REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 25.1.2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1859 2 jobbliga lill-manifatturi, fir-rigward ta’ ċerti vetturi heavy-duty ġodda, biex jimmonitorjaw u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni .vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati, li jiġu ġġenerati mill-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 3 fil-verżjoni grafika tagħha tal-interfaċċa tal-utent (“il-fajl tad-data sum exec”).

(2)Dak l-obbligu tqassam maż-żmien, mid-data tas-simulazzjoni tal-vetturi; bid-dati l-aktar bikrin tas-simulazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Settembru 2019) għandhom jiġu rrapportati biss mill-aħħar data taż-żewġ dati ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, sabiex jitqies il-fatt li l-manifatturi jistgħu ikollhom jirrepetu s-simulazzjoni tal-vetturi li jaqgħu f’dak il-lott għal raġunijiet lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom.

(3)L-evalwazzjoni tad-data miksuba għall-ewwel perjodu ta’ rapportar, li l-iskadenza tagħha kienet it-30 ta’ Settembru, sadanittant, ikkonfermat li l-analiżi bbażata fuq dak l-ewwel lott ta’ fajls tad-data sum exec riċevuta skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 trendi riżultati stabbli. Għal din ir-raġuni, m’għadux meħtieġ li l-manifatturi jiġu obbligati jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 u jenħtieġ li dak il-punt jitħassar.

(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 jiġi emendat skont dan.

(5)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, jitħassar il-punt (b).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25.1.2022

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

(1)    ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202.
(2)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1859 tas-6 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data (ĠU L 286, 7.11.2019, p.10).
(3)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).