Varjabbli (1): Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Disaggregazzjoni skont l-attività:
·Aggregati tat-Taqsimiet tal-NACE:
oTotal ta' voti: B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Industrija, kostruzzjoni u servizzi tan-negozju)
oB+C+D+E+F (Industrija u kostruzzjoni)
oB+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Servizzi tan-negozju)
2. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju:
·Totali - Kwalunkwe funzjoni tan-negozju
·Funzjonijiet tal-attività ewlenija
·Funzjonijiet tal-attivitajiet ta’ sostenn
·Produzzjoni tal-merkanzija
·Trasport, loġistika u ħżin
·Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ
·Teknoloġija tal-informazzjoni
·Maniġment u amminstrazzjoni
·Inġinerija u servizzi tekniċi relatati
·Riċerka u żvilupp
·Funzjonijiet ta’ attività tan-negozju ieħor
3. Diżaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom:
Li għandha tiġi fornuta biss għal: Total ta' voti: B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Industrija, kostruzzjoni u servizzi tan-negozju), u biss għal: Total - Funzjoni ta’ kwalunkwe attività tan-negozju, Funzjonijiet tal-attività ewlenija u Funzjonijiet tal-attivitajiet ta’ sostenn.
·Total - 50 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar
·Intrapriżi ta’ daqs medju - 50-249 impjegat u persuni li jaħdmu għal rashom
·Intrapriżi kbar - 250 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar
Varjabbli (2) Numru ta’ intrapriżi li jixtru l-merkanzija minn barra
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Disaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
2. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ merkanzija mixtrija
·Materja prima li tintuża fil-proċess ta’ produzzjoni tiegħek stess
·Komponenti li jiffurmaw parti mill-prodott tiegħek stess
·Makkinarju u apparat tekniku ieħor użat mill-kumpanija tiegħek stess
·Merkanzija ddisinjata mill-kumpanija tiegħek stess għall-bejgħ mill-ġdid fi swieq domestiċi jew barranin
·Merkanzija ddiżinjata minn kumpanija oħra għall-bejgħ mill-ġdid fi swieq domestiċi jew barranin
·Merkanzija oħra
·Totali
3. Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
·L-Istati Membri tal-UE
·Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE
·Pajjiżi mhux Ewropej
·Pajjiżi extra UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE)
·Totali
Varjabbli (3) Numru ta’ intrapriżi li jfornu l-merkanzija barra mill-pajjiż:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-disaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Disaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
2. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ merkanzija mixtrija
·Materja prima li tintuża mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom
·Komponenti li jintużaw mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż bħala parti mill-prodott tagħhom
·Makkinarju u apparat tekniku ieħor użat mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż
·Merkanzija finali ddisinjata mill-kumpanija tiegħek stess għall-bejgħ mill-ġdid
·Merkanzija finali ddisinjata minn kumpanija oħra għall-bejgħ mill-ġdid
·Merkanzija oħra
·Totali
3. Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2)
Varjabbli (4) Numru ta’ intrapriżi li jixtru servizzi minn barra u varjabbli (5) Numru ta’ intrapriżi li jipprovdu servizzi barra mill-pajjiż:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
2. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi
·Trasport, loġistika u ħżin
·Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ
·Servizzi teknoloġiċi ta' l-informatika.
·Maniġment u amminstrazzjoni
·Inġinerija u servizzi tekniċi relatati
·Riċerka u żvilupp
·Tipi oħra ta’ servizzi
·Totali
3. Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2)
Varjabbli (6) Numru ta’ intrapriżi li jwettqu akkwist internazzjonali:
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività u l-klassi tad-daqs:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Disaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
Trid tiġi pprovduta għal-klassi tad-daqs totali biss (Total - 50 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar):
·it-taqsimiet tan-NACE: B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M, N
2. Disaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u t-tip ta’ sieħeb tan-negozju:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
2. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb tan-negozju
·Total - Kwalunkwe sieħeb tan-negozju
·Esternalizzazzjoni - sieħeb tan-negozju barra mill-grupp ta’ intrapriżi proprji
·Internalizzazzjoni - sieħeb tan-negozju fil-grupp ta’ intrapriżi proprji
C. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u ż-żona ġeografika:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
2. Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
·L-Istati Membri tal-UE
·Pajjiżi extra UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE)
·Ir-Renju Unit
·Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE
·Iċ-Ċina
·L-Indja
·Pajjiżi Asjatiċi oħra u l-Oċeanja
·Il-USA u l-Kanada
·L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel
·L-Afrika
·Totali
Varjabbli (7) Numru ta’ impjiegi maħluqa fl-intrapriża bħala riżultat tal-akkwist internazzjonali:
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
C. Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin
·Totali
·Impjiegi bi kwalifiki għoljin
·Impjiegi mingħajr kwalifiki għoljin
Varjabbli (8) Numru ta’ impjiegi mitlufa (jew li ġew rilokati barra mill-pajjiż) bħala riżultat ta’ akkwist internazzjonali:
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)
C. Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (7)
·Varjabbli (9) Numru ta’ intrapriżi li jwettqu jew li jikkunsidraw li jwettqu akkwist internazzjonali:
A. Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal akkwist internazzjonali u l-fatturi ta’ importanza:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal akkwist internazzjonali
·Tnaqqis tal-kosti lavorattivi
·Tnaqqis ta’ korsi għajr kosti lavorattivi
·Aċċess għal swieq ġodda
·Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati fil-pajjiż residenti
·Aċċess għal għarfien/teknoloġiji speċjalizzati
·Kwalità mtejba jew introduzzjoni ta’ prodotti ġodda
·Konċentrazzjoni fuq l-attività ewlenija
·Ħinijiet ta’ konsenja ridotti
·Deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-kap tal-grupp
·Regolamenti favorevoli barra l-pajjiż li taffettwa l-intrapriża, p.eż. inqas regolamenti ambjentali, sistema tat-taxxa favorevoli
·Fatturi li jqisu l-avvenimenti reċenti u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet punti).
2. Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi
·Importanti ħafna
·Importanti sa ċertu punt
·Mhux importanti
·Mhux applikabbli / Ma nafx
B. Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal akkwist internazzjonali u l-fatturi ta’ importanza:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal akkwist internazzjonali
·Ostakli legali jew amministrattivi
·Kwistjonijiet ta’ tassazzjoni
·Tariffi u ostakli għall-kummerċ
·Aċċess għal finanzjament jew restrizzjonijiet finanzjarji oħra
·Ostakli lingwistiċi jew kulturali
·Prossimità ma’ klijenti eżistenti fi [pajjiż residenti] meħtieġa
·Diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta’ fornituri potenzjali/xierqa barra mill-pajjiż
·Inċertezza rigward il-kwalità tal-prodotti/is-servizzi li għandhom jiġu fornuti barra mill-pajjiż
·Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati barra mill-pajjiż
·Tħassib tal-impjegati (inklużi t-trade unions)
·Tħassib ġenerali li l-operat ta’ akkwist jeċċedi l-benefiċċji mistennija
·Ostakli u fatturi li jqisu l-avvenimenti reċenti u ostakli u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet punti).
2. Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (9), diżaggregazzjoni (A)
·Varjabbli (10) Numru ta’ intrapriżi attivi:
Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
1. Diżaggregazzjoni skont l-avvenimenti jew il-kwistjonijiet b’impatt fuq l-arranġamenti għall-Katini ta’ valur globali għall-intrapriża:
·Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw l-akkwist ta’ merkanzija jew l-aċċess għas-servizzi
·Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw il-moviment ta’ merkanzija u ta’ persunal barra mill-pajjiż
·Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw l-akkwist internazzjonali u l-attivitajiet riinternalizzati
·Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi oħra li jaffettwaw l-arranġamenti għall-katini ta' valur globali
Din id-diżaggregazzjoni tiffoka fuq avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li potenzjalment jimpattaw l-arranġamenti għall-katini ta’ valur globali, u ma jistax ikun fiha aktar minn 15-il punt.
2. Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi
·L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (9), diżaggregazzjoni (A)
|