REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 31.10.2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 2 jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom.

(2)Apparat u tagħmir ajrudinamiċi, bħal pereżempju flaps imwaħħla mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jistgħu jiġu miġbuda lura jew li jintwew, kif ukoll apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal kabini huma teknoloġiji li huma disponibbli bħalissa u li għandhom potenzjal li jtejbu l-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi. Madankollu, minħabba d-disinn tagħhom, jista’ jkun li dak l-apparat u tagħmir jisporġu ’l barra mill-parti li tinsab l-iktar ’il barra fuq in-naħa ta’ quddiem, ta’ wara jew tal-ġnub tal-vetturi li jiġu mwaħħla fuqhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ta’ dak it-tip jiġu eżentati mir-rekwiżiti marbuta mad-dimensjonijiet standard.

(3)Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 3 ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u bir-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 biex tipprevedi deroga mir-restrizzjonijiet fuq it-tul massimu u l-piż massimu sabiex ikun permess l-użu ta’ vetturi bil-mutur b’karatteristiċi ajrudinamiċi mtejba u ta’ vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew b’emissjonijiet żero, rispettivament, fi traffiku transfruntiera.

(4)Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u r-regoli armonizzati għall-vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur b’kabini elongati u għal tagħmir jew apparat ajrudinamiċi sabiex jiġi żgurat li dawn jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ prestazzjoni tal-enerġija, viżibbiltà aħjar għas-sewwieqa, sikurezza għal utenti oħra tat-triq kif ukoll f’termini ta’ sikurezza u kumdità għas-sewwieqa.

(5)Mhuwiex possibbli li awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiku jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti b’mod indipendenti minn vettura. Apparat u tagħmir ajrudinamiċi bħal dawn għandhom għalhekk jingħataw l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura jew fir-rigward ta’ vetturi ġeneriċi li għalihom huma definiti d-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet materjali preċiżi fil-post tal-installazzjoni. Għal dik ir-raġuni, għandhom jingħataw l-approvazzjoni tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati, filwaqt li r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti qabel ma jiġu introdotti fis-suq. Il-kabini elongati jenħtieġ li jkunu soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, rispettivament, kif meħtieġ mid-Direttiva 96/53/KE.

(6)Il-konformità mal-istandards futuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty se teħtieġ l-applikazzjoni ta’ diversi teknoloġiji biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Waħda mill-aktar miżuri effiċjenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija hija li titnaqqas ir-reżistenza tal-arja tal-vetturi bil-mutur.

(7)L-apparat ajrudinamiku mwaħħal mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jista’ jiġi miġbud lura jew li jintewa u l-apparat u tagħmir ajrudinamiċi tal-kabini jenħtieġ li jkunu mibnija b’tali mod li jiżgura li ma jfixklux il-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Għalhekk, il-wisa’ massima ta’ 2.60 m għandha tapplika għall-vetturi kollha, inklużi l-vetturi refriġerati. Barra minn hekk, it-tagħmir ajrudinamiku għandu jkun kapaċi jirreżisti l-ispostament tal-arja ġġenerat minn ċirkostanzi operattivi fit-trasport intermodali.

(8)Il-vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwils alternattivi jew b’emissjonijiet żero jenħtieġ li jibbenefikaw minn provvediment ta’ piż żejjed. Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġi indikat b’mod ċar fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur.

(9)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 jiġi emendat skont dan.

(10)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom, kif ukoll ta’ ċertu unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawk il-vetturi.”;

(2) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punti (25) u (26) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(25) “bażi tar-roti” tfisser dan li ġej:

(a)għal vetturi bil-mutur u trejlers bl-iżbarra tal-irmonk, id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru tal-ewwel u l-aħħar fus;

(b)għat-trejlers b’fus ċentrali, għas-semitrejlers u għat-trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida, id-distanza bejn l-assi vertikali tal-agganċ u ċ-ċentru tal-aħħar fus;

(26) “spazju tal-fusien” tfisser id-distanza bejn żewġ fusien konsekuttivi; għat-trejlers b’fus ċentrali, għas-semitrejlers u għat-trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida, l-ewwel spazju tal-fusien huwa d-distanza orizzontali bejn l-assi vertikali tal-agganċ ta’ quddiem u ċ-ċentru tal-ewwel fus;”;

(b)il-punt (33) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(33) “tperpir fuq wara” tfisser id-distanza bejn il-punt inizjali u l-punt estrem reali milħuq mill-parti ta’ wara ta’ vettura waqt l-immanuvrar fil-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 8 tal-Parti B tal-Anness I jew fit-Taqsima 7 tal-Parti C ta’ dak l-Anness;”;

(c)jiżdied il-punt (41) li ġej:

“(41) “apparat u tagħmir ajrudinamiċi” tfisser apparat jew tagħmir iddisinjat biex inaqqas ir-reżistenza ajrudinamika tal-arja tal-vetturi tat-triq, bl-eċċezzjoni tal-kabini elongati.”

(3) jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ apparat u tagħmir ajrudinamiċi

1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew tagħmir ajrudinamiċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata.

L-applikazzjoni għandha tiġi fformulata skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fil-Parti C tal-Anness V.

2. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti D tal-Anness V.

Artikolu 4b

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

Kull unità teknika separata konformi ma’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti E tal-Anness V.”;

(4) L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(5) L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31.10.2019

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

(1)    ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).
(3)    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(4)    Id-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).
(5)    Ir-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ …. 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L …, ….. 2019, p. ….).)

ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)fil-Parti A, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(2)    Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(b)jiddaħħlu l-punti 1.3.1. sa 1.3.1.3. li ġejjin:

“1.3.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.3.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu l-ispazju ġenerali tat-tagħbija li jista’ jintuża. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija u f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jinġibdu lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura msemmija fil-punt 1.1.2. ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura msemmi fil-punt 1.1.1. ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.1.1. u 1.3.1.1.3.

1.3.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.3.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu l-ispazju ġenerali tat-tagħbija li jista’ jintuża. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, dak l-apparat għandu jinbena b’tali mod li jista’ jiġi miġbud lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura msemmija fil-punt 1.1.2. ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura msemmi fil-punt 1.1.1. ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.2.1. sa 1.3.1.2.4.

1.3.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN ± 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.3.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.3.1.3.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ppożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jnaqqsux b’mod sinifikanti t-tkessiħ u l-ventilazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, tas-sistema tal-egżost u tal-kabina tal-passiġġieri. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti lejn in-naħa ta’ wara, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.”;

(c)jiddaħħlu l-punti 2.1.3., 2.1.3.1. u 2.1.3.2. li ġejjin:

“2.1.3.

Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero:

2.1.3.1.

Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero skont il-punti 2.3. u 2.4. tal-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur. Il-korrettezza tal-informazzjoni ddikjarata għandha tiġi vverifikata mis-Servizz Tekniku, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

2.1.3.2.

Il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej, kif ukoll il-valur tal-piż addizzjonali, taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/EC ARTICLE 10B COMPLIANT – XXXX KG”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu u tal-valur iddikjarat ma għandux ikun inqas minn 4 mm.

Barra minn hekk, sakemm tiġi introdotta entrata dedikata fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, il-valur tal-piż addizzjonali għandu jiġi ddikjarat bħala parti mir-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

_________________

[Nota lill-OP: Is-simbolu mhuwiex test li għandu jiġi tradott bil-lingwi uffiċjali]

(d)jiddaħħal il-punt 2.2.5.1. li ġej:

“2.2.5.1.

Fil-każ ta’ vettura artikolata b’minn tal-inqas erba’ fusien tal-klassi I b’żewġ fusien direzzjonali, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq il-fus(ien) direzzjonali ta’ quddiem fl-ebda każ ma għandha tkun inqas minn 15 % tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli “M”.”;

(e)fil-punt 6.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Ir-rekwiżiti f’dan il-punt ma għandhomx japplikaw għall-modalità ta’ sewqan bl-elettriku biss ta’ vetturi elettriċi ibridi.”;

(f)il-punt 6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.

Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont ir-Regolament UNECE Nru 85*.

________________

*    ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.”;

(g)fil-punt 7.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1. u 1.3.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(h)jiddaħħal il-punt 7.4. li ġej:

“7.4.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti tal-manuvrabbiltà permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(i)fil-punt 8.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1. u 1.3.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(j)jiżdied il-punt 8.3. li ġej:

“8.3.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti ta’ tperpir massimu fuq wara permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(3)    Il-Parti C hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 1.1.2., il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

2,60 m għall-vetturi mgħammra b’karozzerija b’ħitan iżolati ta’ ħxuna ta’ mill-inqas 45 mm, b’kodiċi tal-karozzerija 04 jew 05 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”;

(b)il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.    L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(c)jiddaħħlu l-punti 1.3.1. sa 1.4.2. li ġejjin:

“1.3.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.3.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jiġu miġbudin lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.1.1. u 1.3.1.1.3.

1.3.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.3.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat għandu jinbena b’mod li jista’ jinġibed lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.2.1. sa 1.3.1.2.4 ta’ hawn taħt.

1.3.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN ± 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.3.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.3.1.3.

Kemm meta jkunu f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, fejn applikabbli, għandhom jinbnew b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.3.1. sa 1.3.1.3.4 ta’ hawn taħt.

1.3.1.3.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi għall-kabini għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.3.2.

Meta jiġu installati fuq vettura u kemm meta jkunu f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, fejn applikabbli, l-ebda parti mill-apparat u mit-tagħmir ma għandha tkun ogħla mix-xifer ta’ taħt tal-windscreen, sakemm ma tkunx viżibbli direttament għas-sewwieq minħabba l-pannell tal-istrumenti jew minħabba aċċessorji interni standard oħra.

1.3.1.3.3.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu koperti b’materjal li jassorbi l-enerġija. Alternattivament, l-apparat u t-tagħmir għandhom jikkonsistu minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A) skont il-punt 1.3.1.4.

1.3.1.3.4.

L-apparat u t-tagħmir ma għandhomx ikunu magħmula minn materjal li jkun suxxettibbli li jinkiser fi frammenti li jaqtgħu jew fi xfar bil-ponta.

1.3.1.4.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1., 1.3.1.2. u 1.3.1.3. ippożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jtellfu la mill-erja tal-viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieq u lanqas mill-funzjonijiet tal-ħasil u tal-imsiħ tal-windscreen bil-wajpers, u li dawn ma jfixklux b’mod sinifikanti t-tkessiħ u l-ventilazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, tas-sistema tal-egżost, tas-sistema tal-ibbrejkjar, tal-kabina tal-okkupanti u taż-żona tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ quddiem kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn il-parti tal-vettura li tinsab l-aktar ’il quddiem kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi u l-protezzjoni ta' quddiem kontra l-underrun tagħha kif ukoll in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li fuq wara jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li fuq quddiem u fuq wara s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti ’l quddiem fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura u diretti lura fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga dwar l-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.

1.4.

Kabini elongati

1.4.1.

Meta l-fascia ta’ quddiem ta’ fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur, inklużi l-projezzjonijiet esterni kollha ta’ pereżempju x-xażi, il-bumper, il-parafangi u r-roti, tkun konformi bis-sħiħ mal-parametri tal-involukru tridimensjonali kif stabbilit fl-Appendiċi 5 u t-tul taż-żona tat-tagħbija ma jaqbiżx l-10,5 m, il-vettura tista’ taqbeż it-tul massimu awtorizzat stipulat fil-punt 1.1.1.

1.4.2.

Fil-każ imsemmi fil-punt 1.4.1., il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/EC ARTICLE 9A COMPLIANT”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu ma għandux ikun inqas minn 4 mm. It-test “96/53/EC ARTICLE 9A COMPLIANT” għandu wkoll jiżdied mar-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

_________________

[Nota lill-OP: Is-simbolu mhuwiex test li għandu jiġi tradott bil-lingwi uffiċjali]

(d)jiddaħħlu l-punti 2.1.4., 2.1.4.1. u 2.1.4.2. li ġejjin:

“2.1.4.

Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero:

2.1.4.1.

Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero skont il-punt 2.3. tal-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur. Il-korrettezza tal-informazzjoni ddikjarata għandha tiġi vverifikata mis-Servizz Tekniku, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

2.1.4.2.

Il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej, kif ukoll il-valur tal-piż addizzjonali, taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/EC ARTICLE 10B COMPLIANT – XXXX KG”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu u tal-valur iddikjarat ma għandux ikun inqas minn 4 mm.

Barra minn hekk, sakemm tiġi introdotta entrata dedikata fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, il-valur tal-piż addizzjonali għandu jiġi ddikjarat bħala parti mir-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

_________________

[Nota lill-OP: Is-simbolu mhuwiex test li għandu jiġi tradott bil-lingwi uffiċjali]

(e)jiddaħħal il-punt 5.1.2. li ġej:

“Ir-rekwiżiti tal-punti 5.1. u 5.1.1. ma għandhomx japplikaw għall-modalità ta’ sewqan bl-elettriku biss ta’ vetturi elettriċi ibridi.”;

(f)il-punt 5.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.2.

Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont ir-Regolament UNECE Nru 85.”;

(g)fil-punt 6.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1, 1.3.1.2 u 1.3.1.3, l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu jew fil-pożizzjoni fissa ta’ waqt l-użu, fejn applikabbli, għall-apparat u għat-tagħmir koperti mill-punt 1.3.1.3.”;

(h)jiddaħħal il-punt 6.4. li ġej:

“6.4.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti tal-manuvrabbiltà permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(i)fil-punt 7.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1, 1.3.1.2 u 1.3.1.3, l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(j)jiżdied il-punt 7.3. li ġej:

“7.3.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti ta’ tperpir massimu fuq wara permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(4)    Il-Parti D hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 1.1.2., il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

2,60 m għall-vetturi mgħammra b’karozzerija b’ħitan iżolati ta’ ħxuna ta’ mill-inqas 45 mm, b’kodiċi tal-karozzerija 04 jew 05 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”;

(b)il-punt 1.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.4.

L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(c)jiddaħħlu l-punti 1.4.1. sa 1.4.1.3. li ġejjin:

“1.4.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.4.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jiġu miġbudin lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.4.1.1.1. sa 1.4.1.1.3.

1.4.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.4.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura u jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.4.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.4.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat għandu jinbena b’mod li jista’ jinġibed lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.4.1.2.1. sa 1.4.1.2.4.

1.4.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.4.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.4.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN ± 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.4.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.4.1.3.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ppożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jimblukkawx għalkollox il-ventilazzjoni taż-żona tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti lura fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.”;

(d)il-punt 2.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.1.

L-ammont totali tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ quddiem flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien waħedhom u/jew fuq grupp(i) ta’ fusien flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ wara ma għandux ikun inqas mill-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura.

M ≤ Σ [m0 + mi + mc] jew M ≤ Σ [m0 + μj + mc]”;

(e)fil-punt 3.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk it-trejler jew is-semitrejler ikun mgħammar b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.4.1.1. jew 1.4.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu u fil-pożizzjoni attiva.

(f)il-punt 3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

3.2.

Semitrejler mhux mgħammar b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.4.1.1. jew 1.4.1.2. għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżit stipulat fil-punt 3.1. jekk il-bażi tar-roti ta’ referenza tiegħu “RWB” tissodisfa r-rekwiżit li ġej:

RWB ≤ [(12,50 – 2,04)² - (5,30 + ½ W)²]1/2

fejn:

“RWB”

hija d-distanza bejn l-assi kingpin u l-linja taċ-ċentru tal-fusien mhux direzzjonali.

“W”

hija l-wisa’ tas-semitrejler”;

(5)    L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:

(a)il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

Soġġett għar-restrizzjonijiet addizzjonali pprovduti fit-tabelli li ġejjin, mhuwiex meħtieġ li l-apparat u t-tagħmir elenkati fit-Tabelli I, II u III jiġu kkunsidrati għad-determinazzjoni u għall-kalkolu tad-dimensjonijiet ta’ barra nett meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta l-apparat ikun imwaħħal fuq quddiem, bl-eċċezzjoni ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiċi tal-kabini, il-protrużjoni totali ta’ dak l-apparat ma għandhiex tkun aktar minn 250 mm;

(b)

il-protrużjoni totali ta’ apparat u ta’ tagħmir miżjuda mat-tul tal-vettura, bl-eċċezzjoni ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiċi, ma għandhiex tkun aktar minn 750 mm;

(c)

il-protrużjoni totali ta’ apparat u ta’ tagħmir miżjuda mal-wisa’ tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 100 mm.

2.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat għall-viżjoni indiretta.”;

(b)It-Tabella I hija emendata kif ġej:

(a)ir-ringiela bl-entrata numru 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.

Agganċi mekkaniċi

X

X

X

X

X

X

-

-

-

-”;

(b)ir-ringiela bl-entrata numru 18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“18.

Apparat u tagħmir ajrudinamiċi

-

X

X

-

X

X

-

-

X

X”;

(c)tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 19:

“19.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”;

(c)It-Tabella II hija emendata kif ġej:

(a)ir-ringiela bl-entrata numru 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

“11.

Apparat u tagħmir ajrudinamiċi

Il-wisa’ tal-vettura, inkluża dik tal-karozzerija kondizzjonata b’ħitan iżolati, ma għandhiex tkun aktar minn 2 600 mm, bl-inklużjoni tal-projezzjonijiet imkejla, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

-

X

-

X

X

-

-

X

X”;

(b)tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 18:

“18.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”;

(c)tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 19:

“19.

Pajpijiet flessibbli ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers bil-kundizzjoni li ma jisporġux b’aktar minn 70 mm fuq kull naħa mill-parti tal-vettura li tinsab l-iktar ’il barra.

X

X

X”;

(d)It-Tabella III hija sostitwita b’dan li ġej:

“TABELLA III

Għoli tal-vettura

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

1.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bir-radju, għan-navigazzjoni, għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

2.

Pantografi jew driegħ fil-pożizzjoni elevata tagħhom

-

-

X

-

-

X

-

-

-

-”;

(6)    jiżdiedu l-Appendiċijiet 4 u 5 li ġejjin:

“Appendiċi 4

Test tal-ħbit tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi

1.

Kundizzjonijiet tat-test għall-apparat u għat-tagħmir ajrudinamiċi

1.1.

Fuq talba tal-manifattur, it-test għandu jitwettaq fuq waħda minn dawn li ġejjin:

1.1.1.

fuq tip ta’ vettura li għaliha l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi huma maħsuba;

1.1.2.

fuq parti tal-karozzerija tat-tip ta’ vettura li għaliha l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi huma maħsuba; dik il-parti għandha tkun rappreżentattiva tat-tip(i) ta’ vettura inkwistjoni;

1.1.3.

fuq ħajt riġidu.

1.2.

Meta t-test isir kif imsemmi fil-punti 1.1.2. u 1.1.3., il-partijiet li jintużaw biex l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi jiġu konnessi ma’ parti tal-karozzerija tal-vettura jew ma’ ħajt riġidu għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jitwaħħlu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi meta jiġu installati fuq il-vettura. L-apparat kollu għandu jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-installazzjoni u għat-tħaddim li jagħtu informazzjoni biżżejjed biex kwalunkwe persuna kompetenti tinstallah b’mod korrett.

1.3.

Fuq talba tal-manifattur, il-proċedura tat-test deskritta fil-punt 1.5. tista’ titwettaq permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE.

Il-mudell matematiku għandu jiġi vvalidat biss jekk ikun komparabbli mal-kundizzjonijiet tat-test fiżiku. Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku jiġu mqabbla mar-riżultati ta’ test fiżiku. Għandha tingħata prova tal-komparabbiltà tar-riżultati tat-test. Il-manifattur għandu jabbozza rapport ta’ validazzjoni.

Kwalunkwe bidla li ssir fil-mudell matematiku jew fis-software li x’aktarx tinvalida r-rapport ta’ validazzjoni għandha teħtieġ validazzjoni ġdida skont il-paragrafu ta’ qabel.

1.4.

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ testijiet jew simulazzjonijiet.

1.4.1.

Il-vettura għandha tkun wieqfa fuq art invellata, ċatta, riġida u lixxa.

1.4.2.

Jekk ikun hemm roti ta’ quddiem, dawn għandhom jippuntaw dritt ’il quddiem.

1.4.3.

It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

1.4.4.

Il-vettura ma għandhiex tkun mgħobbija.

1.4.5.

Jekk dan ikun meħtieġ biex tinkiseb il-forza tat-test stipulata fil-punt 1.5.1.2., il-vettura tista’ tiġi mrażżna bi kwalunkwe metodu. Dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

1.4.6.

Il-vetturi mgħammra b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew b’tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati bis-sospensjoni jew bit-tagħmir fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim speċifikata mill-manifattur.

1.5.

Proċedura tat-test

1.5.1.

It-testijiet għandhom jitwettqu biex jiġi vvalutat li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi joffru livell speċifikat ta’ deformazzjoni lil forzi applikati b’mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura kif imsemmi fil-punt 1.6.1. B’mod alternattiv, l-apparat jista’ jintewa jew jinġibed lura taħt l-influwenza tal-forza. L-issodisfar tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.6.2. għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mandrini għall-ittestjar adattati għall-fini tat-test tal-ħbit. L-apparat li jintuża biex jiddistribwixxi l-forza tat-test fuq is-superfiċje ċatta msemmija għandu jitqabbad mal-attwatur tal-forza permezz ta’ ġonta tat-tornikett. F’każijiet ta’ inkompatibbiltajiet ġeometriċi, jista’ jintuża adapter minflok apparat b’superfiċje ċatta.

1.5.1.1.

Għandha tiġi applikata forza parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura permezz ta’ superfiċje jew adapter b’għoli ta’ mhux aktar minn 250 mm u b’wisa’ ta’ 200 mm, b’raġġ tal-kurvatura ta’ 5 ± 1 mm fix-xfar vertikali. Is-superfiċje ma għandhiex tkun imwaħħla b’mod riġidu mal-apparat u mat-tagħmir ajrudinamiċi, u għandha tkun artikolata fid-direzzjonijiet kollha. Meta t-test isir fuq vettura kif imsemmi fil-punt 1.1.1., l-għoli tax-xifer ta’ isfel tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jkun speċifikat mill-manifattur f’żona bejn ix-xifer l-aktar baxx tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi u punt tax-xifer ta’ fuq tas-superfiċje jew tal-adapter li ma jkunx aktar minn 2,0 m ’il fuq mill-art f’kundizzjoni ta’ vettura mmuntata (ara l-figura 1). Dan il-punt irid jiġi speċifikat fuq vettura mgħobbija bil-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli.

Meta t-test jitwettaq fuq parti tal-karozzerija tat-tip ta’ vettura kif imsemmi fil-punt 1.1.2. jew fuq ħajt riġidu kif imsemmi fil-punt 1.1.3., l-għoli taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jiġi speċifikat mill-manifattur f’żona bejn ix-xifer l-aktar baxx tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi u l-punt li jirrappreżenta l-għoli ta’ mhux aktar minn 2,0 m ’il fuq mill-art f’kundizzjoni ta’ vettura mmuntata fuq vettura mgħobbija bil-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (ara l-figura 2).

Il-post eżatt taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter fiż-żona tal-applikazzjoni tal-forzi għandu jiġi speċifikat mill-manifattur. Fejn l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi jkollhom gradi differenti ta’ ebusija fiż-żona tal-applikazzjoni tal-forzi (eż. minħabba rinforzi, materjali jew ħxuna differenti, eċċ.), il-post taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jkun fiż-żona bl-ogħla reżistenza kontra l-forzi esterni fid-direzzjoni lonġitudinali tal-vettura.

Figura 1

L-għoli tal-punti tat-test

Figura 2

Eżempju ta’ konfigurazzjoni tat-test

1.5.1.2.

Forza orizzontali ta’ massimu ta’ 4000 N ± 400 N għandha tiġi applikata b’mod konsekuttiv fuq żewġ punti li jinsabu b’mod simetriku madwar il-linja taċ-ċentru tal-vettura jew il-linja taċ-ċentru tal-apparat fix-xifer ta’ barra fuq in-naħa ta’ wara tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi fil-pożizzjoni miftuħa għalkollox jew fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu (ara l-figura 3). L-ordni li fiha l-forzi jiġu applikati tista’ tiġi speċifikata mill-manifattur.

Figura 3

Applikazzjoni tal-forzi

1.6.

Rekwiżiti

1.6.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi għandhom jitwaħħlu b’tali mod li, waqt l-applikazzjoni tal-forzi tat-test kif speċifikat fil-punt 1.5.1.2., l-apparat u t-tagħmir jiġu deformati, jinġibdu lura jew jintwew b’mod li jirriżulta tul ta’ projezzjoni ta’ ≤ 200 mm imkejjel f’direzzjoni lonġitudinali orizzontali fil-punti tal-applikazzjoni tal-forzi. It-tul li jirriżulta tal-projezzjoni għandu jiġi rreġistrat.

1.6.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ma għandhomx jipperikolaw l-okkupanti ta’ vetturi oħrajn f’kolliżjoni minn wara, u ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun.



Appendiċi 5

Involukru tridimensjonali tal-kabina

1.

Proċedura ġenerali għall-verifika tal-konformità tal-vettura bil-mutur mal-parametri relatati mal-involukru tridimensjonali tal-kabina

1.1.

Konfini vertikali taż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.1.1.

Il-wisa’ massima tal-vettura fil-post fejn tinsab il-kabina Wc għandha tittieħed ’il quddiem mill-pjan trasversali vertikali li jinsab fuq il-fus ta’ quddiem nett tal-vettura bil-mutur. L-oġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ dan il-kejl.

1.1.2.

Iż-żona tal-valutazzjoni tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur għandha tiġi kkunsidrata b’tali mod li tikkorrispondi mal-wisa’ massima Wc. Iż-żona għandha tkun konfinata minn pjani lonġitudinali vertikali li jkunu paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-mutur u li huma ’l bogħod minn xulxin b’distanza ta’ Wc.

1.1.3.

Id-distanza lonġitudinali orizzontali Lt għandha tiġi stabbilita mill-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur, meħud f’għoli ta’ ≤ 2 000 mm mill-art u mkejjel f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija.

Id-distanza Lt għandha tiġi stabbilita għal 200 mm għall-fini ta’ din il-valutazzjoni (ara l-figura 1).

In-naħa ta’ wara taż-żona tal-valutazzjoni għandha tkun konfinata minn pjan trasversali vertikali, li jkun perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, li jinsab lejn in-naħa ta’ wara tal-punt l-aktar ’il quddiem imsemmi hawn fuq b’distanza ta’ Lt.

Figura 1

Involukru 3D

 

1.1.4.

L-intersezzjonijiet tal-pjan ta’ wara li jiffurmaw il-ġenb taż-żona tal-valutazzjoni biż-żewġ pjani esterni angolati Tleft u Tright, għandhom jitqiesu għall-fini tal-punt 1.3.3.2. (ara l-figura 2).

Figura 2

Involukru 3D

1.2.

Konfini orizzontali taż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.2.1.

Fiż-żona tal-valutazzjoni, il-linja tal-konfini ta’ isfel tal-fascia ta’ quddiem għandha tkun stabbilita għal-livell tal-art filwaqt li l-linja tal-konfini ta’ fuq tal-fascia ta’ quddiem għandha tkun stabbilita għal 2 000 mm ’il fuq mill-art kif imkejla f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija.

1.3.

Dispożizzjonijiet speċifiċi għaż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.3.1.

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, il-fascia ta’ quddiem ta’ fejn tinsab il-kabina tal-vettura għandha tiġi kkunsidrata, irrispettivament mit-tip ta’ materjal. Madankollu, l-oġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu.

1.3.2.

L-inklinazzjoni tal-parti ta’ quddiem tal-kabina

1.3.2.1.

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, għandha tiġi kkunsidrata l-“inklinazzjoni”, jiġifieri l-inklinazzjoni lura tal-fascia ta’ quddiem tal-vettura fejn tinsab il-kabina mil-linja vertikali, irrispettivament mit-tip ta’ materjal, fejn kwalunkwe punt li jinsab fuq punt ieħor ikun jinsab lura minn dak il-punt l-ieħor.

1.3.2.2.

Għaż-żona tal-valutazzjoni tal-inklinazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat il-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur kif imsemmi fil-punt 1.1.3.

Il-pjan trasversali vertikali li jgħaddi mill-punt li jinsab l-aktar ’il quddiem tal-kabina, meħud f’għoli ta’ ≤ 2 000 mm mill-art imkejjel f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija għandu jitqies fir-rigward tal-intersezzjoni tiegħu mal-pjan orizzontali li jinsab fl-għoli ta’ 1 000 mm. Il-linja ta’ intersezzjoni għandha mbagħad tittieħed bħala l-linja bażi tal-involukru biex tiġi vvalutata l-inklinazzjoni tal-kabina tal-vettura fiż-żona speċifika tal-valutazzjoni.

1.3.2.3.

Għandu jittieħed pjan li jdur madwar il-linja bażi tal-involukru imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1.3.2.2., inklinat lura mil-linja vertikali bi 3° (ara l-figura 3).

Figura 3

Inklinazzjoni

1.3.2.4.

L-ebda punt tas-superfiċje proprja tal-fascia ta’ quddiem, kif jinsab fiż-żona tal-valutazzjoni tal-inklinazzjoni, ma għandu jinsab ’il quddiem mill-pjan inklinat lura msemmi fil-punt 1.3.2.3. meta l-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur imiss il-pjan trasversali vertikali.

1.3.3.

Tnaqqis gradwali tal-ġnub tal-kabina tal-vettura bil-mutur.

1.3.3.1.

Fiż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina, il-fascia ta’ quddiem għandha titnaqqas b’mod gradwali b’tali mod li s-superfiċji nominali rilevanti jikkonverġu b’mod ġenerali lejn żona komuni li tinsab ’il quddiem mill-kabina u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-mutur.

1.3.3.2.

Għandhom jiġu kkunsidrati żewġ pjani simetriċi, waħda fuq in-naħa tax-xellug u oħra fuq in-naħa tal-lemin, it-tnejn li huma taħt angolu orizzontali ta’ 20° b’rabta mal-pjan medjan lonġitudinali, u għalhekk 40° bogħod minn xulxin. Dawn il-pjani huma ppożizzjonati b’tali mod li jiltaqgħu wkoll mal-linji Tleft u Tright imsemmija fil-punt 1.1.3., rispettivament.

1.3.3.3.

L-ebda punt tas-superfiċje proprja tal-fascia ta’ quddiem, kif jinsab fiż-żona esterna tax-xellug u tal-lemin, ma għandu jinsab ’il quddiem mill-pjan vertikali rispettiv imsemmi fil-punt 1.3.3.2. bil-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur imiss il-pjan trasversali vertikali msemmi fil-punt 1.3.2.4.

2.

Jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati f’din l-Appendiċi ma tiġix issodisfata, għandu jitqies li l-kabina tal-vettura bil-mutur ma tikkonformax mal-parametri tal-involukru tridimensjonali kif imsemmi fil-punt 1.4.1. tal-Parti C ta’ dan l-Anness.”.

ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)    Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI A

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet ta’ vettura

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

(b)jiddaħħal il-punt 2.4.2.1.3. li ġej:

2.4.2.1.3. Kabina elongata konformi mal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE: iva/le (1)

(c)jiddaħħal il-punt 2.6.4. li ġej:

2.6.4. Massa addizzjonali għal propulsjoni alternattiva: … kg

(d)jiddaħħal il-punt 3.9. li ġej:

3.9. Lista ta’ tagħmir għal propulsjoni alternattiva (u indikazzjoni tal-massa tal-partijiet): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(e)jiddaħħlu l-punti 9.25. sa 9.27.3. li ġejjin:

9.25. Kabini elongati konformi mal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE

9.25.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (inklużi ritratti u illustrazzjonijiet, kif ukoll deskrizzjoni tal-materjali) tal-partijiet tal-vettura rilevanti għall-Parti C, il-punt 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.26. Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura

9.26.1. Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem: iva/le (1)

9.26.2. Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli: … jew, jekk mhux disponibbli:

9.26.3. Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi

9.26.3.1. Kostruzzjoni u materjali: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . . . . . . . .

9.26.3.2. Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.26.3.3. Twaħħil u mmuntar mal-vettura: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.27. Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara tal-vettura

9.27.1. Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara: iva/le (1)

9.27.2. Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli … jew, jekk mhux disponibbli:

9.27.3. Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.27.3.1. Kostruzzjoni u materjali: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . . . . . . . .

9.27.3.2. Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . .

9.27.3.3. Twaħħil u mmuntar mal-vettura: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(2)    Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI B

Ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi

MUDELL

Il-format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE”;

(b)il-kliem “fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru .../...” huwa sostitwit bil-kliem “fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) .../...” [Nota lill-OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għal dan ir-Regolament];

(c)l-Addendum huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru. . .

1.

Derogi

1.1.

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament (jiġifieri d-dimensjonijiet ta’ barra nett tal-vettura huma akbar mid-dimensjonijiet massimi msemmija fil-Parti A, B, C jew D tal-Anness I): iva/le (1)

1.2.

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 8b tad-Direttiva 96/53/KE (jiġifieri apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq wara tal-vettura): iva/le (1)

1.3.

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE (jiġifieri kabina elongata jew kabina mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi): iva/le (1)

1.4.

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 10b tad-Direttiva 96/53/KE:

1.4.1.

Piż addizzjonali ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi: iva/le (1)

1.4.2.

Piż addizzjonali ta’ vetturi b’emissjonijiet żero: iva/le (1)

2.

Il-vettura hija mgħammra b’sospensjoni tal-arja: iva/le (1)

3.

Il-vettura hija mgħammra b’sospensjoni li hija rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal sospensjoni tal-arja: iva/le (1)

4.

Il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti għal vettura off-road: iva/le (1)

5.

Rimarki: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.

”;



(3)    jiżdiedu l-Partijiet C, D u E li ġejjin:

“PARTI C

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru biżżejjed dettalji.

Jekk l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.    ĠENERALI

0.1.    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.2.    It-tip: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.3.    Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (b): . . . . . . . .

0.3.1.    Fejn tinsab dik il-marka: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.5.    L-isem u l-indirizz tal-manifattur: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.7.    Fejn u kif għandha titwaħħal il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.8.    L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.9.    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.26.    Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura

9.26.1.    Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem: iva/le (1)

9.26.2.    Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli: … jew, jekk mhux disponibbli:

9.26.3.    Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.26.3.1.    Kostruzzjoni u materjali: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . . . . . . . .

9.26.3.2.    Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.26.3.3.    Twaħħil u mmuntar mal-vettura: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

9.27.    Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara tal-vettura

9.27.1.    Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara: iva/le (1)

9.27.2.    Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli … jew, jekk mhux disponibbli:

9.27.3.    Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.27.3.1.    Kostruzzjoni u materjali: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . . . . . . . .

9.27.3.2.    Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . .

9.27.3.3.    Twaħħil u mmuntar mal-vettura: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

_______________________

Noti ta’ spjegazzjoni

(b)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata kopert minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(1)

Ħassar fejn mhux applikabbli.


PARTI D

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal apparat jew tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

MUDELL

Il-format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip





Komunikazzjoni dwar:

- Approvazzjoni tat-tip tal-KE ( 11)

- estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

- ċaħda ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

- irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)


ta’ tip ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) …/…

[Nota lill-OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għal dan ir-Regolament](1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Raġuni għall-estensjoni: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

TAQSIMA I

0.1. Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.2. It-tip: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata ( 22): . . . . . . . . . . .

0.3.1. Fejn tinsab dik il-marka: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.7. Fejn u kif għandha titwaħħal il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.8. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .


TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

3. Id-data tar-rapport tat-test: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

4. In-numru tar-rapport tat-test: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

5. Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6. Post: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

7. Data: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

8. Firma: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Dokumenti mehmużin: Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test



Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru. . .

1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

2.

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

2.1.

Numru ta’ elementi separati: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . ..

2.2.

Deskrizzjoni tal-kostruzzjoni u tal-materjali: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

2.3.

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

2.4.

Deskrizzjoni tat-twaħħil u tal-immuntar mal-vettura: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

2.5.

Unità teknika separata: semiuniversali / speċifika għall-vettura (1)

3.

Lista ta’ tipi speċifiċi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

4.

Deskrizzjoni dettaljata tal-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taż-żona ta’ mmuntar fuq il-vetturi fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi semiuniversali (jekk applikabbli): . . . . . . ..

5.

Rimarki: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

6.

Marka tal-approvazzjoni tat-tip u fejn tinsab: . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .


PARTI E

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

1.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:

1.1.

L-ittra żgħira “e” mdawra b’rettangolu, segwita min-numru distintiv tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata:



1

għall-Ġermanja

19

għar-Rumanija

2

għal Franza

20 

għall-Polonja 

3

għall-Italja

21

għall-Portugall

4

għan-Netherlands

23

għall-Greċja

5

għall-Iżvezja

24

għall-Irlanda

6

għall-Belġju

25

għall-Kroazja

7

għall-Ungerija 

26 

għas-Slovenja

8

għar-Repubblika Ċeka 

27

għas-Slovakkja 

9

għal Spanja

29 

għall-Estonja 

11

għar-Renju Unit

32 

għal-Latvja 

12

għall-Awstrija

34

għall-Bulgarija

13

għal-Lussemburgu

36

għal-Litwanja 

17

għall-Finlandja

49 

għal Ċipru 

18

għad-Danimarka

50 

għal Malta 

1.2.

Qrib ir-rettangolu n-“numru ta’ approvazzjoni bażi” fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip preċedut miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika ewlenija għal dan ir-Regolament. In-numru ta’ sekwenza bħalissa huwa “00”.

1.3.

Fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi, in-numru ta’ sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “96/53/EC ARTICLE 9A COMPLIANT”.

1.4.

Fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi li jridu jitwaħħlu fuq wara ta’ vettura, in-numru ta’ sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “96/53/EC ARTICLE 8B COMPLIANT”.

2.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata għandha titwaħħal ma’ parti ewlenija tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi b’tali mod li ma titħassarx, u għandha tkun ta’ tip li jinqara faċilment u b’mod ċar anki jekk l-apparat jiġi mmuntat fuq vettura.

3.

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata huwa muri fil-Figura 1.


Figura 1

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

_______________________

Nota ta’ spjegazzjoni

L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi li jridu jiġu installati fuq wara ta’ vettura (għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 8b tad-Direttiva 96/53/KE) inħarġet mir-Rumanija bin-numru 0046. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament.

”.

(1) 1    Ħassar fejn mhux applikabbli.
(2) 2    Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata kopert minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).