MT
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
SOC/596
L-evidenza fi proċedimenti kriminali
OPINJONI
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali
[COM(2018) 225 final – 2018/0108 (COD)]
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali
[COM(2018) 226 final – 2018/0107(COD)]
Relatur: Christian BÄUMLER
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 31/05/2018 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Deċiżjoni tal-Bureau |
22/05/2018 |
|
Adottata fil-plenarja |
12/07/2018 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
536 |
|
Riżultat tal-votazzjoni
|
157/2/0 |
1.Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1Il-KESE jqis li l-użu dejjem jikber tas-servizzi ta’ informazzjoni huwa sfida għall-infurzar tal-liġi. Attwalment hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni affidabbli mal-fornituri tas-servizzi, u ta’ trasparenza, u hemm inċertezza legali dwar il-ġurisdizzjoni għal miżuri investigattivi.