Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
REX/521
Il-kummerċ internazzjonali u t-turiżmu – Aġenda globali għall-iżvilupp sostenibbli
OPINJONI
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni
Il-kummerċ internazzjonali u t-turiżmu – Aġenda globali għall-iżvilupp sostenibbli
[Opinjoni fuq inizjattiva proprja]
Relatur: Alfred GAJDOSIK
|
Data tad-deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja
|
20/02/2019
|
|
Bażi legali
|
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta' Proċedura
|
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja
|
|
|
|
|
Sezzjoni kompetenti
|
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni
|
|
Adottata fis-sezzjoni
|
05/09/2019
|
|
Opinjoni adottata fil-plenarja
|
DD/MM/YYYY
|
|
Sessjoni plenarja Nru
|
…
|
|
Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)
|
|
1.Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza bil-qawwa r-rabtiet kumplessi li jeżistu bejn it-turiżmu u l-kummerċ internazzjonali b'mod ġenerali. Peress li r-rata ta' tkabbir tat-turiżmu hija akbar minn dik tal-ekonomija b'mod ġenerali, it-turiżmu faċilment jista' jiġi deskritt bħala l-ixprun ewlieni għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku. Bħala tali, it-turiżmu u l-kummerċ internazzjonali huma fatturi determinanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs). Għalhekk jipproponi li l-atturi responsabbli fis-setturi ekonomiċi kkonċernati jkunu involuti b’mod espliċitu fil-kisba tal-SDGs permezz ta’ impenji li jikkorrispondu għalihom.
0.0.Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-ippjanar finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi u jenfasizza l-importanza tal-baġits bħala l-aktar mezz effiċjenti ta’ implimentazzjoni tal-politiki. Huwa jappella għalhekk li titqies ukoll l-importanza tat-turiżmu, mhux l-inqas billi tiġi riveduta l-proposta reċenti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 bil-għan li tiġi stabbilita linja baġitarja separata għat-turiżmu.
0.0.Il-KESE jinnota b’dispjaċir li t-turiżmu għadu ma ġiex inkluż bħala għan separat fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, iżda tqies biss bħala riżorsa jew settur. Il-fatt li r-Regolamenti jipprevedu opportunitajiet biex isiru investimenti fit-turiżmu intelliġenti huwa pass pożittiv, iżda l-KESE jemmen li dan mhuwiex biżżejjed biex titqies l-importanza makroekonomika, soċjali u kulturali tat-turiżmu, anke fir-rigward tal-effett estern tiegħu. Għaldaqstant, il-KESE jappella biex t-turiżmu jiġi inkluż bħala għan tematiku fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.
0.0.L-ostakli relattivament żgħar għad-dħul fis-settur tat-turiżmu m'għandhomx ikunu ta' żvantaġġ f'termini ekonomiċi u soċjali għal dawk impjegati fl-industrija tat-turiżmu.
0.0.Il-KESE jissuġġerixxi li għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu armonizzati jew rikonoxxuti t-taħriġ, l-istandards professjonali u l-kwalifiki professjonali fis-settur tat-turiżmu, biex jiżdiedu l-isforzi favur kwalifika vokazzjonali Ewropea u biex jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja fil-qasam tat-turiżmu.
|
Custom comment # 001/002 inserted by Nadja Kacicnik on 09/09/2019 15:03:49.
Please do not edit/delete/copy this comment: use always the macro instead.
|
|
(* Refernce AMS 1 *)
|
0.0.Peress li m'hemmx dubju li, minbarra l-importanza ekonomiku tiegħu, it-turiżmu internazzjonali jagħti kontribut essenzjali biex ikun hemm djalogu bejn in-nazzjonijiet u biex inaqqas il-preġudizzji u b'hekk jappoġġja bis-sħiħ l-impatt estern tal-Unjoni, il-forom speċjali tat-turiżmu bħat-turiżmu kulturali u t-turiżmu soċjali għandhom jiġu appoġġjati permezz ta' miżuri speċjali. Barra minn hekk, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi promoss it-turiżmu fl-oqsma tas-saħħa, tal-isport, tal-agrikoltura, tal-ambjent, eċċ.
|
Custom comment # 002/002 inserted by Nadja Kacicnik on 09/09/2019 15:04:25.
Please do not edit/delete/copy this comment: use always the macro instead.
|
|
(* Refernce AMS 2 *)
|
0.1.Huwa importanti ħafna u kruċjali li jiġu ggarantiti impjiegi deċenti u sostenibbli f’dan is-settur, permezz ta’ ftehimiet kollettivi u konformi mal-SDG 8. Il-KESE jitlob li jinqerdu l-forom kollha ta’ xogħol illegali u prekarju fis-settur tat-turiżmu.
0.Introduzzjoni
0.0.B’din l-Opinjoni, il-KESE jixtieq jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn it-turiżmu u l-kummerċ internazzjonali u jenfasizza l-importanza komuni tagħhom fil-kisba tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
0.1.Il-kummerċ internazzjonali għandu tradizzjoni twila, iżda l-importanza soċjali u politika partikolari tiegħu żdiedet sostanzjalment maż-żmien. Filwaqt li l-kummerċ internazzjonali tradizzjonalment kien irregolat minn trattati bilaterali, wara t-tieni gwerra dinjija l-attivitajiet qed ikunu dejjem aktar irregolati minn trattati multilaterali. Sa mill-istabbiliment tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), kien hemm fis-seħħ qafas ta’ kummerċ li jirregola l-kummerċ internazzjonali. Sa mit-twaqqif tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), hemm struttura tal-kummerċ li tirregola l-kummerċ internazzjonali, li fiha l-Kummissjoni Ewropea ilha sa mill-2011 tappoġġja l-kummerċ estern tal-Komunità permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ ftehimiet kummerċjali li għandhom l-għan li jsaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ma’ ċerti msieħba kummerċjali.
0.2.It-tensjoni bejn il-kummerċ ħieles u l-protezzjoniżmu turi wkoll li l-kummerċ internazzjonali jista’ jintuża wkoll bħala element ta’ interferenza politika.
0.3.It-turiżmu huwa t-tielet l-akbar settur fil-bilanċ kummerċjali internazzjonali; il-kontribut tiegħu għall-PDG globali jammonta għal 10,4 % (UE: 10,3 %) u joħloq 313-il miljun impjieg madwar id-dinja. Fuq livell globali, wieħed minn kull ħdax-il impjieg huwa marbut mat-turiżmu. Għal terz tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-turiżmu huwa l-fattur ewlieni tal-esportazzjoni u għalhekk għandu impatt konsiderevoli fuq l-ekonomiji ta' dawn il-pajjiżi.
0.4.Għalhekk, it-turiżmu jaqdi rwol importanti fil-kisba tal-għanijiet tas-sostenibbiltà, għalkemm għandu jiġi kkunsidrat li 8 % tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra huma attribwibbli għat-turiżmu globali.
0.5.Fuq livell globali, it-turiżmu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali fiż-żoni rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi. Madankollu, il-konsegwenzi mhux mixtieqa bħat-telf ta' artijiet agrikoli, it-theddida għall-konservazzjoni tan-natura, it-tniġġis tal-arja eċċ. għandhom jiġu kkunsidrati u evitati sa fejn ikun possibbli.
0.6.Fl-2017, it-turiżmu internazzjonali ammonta għal 1,32 biljun wasla madwar id-dinja (+ 7 %) u 671 miljun wasla madwar l-Ewropa, filwaqt li dan wassal biex l-Ewropa tikseb sehem mis-suq ta' 51 % (+ 8 %). Madankollu, skont studju prospettiv fit-tul tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO), it-turiżmu fl-Ewropa se jiżdied b'rata anqas sal-2030, b'madwar 744 miljun turist (+ 1,8 %) u sehem tas-suq globali ta' 41,1 %.
0.7.It-Trattat ta' Lisbona (1 ta' Diċembru 2009) ħoloq bażi ġuridika proprja tal-Unjoni għat-Turiżmu. Għaldaqstant, fl-2010 il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni 'dwar 'L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew'’. Madankollu, la l-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP) għas-snin 2014-2020 u lanqas l-aħħar proposta għas-snin 2021-2027 ma jipprevedu linja baġitarja separata għat-turiżmu.
0.8.Madankollu, meta wieħed iqis li f'dawn l-aħħar ftit snin it-tkabbir fl-impjiegi, u b'hekk it-tkabbir ekonomiku tat-turiżmu fl-Unjoni, kien kontinwament aktar b'saħħtu meta mqabbel ma' industriji oħra, it-tisħiħ ulterjuri tal-politika esterna tat-turiżmu, iżda anke ta' miżuri baġitarji korrispondenti fil-livell komunitarju mhux biss huma ġġustifikati iżda meħtieġa wkoll b'mod urġenti abbażi tad-data disponibbli.
0.9.Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-27 ta’ Mejju 2019 li fihom jagħmel proposti konkreti dwar l-Aġenda 2030 għas-Sostenibbiltà fid-dawl tal-isfidi li jiffaċċja s-settur tat-turiżmu (id-diġitalizzazzjoni, is-sostenibbiltà u l-għarfien u l-ħiliet speċifiċi għas-settur), u jappella għal miżuri xierqa biex jappoġġjaw it-turiżmu sabiex jinżamm ir-rwol tal-UE bħala mexxej dinji fit-turiżmu.
0.10.Għalhekk, it-turiżmu għandu potenzjal kbir li joħloq l-impjiegi. Il-fatt li, globalment, is-settur tat-turiżmu jimpjega bħala medja aktar nisa u żgħażagħ milli f’setturi oħra, huwa wkoll importanti biex jintlaħqu l-SDGs b’mod partikolari, l-SDGs 5 u 10.
0.11.Il-pagi u s-salarji fis-settur tat-turiżmu u tal-ospitalità huma taħt il-paga medjana fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Għalhekk jenħtieġ li jittieħdu miżuri adatti biex tiġi żgurata remunerazzjoni adegwata fil-kategoriji kollha tal-impjiegi fis-settur. Dan isir aktar importanti peress li l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tat-turiżmu ħafna drabi jkunu iebsin ħafna, filwaqt li l-ftehimiet tal-imsieħba soċjali dwar il-paga minima u l-ħinijiet massimi tax-xogħol kif ukoll ir-regoli dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' spiss ma jiġux rispettati fil-prattika. Għalhekk, hemm il-ħtieġa urġenti li jinħolqu postijiet tax-xogħol deċenti u sostenibbli f'dan is-settur, skont l-Għan tal-Iżvilupp Sostenibbli 8. Il-KESE jemmen li jenħtieġ jittejbu l-kundizzjonijiet bażiċi, jiġu maqbula ftehimiet kollettivi ċari u tiġi appoġġjata d-diġitalizzazzjoni tas-settur.
1.It-turiżmu u l-ekonomija
1.0.Għalhekk, l-importanza tat-turiżmu bħala xprun ewlieni tat-tkabbir ekonomiku tmur ferm lil hinn mis-settur tat-turiżmu innifsu, li jaffettwa l-kummerċ u d-distribuzzjoni internazzjonali, kif ukoll is-setturi kollha pubbliċi u privati, bħall-agrikoltura u t-trasport.
1.1.Barra minn hekk, għal bosta reġjuni, bħal gżejjer żgħar jew żoni muntanjużi iżolati, it-turiżmu huwa wieħed mill-ftit attivitajiet ekonomiċi u f'xi każijiet l-unika attività ekonomika fid-diviżjoni tax-xogħol internazzjonali tal-lum.
1.2.Minbarra dan, it-turiżmu għen bosta reġjuni biex jerġgħu jagħtu l-ħajja liż-żoni abbandunati.
2.It-turiżmu u s-sostenibbiltà
2.0.Il-kompetittività tat-turiżmu hija marbuta mill-qrib mas-sostenibbiltà tiegħu, peress li l-attraenza u l-kwalità tad-destinazzjonijiet turistiċi jiddependu bil-bosta fuq l-ambjent naturali u kulturali tagħhom kif ukoll fuq l-involviment tagħhom fl-infrastruttura lokali.
2.1.Is-sostenibbiltà tat-turiżmu hija bbażata fuq diversi elementi, bħal pereżempju:
-l-użu responsabbli tar-riżorsi naturali (b'mod partikolari l-ilma);
-l-użu ta' sorsi tal-enerġija nadifa;
-it-teħid inkonsiderazzjoni tal-impatti fuq l-ambjent li jħallu l-attivitajiet relatati mat-turiżmu (bħal pereżempju r-rimi tal-iskart, iż-żieda fit-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma);
-il-preservazzjoni tal-bijodiversità;
-il-ħarsien tal-wirt kulturali;
-il-preservazzjoni tal-kwalità u tal-istabbiltà tal-impjiegi li jinħolqu mit-turiżmu;
-it-teħid inkonsiderazzjoni tal-impatti fuq il-popolazzjoni lokali;
-l-iżvilupp tal-persunal.
2.2.It-turiżmu sostenibbli ġie identifikat bħala settur ewlieni tal-qafas ta' programmi ta' 10 snin dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (10YFP). Għaldaqstant, it-turiżmu sostenibbli, bħala settur tal-futur, għandu l-potenzjal li mhux biss isir l-istandard tas-settur kollu, iżda anke jinvolvi l-ekonomiji nazzjonali madwar id-dinja.
Fil-fehma tal-Kumitat, dan il-potenzjal għandu jintuża minn dawk responsabbli għall-kummerċ internazzjonali u t-turiżmu biex isibu modi kif jikkontribwixxu b’mod effiċjenti għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (f’dan il-kuntest, b’mod partikolari l-għanijiet 3, 6, 7, 12, 14 u 15, u wkoll biex jaħdmu lejn sħubiji fis-sens tal-għan 17).
2.3.L-importanza ekonomika tat-turiżmu, b'sehem ta' impjiegi ta' 17 % (li minnhom 44 % huma impjegati nisa) fuq livell dinji, għandha impatt sinifikanti fuq diversi oqsma tal-politika tas-sostenibbiltà.
2.4.Minbarra d-dimensjoni ekonomika tiegħu, it-turiżmu bħala attività ekonomika trasversali għandu dimensjoni ekoloġika, soċjali u kulturali u għalhekk huwa fattur ewlieni biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sostenibbiltà.
2.5.Approċċ wieħed li għandu jiġi segwit mhuwiex biss li jiġu analizzati l-effetti negattivi tat-turiżmu, iżda anke li jiġi analizzat l-impatt pożittiv tiegħu fuq id-diversi fatturi (l-ambjent, il-kwistjonijiet soċjali, eċċ.). Din il-forma ta' "turiżmu ta’ impatt", li ġiet żviluppata fis-Slovenja u hija bbażata fuq "indikaturi tal-impatt" 10+1, tqis ukoll l-impatt pożittiv tat-turiżmu fuq l-oqsma essenzjali kollha tal-ħajja.
2.6.It-teknoloġiji ġodda wasslu għal bidla strutturali anke fl-ekonomija, li saret partikolarment notevoli għal strutturi iżgħar. Fir-rigward tat-turiżmu, dan ma jikkonċernax biss il-firxa tas-servizzi iżda anke l-kummerċjalizzazzjoni u l-imġiba fir-rigward tal-ibbukkjar.
2.7.L-industrija tat-turiżmu kollha qed tiffaċċja problema partikolari relatata maż-żieda madwar id-dinja fl-ibbukkjar b’diversi pjattaformi privati. M'hemmx dubju li din il-forma ġdida ta' kummerċjalizzazzjoni toffri benefiċċji lill-operaturi mhux professjonali u liż-żoni mhux turistiċi jew sottożviluppati. Madankollu, minn perspettiva makroekonomika, mhuwiex aċċettabbli li l-operaturi privati jkollhom vantaġġi kompetittivi minħabba l-fatt li dawn possibbilment ma jħallsu l-ebda taxxa jew iħallsu biss taxxa minima u mhumiex marbuta bir-rekwiżiti stretti dwar l-iġjene u s-sikurezza relatati mat-turiżmu. Dan ikun jeħtieġ, pereżempju, li l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u l-kriterji ta’ evalwazzjoni li japplikaw għall-fornituri ta’ akkomodazzjoni kummerċjali jkunu applikabbli wkoll għal dawn il-fornituri privati l-oħra.
3.It-turiżmu u l-ambjent
3.0.Fil-prinċipju, politika dwar it-turiżmu ta' suċċess mil-lat sostenibbli u ħarsien tal-ambjent effettiv mhumiex kontradittorji, iżda għandhom jinftiehmu u jintużaw bħala miżuri komplementari u ta' appoġġ reċiproku.
3.1.Problema marbuta mal-espansjoni tat-turiżmu internazzjonali hija bla dubju l-użu tal-mezzi tat-trasport (vapuri, ajruplani, xarabanks u karozzi) u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.
3.2.L-operaturi l-kbar tal-ivvjaġġar għandhom jiġu mfakkra u mħeġġa dwar ir-rwol li jaqdu fil-politiki responsabbli tas-sostenibbiltà u jimpjegaw membri tal-persunal responsabbli biex jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali, li jqisu l-għanijiet tas-sostenibbiltà meta jagħtu pariri u jippjanaw.
3.3.Għal xi reġjuni, it-"turiżmu eċċessiv" diġà evolva fi problema li qed tipperikola l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni u l-ambjent lokali. Billi m'hemm l-ebda definizzjoni uniformi ta' "turiżmu eċċessiv", it-terminu la huwa konkret u lanqas ċar. Madankollu, din mhijiex problema ġdida. Bejn l-1980 u l-1990, it-terminu "effett ta' Mallorca" ġie applikat għal kunċetti relatati ma' kif wieħed jista' jakkomoda l-akbar għadd ta' turisti fuq bajja mingħajr ma jiġu kkawżati effetti sekondarji eċċessivi. L-organizzazzjonijiet internazzjonali tat-turiżmu qed jaħdmu primarjament biex jippreżentaw eżempji tal-aħjar prattika bil-għan li jipprovdu ħjiel u gwida lir-reġjuni kkonċernati.
3.4.Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li l-assoċjazzjonijiet internazzjonali ewlenin tat-turiżmu għandhom jaqblu wkoll dwar kodiċi ta' kondotta għall-kummerċjalizzazzjoni tad-destinazzjonijiet turistiċi. Dan il-kodiċi ta’ kondotta jenħtieġ li jqis l-ambjent u s-sostenibbiltà, iżda jindirizza wkoll it-turiżmu eċċessiv, li fost konsegwenzi oħra jħalli impatt fuq l-ambjent u s-sostenibbiltà.
4.It-turiżmu u l-etika
4.0.It-turiżmu, huwa kkaratterizzat prinċipalment mill-moviment nazzjonali, transnazzjonali u internazzjonali tan-nies u s-servizzi u, minbarra r-rilevanza ekonomika tiegħu, jinfluwenza l-ħajja soċjali u kulturali ta' min huwa involut fit-turiżmu fil-pajjiżi ta' oriġini u tad-destinazzjoni.
4.1.L-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO) bħala l-forum internazzjonali għall-politika tat-turiżmu u interfaċċja għal komunikazzjoni internazzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi responsabbli qieset dan il-fatt u fl-1999 ħarġet "Kodiċi Globali tal-Etika għat-Turiżmu” li f'10 prinċipji u 49 paragrafu jirregola fid-dettall l-aspetti differenti ħafna tat-turiżmu globali. Il-kodiċi tal-etika huwa għalhekk imsejjaħ ukoll bħala "ir-Regoli li japplikaw għall-Imġiba Etika fit-Turiżmu".
4.2.Dan il-kodiċi tal-etika jqis il-kumplessità tal-industrija billi ma jindirizzax biss l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali, iżda wkoll ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem (ara l-miżuri kontra l-abbuż tat-tfal, it-tħaddim tat-tfal, l-isfruttar sesswali tat-tfal fit-turiżmu).
4.3.Peress li dan il-kodiċi tal-etika huwa biss rakkomandazzjoni u l-firmatarji mhumiex obbligati jikkonformaw miegħu, f'Settembru 2017 il-UNWTO ippreżentat il-Konvenzjoni Qafas Internazzjonali dwar l-Etika fit-Turiżmu, li ġie ffirmat minn aktar minn nofs il-membri tagħha. Il-kontenut ta' dan il-ftehim huwa bbażat fuq il-kodiċi tal-etika u ma fih l-ebda tibdil sostanzjali, iżda għandu l-vantaġġ li l-firmatarji huma obbligati jikkonformaw miegħu.
5.It-turiżmu u l-kultura
5.0.Wieħed mill-ixpruni l-aktar importanti għat-turiżmu huwa l-wirt kulturali tal-pajjiż tad-destinazzjoni.
5.1.It-turiżmu kulturali jżid l-interess fil-kulturi barranin, jippromovi l-fehim internazzjonali u huwa wkoll strumentali biex jitnaqqsu l-preġudizzji.
6.It-turiżmu u d-demografija
6.0.L-iżvilupp demografiku jħalli impatt ukoll fuq it-turiżmu: il-piramida tal-etajiet, bi proporzjon konsiderevoli ta' għadd dejjem akbar ta' anzjani mobbli f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment sikura, wasslet għal żieda fl-ivvjaġġar fost l-anzjani. Sadanittant, dan l-ivvjaġġar fost l-anzjani huwa sehem sinifikanti speċjalment fit-turiżmu tal-gruppi, u wassal u koll għal bidla fl-istruttura tal-offerti tal-intrapriżi tat-turiżmu f'xi oqsma. Dan huwa dovut ukoll għall-fatt li l-anzjani ta' spiss jipprenotaw vaganzi fit-tul u huma limitati biss għall-istaġuni. Dan il-fatt tqies ukoll mis-Summit tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu WWTO, li ta attenzjoni partikolari lit-turiżmu fost l-anzjani.
6.1.Permezz tal-inizjattiva tagħha "Calypso – Turiżmu għal kulħadd", il-Kummissjoni Ewropea tat kontribut sostenibbli għat-tkabbir tat-turiżmu soċjali, billi appoġġjat miżuri ta' żvilupp turistiku għall-anzjani kif ukoll għal gruppi żvantaġġati. Dan wassal għal offerti turistiċi ġodda, iżda anke għal użu akbar ta' perjodi "barra mill-istaġun". F'dan il-kuntest, ikun utli li din l-esperjenza tinqasam mal-imsieħba barra mill-Unjoni Ewropea u jiġi promoss it-turiżmu reċiproku.
6.2.Minbarra l-parametri demografiċi konvenzjonali, evolvew forom oħra speċjali tat-turiżmu, bħal pereżempju l-pellegrinaġġi.
7.It-turiżmu u l-edukazzjoni
7.0.F’dak li għandu x’jaqsam mal-iżviluppi tas-suq u l-aspettattivi tal-konsumaturi dejjem jiżdiedu, it-turiżmu fid-diversità tiegħu għandu rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali li jvarjaw minn ħiliet lingwistiċi u tal-kompjuter rilevanti sa ħiliet ekonomiċi u għarfien gastronomiku.
7.1.F'bosta pajjiżi tal-Unjoni, jeżistu tipi differenti ta' edukazzjoni u perkorsi ta' taħriġ b'tulijiet ta' żmien diversi, li jagħmluha diffiċli biex ikun hemm rikonoxximent reċiproku. Sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjiegi tad-diversi professjonisti, l-istabbiliment ta' ċerti standards ta' taħriġ jista' jżid l-opportunitajiet ta' impjiegi tad-diversi professjonisti kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll 'il hinn minnha. Fil-kuntest tat-tisħiħ imsemmi hawn fuq fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' qafas fl-industrija, in-nuqqas ta' ħiliet li qed jesperjenza s-settur jista' jiġi eliminat fit-tul biss permezz ta' prerekwiżiti għat-taħriġ li jkunu vinkolanti b'mod ġenerali.
7.2.It-titjib tal-profil tal-professjonijiet turistiċi bħala għażla ta’ karriera fit-tul ikun ukoll ta’ benefiċċju, peress li l-kundizzjonijiet tax-xogħol fit-turiżmu ta' spiss huma aktar diffiċli minn setturi oħra.
8.It-turiżmu u d-diġitalizzazzjoni
8.0.Id-diġitalizzazzjoni għandha impatt estensiv fuq it-turiżmu mhux biss fir-rigward tal-imġiba turistika iżda anke min-naħa tal-fornituri tat-turiżmu.
8.1.It-turiżmu online qed isir dejjem aktar popolari, bħall-evalwazzjonijiet online; fl-2017, fil-Ġermanja biss, 40 % tal-vjaġġi kollha kienu bbukkjati online. Dan se jiftaħ swieq ġodda għall-SMEs iżda, madankollu, se jkun jirrikjedi wkoll appoġġ finanzjarju għal din l-innovazzjoni.
8.2.Fl-istess ħin, in-netwerking elettroniku u d-diġitalizzazzjoni wkoll kellhom impatt kbir fuq il-proċessi interni tan-negozji tat-turiżmu, pereżempju, illum il-ġurnata, anke n-negozji żgħar ħafna spiss ikunu meħtieġa joffru l-aċċess għall-internet lill-viżitaturi tagħhom.
8.3.Id-diġitalizzazzjoni se taqdi wkoll rwol importanti f’forom innovattivi ta’ kooperazzjoni fit-turiżmu, li mbagħad jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tad-destinazzjonijiet tal-ivvjaġġar. Ħafna teknoloġiji moderni (eż. IA, VR, AR, blockchain, eċċ.) jistgħu jgħinu lil ħafna postijiet remoti biex isiru destinazzjonijiet interessanti. Sabiex jisfrutta l-opportunitajiet ġodda, is-settur tat-turiżmu jeħtieġ li jkun aktar iffukat fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.
8.4.It-turiżmu kulturali jista’ jibbenefika wkoll mid-diġitalizzazzjoni peress li r-realtà virtwali tista’ tipprovdi wkoll inċentivi għall-ivvjaġġar.
Brussell, 5 ta’ Settembru 2019
Dilyana Slavova
Il-President tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni