarsa kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fil-pjattaformi għadha ma rnexxilhiex tiżgura soluzzjoni adatta. Il-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ttieħdu fil-livell nazzjonali: l-attenzjoni tingħata lit-tibdil, jew fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika, jew fil-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol, f’ċerti każijiet billi jiġi introdott il-kunċett ta’ kategorija intermedja bejn ix-xogħol subordinat (ħaddiem impjegat) u l-impjieg indipendenti (persuna li taħdem għal rasha) 29 . Il-KESE huwa tal-fehma li din is-soluzzjoni mhijiex sodisfaċenti.

5.3Il-frekwenza ta’ rikors għall-ispettorati tax-xogħol u t-tribunali tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Ir-rikors għat-tribunali wassal għal sentenzi mhux uniformi, u f’xi każijiet ġie deċiż li r-relazzjoni tax-xogħol hija ta’ natura subordinata, filwaqt li f’oħrajn, li l-ħaddiema tal-pjattaforma jaħdmu għal rashom.

5.4Jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jadottaw il-kunċett tad-dipendenza ekonomika u s-subordinazzjoni bħala l-kejl ta’ referenza tagħhom. Il-ħaddiema tal-pjattaforma li l-għajxien tagħhom jiddependi l-iżjed mill-paga li jiksbu minn dax-xogħol u xogħol f’relazzjoni ta’ subordinazzjoni huma impjegati, mhux ħaddiema għal rashom. Bl-istess mod, l-algoritmi użati mill-pjattaformi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bl-istess mod bħall-istruzzjonijiet mitkellma jew miktuba f’xogħol konvenzjonali. Il-KESE diġà ħareġ Opinjoni li tappoġġja dawn il-kunċetti 30 .

5.5L-ispettorati tax-xogħol għandhom jissaħħu bil-għan li jagħtu attenzjoni speċjali lill-ħaddiema tal-pjattaforma sabiex ma jkollhomx aktar nuqqas ta’ protezzjoni, u għandhom ukoll iwaqqfu l-pjattaformi involuti fi prattiki kompetittivi inġusti fir-rigward ta’ negozji oħra 31 .

5.6Il-KESE huwa tal-fehma li l-ħaddiema għandhom ikunu koperti mis-sigurtà soċjali u minn kundizzjonijiet adatti ta’ saħħa u sikurezza fil-post tax-xogħol. L-istituzzjonijiet Ewropej jargumentaw li l-ħaddiema kollha għandu jkollhom aċċess għas-sigurtà soċjali, irrispettivament min-natura tal-kuntratti tagħhom. F’diversi pajjiżi, ġew stabbiliti skemi speċifiċi għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jirriflettu l-kundizzjonijiet speċifiċi li jaħdmu fihom.

5.7Ir-rapport tal-Kummissjoni Globali dwar il-Futur tax-Xogħol 32 jipproponi li tiġi stabbilita sistema ta’ governanza internazzjonali għall-pjattaformi 33 . F’dan ir-rigward, il-KESE fil-passat irrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, l-OECD u l-ILO jaħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali fil-livelli adatti kollha u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili usa’, biex jiġu żviluppati dispożizzjonijiet adatti dwar kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol u l-protezzjoni meħtieġa 34 .

5.8Fir-rigward tat-tassazzjoni, il-KESE huwa tal-fehma li l-atturi kollha fl-ekonomija diġitali għandhom iħallsu t-taxxa. Hawnhekk, il-KESE japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-Xogħol mhux Iddikjarat 35 li l-UE tintroduċi strument legali vinkolanti bil-għan li: il-pjattaformi jiġu obbligati jirrapportaw it-tranżazzjonijiet kollha lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiżi li joperaw fihom; l-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tat-taxxa; l-impjegati jiġu infurmati dwar il-benefiċċji u l-obbligi tat-taxxa tagħhom u l-ħaddiema jiġu protetti milli jkunu klassifikati b’mod falz bħala persuni li jaħdmu għal rashom.

6.L-aħjar prattiki biex jiġi rregolat ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali

6.1F’konformità mal-istudji internazzjonali 36 , il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm politiki adegwati dwar ir-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, u l-ħiliet.

6.1.1Rigward ir-regolazzjoni tas-suq tax-xogħol, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha – abbażi tas-sistemi u l-prattiki nazzjonali – ikollhom aċċess għal sensiela ta’ drittijiet u għall-protezzjoni, irrispettivament mill-istatus fl-impjieg tagħhom jew mit-tip ta’ kuntratt, u b’hekk jiġi żgurat li ċerti operaturi ma jistgħux jiksbu vantaġġ kompetittiv billi jonqsu milli jirrispettaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom.

6.1.1.1Iż-żona griża bejn l-impjieg indipendenti u l-impjieg għandha tkun mill-inqas, u dawn id-definizzjoniiet jeħtieġ li jiġu standardizzati u ċċarati kemm jista’ jkun u titnaqqas l-inċertezza għall-ħaddiema u għal min iħaddem;

6.1.1.2L-impjieg indipendenti fittizju għandu jiġi indirizzat, billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-ispezzjoni, jitnaqqsu l-inċentivi għan-negozji biex isiru klassifikazzjonijiet tar-relazzjonijiet “fittizji” tax-xogħol u billi jiġu imposti penali sostanzjali għal dawn il-klassifikazzjonijiet skorretti;

6.1.1.3Fil-livell internazzjonali, jeħtieġ li jitnieda proċess ta’ ħidma konġunta mill-Kummissjoni, l-OECD u l-ILO, li possibbilment iwassal għal konvenzjoni tal-ILO dwar il-pjattaformi.

6.1.2L-iżbilanċ tal-poter bejn il-pjattaformi u l-ħaddiema għandu jiġi indirizzat permezz tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Il-prattiki inġusti tas-suq għandhom jiġu indirizzati, u jeħtieġ li l-ħlas, l-informazzjoni, id-drittijiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet isiru aktar trasparenti.

6.1.2.1Id-djalogu soċjali għandu jissaħħaħ fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, u l-istess jgħodd għan-negozjar kollettiv fl-Istati Membri, li lkoll jikkontribwixxu – flimkien mal-leġiżlazzjoni, fejn meħtieġ – għal kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol.

6.1.2.2Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem huwa essenzjali biex ipoġġu r-rappreżentanza tal-interessi fil-prattika fil-qafas tal-mudell soċjali Ewropew.

6.1.3Il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jitfasslu bl-involviment tal-pjattaformi, il-ħaddiema u l-konsumaturi, billi jinġiebu flimkien l-aħjar prinċipji u linji gwida dwar il-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tas-servizz.

6.1.4L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ u opportunitajiet ta’ karriera lill-ħaddiema, peress li dawn ġeneralment jappartjenu għal gruppi żvantaġġati, migranti jew oħrajn, u jkollhom problemi rigward it-taħriġ.

Brussell, 18 ta’ Settembru 2020

Luca JAHIER

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

*

*    *

N.B. Ara l-appendiċijiet fil-paġni li ġejjin.



APPENDIĊI 1 – PJATTAFORMI DIĠITALI: PRATTIKA

Dan l-istħarriġ żgħir huwa maħsub biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ prattika tajba dwar il-pjattaformi diġitali, u s-sors ewlieni użat huwa l-pubblikazzjoni tal-Istitut Ewropew tat-Trade Unions (ETUI): Isabelle Daugareilh et al., The platform economy and social law: Key issues in comparative perspective, ETUI, 2019 37 .

PD = pjattaforma diġitali

PAJJIŻ

PRATTIKA

1

Il-Ġermanja

Fl-2017 twaqqaf Ombuds Office biex jiġi implimentat il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar crowdsourcing minn IG Metall, il-German Crowdsourcing Association u tmien pjattaformi diġitali 38 .

2

L-Awstrija

Ġie approvat ftehim kollettiv (fl-2019) li jkopri kumpanija li tiddistribwixxi l-ikel u l-impjegati (messaġġiera), li japplika minn Jannar 2020 ’il quddiem. L-istatus fl-impjieg mhuwiex ċar 39 .

3

Il-Belġju

Hemm kumitat (Commission administrative de règlement de la relation de travail) li jieħu deċiżjonijiet dwar kif għandhom jiġu kklassifikati r-relazzjonijiet ta’ impjieg 40 .

4

Id-Danimarka

Ftehim kollettiv konkluż f’Lulju 2018 bejn Hilfr (PD tat-tindif) u trade union. Il-ħaddiema jibdew jaħdmu għal rashom iżda jkollhom kuntratt ta’ impjieg wara 100 siegħa ta’ xogħol 41 .

5

Spanja

Impjegati tal-PD ta’ Deliveroo stabbilixxew (fl-2017) pjattaforma fis-sit web Ridersxderechos biex jiddefendu l-interessi tagħhom. Fl-2017, l-UGT nediet il-portal Turespuestasindical 42 .

6

Spanja

Fl-2018, il-Ftehim Interprofessjonali għall-Katalonja ġie ffirmat għall-2018‑2020 bejn il-konfederazzjonijiet ta’ min iħaddem (Fomento del Trabajo, PIMEC y FEPIME) u t-trade unions (CC OO u UGT). Il-ftehim jinkludi taqsima dwar xogħol fuq pjattaforma diġitali 43 .

7

Franza

L-impjegati tal-pjattaforma tad-distribuzzjoni tal-ikel waqqfu trade unions (eż. Bordeaux) 44 .

8

L-Italja

Fl-2019, ġiet adottata liġi speċifika dwar il-pjattaformi diġitali fir-Reġjun ta’ Lazio. Il-liġi tiddefinixxi l-ħaddiema diġitali u tistabbilixxi d-drittijiet applikabbli 45 .

9

L-Italja

Ftehim kollettiv nazzjonali dwar is-settur tal-loġistika fl-2018: jintroduċi l-kategorija ta’ “rikkieb”(“rider”) li jiddeskrivi bħala impjieg subordinat. Idem fir-rigward tal-ftehim kollettiv ma’ Lactosergna (pjattaforma diġitali għall-konsenja tal-ikel). Dawn il-kuntratti huma approvati mit-trade unions 46 .

10

L-Italja

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Ħaddiema Diġitali (Karta ta’ Bolonja) iffirmata fl-2018 bejn il-Kunsill Muniċipali ta’ Bolonja u żewġ pjattaformi (Sgnam u MyMenu); ma tirregolax l-istatus fl-impjieg tal-ħaddiema 47 .

11

Il-Portugall

Il-Kodiċi dwar l-Impjieg jistabbilixxi kriterji għall-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ kuntratt ta’ impjieg. Il-leġiżlazzjoni dwar il-pjattaformi diġitali tat-trasport (l-hekk imsejħa “liġi tal-Uber”) tirreferi b’mod espliċitu għall-Kodiċi dwar l-Impjieg fir-rigward tar-rabta legali stabbilita bejn is-sewwieqa u l-pjattaforma 48 .

12

L-Iżvizzera

Ftehim kollettiv li jkopri l-kurrieri bir-rota/mutur, iffirmat fi Frar 2019 bejn trade union u assoċjazzjoni ta’ min iħaddem 49 .

13

Msieħba soċjali Ewropej

Ftehim Qafas Awtonomu dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-imsieħba soċjali Ewropej – Ġunju 2020 50 .



APPENDIĊI 2 għall-OPINJONI

L-emendi li ġejjin ġew miċħuda waqt id-diskussjonijiet iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti:

Punt 2.9

Ibdel it-test kif ġej:

2.9    L-istatus ta’ ħaddiem huwa wieħed mill-aspetti ewlenin tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali. Ġeneralment, il-pjattaformi jippreżentaw lilhom infushom bħala intermedjarji bejn il-provvista u d-domanda u konsegwentement mhux bħala impjegaturi, peress li ma hemm l-ebda relazzjoni subordinata ta’ xogħol. F’din is-sitwazzjoni, il-ħaddiema jitqiesu bħala “ħaddiema għal rashom” aktar milli “impjegati”, u b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirregola l-impjieg (inklużi s-saħħa u s-sikurezza), il-protezzjoni soċjali u t-tassazzjoni. Il-KESE, għalkemm jemmen li jeżistu ħaddiema li ġenwinament jaħdmu għal rashom, huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-prinċipju li ħaddiem tal-pjattaforma huwa preżunt li huwa impjegat fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja għandha tiġi studjata b’mod xieraq, fid-dimensjonijiet kollha tagħha b’rispett tad-differenzi fundamentali li jiddistingwu l-impjegati minn dawk li jaħdmu għal rashom (in-natura tax-xogħol, l-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni u remunerazzjoni), mill-UE u l-Istati Membri. Dan jiżgura li jitħarsu l-interessi ta’ dawk l-impjegati li d-dħul prinċipali tagħhom jiġi mill-pjattaformi. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li l-ħaddiema li ġenwinament jaħdmu għal rashom għandhom jitħallew ikomplu jkollhom dak l-istatus, jekk ikunu jixtiequ dan b’mod ċar.

Raġuni

Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-istatus ta’ ħaddiem huwa kwistjoni kontroversjali u waħda mill-aktar rilevanti minn perspettiva ta’ politika meta l-oġġett ewlieni nnegozjat permezz tal-pjattaforma huwa x-xogħol. Il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-istatus, billi tqis li tista’ ssir distinzjoni bejn l-impjegati u l-ħaddiema għal rashom skont tliet kriterji: l-eżistenza ta’ konnessjoni ta’ subordinazzjoni; in-natura tax-xogħol; u l-preżenza ta’ remunerazzjoni. Dawn il-kriterji huma ddefiniti sabiex jiġi applikat il-kunċett ta’ ħaddiem fl-UE, iżda l-Komunikazzjoni dwar Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva żżid li l-qrati tal-Istati Membri, fl-ambitu tal-kompetenza nazzjonali tagħhom, għandhom it-tendenza li japplikaw l-istess sett ta’ kriterji. B’dawn il-kriterji m’hemmx bżonn ta’ regolamentazzjoni addizzjonali dwar l-istatus ta’ ħaddiem fil-livell Ewropew. Fil-livell nazzjonali ttieħdu diversi inizjattivi differenti, f’xi każijiet bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ kategorija intermedja bejn ix-xogħol subordinat u l-impjieg indipendenti.

Fir-rigward tal-istatus ta’ ħaddiem, huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-ftehim qafas awtonomu reċenti dwar id-diġitalizzazzjoni bejn l-Imsieħba Soċjali Ewropej jiddikjara li jkopri l-ħaddiema u l-impjegaturi kollha fis-setturi pubbliċi u privati, inklużi l-attivitajiet li jużaw pjattaformi online fejn teżisti relazzjoni ta’ impjieg, kif definit fil-livell nazzjonali.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur    65

Kontra    99

Astensjonijiet    13

Punt 5.4

Ibdel it-test kif ġej:

5.4    Meta jiġu applikati l-kriterji ġenerali għall-istatus ta’ ħaddiem (subordinazzjoni, natura tax-xogħol u remunerazzjoni) Jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri għandhom jadottaw il-kunċett tad-dipendenza ekonomika u s-subordinazzjoni bħala wieħed mill-unitajiet ta’ l-kejl ta’ referenza tagħhom, sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-Il-ħaddiema tal-pjattaforma li l-għajxien tagħhom jiddependi l-iżjed mill-paga li jiksbu minn dax-xogħol u xogħol f’relazzjoni ta’ subordinazzjoni huma impjegati, mhux ħaddiema għal rashom. Bl-istess mod, l-algoritmi użati mill-pjattaformi jistgħu għandhom jiġu kkunsidrati vinkolanti wkoll bl-istess mod bħall-istruzzjonijiet mitkellma jew miktuba f’xogħol konvenzjonali. Il-KESE diġà ħareġ Opinjoni li tappoġġja dawn il-kunċetti.

Raġuni

Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-istatus ta’ ħaddiem huwa kwistjoni kontroversjali u waħda mill-aktar rilevanti minn perspettiva ta’ politika meta l-oġġett ewlieni nnegozjat permezz tal-pjattaforma huwa x-xogħol. Il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-istatus, billi tqis li tista’ ssir distinzjoni bejn l-impjegati u l-ħaddiema għal rashom skont tliet kriterji: l-eżistenza ta’ konnessjoni ta’ subordinazzjoni; in-natura tax-xogħol; u l-preżenza ta’ remunerazzjoni. Dawn il-kriterji huma ddefiniti sabiex jiġi applikat il-kunċett ta’ ħaddiem fl-UE, iżda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva żżid tgħid li l-qrati tal-Istati Membri, fl-ambitu tal-kompetenza nazzjonali tagħhom, għandhom it-tendenza li japplikaw l-istess sett ta’ kriterji. B’dawn il-kriterji m’hemmx bżonn ta’ regolamentazzjoni addizzjonali dwar l-istatus ta’ ħaddiem fil-livell Ewropew. Fil-livell nazzjonali ttieħdu diversi inizjattivi differenti, f’xi każijiet bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ kategorija intermedja bejn ix-xogħol subordinat u l-impjieg indipendenti.

Fir-rigward tal-istatus ta’ ħaddiem, huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-ftehim qafas awtonomu reċenti dwar id-diġitalizzazzjoni bejn l-imsieħba soċjali Ewropej jiddikjara li jkopri l-ħaddiema u l-impjegaturi kollha fis-setturi pubbliċi u privati, inklużi l-attivitajiet li jużaw pjattaformi online fejn teżisti relazzjoni ta’ impjieg, kif definit fil-livell nazzjonali.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur    64

Kontra    98

Astensjonijiet    14

 

Punt 5.8

Ibdel it-test kif ġej:

5.8    Il-KESE jappella biex is-sistemi tat-taxxa nazzjonali jqisu l-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi diġitali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ sistema ġusta tat-taxxa (jiġifieri l-konsistenza, il-prevedibbiltà u n-newtralità) f’dan is-settur, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxu l-interess pubbliku fit-twettiq tal-obbligi tat-taxxa mill-partijiet interessati kollha. 51 . Fir-rigward tat-tassazzjoni, il-KESE huwa tal-fehma li l-atturi kollha fl-ekonomija diġitali għandhom iħallsu t-taxxa. Hawnhekk, il-KESE japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-Xogħol mhux Iddikjarat 52 li l-UE tintroduċi strument legali vinkolanti bil-għan li: il-pjattaformi jiġu obbligati jirrapportaw it-tranżazzjonijiet kollha lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiżi li joperaw fihom; l-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tat-taxxa; l-impjegati jiġu infurmati dwar il-benefiċċji u l-obbligi tat-taxxa tagħhom u l-ħaddiema jiġu protetti milli jkunu klassifikati b’mod falz bħala persuni li jaħdmu għal rashom.

Raġuni

Il-KESE dan l-aħħar adotta Opinjoni dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva (Opinjoni ECO/500 dwar “It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva – obbligi ta’ rapportar”), u jkun aktar adatt li ssir referenza għal dak it-test li kien hemm qbil dwaru.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur    64

Kontra    97

Astensjonijiet    14

Punt 1.8

Ibdel it-test kif ġej:

1.8    Il-KESE jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jimxu lejn l-uniformità tal-kunċetti sabiex jinkiseb xogħol ġust fl-ekonomija tal-pjattaformi. Għal dan il-għan, u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti ta’ xogħol, speċjalment għall-ħaddiema li l-għajxien tagħhom jiddependi prinċipalment mill-paga li jaqilgħu minn dan ix-xogħol, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fl-applikazzjoni tagħhom tal-kriterji ġenerali għall-istatus tal-ħaddiema (subordinazzjoni, natura tax-xogħol u remunerazzjoni), jieħdu l-punti li ġejjin bħala l-kejl ta’ referenza tagħhom: (i) id-dipendenza ekonomika u relazzjoni subordinata ta’ impjieg, peress li l-ħaddiema li l-għajxien tagħhom jiddependi l-aktar mill-paga li jiksbu huma impjegati, ma jaħdmux għal rashom; (ii) l-applikazzjoni tal-prinċipju li skontu l-ħaddiema jitqiesu li jkunu impjegati fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja għandha tiġi studjata sew fid-dimensjonijiet kollha tagħha filwaqt li jiġu rispettati d-differenzi fundamentali li jiddistingwu l-impjegati mill-ħaddiema għal rashom (natura tax-xogħol, eżistenza ta’ relazzjoni ta’ subordinazzjoni u remunerazzjoni); u (iii) l-algoritmi użati mill-pjattaformi għandhomjistgħu jitqiesu wkoll vinkolanti bl-istess mod bħall-istruzzjonijiet mitkellma jew miktuba f’xogħol konvenzjonali.

Raġuni

Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-istatus ta’ ħaddiem huwa kwistjoni kontroversjali u waħda mill-aktar rilevanti minn perspettiva ta’ politika meta l-oġġett ewlieni nnegozjat permezz tal-pjattaforma huwa x-xogħol. Il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-istatus, billi tqis li tista’ ssir distinzjoni bejn l-impjegati u l-ħaddiema għal rashom skont tliet kriterji: l-eżistenza ta’ konnessjoni ta’ subordinazzjoni; in-natura tax-xogħol; u l-preżenza ta’ remunerazzjoni. Dawn il-kriterji huma ddefiniti sabiex jiġi applikat il-kunċett ta’ ħaddiem fl-UE, iżda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva żżid tgħid li l-qrati tal-Istati Membri, fl-ambitu tal-kompetenza nazzjonali tagħhom, għandhom it-tendenza li japplikaw l-istess sett ta’ kriterji. B’dawn il-kriterji m’hemmx bżonn ta’ regolamentazzjoni addizzjonali dwar l-istatus ta’ ħaddiem fil-livell Ewropew. Fil-livell nazzjonali ttieħdu diversi inizjattivi differenti, f’xi każijiet bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ kategorija intermedja bejn ix-xogħol subordinat u l-impjieg indipendenti.

Fir-rigward tal-istatus ta’ ħaddiem, huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-ftehim qafas awtonomu reċenti dwar id-diġitalizzazzjoni bejn l-imsieħba soċjali Ewropej jiddikjara li jkopri l-ħaddiema u l-impjegaturi kollha fis-setturi pubbliċi u privati, inklużi l-attivitajiet li jużaw pjattaformi online fejn teżisti relazzjoni ta’ impjieg, kif definit fil-livell nazzjonali.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur    63

Kontra    99

Astensjonijiet    15

Punt 1.13

Ibdel it-test kif ġej:

1.13    Il-KESE jappella biex is-sistemi tat-taxxa nazzjonali jqisu l-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi diġitali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ sistema ġusta tat-taxxa (jiġifieri l-konsistenza, il-prevedibbiltà u n-newtralità) f’dan is-settur, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxu l-interess pubbliku fit-twettiq tal-obbligi tat-taxxa mill-partijiet interessati kollha. 53 . Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-Xogħol Mhux Iddikjarat dwar it-tassazzjoni fl-ekonomija tal-pjattaformi.

Raġuni

Il-KESE dan l-aħħar adotta Opinjoni dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva (Opinjoni ECO/500 dwar “It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva – obbligi ta’ rapportar”), u jkun aktar adatt li ssir referenza għal dak it-test li kien hemm qbil dwaru.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur    62

Kontra    99

Astensjonijiet    15

_____________

(1)       ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54
(2)       ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10, punt 3.9
(3)      C. Degryse, Digitalisation of the economy and its impact on labour markets (Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u l-impatt tagħha fuq is-swieq tax-xogħol), Dokument ta’ Ħidma, 2016.02, p. 7.
(4)       ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54 ; ĠU C 283, 10.8.2018, p. 39 ; ĠU C 81, 2.3.2018, p. 145 ; ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10 ; ĠU C 237, 6.7.2018, p. 1 ; ĠU C 75, 10.3.2017, p. 33
(5)      OECD, Employment Outlook 2019, p. 55.
(6)      Z. Kilhoffer et. Al., Study to gather evidence on the working conditions of platform workers (Studju sabiex tinġabar evidenza dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaforma), Diċembru 2019, p. 45.
(7)      Idem, p. 47.
(8)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 48.
(9)      Valuri tal-2015 ta’ EUR 28,1 biljun u ta’ EUR 3,6 biljun, kif iċċitati minn Z. Kilhoffer, op.cit., p. 48.
(10)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 15.
(11)      Eurofound 2018, Employment and working conditions of selected types of platform work (Impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ tipi magħżula ta’ xogħol fuq pjattaforma diġitali), p. 9.
(12)      Ibid, p. 15.
(13)      ILO, Policy responses to new forms of work. International governance of digital labour platforms(Risposti ta’ politika għal forom ġodda ta’ xogħol. Il-governanza internazzjonali tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali), April 2019.
(14)       ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54
(15)      Ibid.
(16)      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea għall-Ekonomija Kollaborattiva  (COM(2016)356 final)  
(17)      EU-OSHA 2017, Protecting Workers in the Online Platform Economy. (Nipproteġu l-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaformi online: Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi regolatorji u politiċi fl-UE) (mhux disponibbli bil-Malti).
(18)       ĠU C 283, 10.8.2018, p. 39, punt 3.4
(19)      Z. Kilhoffer, op.cit., pp. 48-98.
(20)      COLLEEM (COLLaborative Economy and Employment) (L-ekonomija kollaborattiva u Impjieg). Ara: Kummissjoni Ewropea, Platform Workers in Europe (Il-ħaddiema tal-pjattaforma fl-Ewropa), 2018, p. 4.
(21)      Kummissjoni Ewropea, Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva, 2016, pp. 11-13.
(22)       ĠU C 75, 10.3.2017, p. 33 , punt 4.4.2.
(23)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 227.
(24)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 85.
(25)      Sentenza tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja Nru 1663/2020 (l-Italja) u 17-20.079 tat-28 ta’ Novembru 2018 (Franza).
(26)      Inkluża l-Konvenzjoni Nru 102 tal-1952, bl-emendi sussegwenti tagħha.
(27)      Z. Kilhoffer, op.cit., pp. 125-176.
(28)      Għalkemm l-awturi jikklassifikaw in-negozjar kollettiv bħala “mhux vinkolanti”, huwa fatt li f’ħafna Stati Membri n-negozjar kollettiv għandu l-forza tal-liġi u huwa strument “vinkolanti”.
(29)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 107.
(30)       ĠU C 75, 10.3.2017, p. 34, punt 1.4 , u ĠU C 283, 10.8.2018, p. 39, punt 5.1.2
(31)      Z. Kilhoffer, op.cit., p. 227.
(32)      ILO, op.cit.
(33)      ILO, Il-Kummissjoni Globali dwar il-Futur tax-Xogħol – Work for a brighter future (Ħidma għal ġejjieni aktar pożittiv) (mhux disponibbli bil-Malti), Ġinevra, 2019.
(34)       ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10, punt 3.9
(35)       ĠU C 458, 19.12.2014, p. 43
(36)      OECD, Employment Outlook 2019, pp. 32-36.
(37)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, editjat minn Isabelle Daugareilh, Christophe Degryse u Philippe Porchet The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 57.
(38)      ILO, Policy responses to new forms of work. International governance of digital labour platforms(Risposti ta’ politika għal forom ġodda ta’ xogħol. Il-governanza internazzjonali tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali), April 2019, p. 6-7.
(39)      Eurofound, ara: Platform economy initiatives: https://www.eurofound.europa.eu/data/platform-economy/initiatives
(40)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 46; ara l-Portal: https://commissionrelationstravail.belgium.be/fr/ .
(41)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 42; ara wkoll: https://www.equaltimes.org/in-denmark-a-historic-collective?lang=en#.XsjN8DpKhPa
(42)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 102 u 103; ara: https://twitter.com/ridersxderechos u https://www.ugt.es/turespuestasindicales
(43)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 104-105.
(44)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 57.
(45)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 68. Ma jidhirx li tirregola l-istatus tal-ħaddiema (impjegati/persuni li jaħdmu għal rashom).
(46)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 71-72.
(47)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 72.
(48)      Il-Portugall: Liġi 45/2018, 10 ta’ Awwissu 2018.
(49)      ETUI, 2019, Dokument ta’ ħidma 2019.10, The platform economy and Social law: Key issues in comparative perspective , p. 111-112.
(50)      Ftehim Qafas Awtonomu dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-imsieħba soċjali Ewropej.
(51)       Ara l-Opinjoni ECO/500 dwar “It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva – obbligi ta’ rapportar”, adottata f’Lulju 2020, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.
(52)       ĠU C 458, 19.12.2014, p. 43
(53)       Ara l-Opinjoni ECO/500 dwar “It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva – obbligi ta' rapportar”, adottata f’Lulju 2020, għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.