MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-ATT DELEGAT

It-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq huwa rregolat mill-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR, Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road) 1 , konkluż taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). L-annessi tekniċi tal-ADR jiġu emendati regolarment sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku. It-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 tipprevedi li r-regoli stabbiliti fl-ADR fir-rigward tat-trasport internazzjonali huma applikabbli wkoll għall-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali fit-territorju tal-Unjoni. L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/68/KE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda l-annessi ta’ dik id-Direttiva, b’mod partikolari biex tirreferi għall-aħħar verżjoni applikabbli tal-ADR fit-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

Id-Direttiva (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 tistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-kontrolli fuq it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq. Dawn jinkludu lista komuni ta’ kontroll għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq stabbilita fl-Anness I, u klassifikazzjoni komuni tal-ksur tal-ADR skont il-kategorija tar-riskju stabbilita fl-Anness II. Id-Direttiva (UE) 2022/1999 tistabbilixxi wkoll l-arranġamenti għar-rapportar ta’ data statistika dwar il-kontrolli.

L-għan tad-Direttiva (UE) 2022/1999 huwa li tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv u armonizzat il-proċeduri li jkunu stabbilew għall-verifika tal-konformità mal-istandards tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2008/68/KE u fl-Annessi A u B tal-ADR.

Id-Direttiva (UE) 2022/1999 tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE 4 . L-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE ġew emendati l-aħħar fl-2004 bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE 5 . L-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE ġew emendati tmien darbiet biex jitqiesu l-emendi tal-ADR, l-aktar reċenti fl-2023 bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2407 6 .

L-emendi proposti tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/1999 għandhom l-għan li jiżguraw il-konsistenza bejn il-lista ta’ kontroll stabbilita f’dak l-Anness u d-dispożizzjonijiet attwali tal-ADR kif applikabbli skont it-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE. Dawn l-emendi se jiffaċilitaw il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi infurzat l-ADR.

L-ADR kif applikabbli bħalissa skont il-liġi tal-Unjoni jistabbilixxi l-obbligi ta’ sikurezza rispettivi tal-parteċipanti fil-katina tat-trasport għal oġġetti perikolużi, bħat-trasportaturi, il-konsenjatarji, dawk li jgħabbu, dawk li jippakkjaw, dawk li jimlew, l-operaturi tat-tankijiet u dawk li jħottu. Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata l-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/1999 sabiex jiġu identifikati dawk il-parteċipanti fil-katina tat-trasport għal oġġetti perikolużi li setgħu ma kinux konformi mal-obbligi stabbiliti fl-ADR.

Referenzi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ADR huma meħtieġa wkoll fil-lista ta’ kontroll sabiex jgħinu lill-infurzaturi u lill-parteċipanti fil-katina tat-trasport jidentifikaw id-dispożizzjonijiet legali applikabbli tal-ADR.

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli mwettqa kull sena kalendarja. Dawn ir-rapporti jridu jinkludu l-għadd ta’ ksur irreġistrat skont il-kategorija tar-riskju kif imsemmi fl-Anness II. Sabiex jiġi ffaċilitat dan ir-rapportar, jeħtieġ li mal-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I tiżdied il-kategorija tar-riskju tal-ksur irreġistrat stabbilita f’konformità mal-Anness II.

Jeħtieġ ukoll li jiġi emendat l-Anness II sabiex jiġu aġġornati d-deskrizzjoni u l-klassifikazzjoni tal-ksur sabiex ikun hemm konformità mal-ADR kif applikabbli skont it-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE. It-Taqsima 9 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 7 tikklassifika l-ksur skont l-impatt tiegħu fuq ir-reputazzjoni tajba tal-operaturi tat-trasport. Dan tfassal b’mod konsistenti mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE li qabel kien applikabbli. Għalhekk jeħtieġ li l-kliem tal-Anness II l-ġdid tad-Direttiva (UE) 2022/1999 ikunu konsistenti mat-Taqsima 9 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403.

2.KONSULTAZZJONIJIET QABEL L-ADOZZJONI TAL-ATT

Il-Grupp ta’ Esperti dwar it-Trasport Intern ta’ Oġġetti Perikolużi ġie stabbilit biex jassisti lill-Kummissjoni tħejji atti delegati maħsuba, fost affarijiet oħra, biex jadattaw l-annessi tad-Direttiva (UE) 2022/1999 għall-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari billi jitqiesu l-emendi għad-Direttiva 2008/68/KE.

Dan l-abbozz ta’ att ġie ppreżentat lill-Grupp ta’ Esperti dwar it-Trasport Intern ta’ Oġġetti Perikolużi f’laqgħat formali u ad hoc fit-13 ta’ Marzu 2023, fit-8 ta’ Ġunju 2023, fit-12 ta’ Lulju 2023, fis-16 ta’ Ottubru 2023, fl-11 ta’ Diċembru 2023 u fl-10 ta’ April 2024. Il-kummenti fformulati mill-Grupp ta’ Esperti ġew meqjusa. Barra minn hekk, l-Istati Membri ntalbu jipprovdu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom f’konsultazzjoni bil-miktub li saret bejn it-13 ta’ Frar u l-14 ta’ Marzu 2025. Waslu u ġew meqjusa sitt tweġibiet.

L-abbozz tal-att ġie ppubblikat ukoll għal konsultazzjoni pubblika, fuq il-portal Semma’ Leħnek 8 , mit-18 ta’ Frar sat-18 ta’ Marzu 2025. Waslu tweġibiet u kummenti mingħand tmien partijiet ikkonċernati u ġew meqjusa wkoll.

3.ELEMENTI LEGALI TAL-ATT DELEGAT

L-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar emendi tal-Annessi I, II u III tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tagħha. Din id-Direttiva tinkorpora fil-liġi tal-Unjoni l-emendi meħtieġa biex tinkiseb konsistenza mal-Annessi A u B tal-ADR, kif adattati u applikati mit-Taqsima 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta'23.6.2025

li tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq 9 , u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)Skont it-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , l-Annessi A u B tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR, Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road), konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957 11 , japplikaw għall-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali fl-Unjoni.

(2)Id-Direttiva 2008/68/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi ta’ dik id-Direttiva sabiex jitqiesu l-emendi tal-ADR, b’mod partikolari dawk relatati mal-progress xjentifiku u tekniku. Skont id-Direttiva (UE) 2022/1999, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw l-Annessi ta’ dik id-Direttiva b’mod partikolari biex jitqiesu l-emendi tad-Direttiva 2008/68/KE, u b’konsegwenza ta’ dan, l-emendi tal-ADR.

(3)L-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE, u b’mod partikolari l-Anness I li jikkonċerna t-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, ġew emendati tmien darbiet, l-aktar reċenti permezz tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2407 12 .

(4)Sabiex jiġi żgurat li r-regoli attwalment fis-seħħ dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi jiġu infurzati kif xieraq, il-lista ta’ kontroll użata għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq li hija stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jenħtieġ li tinġieb f’konformità mal-ADR kif applikabbli skont it-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

(5)B’mod partikolari, il-Kapitolu 1.4 tal-Anness A tal-ADR jistabbilixxi l-obbligi ta’ sikurezza rispettivi tal-parteċipanti fil-katina tat-trasport għal oġġetti perikolużi, jiġifieri l-konsenjaturi, it-trasportaturi, il-konsenjatarji, dawk li jgħabbu, dawk li jippakkjaw, dawk li jimlew, l-operaturi tat-tankijiet u dawk li jħottu, u b’hekk ir-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom isiru ċari, trasparenti u infurzabbli. Il-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jenħtieġ li tirrifletti dawk id-dispożizzjonijiet tal-ADR billi tidentifika dawk il-parteċipanti fil-katina tat-trasport li jistgħu jkunu responsabbli għal ksur partikolari. Tali informazzjoni tista’ sservi bħala bażi għal aktar kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali.

(6)Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ADR jenħtieġ li jiġu pprovduti fil-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/1999 biex jgħinu lill-infurzaturi u lill-parteċipanti fil-katina tat-trasport jidentifikaw id-dispożizzjonijiet legali aġġornati tal-ADR.

(7)F’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/1999, l-Istati Membri jridu jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli mwettqa kull sena kalendarja, inkluż l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur irreġistrati skont il-kategorija tar-riskju stabbilita fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi ffaċilitat dak ir-rapportar, il-kategorija ta’ riskju ta’ ksur irreġistrat, iddeterminata f’konformità mal-Anness II, jenħtieġ li tissemma fil-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I.

(8)L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jikklassifika l-ksur tal-ADR skont il-livell ta’ riskji li joħloq. Dik il-lista jenħtieġ li tiġi aġġornata minħabba l-emendi tal-ADR kif applikabbli skont it-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

(9)It-Taqsima 9 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 13 tikklassifika l-ksur tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE skont l-impatt tiegħu fuq ir-reputazzjoni tajba tal-operaturi tat-trasport. Dik it-Taqsima tfasslet b’mod konsistenti mal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2022/1999. Għalhekk jeħtieġ li l-kliem tal-Anness II l-ġdid tad-Direttiva (UE) 2022/1999 jinżamm konsistenti mat-Taqsima 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/403.

(10)L-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jiġu sostitwiti.

(11)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 14 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, iżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom dokument wieħed jew aktar fejn jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1
Emendi tad-Direttiva (UE) 2022/1999

L-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2
Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [data tal-adozzjoni + sena], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [data tal-adozzjoni + sena + jum]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir tali referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3
Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4
Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23.6.2025

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

(1)    https://unece.org/transport/standards/transport/dangerous-goods/adr-2023-agreement-concerning-international-carriage
(2)    Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(3)    Id-Direttiva (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 274, 24.10.2022, p. 1).
(4)    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35).
(5)    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23).
(6)    Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2407 tal-20 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 64).
(7)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).
(8)    https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/14003-It-trasport-tal-oggetti-perikoluzi-proceduri-uniformi-g%C4%A7all-kontrolli_mt
(9)    ĠU L 274, 24.10.2022, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2022/1999/oj .
(10)    Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/68/oj ).
(11)     https://unece.org/transport/standards/transport/dangerous-goods/adr-2023-agreement-concerning-international-carriage
(12)    Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2407 tal-20 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2022/2407/oj ).
(13)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/403/oj ).
(14)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

Anness

“ANNESS I

Lista ta’ kontroll għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq

1.

Post u pajjiż tal-verifika:

_____________________________

2. Data:

__________________

3. Ħin:

____________

Data tal-vettura/tagħbija

4.

Marka/i tan-nazzjonalità u numru/i tar-reġistrazzjoni tal-vettura/i:

_______________________________________________________________

5.

Impriża li twettaq l-operazzjoni tat-trasport / indirizz:

_______________________________________________________________

6.

Isem/ismijiet tas-sewwieq/sewwieqa / l-assistent tas-sewwieq / in-numru/i taċ-ċertifikat(i) tagħhom (1) (ADR 8.2 jekk applikabbli):

_______________________________________________________________

7.

L-aħħar indirizz u d-data tat-tagħbija jew tal-ħatt: (1)

_______________________________________________________________

8.

Indirizz li jmiss tat-tagħbija jew tal-ħatt: (1)

_______________________________________________________________

9.

Numru/i NU, grupp tal-ippakkjar u kwantità ta’ oġġetti perikolużi, meta jiġu osservati ksur: (2)

_______________________________________________________________

10.

Eżenzjoni applikabbli u, jekk iva, liema? (3)

le

iva

Taqsima:

_______________________

11.

Mezzi ta’ konteniment

bl-ingrossa

tank

pakkett

MEMU

Dokumenti

Ivverifika l-istatus (4)

Ksur

Taqsima tal-ADR + parteċipant(i) (6)

C

NC

MA

Kategorija tar-Riskju (5)

12.

Dokumenti tat-trasport (bħal ADR 8.1.2.1 (a), 5.4.1, 5.4.2)

_______________________

13.

Istruzzjonijiet bil-miktub (ADR 8.1.2.1 (b), 5.4.3)

_______________________

14.

Ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-vetturi (ADR 8.1.2.2 (a), 9.1.3)

_______________________

15.

Ċertifikat ta’ taħriġ tas-sewwieq (ADR 8.1.2.2 (b)) u dokument ta’ identifikazzjoni (ADR 1.10.1.4, 8.1.2.1 (d))

_______________________

Operazzjoni tat-trasport

_______________________

16.

Oġġetti awtorizzati għat-trasport (ADR 1.1.2.1)

_______________________

17.

Dispożizzjonijiet dwar mezzi ta’ konteniment (bħal ADR 4.1 sa 4.7)

_______________________

18.

Dispożizzjonijiet għat-trasport (bħal ADR 7.1 sa 7.4)

_______________________

19.

Projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta u limitazzjoni tal-kwantitajiet (bħal ADR 7.5.2, 7.5.4, 7.5.5)

_______________________

20.

Trattament u ħażna (bħal ADR 7.5.7)

_______________________

21.

Immarkar tal-imballaġġ / tat-tank / tal-merkanzija bl-ingrossa (bħal ADR Parti 6)

_______________________

22.

Immarkar, tikkettar tal-imballaġġi (bħal ADR 3.3 sa 3.5, 4.1.4.1, 5.1, 5.2)

_______________________

23.

Plakards, pjanċi oranġjo, marki fuq vetturi/tankijiet, eċċ. (bħal ADR 3.4.13, 5.3, 5.5, 7.3, 7.5.11)

_______________________

24.

Rekwiżiti tal-vettura (ADR Parti 9)

_______________________

Tagħmir abbord

25.

Tagħmir ġenerali u speċifiku (bħal ADR 8.1.4, 8.1.5)

_______________________

Oħrajn

26.

Ftehimiet bilaterali/multilaterali (bħal ADR 1.5.1), regolamenti nazzjonali, approvazzjoni tal-awtorità kompetenti (bħal ADR 8.1.2.2 (c)):

_______________________

27.

Ksur ieħor:

_______________________

____________________________________________________________________________________________________________________________________________________

Riżultat

28.

Azzjonijiet korrettivi fuq il-post qabel tmiem il-vjaġġ fil-bini

Tip ta’ miżura: Rapport uffiċjali Twissija Immobilizzazzjoni (Art. 5)

29.

Rimarki (7): _________________________________________________________________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________________________________________________________________________________

30.

Siġill miksur / imqiegħed?

Miksur fi

________________

Imqiegħed fi

_______________________

31.

Awtorità/uffiċjal/delegat li qed twettaq/iwettaq il-kontroll

______________________________________________________________

(1) Imla biss jekk rilevanti għall-ksur.

(2) Barra minn hekk, għandu jiddaħħal taħt “rimarki”.

(3) Jirreferi għal kwalunkwe eżenzjoni jew deroga f’konformità mad-Direttiva 2008/68/KE.

(4) Ivverifika l-istatus: C= ivverifikat, NC= mhux possibbli li jiġi verifikat, MA= mhux applikabbli.

(5) Kategorija tar-riskju tal-ksur irreġistrat, f’konformità mal-Anness II.

(6) Imla jekk ġie/ġew osservat/i ksur. Speċifika l-kategorija tal-parteċipant(i) possibbli responsabbli, f’konformità mal-ADR 1.4: Ci=konsenjatur, C=trasportatur, Ce=konsenjatarju, L=dak li jgħabbi, P=dak li jippakkja, F=dak li jimla, To=operatur tat-tank, U=dak li jħott. Ir-referenza għall-kategorija tal-parteċipant fil-lista ta’ kontroll ma taffettwax bl-ebda mod il-preżunzjoni tal-innoċenza.

(7) Daħħal hawn in-numru/i NU, il-grupp tal-ippakkjar (PG), il-kwantità ta’ oġġetti perikolużi li jinġarru jekk jiġu osservati ksur, ksur mill-ekwipaġġi tas-sewwieqa, azzjoni ta’ rimedju u rimarki oħra. 

ANNESS II

Ksur

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista mhux eżawrjenti li ġejja, maqsuma fi tliet kategoriji ta’ riskju (il-kategorija I tippreżenta l-ogħla riskju), tipprovdi gwida dwar x’għandu jitqies bħala ksur.

Il-kategorija ta’ riskju xierqa għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ ksur u fid-diskrezzjoni tal-korp/uffiċjal tal-infurzar, li jfisser li l-kategorija ta’ riskju ta’ ksur tista’ tiġi aġġornata jew imnaqqsa.

Ksur li mhux elenkat għandu jiġi kklassifikat f’konformità mad-deskrizzjonijiet tal-kategoriji ta’ riskju.

Meta jkun hemm diversi ksur għal kull unità ta’ trasport, l-aktar kategorija ta’ riskju serja biss għandha tiġi applikata għal finijiet ta’ rapportar (f’konformità mal-formola standard mudell stabbilita fl-Anness III).

1. Kategorija ta’ riskju I

Din tikkonċerna ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ADR li għandu riskju għoli ta’ mewt, korriment personali serju jew ħsara sinifikanti lill-ambjent. Jekk jiġi osservat waqt il-kontrolli mal-ġenb tat-triq, tali ksur normalment iwassal għal miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura; jekk jiġi osservat waqt kontrolli fil-bini, dan il-ksur normalment ikun soġġett għal miżuri xierqa oħra.

In-nuqqasijiet f’din il-kategorija jinkludu:

1.ġarr ta’ oġġetti perikolużi li t-trasport tagħhom huwa pprojbit;

2.ġarr ta’ oġġetti perikolużi f’mezz ta’ konteniment ipprojbit jew mhux approvat, li jipperikola l-ħajjiet jew l-ambjent sa tali punt li tittieħed deċiżjoni li l-vettura tiġi immobilizzata;

3.ġarr ta’ oġġetti perikolużi mingħajr identifikazzjoni fuq il-vettura, li jipperikola l-ħajjiet jew l-ambjent sa tali punt li tittieħed deċiżjoni li l-vettura tiġi immobilizzata;

4.tnixxija ta’ oġġetti perikolużi;

5.ġarr b’mod ipprojbit;

6.ġarr bl-ingrossa f’vettura jew kontenitur li mhux strutturalment tajjeb għas-servizz;

7.ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat ta’ approvazzjoni xieraq;

8.tħaddim ta’ vettura li ma tibqax tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat (inkella għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ riskju II);

9.użu ta’ imballaġġi, tankijiet, kontenituri jew vetturi mhux approvati;

10.użu ta’ imballaġġ li ma jikkonformax mal-istruzzjonijiet tal-ippakkjar applikabbli; użu ta’ tankijiet, vetturi u kontenituri li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet applikabbli;

11.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar imħallat;

12.nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbijiet;

13.nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-oġġetti tal-ikel, oġġetti oħra tal-konsum u għalf tal-annimali;

14.nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti;

15.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet awtorizzati għat-trasport f’unità waħda tat-trasport, inklużi l-gradi permissibbli ta’ mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;

16.trasport ta’ oġġetti perikolużi mingħajr id-dokumenti meħtieġa disponibbli abbord jew f’format elettroniku xieraq, jekk permess;

17.trasport ta’ oġġetti perikolużi f’pakketti li ma jkollhomx il-markar, it-tikkettar jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni meħtieġa;

18.trasport ta’ oġġetti perikolużi mingħajr ebda plakard, markar (inkluż markar ta’ pjanċa oranġjo) jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni fuq il-vettura;

19.informazzjoni mhux kompluta jew mhux korretta dwar is-sustanza li qed tinġarr, li tippermetti d-determinazzjoni ta’ ksur tal-kategorija ta’ riskju I (pereżempju, numru NU, isem xieraq tat-trasport fuq l-ilma, grupp tal-ippakkjar);

20.ċertifikat validu ta’ taħriġ vokazzjonali mhux miżmum mis-sewwieq;

21.użu ta’ nar jew dawl mhux protett;

22.nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni tat-tipjip;

23.nuqqas ta’ ħatra ta’ konsulent tas-sikurezza għal kull impriża, meta meħtieġ;

24.nuqqas ta’ konformità mal-ADR 1.10 dwar id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà, meta meħtieġ.

2. Kategorija ta’ riskju II

Tikkonċerna ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ADR li għandu riskju ta’ korriment personali jew ħsara lill-ambjent; Jekk jiġi osservat waqt il-kontrolli mal-ġenb tat-triq, tali ksur normalment iwassal għal miżuri korrettivi xierqa bħal rettifika fuq il-post meta jkun fattibbli, inkella mhux aktar tard mit-tlestija tal-operazzjoni tat-trasport attwali; jekk jiġi osservat waqt kontrolli fil-bini, dan il-ksur normalment ikun soġġett għal miżuri xierqa oħra.

In-nuqqasijiet f’din il-kategorija jinkludu:

1.tħaddim ta’ unità tat-trasport li tinkludi aktar minn trejler / semitrejler wieħed;

2.tħaddim ta’ vettura li ma tibqax tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat;

3.nuqqas li jinġarru apparati tat-tifi tan-nar operattivi kif meħtieġ abbord vettura; tagħmir tat-tifi tan-nar mhux konformi ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi;

4.nuqqas li jinġarr tagħmir meħtieġ skont l-ADR jew f’istruzzjonijiet bil-miktub abbord vettura;

5.nuqqas ta’ konformità mad-dati tal-ittestjar u l-ispezzjoni u l-perjodi ta’ użu għall-imballaġġ, il-kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar (IBCs, Intermediate Bulk Containers), l-imballaġġ kbir, it-tankijiet, il-vetturi jew il-kontenituri;

6.ġarr ta’ pakketti b’imballaġġ bil-ħsara, IBCs jew imballaġġ kbir, jew ġarr ta’ imballaġġ bil-ħsara, vojt u mhux imnaddaf;

7.ġarr ta’ oġġetti mballati f’vettura jew kontenitur li mhux strutturalment tajjeb għas-servizz;

8.nuqqas li jingħalqu sew it-tankijiet / il-kontenituri tat-tankijiet, vetturi, kontenituri jew imballaġġi (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa);

9.imballaġġi, tankijiet, vetturi u/jew konteniment b’tikkettar, immarkar (inkluż immarkar ta’ pjanċi oranġjo), plakards jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni mhux korretti;

10.l-ebda struzzjoni bil-miktub f’konformità mal-ADR;

11.nuqqas ta’ superviżjoni jew ipparkjar xieraq ta’ vettura;

12.ġarr ta’ persuni, għajr membri tal-ekwipaġġ, f’unitajiet ta’ trasport li jġorru oġġetti perikolużi;

13.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji stabbiliti fl-ADR 7.5.10 dwar prekawzjonijiet li jridu jittieħdu kontra kariki elettrostatiċi waqt operazzjonijiet ta’ mili u tbattil;

14.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji mal-wasla fis-siti tat-tagħbija u tal-ħatt;

15.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar ir-rwol, id-dmirijiet u ċ-ċertifikati tal-konsulent tas-sikurezza għal kull impriża, meta meħtieġ;

16.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-perjodu minimu ta’ żamma għad-dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi u informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali kif speċifikat fl-ADR;

17.nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar it-taħriġ ta’ persuni involuti fit-trasport ta’ oġġetti perikolużi;

18.nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti u/jew rapporti meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti.

3. Kategorija ta’ riskju III

Din tikkonċerna ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ADR li għandu riskju baxx ta’ korriment personali jew ħsara lill-ambjent u meta miżuri korrettivi xierqa ma jkollhomx għalfejn jittieħdu mal-ġenb tat-triq iżda jkunu jistgħu jittieħdu f’data aktar tard mill-impriża; jekk jiġi osservat waqt il-kontrolli fil-bini, dan il-ksur normalment ikun soġġett għal miżuri xierqa oħra.

In-nuqqasijiet f’din il-kategorija jinkludu:

1.nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti dwar id-daqs tal-plakards jew it-tikketti jew id-daqs tal-ittri, taċ-ċifri jew tas-simboli fuq il-plakards jew it-tikketti;

2.informazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li taqa’ taħt il-kategorija ta’ riskju I, mhux disponibbli fid-dokumentazzjoni tat-trasport;

3.nuqqas li jinġarr ċertifikat ta’ taħriġ abbord il-vettura iżda evidenza li s-sewwieq għandu wieħed minn dawn;

4.mezz ta’ identifikazzjoni, b’ritratt, mhux fuq kull membru tal-ekwipaġġ tal-vettura;

5.nuqqas li jitwaħħlu kif suppost il-plakards u l-immarkar (inkluż l-immarkar tal-pjanċa oranġjo) jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni;

6.sottomissjoni tard tad-dokumenti u/jew rapporti meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti.”