MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Kuntest tal-att delegat
1.1.Kuntest legali u politiku tal-proposta
Fl-UE, id-Direttiva Qafas dwar l-Ekodisinn tipprovdi qafas li l-manifatturi tal-prodotti relatati mal-enerġija jeħtieġ jużaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tagħhom. Il-qafas jistabbilixxi rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika u kriterji ambjentali oħra fosthom il-konsum tal-ilma, il-livelli tal-emissjonijiet jew id-durabbiltà minima ta’ ċerti komponenti li l-manifatturi jridu jissodisfaw qabel ma jkunu jistgħu jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.
Ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jikkumplimenta d-Direttiva Qafas dwar l-Ekodisinn għax jippermetti lill-konsumaturi finali jidentifikaw prodotti relatati mal-enerġija bi prestazzjoni aħjar, permezz tal-iskala A-G/green-to-red. Il-qafas leġiżlattiv hu msejjes fuq l-effett ta’ dawn iż-żewġ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni f’daqqa.
Il-oqfsa tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għandhom importanza ewlenija biex l-Ewropa ssir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u dawn jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-“Istrateġija Qafas tal-Unjoni tal-Enerġija” u għall-prijorità ta’ suq intern aktar profond u aktar ġust b’bażi industrijali msaħħa. Qabelxejn, dan il-qafas leġiżlattiv iħeġġeġ lill-industrija biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti u tneħħi mis-suq dawk il-prodotti bl-agħar prestazzjoni. It-tieni nett, dan jgħin lill-konsumaturi u lill-kumpaniji biex jiffrankaw fil-kontijiet tal-enerġija tagħhom. Fis-setturi industrijali u tas-servizzi, dan jappoġġa l-kompetittività u l-innovazzjoni. It-tielet nett, dan jiżgura li l-manifatturi u l-importaturi responsabbli mit-tqegħid tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni Ewropea (l-UE) ikun jeħtiġilhom jikkonformaw biss ma’ sett ta’ regoli uniku għall-UE kollha; dan ħafna drabi jwassal għal inqas spejjeż għax-xiri tal-prodotti għall-konsumaturi.
Għadd ta’ pajjiżi terzi stabbilew jew qed jistabbilixxu oqfsa ta’ politika simili għall-pajjiżi Ewropej, u għadd ta’ tikketti tal-effiċjenza enerġetika huma obbligatorji fejn jidħlu l-prodotti relatati mal-enerġija li b’mod ġenerali jixbhu lit-tikketta tal-effiċjenza enerġetika Ewropea; fosthom hemm ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, Hong Kong, iċ-Ċina, il-Brażil, l-Arġentina, il-Perù, iċ-Ċilì, it-Turkija, l-Iran, l-Emirati Għarab, il-Ghana u oħrajn.
Grafika 1: L-erba’ tikketti tal-enerġija għat-televixins skont ir-Regolament fis-seħħ
F’Ottubru 2014 tlesta studju dwar l-impatt tat-tikketta tal-enerġija – u tat-tibdiliet potenzjali fiha – fuq il-fehim tal-konsumaturi u fuq id-deċiżjonijiet tax-xiri; dan kien il-bażi għal rieżami tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tikkettar tal-Enerġija. Mill-istudju ħareġ li t-tikketta tal-enerġija hi rikonoxxuta u tintuża minn 85 % tal-Ewropej u tirrapreżenta t-tieni l-aktar simbolu magħruf sew li għandu x’jaqsam mal-UE, wara s-simbolu tal-munita Euro. Il-maġġoranza tal-konsumaturi tal-UE kienu kapaċi jidentifikaw tajjeb l-orħos prodott fejn jidħol l-użu, u dan juri li kapaċi jifhmu xi tfisser l-informazzjoni tat-tikketta, bħal pereżemju kWh/annum.
F’Awwissu 2017, ir-Regolament Qafas il-ġdid (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, li ħassar id-Direttiva 2010/30/UE. Bid-Direttiva mħassra, it-tikketti tal-enerġija setgħu jinkludu l-klassijiet minn A+ sa A+++ biex jindirizzaw is-saturazzjoni tal-ogħla klassi “A”. Maż-żmien, minħabba l-iżvilupp teknoloġiku, anki l-klassijiet minn A+ sa A+++ spiċċaw saturati, u dan naqqas ferm l-effettività tat-tikketti. Biex isolvi dan, ir-Regolament Qafas il-ġdid jeżiġi riklassifikazzjoni tal-iskala tat-tikketti tal-enerġija eżistenti, lura għall-iskala oriġinali minn A sa G. L-Artikolu 11 tar-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jelenka ħames gruppi ta’ prodotti prijoritarji li għalihom għandhom jiġu adottati atti delegati ġodda b’riklassifikazzjoni tal-iskala tat-tikketti tal-enerġija sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Novembru 2018. It-televixins huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti prijoritarji.
Fl-aħħar nett, diversi inizjattivi ta’ politika ġodda jindikaw li l-politiki tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija huma rilevanti f’kuntest politiku usa’, u b’mod partikolari fi:
·l-Istrateġija Qafas tal-Unjoni tal-Enerġija, li tappella għal ekonomija sostenibbli, b’livell baxx tal-karbonju u favur il-klima,
·il-Ftehim ta’ Pariġi, li jappella għal sforz imġedded biex jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju,
·il-Protokoll ta’ Gothenburg, li għandu l-għan li jikkontrolla t-tniġġis tal-arja,
·l-Inizjattiva tal-Ekonomija Ċirkolari, li fost l-oħrajn, tisħaq fuq il-bżonn li r-riparabbiltà, ir-riċiklabbiltà u d-durabbiltà jkunu inklużi fil-qafas tal-ekodisinn,
·l-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), bil-għan li jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) b’mod kosteffettiv, u indirettament affettwata mill-konsum tal-enerġija tal-prodotti li jużaw l-elettriku fl-ambitu tal-politiki dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija, u
·l-Istrateġija għas-Sigurtà tal-Enerġija, li tistabbilixxi strateġija biex tiżgura provvista affidabbli tal-enerġija.
Skont il-Qafas tal-Ekodisinn u tat-Tikkettar tal-Enerġija, it-televixins u l-moniters tat-televixin huma regolati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (l-Ekodisinn) u bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (it-Tikketta tal-Enerġija). L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1062/2010 jeżiġi rieżami fi żmien ħames (5) snin (jiġifieri sa Diċembru 2015).
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma 2016-2019 tal-Kummissjoni dwar l-Ekodisinn jinkludi wkoll ir-rieżami taż-żewġ Regolamenti, li b’mod partikolari jitlob eżami ta’ kif jistgħu jiġu vvalutati u kkunsidrati l-aspetti rilevanti għall-ekonomija ċirkolari. Dan hu konformi mal-inizjattiva tal-Ekonomija Ċirkolari, li kkonkludiet li d-disinn tal-prodott hu fundamentali biex jintlaħqu l-għanijiet, għax dan jista’ jħalli impatt sinifikanti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti (pereżempju għax jagħmel il-prodott aktar durabbli u aktar faċli biex jissewwa, jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklat). Minbarra dan, l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar ġew elenkati b’mod speċifiku fil-Pjan ta’ Ħidma 2016-2019 dwar l-Ekodisinn biex jiġu inklużi fir-rieżami tar-Regolamenti eżistenti għat-televixins.
1.2.Il-kuntest ġenerali
Il-qafas leġiżlattiv tal-Ekodisinn flimkien ma’ dak tat-Tikkettar tal-Enerġija jistabbilixxu mekkaniżmu tas-suq “ta’ spinta u ta’ attrazzjoni” bil-għan li jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju (
Figure 2
) billi jiddetermina impatt kbir fuq l-għażliet li jagħmlu l-konsumaturi meta jixtru l-prodotti li jikkunsmaw l-enerġija.
Iż-żewġ oqfsa ta’ politika qed jikkontribwixxu biex il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jkunu jistgħu jagħmlu l-istess kompitu b’inqas użu tal-enerġija. Sal-2020, hu projettat li l-użu tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikketti tal-effiċjenza enerġetika iwassal għal iffrankar fl-enerġija ta’ madwar 165 Mtoe (ekwivalenti għal miljun tunnellata żejt) fl-UE, bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għall-konsum annwali tal-enerġija primarja fl-Italja. F’termini relattivi, dan jirrappreżenta ffrankar potenzjali fl-enerġija ta’ iżjed minn 9 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE u tnaqqis potenzjali ta’ 7 % fl-emissjonijiet tal-karbonju. Fl-2030, hu projettat li l-iffrankar jiżdied għal 15 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE u 11 % tat-total tal-emissjonijiet tal-karbonju tagħha.
Grafika 2: L-effett tal-Ekodisinn biss u meta kkombinat ma’ dak tat-Tikkettar tal-Enerġija
Iż-żewġ oqfsa ta’ politika jikkontribwixxu wkoll biex tonqos in-nefqa tal-konsumaturi, kemm għax jorħsu l-kontijiet tad-dawl u anki għax tonqos l-ispiża għax-xiri tal-prodotti, dan peress li l-manifatturi jkollhom biss jipproduċu mudelli li jkunu konformi ma’ qafas regolatorju uniku fil-livell tal-UE.
Sar titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi kollha, l-aktar bis-saħħa tas-settur tal-manifattura tat-televixins. Iżda hu stmat li l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, l-aktar għax qed isiru dejjem akbar u aktar numerużi, se jibqgħu jammontaw għal sehem imdaqqas tal-użu tal-enerġija, sakemm ma titteħidx xi azzjoni korrettiva. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar, (ara
Figure 3
), li ġeneralment ikollhom daqs akbar, luminanza ferm aktar qawwija, u għamlu suċċess kbir fis-suq.
Grafika 3: L-użu annwali tal-enerġija f’TWh, 1990-2030, waqt il-modalità Mixgħul tal-aktar tliet tipi rilevanti ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi, f’xenarju ta’ status quo (BAU) (sors VHK, 2018)
S’issa, minn fost it-tipi differenti ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi, it-televixins biss ġew soġġetti għal miżuri obbligatorji tat-tikkettar tal-enerġija (skont ir-Regolament (UE) Nru 1062/2010) u għar-rekwiżiti tal-ekodisinn (stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 642/2009). L-unitajiet tal-wiri l-oħra huma koperti biss bir-rekwiżiti orizzontali (jiġifieri r-Regolament Standby tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008).
Ir-Regolamenti fis-seħħ huma bbażati fuq studju preparatorju u valutazzjoni li issa jmorru lura għaxar (10) snin. Kif teżiġi l-klawżola tar-rieżami, fl-2012 il-Kummissjoni bdiet twettaq rieżami taż-żewġ Regolamenti tat-televixin bi studju u ppreżentat il-konklużjonijiet tiegħu lill-partijiet konċernati. Dak iż-żmien, ir-rieżami kien diġà wera li jeżistu lakuni regolatorji u fallimenti tas-suq, u li jxekklu l-kisba sħiħa tal-potenzjal identifikat tal-iffrankar tal-enerġija. Il-ġbir tal-informazzjoni ġie estiż u l-analiżi tad-data saret mill-ġdid, u ħarġet fid-dieher l-adegwatezza ta’ azzjoni korrettiva. Bejn l-2012 u tmiem l-2017 ġiet analizzata bażi tad-data f’erba’ stadji differenti, li b’kollox fiha aktar minn tlett (3) elef mudell ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi mqiegħda fis-suq tal-UE.
Il-fallimenti regolatorji u tas-suq ġew enfasizzati mill-bidu nett tar-rieżami u fil-frattemp tfaċċaw għadd ta’ kwistjonijiet ġodda li jeħtieġ jissolvew u li jistgħu jinġabru fil-qosor għat-televixins kif ġej:
–rekwiżiti minimi tal-ekodisinn li mhumiex stretti biżżejjed u firxiet tal-klassijiet tat-tikkettar tal-enerġija li mhumiex xierqa minħabba bidla teknoloġika malajr u mhux prevista. Dawn wasslu għal saturazzjoni tal-ogħla klassijiet malajr wisq: saħansitra fl-2017, aktar minn 85 % tat-televixins mibjugħa fl-UE kienu bi klassijiet ogħla minn “B”;
–konverġenza funzjonali b’ritmu mgħaġġel bejn unitajiet tal-wiri elettroniċi differenti, fosthom it-televixins, il-moniters tal-kompjuter, u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar, li ħolqot għadd ta’ lakuni regolatorji possibbli. Kulma jmur, it-televixins saru aktar jippermettu n-navigazzjoni fuq l-internet, l-istreaming ta’ kontenut bl-internet jew il-logħob. Bosta unitajiet tal-wiri differenti qed jintużaw b’mod komuni biex juru kontenut li tradizzjonalment jidher biss fuq it-televixins. Minbarra dan, id-definizzjoni skaduta ta’ “moniter tat-televixin” fir-Regolament fis-seħħ tkopri ħafna mill-moniters tal-kompjuter li hemm bħalissa fis-suq;
–in-nuqqas ta’ rekwiżiti għall-karatteristiċi l-ġodda li jużaw ħafna enerġija, bħall-medda dinamika qawwija (HDR) li feġġet għall-ewwel darba fl-2016 fil-mudelli premium, u li kulma jmur qed tkun disponibbli f’mudelli aktar affordabbli (għalkemm id-disponibbiltà ta’ kontenut li jippermetti l-użu tal-HDR għadha tassew limitata). Jekk l-HDR ma jiġix implimentat tajjeb, il-konsum tal-enerġija tal-unità tal-wiri elettronika jaf ikun aktar mid-doppju;
–in-nuqqas ta’ rekwiżiti għall-aspetti tal-effiċjenza materjali.
Fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija, ir-Regolament propost għandu l-għan li jipprovdi inċentiv imġedded lill-manifatturi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, u b’hekk tingħata spinta biex is-suq jadotta aktar prodotti effiċjenti fl-enerġija, l-aktar billi:
·jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-aktar unitajiet tal-wiri elettroniċi komuni;
·riklassifikazzjoni tal-iskala tat-tikketti tal-enerġija minn A+++ sa D (il-Grafika 1), lura għall-iskala oriġinali minn A sa G;
·il-klijenti jingħataw indikazzjonijiet fuq it-tikketta li jkunu jikkorrispondu aħjar għall-użu reali u li jkunu jistgħu jagħmlu għażla tax-xiri aktar informata fost il-prodotti li jistgħu jitqabblu.
1.3.Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
Il-miżuri li ġejjin, fis-seħħ bħalissa, jindirizzaw il-prestazzjoni ambjentali tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi:
–Id-Direttiva 2010/30/UE dwar l-indikazzjoni permezz tat-tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija;
–Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija;
–Ir-Regolament (UE) Nru 1062/2010 fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins;
–Ir-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins.
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja tkopri t-televixins b’xi rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika aktar stretti u tindirizza kwistjonijiet ambjentali oħra.
Barra minn hekk, ir-Regolament Standby tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 ikopri l-unitajiet tal-wiri li mhumiex koperti mir-Regolament tat-televixin. Fl-aħħar nett, il-moniters u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar ġew inklużi fl-Anness C tal-Ftehim Energy Star bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka li issa għadda żmienu. Minħabba f’hekk, illlum il-moniters u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar ma għadhomx koperti minn programm tat-tikkettar, lanqas fuq bażi volontarja, u ma jeżisti l-ebda strument tat-tikkettar li jkopri dawn il-prodotti permezz ta’ kriterji tal-akkwist pubbliku.
1.4.Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-UE
Il-promozzjoni tal-adozzjoni mis-suq ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi effiċjenti tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 u sal-2030. Għandha l-għan li tappoġġa l-użu ta’ riżorsi aktar effiċjenti u sostenibbli, tħares l-ambjent, issaħħaħ it-tmexxija tal-UE fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi ġodda, ittejjeb l-ambjent tan-negozju u tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar infurmati.
2.Konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tal-att
2.1.Konsultazzjoni mal-partijiet interessati
L-UE u l-partijiet konċernati internazzjonali u l-esperti tal-Istati Membri ħadu sehem fil-proċess sa mill-bidu nett.
Il-proposta dwar it-tikkettar tal-enerġija ġiet diskussa flimkien mar-rekwiżiti potenzjali tal-ekodisinn f’erba’ Forums tal-Konsultazzjoni differenti ma’ esperti mill-Istati Membri, rappreżentanti tal-manifatturi, organizzazzjonijiet nongovernattivi ambjentali (NGOs) u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Fid-diskussjonijiet ħadu sehem ukoll għadd ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet oħra, fosthom organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-industrija tar-riċiklaġġ, lis-sewwejja, il-ġestjoni tal-iskart u s-servizzi ambjentali (muniċipalitajiet u s-settur privat).
Id-dokumenti ta’ ħidma rilevanti kollha ntbagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-partijiet konċernati u ġew ippubblikati fis-sit web CIRCA tal-Kummissjoni, tletin (30) jum qabel il-laqgħat tal-Forum tal-Konsultazzjoni. Wara l-laqgħat tal-Forum tal-Konsultazzjoni, il-partijiet konċernati ngћataw 30 jum addizzjonali biex iressqu l-kummenti bil-miktub (disponibbli fis-sit web CIRCA).
Barra minn hekk, bejn l-2013 u Marzu 2018, ċerti aspetti speċifiċi ta’ rekwiżiti individwali ġew diskussi bejn il-persunal tal-Kummissjoni u diversi partijiet konċernati waqt bosta laqgħat bilaterali u multilaterali. Il-proċess tmexxa b’mod miftuħ u qies il-kontribut tal-partijiet konċernati rilevanti kollha u tal-esperti tekniċi indipendenti.
Fil-prinċipju, l-iskema proposta tat-tikkettar tal-enerġija għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi kellha l-appoġġ tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati.
Rigward l-ambitu tal-prodott, wara diskussjoni li saret f’Forum ta’ Konsultazzjoni preċedenti fl-2009 u fil-Forum ta’ Konsultazzjoni tal-2012, maġġoranza kbira tal-Istati Membri u tal-NGOs qablu fuq proposta ta’ estensjoni tal-iskema tat-tikkettar għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi minbarra t-televixins. Iżda l-manifatturi talbu eċċezzjonijiet jew rekwiżiti differenti għall-unitajiet tal-wiri speċjalizzati, fosthom l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar pubbliku, u moniters professjonali għall-grafika u għal applikazzjonijiet tax-xandir.
Il-miżura proposta tat-tikkettar tal-enerġija tinkorpora l-kummenti li ressqu l-Istati Membri u l-partijiet konċernati waqt il-laqgħat tal-Forum tal-Konsultazzjoni u wara.
Waqt il-proċess preparatorju, inġabru evidenza u data addizzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2013 u l-ewwel aġġornament tagħha fl-2015. Id-data tas-suq u teknika nkisbu waqt diversi laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ partijiet konċernati jew minn data disponibbli pubblikament.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet sett tad-data b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi (l-aktar it-televixins u l-moniters tal-kompjuter), aġġornat erba’ darbiet biex ikun jirrifletti s-suq, ħalli jappoġġa l-iżvilupp tal-miżuri proposti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija. Dan jgħin biex jiżgura li r-rekwiżiti jkunu stabbiliti fil-livell ta’ ambizzjoni xieraq u li dawn ikunu jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi riċenti.
Grafika 4:
It-tikketta tal-enerġija proposta li rriżultat mill-istħarriġ tal-fehim u r-rilevanza tal-konsumaturi
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 dwar il-qafas tat-Tikkettar tal-Enerġija jistipula li meta tkun qed tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti permezz ta’ gruppi rappreżentattivi ta’ konsumaturi tal-Unjoni biex ikun żgurat li t-tikketti jinftiehmu b’mod ċar. Fl-2017 sar studju biex ikun għajr ta’ informazzjoni waqt id-disinjar ta’ tikketta ġdida tal-enerġija għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, li kien jinkludi stħarriġ online ta’ 4081 konsumatur potenzjali minn seba’ (7) pajjiżi tal-UE. L-istħarriġ ippropona pittogrammi u informazzjoni differenti li għandhom jiġu inklużi fit-tikketta. Madwar nofs il-popolazzjoni ftit li xejn għandha tifhem id-differenza bejn l-indikazzjoni tal-enerġija (jiġifieri l-kWh) jew tal-potenza (jiġifieri l-Watts), għalkemm kwalunkwe grafika tgħin biex jitqabblu l-prodotti. Id-disinn li ħareġ mill-istħarriġ hu ppreżentat fil-Grafika 4. Minn konsultazzjonijiet sussegwenti tqajmu dubji dwar kemm tinftiehem il-pittogramma li tirrappreżenta provvista tal-enerġija esterna standardizzata (ara l-Grafika 4), proposta bħala indikatur tad-durabilità u tar-riparabbiltà.
Bejn it-12 ta’ Frar u s-7 ta’ Mejju 2018 saret konsultazzjoni pubblika online biex jinġabru l-fehmiet tal-partijiet konċernati dwar kwistjonijiet bħall-effett mistenni tal-miżuri leġiżlattivi potenzjali fuq in-negozji u x-xejriet tal-konsum tal-enerġija.
Il-konsultazzjoni pubblika kellha sessjoni komuni dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija, u wara saru mistoqsijiet speċifiċi għall-prodotti fuq (i) ir-refriġeraturi, (ii) il-magni tal-ħasil tal-platti, (iii) il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, (iv) it-televixins, (v) l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, u (vi) t-tidwil.
Waslu 1 230 tweġiba li 67 % minnhom kienu mingħand il-konsumaturi u 19 % mingħand in-negozji (li tliet kwarti minnhom kienu SMEs u kwart kumpaniji kbar). L-NGOs ammontaw għal 6 % ta’ dawk li wieġbu, u 7 % kienu fil-kategoriji “l-oħra”. Il-gvernijiet nazzjonali jew lokali kienu inqas minn 1 % ta’ dawk li wieġbu, u 0,25 % tat-tweġibiet waslu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq (l-MSAs).
Jenħtieġ jiġi nnutat li minn fost l-1 230 li wieġbu, 719 (58 %) wieġbu biss il-mistoqsijiet relatati mat-tidwil bħala parti minn kampanja kkoordinata dwar id-dawl fit-teatri.
Madwar 63 % tal-parteċipanti kienu favur l-inklużjoni ta’ rekwiżiti tal-Ekodisinn dwar ir-riparabbiltà u d-durabbiltà, u 65 % ta’ dawk li wieġbu jidhrilhom li dik l-informazzjoni jenħtieġ tkun dwar it-tikketti tal-enerġija.
Dwar ir-riparabbiltà tal-prodotti, il-parteċipanti qiesu minn “importanti ħafna” sa “importanti” (bejn 62 % u 68 %) lil kull wieħed minn dawn li ġejjin: garanzija, id-disponibbiltà ta’ spare parts, u manwal komplut għat-tiswija u l-manutenzjoni. 56 % dehrilhom li l-ħin tat-twassil tal-ispare parts minn “importanti ħafna” sa “importanti”.
Għal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, il-konsultazzjoni pubblika ffokat l-aktar fuq l-alternattivi għal tikketta tal-enerġija mfassla mill-ġdid. Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu dehrilhom li t-tikketta jenħtieġ turi l-erja tal-iskrin tal-unità tal-wiri, il-livell ta’ riżoluzzjoni tagħha, l-użu tal-medda dinamika qawwija (HDR) u l-konsum annwali tal-enerġija.
2.2.Valutazzjoni tal-impatt
Saret valutazzjoni tal-impatt (IA) tal-miżuri ta’ politika possibbli skont l-Artikolu 15(4)(b) tad-Direttiva 2009/125/KE. Fl-2013 tħejjiet l-ewwel valutazzjoni tal-impatt u fl-2015 tlesta l-ewwel aġġornament sħiħ. Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża mal-proposta attwali hi rieżami estensiv tal-aġġornament ta’ qabel, bl-użu ta’ evidenza aġġornata, data addizzjonali dwar is-suq tal-istocks u filwaqt li tqis il-kummenti li waslu qabel, waqt u wara l-Forums ta’ Konsultazzjoni msemmija hawn fuq, l-ittri ta’ pożizzjoni indirizzati lill-Kummissjoni tul l-aħħar sitt (6) snin mill-bidu tal-proċess tar-rieżami, l-istudju tat-tikkettar u l-konsultazzjoni pubblika online. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju talab rieżami tal-ewwel abbozz tal-Valutazzjoni tal-Impatt, biex dan jitjieb mil-lat ta’ definizzjoni tal-problema u integrazzjoni aħjar tal-aspetti tal-ekonomija ċirkolari. It-tieni abbozz, b’data u evidenza mtejba tal-aspetti tal-ekonomija ċirkolari u b’deskrizzjoni aħjar tal-proċess ta’ konsultazzjoni sa mill-bidu nett, kiseb opinjoni pożittiva.
L-impatti tal-alternattivi differenti ta’ politika li tinkludi l-introduzzjoni ta’ tikketta ġdida tal-enerġija għat-televixins u unitajiet tal-wiri elettroniċi oħrajn (flimkien ma’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn) ġew ivvalutati u tqabblu max-xenarju ta’ status quo (BAU). Ġew analizzati tliet proposti differenti għal miżuri riveduti tat-tikkettar tal-enerġija (u tal-ekodisinn), jiġifieri “ECO”, “Ambi” u “Leni”. Tqiesu tliet alternattivi ta’ politika addizzjoni u lkoll ġew skartati, jiġifieri li ma ttieħed l-ebda azzjoni ġdida tal-UE (“xenarju ta’ status quo (BAU), li tintemm ir-regolamentazzjoni eżistenti tat-televixins, u li tittieħed miżura ta’ awtoregolamentazzjoni konkluża mill-industrija. Il-proposta tal-ECO tikkorrispondi għad-dokumenti ta’ ħidma ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni ta’ Lulju 2017 u hi bbażata fuq il-proposti ppreżentati waqt id-diskussjonijiet taż-żewġ Forums ta’ Konsultazzjoni preċedenti tal-2014 u tal-2012. L-alternattiva Ambi tinkorpora parzjalment it-talba qawwija u mġedda ta’ diversi Stati Membri u NGOs biex il-kamp ta’ applikazzjoni jitwessa’ għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar, filwaqt li l-alternattiva Leni twieġeb it-talba tal-manifatturi għal rekwiżiti inqas ħorox fejn jidħlu l-karatteristiċi u t-teknoloġiji ġodda, bħall-UHD/HDR u l-OLED.
Abbażi ta’ valutazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, bħala alternattiva ppreferuta kien hemm il-kombinazzjoni ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, biex tindirizza l-fallimenti regolatorji u tas-suq fis-settur tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi.
Għaldaqstant intagħżlet l-alternattiva li tiddaħħal skema tat-tikkettar għall-effiċjenza enerġetika tat-tliet kategoriji ewlenin ta’ prodotti tal-unitajiet tal-wiri (televixins, moniters, u unitajiet tal-wiri tas-sinjalar), flimkien ma’ rekwiżiti tal-ekodisinn, għax din tikseb l-akbar iffrankar.
Wara sar proċess ta’ konsultazzjoni interna, u għadd ta’ suġġerimenti u titjib dettaljat ġew inkorporati fl-abbozz tal-proposta leġiżlattiva u fid-dokumenti li jakkumpanjawha.
2.3.Mekkaniżmu ta’ rispons
F’Ottubru 2018, l-abbozz tal-proposta ġie ppubblikat għal xahar (1) wieħed fil-mekkaniżmu ta’ rispons. Waslu sittax-il kumment mingħand kumpaniji, assoċjazzjonijiet tan-negozju u NGOs. L-industrija, xi assoċjazzjonijiet kummerċjali u NGOs laqgħu l-indikazzjoni tal-potenza (jew tal-użu tal-enerġija), meta jintwerew stampi fl-HDR bil-klassi tal-effiċjenza tiegħu fi skala separata. L-NGOs talbu regoli aktar stretti dwar l-aġġornamenti tas-softwer (iżda mhux b’detriment għall-prestazzjoni jew l-użu tal-enerġija). Il-manifatturi esprimew tħassib dwar ir-rekwiżiti diffiċli tal-prestazzjoni tal-enerġija u talli kellhom jiżvelaw informazzjoni dwar it-tiswija li tista’ tagħti vantaġġ lill-kompetituri. L-NGOs huma favur li jitwessa’ aktar l-ambitu, filwaqt li xi manifatturi esprimew oppożizzjoni għall-estensjoni proposta biex jiġu inklużi l-unitajiet tal-wiri elettroniċi tas-sinjalar. Xi NGOs u wieħed mill-manifatturi esprimew xettiċiżmu dwar l-effikaċja tal-ikona relatata mal-provvisti tal-enerġija esterni. Xi rispons addizzjonali kien pjuttost relatat mal-proposta dwar l-Ekodisinn.
3.Elementi ġuridiċi tal-Att Delegat
Il-miżura proposta tapplika għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi irrispettivament mit-teknoloġija tal-unitajiet tal-wiri. L-unitajiet tal-wiri li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Ekodisinn għar-rekwiżiti fil-modalità Mixgħul huma għalkollox barra mill-ambitu tat-tikkettar tal-enerġija, għajr għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar, fejn jintuża fattur ta’ korrezzjoni li jqis il-luminożità ogħla li tikkaratterizza lil dan il-grupp ta’ prodotti fir-rigward tat-televixins jew tal-moniters tal-kompjuter.
L-unitajiet tal-wiri integrati f’prodotti oħra, bħall-kompjuters, ir-refriġeraturi, il-magni tal-bejgħ awtomatiċi, u l-bqija, huma għalkollox ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Ekodisinn u dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, bħalma huma l-unitajiet tal-wiri fil-mezzi tat-trasport, u l-unitajiet tal-wiri mediċi.
Kull abbozz ta’ miżura preċedenti proposta uża l-istess “formula” tal-ekodisinn biex tikkalkula l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) biex b’hekk ikun hemm korrispondenza tajba bejn il-limitu t’isfel tal-klassi “G” u l-limitu massimu li jippermetti r-Regolament dwar l-Ekodisinn. Madankollu fl-aħħar, l-Istati Membri għażlu formula kemxejn modifikata għat-tikkettar tal-enerġija, għax din hi inqas ħarxa mal-unitajiet tal-wiri żgħar, iżda ħafna aktar restrittiva mal-kbar:
Ir-rekwiżiti se jiġu introdotti f’żewġ saffi.
Tabella 1: Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika b’ECO
|
Klassi tal-effiċjenza enerġetika
|
EEI ġodda
|
A
|
EEI < 0,30
|
B
|
0,30 ≤ EEI < 0,40
|
C
|
0,40 ≤ EEI < 0,50
|
D
|
0,50 ≤ EEI < 0,60
|
E
|
0,60 ≤ EEI < 0,75
|
F
|
0,75 ≤ EEI < 0,90
|
G
|
0,90 ≤ EEI
|
Paragun bejn il-klassijiet tal-enerġija attwali u dawk ġodda jista’ jsir biss b’mod approssimattiv għax il-formula li tistabilixxi l-limiti hi differenti: fir-Regolament attwali hemm żbarra lineari, filwaqt li l-proposta l-ġdida tinkludi kurva.
Figure 5
tipprovdi illustrazzjoni bħal din, għal paragun bejn unitajiet tal-wiri relattivament żgħar.
Grafika 5: Paragun approssimattiv bejn il-klassijiet tat-tikkettar tal-enerġija l-ġodda u l-qodma
Figure 6
tagħti distribuzzjoni viżiva tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi li huma parti tas-sett tad-data tal-2014-2017 li jintuża fl-ipoteżi li l-istess tal-unitajiet tal-wiri se jkunu fis-suq meta ssir ir-riklassifikazzjoni tal-iskala tat-televixins u meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tat-tikkettar għal moniters oħrajn li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament attwali. L-unitajiet tal-wiri kollha li jinsabu fuq il-kurva l-ħamra jiġu eliminati bir-rekwiżiti minimi tal-ekodisinn. Madankollu hu estremament improbabbli li l-mudelli li kienu fis-suq fl-2014 ikun għadhom disponibbli fis-suq fl-2021.
Grafika 6:
Distribuzzjoni tal-unitajiet tal-wiri mis-sett tad-data tal-2018, “mhux aġġustat” għall-klassijiet il-ġodda tat-tikkettar
Figure 7
tinkludi aġġustament tal-effiċjenza enerġetika għall-istess sett tad-data abbażi tat-titjib medju osservat meta jitqabblu s-settijiet tad-data tul is-snin (mill-2012 sal-2017).
Grafika 7:
Distribuzzjoni tal-unitajiet tal-wiri mis-sett tad-data tal-2018 bi projezzjoni tat-titjib mistenni meta jidħlu fis-seħħ it-tikketti riklassifikati
Figure 8
tipprojetta l-istess sett tad-data bl-istess suppożizzjonijiet biex turi d-distribuzzjoni ipotetika sal-2025 u sal-2030.
Grafika 8:
Distribuzzjoni tal-unitajiet tal-wiri mis-sett tad-data tal-2018 bi projezzjoni tat-titjib mistenni sal-2025 (xellug) u sal-2030 (lemin)
Figure 9
turi x-xejra mistennija tat-tikkettar tal-enerġija fix-xenarju ECO. Fix-xenarju Leni, il-klassijiet aktar baxxi jkunu jinkludu aktar prodotti (għax aktar prodotti huma permessi fis-suq skont l-Ekodisinn). Anki fix-xenarju Ambi, fejn l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar huma fil-kamp ta’ applikazzjoni, hu mistenni li l-klassijiet aktar baxxi tat-tikketta tal-enerġija se jkun aktar popolati. “Edx” tindika t-tliet saffi differenti li ġew proposti inizjalment fl-ekodisinn (imbagħad is-Saff 3 ngħata l-ġenb).
Grafika 9:
Distribuzzjoni tal-klassijiet tat-tikketta tal-enerġija tal-mudelli standard tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi disponibbli fl-UE matul il-perjodu 2010-2030 (is-sitwazzjoni reali fl-2013-2016 u s-sitwazzjoni projettata għall-2017-2030) fir-rigward tal-miżuri proposti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija
Hemm diversi inċertezzi fil-projezzjonijiet futuri għal dan il-grupp ta’ prodotti għax it-teknoloġiji ġodda jistgħu jwassalu għal “qbiż tal-limitu” fejn jidħol it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u xi karatteristiċi ġodda jnaqqru l-iffrankar.
Fl-aħħar nett, ma ntweriet l-ebda rabta diretta bejn il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut u l-livell tal-effiċjenza enerġetika fl-unitajiet tal-wiri elettroniċi, għax hemm bosta fatturi, minbarra l-użu tal-enerġija, li huma deċiżivi biex tkun stabbilita l-ispiża tal-prodott, fosthom id-daqs tal-unità tal-wiri, ir-riżoluzzjoni, il-grad ta’ adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, u karatteristiċi, b’mod partikolari fejn tidħol “l-intelliġenza”.
It-tikketta l-ġdida tinkludi żewġ klassijiet tal-enerġija, waħda għall-mod tradizzjonali tat-turija tal-immaġnijiet u waħda separata għall-HDR, b’indikazzjoni tal-enerġija. Minħabba n-novità tal-HDR u n-nuqqas ta’ data disponibbli, l-ebda indiċi tal-effiċjenza enerġetika minima ma ġiet iffissata fir-Regolament dwar l-Ekodisinn u l-ebda taħlita ponderata tal-medda dinamika standard (SDR) u tal-HDR mhi aċċettabbli.
Jenħtieġ jitqabblu unitajiet tal-wiri tal-istess daqs u bl-istess livell ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, it-tikketta jkun fiha l-informazzjoni bażika biex jitqabblu l-unitajiet tal-wiri li jistgħu jitqabblu.
Għalkemm id-diffużjoni ta’ provvisti tal-enerġija esterni standardizzati (EPS, li b’mod żbaljat jissejħu “ċarġers”) jistgħu jtejbu r-riparabbiltà u d-durabbiltà, u jiffaċilitaw ir-riċiklabbiltà, ma ġiet identifikata l-ebda pittogramma magħrufa sew jew konvinċenti biex tiġi inkluża fit-tikketta.
4.Bażi ġuridika, sussidjarjetà u proporzjonalità
4.1.Il-bażi ġuridika
Ir-Regolament propost hu miżura delegata adottata skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 16 tiegħu. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament (UE) 2017/1369 hu bbażat fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat.
4.2.Il-prinċipju tas-sussidjarjetà
L-adozzjoni ta’ miżuri tat-tikkettar tal-enerġija għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi minn Stati Membri individwali, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, toħloq ostakli għall-moviment liberu tal-prodotti fi ħdan l-UE. Jeħtieġ li dawn il-miżuri fis-seħħ madwar l-UE jkollhom l-istess kontenut. Għalhekk b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jixraq li dawn il-miżuri inkwistjoni jiġu adottati fil-livell tal-UE.
4.3.Il-prinċipju tal-proporzjonalità
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-miżura ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan, jiġifieri li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati tat-tikkettar tal-enerġija għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi. Din iħassar u jissostitwixxi r-Regolament eżistenti. Dan jistabbilixxi rekwiżiti li jinċentivaw lil dawk li jinsabu fuq quddiem nett fit-teknoloġija biex jinvestu f’unitajiet tal-wiri elettroniċi effiċjenti ħafna.
5.Għażla tal-istrument
L-istrument propost: Regolament Delegat.
Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba dawn ir-raġunijiet:
Il-miżura ta’ implimentazzjoni tieħu l-għamla ta’ Regolament li jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Dan intgħażel għax l-għanijiet tal-azzjoni jistgħu jintlaħqu bl-aktar mod effiċjenti jekk jiddaħħlu rekwiżiti armonizzati għalkollox madwar l-UE. Barra minn hekk, dan iħassar u jissostitwixxi r-Regolament tal-Kummissjoni eżistenti. Mhux hekk biss, dan jiżgura li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-UE mhux se jġarrbu kostijiet għat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
6.Implikazzjoni baġitarja
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE.
7.Informazzjoni addizzjonali
Il-klawżola ta’ rieżami/reviżjoni/estinzjoni
Il-proposta fiha klawżola ta’ rieżami.
Iż-Żona Ekonomika Ewropea
Ir-Regolament propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk jinħtieġ ikun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...
ta’ 11.3.2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi
u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassfikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta rilevanti, ta’ riżorsi oħra.
(2)Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija għat-televixins ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010.
(3)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(20161)773 final (il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn), stabbilita mill-Kummissjoni waqt l-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma permezz tal-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u l-adozzjoni eventwali tal-miżura ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010.
(4)Hu stmat li l-miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom il-potenzjal li b’kollox jipprovdu iżjed minn 260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, jiġifieri ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-unitajiet tal-wiri elettroniċi huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma.
(5)It-televixins huma fost il-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369, li għalihom il-Kummissjoni jenħtieġ tadotta att delegat li jintroduċi t-tikketti riklassifikati minn A sa G.
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 1062/2010 jeżiġi li l-Kummissjoni twettaq rieżami tar-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku.
(7)Il-Kummissjoni għamlet rieżami tar-Regolament (UE) Nru 1062/2010 kif jeżiġi l-Artikolu 7 tiegħu, u analizzat aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tat-televixins u ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi oħra, inkluż il-moniters u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar kif ukoll il-fehim u l-imġiba tal-utenti fil-ħajja reali fejn jidħlu elementi differenti tat-tikkettar. Ir-rieżami sar b’koperazzjoni mill-qrib mal-partijiet konċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(8)Mir-rieżami joħroġ li l-istess rekwiżiti tat-televixins jenħtieġ japplikaw anki għall-moniters għax l-aspetti komuni fil-funzjonalità bejn dawn l-unitajiet tal-wiri u t-televixins qed jiżdiedu b’ritmu mgħaġġel. Minbarra dan, l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali ġew elenkati b’mod speċifiku fil-pjan ta’ ħidma 2016-2019 dwar l-ekodisinn li għandha l-Kummissjoni biex jitqiesu fir-rieżami tar-Regolamenti eżistenti għat-televixins. Għalhekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ ikun jinkludi l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, inkluż it-televixins, il-moniters u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali.
(9)Il-konsum annwali tal-enerġija tat-televixins fl-Unjoni fl-2016 kien aktar minn 3 % tal-konsum tal-elettriku tal-Unjoni Ewropea. Il-konsum projettat tal-enerġija tat-televixins, tal-moniters u tal-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali f’xenarju ta’ status quo mistenni joqrob lejn il-100 TWh/sena fl-2030. Hu stmat li dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolament dwar it-tikkettar tal-enerġija li jakkumpanjah, se jnaqqsu l-konsum finali annwali tal-enerġija sa 39 TWh/sena sal-2030.
(10)Il-funzjoni li fiha medda dinamika qawwija (HDR) tista’ twassal għal użu differenti tal-enerġija, u dan jissuġġerixxi li tinħoloq indikazzjoni separata tal-effiċjenza enerġetika għal din il-funzjoni.
(11)L-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ tinkiseb bi proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u ripetibbli, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl avvanzati rikonoxxuti inkluż, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(12)Filwaqt li tingħaraf iż-żieda fil-bejgħ tal-prodotti relatati mal-enerġija mill-pjattaformi ospitanti tal-bejgħ fuq l-internet, aktar milli direttament minb fuq is-siti web tal-fornituri u tal-bejjiegħa, jenħtieġ jiġi ċċarat li l-pjattaformi tal-bejgħ fuq l-internet jenħtieġ ikunu responsabbli li jippermettu t-turija tat-tikketta mogħtija mill-fornitur viċin il-prezz. Jenħtieġ li dawn jinfurmaw lill-bejjiegħ dwar dan l-obbligu, iżda jenħtieġ ma jkunux responsabbli għall-preċiżjoni jew għall-kontenut fuq it-tikketta u fuq l-iskeda informattiva dwar il-prodott mogħtija. Madankollu, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ospitanti tal-bejgħ fuq l-internet jenħtieġ jaġixxu mingħajr dewmien biex iwaqqfu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni, jekk dawn ikunu konxji li hemm nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda informattiva dwar il-prodott neqsin, mhux kompluti, jew skorretti), pereżempju jekk ikunu infurmati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Il-fornituri li jbigħu direttament lill-utenti finali permezz tas-sit web tagħhom stess huma koperti bl-obbligi tal-bejjiegħa dwar il-bejgħ mill-bogħod imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(13)Jenħtieġ li l-unitajiet tal-wiri elettroniċi murija waqt il-fieri jkollhom it-tikketta tal-enerġija, jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tkun qed titqiegħed fis-suq permezz tal-fiera.
(14)Biex titjieb l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu pprojbiti l-prodotti li jibdlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom fil-kundizzjonijiet tat-test biex itejbu l-parametri ddikjarati.
(15)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mill-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(16)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1062/2010 jitħassar.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tat-tikkettar u tal-għoti ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott fuq l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, inkluż it-televixins, il-moniters u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali.
2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
(a)l-unitajiet tal-wiri elettroniċi b’erja tal-iskrin ta’ 100 ċentimetru kwadru jew inqas;
(b)il-proġetturi;
(c)is-sistemi komprensivi tal-vidjokonferenzi;
(d)l-unitajiet tal-wiri mediċi;
(e)headsets tar-realtà virtwali;
(f)unitajiet tal-wiri integrati jew li jridu jiġu integrati fil-prodotti elenkati fil-punti 3(a) u 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(g)unitajiet tal-wiri li huma komponenti jew subassemblaġġi ta’ prodotti koperti b’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE;
(h)l-unitajiet tal-wiri tax-xandir;
(i)l-unitajiet tal-wiri tas-sigurtà;
(j)il-whiteboards interattivi diġitali;
(k)il-frejms tar-ritratti diġitali;
(l)l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali li jissodisfaw xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
(1)iddisinjati u mibnija bħala modulu tal-viżwalizzazzjoni li jrid jiġi integrat bħala erja parzjali tal-immaġni ta’ erja akbar tal-iskrin tal-unità tal-wiri u li ma jkunux maħsuba biex jintużaw bħala apparat waħdu tal-unità tal-wiri;
(2)distribwiti bħala ħaġa waħda fi kjużura għal użu permanenti fuq barra;
(3)distribwiti bħala ħaġa waħda fi kjużura b’erja tal-iskrin li tkun inqas minn 30 dm² jew iżjed minn 130 dm²;
(4)id-densità tal-pixels tal-unità tal-wiri tkun inqas minn 230 pixel/cm² jew aktar minn 3025 pixel/cm²;
(5)il-luminanza bajda massima waqt modalità ta’ operazzjoni b’medda dinamika standard (SDR) tkun 1000 cd/m² jew iżjed;
(6)l-ebda interfaċċja tal-input tas-sinjal tal-vidjow u drive tal-unità tal-wiri li jippermettu l-wiri korrett ta’ sekwenza dinamika standardizzata tat-test tal-vidjow għall-finijiet ta’ kejl tal-enerġija;
(a)unitajiet tal-wiri tal-istatus;
(b)panelli tal-kontroll.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“unità tal-wiri elettronika” tfisser skrin tal-wiri u l-elettroniċi assoċjati li l-funzjoni primarja tagħhom tkun il-wiri ta’ informazzjoni viżwali minn sorsi bil-wajer jew mingħajru;
(2)“televixin” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba primarjament biex turi u tirċievi sinjali awdjoviżivi, u li tkun tikkonsisti minn unità tal-wiri elettronika u minn tuner/riċevitur wieħed jew aktar;
(3)“tuner/riċevitur” tfisser ċirkwit elettroniku li jaqbad sinjal tax-xandir tat-televixin, bħad-diġitali terrestri jew bis-satellita, iżda mhux unikast bl-internet, u jiffaċilita l-għażla ta’ stazzjon tat-televixin minn grupp ta’ stazzjonijiet tax-xandir;
(4)“moniter” jew “moniter tal-kompjuter” jew “unità tal-wiri tal-kompjuter” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba għal persuna waħda biex taraha mill-viċin, ngħidu aħna fuq skrivanija;
(5)“frejm tar-ritratti diġitali” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba biex turi esklussivament informazzjoni viżwali fissa;
(6)“proġettur” tfisser apparat ottiku għall-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ immaġni vidjo analoga jew diġitali, bi kwalunkwe format, li jimmodula sors ta’ dawl u jipproġetta l-immaġni li tirriżulta fuq wiċċ estern;
(7)“unità tal-wiri ta’ status” tfisser unità tal-wiri li tintuża biex turi informazzjoni sempliċi iżda li tkun qed tinbidel bħal xi stazzjon magħżul, il-ħin jew il-konsum tal-enerġija. Indikatur sempliċi tad-dawl ma jitqiesx bħala unità tal-wiri ta’ status;
(8)“panella tal-kontroll” tfisser unità tal-wiri elettronika li l-funzjoni ewlenija tagħha hi li turi immaġnijiet assoċjati mal-istatus operatorju tal-prodott; din tista’ tipprovdi interazzjoni mal-utent permezz tal-mess jew b’mezzi oħra li jikkontrollaw it-tħaddim tal-prodott. Din tista’ tiġi integrata fil-prodotti jew tiġi ddisinjata b’mod speċifiku u kkumerċjalizzata biex tintuża esklussivament mal-prodott.
(9)“sistema komprensiva tal-vidjokonferenzi” tfisser sistema apposta mfassla għall-vidjokonferenzi u l-kollaborazzjoni, integrata fi kjużura waħda, li l-ispeċifikazzjonijiet tagħha għandhom jinkludu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)appoġġ għall-protokoll speċifiku tal-vidjokonferenzi ITU-T H.323 jew IETF SIP kif mogħti mill-manifattur;
(b)kamera(s), unitajiet tal-wiri u kapaċitajiet tal-ipproċessar għal vidjo bidirezzjonali f’ħin reali, inkluż reżiljenza għat-telfien tal-pakketti;
(c)loudspeaker u kapaċitajiet tal-ipproċessar tal-awdjo għal awdjo bidirezzjonali handsfree f’ħin reali, inkluż it-tneħħija tal-eku;
(d)funzjoni ta’ kriptaġġ;
(e)HiNA.
(10)“HiNA” tfisser id-Disponibbiltà Għolja tan-Netwerk (HiNA) kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008;
(11)“unità tal-wiri tax-xandir” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba u kummerċjalizzata għal użu professjonali mix-xandara u d-djar tal-produzzjoni tal-vidjo biex joħolqu kontenut vidjo. L-ispeċifikazzjoni tagħha għandha tinkludi dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)funzjoni ta’ kalibrazzjoni tal-kulur;
(b)funzjoni ta’ analiżi tas-sinjal tal-input għall-monitoraġġ tas-sinjal tal-input u għad-detezzjoni tal-erruri, bħal moniter tal-forom tal-mewġ/vetturskopju, l-aġġustamenti tal-RGB, faċilità ta’ verifika tal-istatus tas-sinjal tal-vidjo b’riżuluzzjoni reali tal-pixels, il-modalità interlace u l-marker tal-unità tal-wiri;
(c)Interfaċċa Diġitali Serjali (SDI) jew Video over IP (VoIP) integrati mal-prodott;
(d)mhux għall-użu f’żoni pubbliċi.
(12)“whiteboard interattiv diġitali” tfisser unità tal-wiri elettronika li tippermetti interazzjoni diretta tal-utent mal-immaġni murija. Il-whiteboard interattiv diġitali hu maħsub primarjament għal preżentazzjonijiet, lezzjonijiet jew kollaborazzjoni mill-bogħod, inkluż għal trażmissjoni ta’ sinjali awdjo u vidjo. L-ispeċifikazzjoni tagħha għandha tinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)maħsuba primarjament biex tiġi installata mdendla, immuntata fuq stend mal-art, imqiegħda fuq xkaffa jew desktop jew imwaħħla ma’ struttura fiżika għall-wiri pubbliku;
(b)tintuża bilfors ma’ softwer tal-kompjuter b’funzjonalitajiet speċifiċi għall-ġestjoni tal-kontenut u l-interazzjoni;
(c)integrata jew iddisinjata biex tintuża speċifikament ma’ kompjuter biex jitħaddem is-softwer fil-punt (b);
(d)erja tal-iskrin tal-unità tal-wiri akbar minn 40 dm²;
(e)interazzjoni tal-utent bil-mess permezz ta’ suba’ jew pinna, jew b’mezzi oħra bħal id, mossa tal-id jew bil-vuċi.
(13)“unità tal-wiri tas-sigurtà” tfisser unità tal-wiri elettronika li l-ispeċifikazzjoni tagħha għandha tinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)funzjoni ta’ awtomonitoraġġ li kapaċi tikkomunika għallinqas waħda mill-informazzjoni li ġejja lil server remot:
–l-istatus tal-enerġija;
–it-temperatura interna minn sensur termiku kontra t-tagħbija eċċessiva;
–is-sors tal-vidjo;
–is-sors tal-awdjo u l-istatus tal-awdjo (volum/bla ħoss);
–il-mudell u l-verżjoni tal-firmwer;
(b)il-fattur tal-forma speċjalista speċifikat mill-utent li jiffaċilita l-installazzjoni tal-unità tal-wiri f’housings jew consoles professjonali.
(14)“unità tal-wiri tas-sinjalar diġitali” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba primarjament għall-wiri pubbliku f’ambjenti li mhumiex ibbażati fuq desktop u li mhumiex domestiċi. L-ispeċifikazzjoni tagħha għandha tinkludi dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)identifikatur uniku li jkun jista’ jindirizza lil unità tal-wiri speċifika;
(b)funzjoni li tiddiżattiva l-aċċess mhux awtorizzat għall-konfigurazzjonijiet tal-unità tal-wiri u l-immaġni murija;
(c)konnessjoni ta’ netwerk (li tinkludi kemm interfaċċja bil-wajers jew mingħajr wajers) għall-kontroll, il-monitoraġġ jew ir-riċeviment tal-informazzjoni li trid tintwera, u li tkun ġejja mingħand sorsi unicast jew multicast remoti iżda mhux mingħand sorsi tax-xandir;
(d)maħsuba biex tiġi installata mdendla, immuntata jew imwaħħla ma’ struttura fiżika għall-wiri pubbliku u mhux imqiegħda fis-suq bi stend mal-art;
(e)ma tintegrax tuner li juri s-sinjali tax-xandir.
(15)“integrata”, b’referenza għal unità tal-wiri li tkun parti minn prodott ieħor bħala komponent funzjonali, tfisser unità tal-wiri elettronika li ma tistax taħdem b’mod indipendenti mill-prodott u li tiddependi fuqu biex twettaq il-funzjonijiet tagħha, inkluż l-enerġija;
(16)“unità tal-wiri medika” tfisser unità tal-wiri elettronika koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’:
(a)id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi; jew
(b)ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi; jew
(c)id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem; jew
(d)id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro; jew
(e)ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro;
(17)“moniter tal-grad 1” tfisser moniter għall-evalwazzjoni tal-kwalità teknika ta’ livell għoli tal-immaġnijiet f’punti ewlenin ta’ fluss tax-xogħol waqt il-produzzjoni jew ix-xandir, bħall-ġbid ta’ immaġnijiet, il-postproduzzjoni, it-trażmissjoni u l-ħżin;
(18)“erja tal-iskrin” tfisser l-erja viżibbli tal-unità tal-wiri elettronika kkalkulata b’multiplikazzjoni tal-wisa’ tal-immaġni viżibbli massima bit-tul tal-immaġni viżibbli massima matul is-superfiċje tal-panell (kemm ċatt jew kurvat);
(19)“headset tar-realtà virtwali” tfisser apparat li jintlibes mar-ras u li jipprovdi realtà virtwali immersibbli lil min jilbsu billi jurih immaġnijiet stereoskopiċi f’kull għajn b’funzjonijiet li jittraċċaw iċ-ċaqliq tar-ras;
(20)“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn jintwerew l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, jew fejn ikunu offruti għall-bejgħ, għall-kiri, jew għall-bejgħ bin-nifs.
Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri
1.Il-fonituri għandhom jiżguraw li:
(a)kull unità tal-wiri elettronika tiġi fornuta b’tikketta stampata u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness III;
(b)il-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti;
(c)jekk jintalab b’mod speċifiku min-negozjant, l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandha tkun disponibbli b’mod stampat;
(d)il-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika, kif stipulat fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti;
(e)kull reklam viżiv ta’ mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż fuq l-internet, għandu juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta b’konformità mal-Anness VII u mal-Anness VIII;
(f)kull materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż fuq l-internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, għandu juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, b’konformità mal-Anness VII;
(g)tikketta elettronika bil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III għandha ssir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ unità tal-wiri elettronika;
(h)l-iskeda informattiva dwar il-prodott elettroniku, kif stipulat fl-Anness V, għandha ssir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ unità tal-wiri elettronika;
(i)minbarra l-punt (a), it-tikketta għandha tiġi stampata fuq l-imballaġġ jew titwaħħal fuqu.
2.Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu msejsa fuq l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika kkalkulat skont l-Anness II.
Artikolu 4
Obbligi għan-negozjanti
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
(a)kull unità tal-wiri elettronika, waqt il-bejgħ, inkluż waqt il-fieri, ikollha t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3 murija fuq quddiem tal-apparat jew imdendla miegħu jew imqiegħda b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar u li tkun assoċjata b’mod inekwivoku mal-mudell speċifiku; diment li l-unità tal-wiri elettronika tinżamm fil-modalità Mixgħul meta tkun qed tintwera lill-konsumaturi biex tinbiegħ, it-tikketta elettronika skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 murija fuq l-iskrin tista’ tinbidel b’tikketta stampata;
(b)meta l-mudell ta’ unità tal-wiri elettronika jintwera waqt il-bejgħ mingħajr xi unità murija barra mill-imballaġġ, it-tikketta stampata fuq l-imballaġġ jew imwaħħla fuqu għandha tkun viżibbli;
(c)fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod jew telebejgħ, it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandhom jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;
(d)kull reklam viżiv ta’ mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż fuq l-internet, għandu juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta b’konformità mal-Anness VII;
(e)kull materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż il-materjal promozzjonali tekniku fuq l-internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, għandu juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, b’konformità mal-Anness VII.
Artikolu 5
Obbligi tal-fornituri tas-servizzi fuq pjattaformi tal-hosting tal-internet
Meta fornitur tas-servizzi tal-hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi fuq is-sit tal-internet tiegħu, il-fornitur tas-servizzi għandu jippermetti li tintwera tikketta elettronika u skeda informattiva elettronika dwar il-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu tal-unità tal-wiri skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant dwar l-obbligu li jurihom.
Artikolu 6
Metodi tal-kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb b’metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aktar metodi tal-kejl u tal-kalkolu avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness IV.
Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum tal-Konsultazzjoni sa mhux aktar tard minn [OP – please insert date: three years after the entry into force of the present Regulation].
B’mod partikolari, ir-rieżami għandu jivvaluta dan li ġej:
(a)jekk hux xieraq jew jekk għadux xieraq li jkollu kategorizzazzjonijiet separati tal-enerġija għall-SDR u għall-HDR;
(b)it-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness IX;
(c)jekk hemmx unitajiet tal-wiri elettroniċi oħra li jenħtieġ jiddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni;
(d)l-adegwatezza tal-bilanċ ta’ strettezza bejn prodotti akbar u prodotti iżgħar;
(e)jekk hux fattibbli li jinħolqu metodi xierqa ta’ notifika għall-konsum tal-enerġija;
(f)il-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid it-tikketta biex twettaq riklassifikazzjoni meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1062/2010 hu revokat mill-1 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 10
Miżuri tranżitorji
Minn [OP – please insert the day of entry into force of this Regulation] sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda informattiva dwar il-prodott li jeżiġi l-punt 1(b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1062/2010 tista’ ssir disponibbli permezz tal-bażi tad-data tal-prodotti minflok ma tingħata b’mod stampata mal-prodott. F’dak il-każ, il-fornitur għandu jiżgura li, jekk jintalab speċifikament mill-bejgħ, l-iskeda informattiva dwar il-prodott issir disponibbli b’mod stampat.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, il-punt 1(a) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11.3.2019
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
Definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ unità tal-wiri elettronika, kif stabbilit fil-punt B tal-Anness II;
(2)“Medda Dinamika Qawwija (HDR)” tfisser metodu li jżid il-proporzjon tal-kuntrast tal-immaġni ta’ unità tal-wiri elettronika billi juża metadata ġġenerata waqt il-ħolqien tal-materjal vidjo u li ċ-ċirkwiterija tal-ġestjoni tal-unità tal-wiri tinterpreta biex tipproduċi proporzjon tal-kuntrast u tal-apparenza tal-kulur li għajnejn il-bniedem jarawh aktar realistiku minn dak miksub mill-unitajiet tal-wiri li mhumiex kompatibbli mal-HDR;
(3)“proporzjon tal-kuntrast” tfisser id-differenza bejn il-luminożità massima u l-livell iswed f’immaġni;
(4)“luminanza” tfisser il-kejl fotometriku tal-intensità luminuża għal kull unità ta’ erja tad-dawl li jkun sejjer f’direzzjoni partikolari, espress f’unitajiet ta’ kandeli għal kull metru kwadru (cd/m2). Sikwit jintuża t-terminu “luminożità” biex tiġi kwalifikata b’mod ‘suġġettiv’ il-luminanza tal-unità tal-wiri elettronika;
(5)“Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC)” tfisser il-mekkaniżmu awtomatiku li, meta jkun attivat, jikkontrolla l-luminożità tal-unità tal-wiri elettronika bħala funzjoni tal-livell tad-dawl ambjentali li jdawwal is-superfiċje tal-unità tal-wiri;
(6)“prestabbilita”, li tirreferi għal karatteristika speċifika jew konfiguazzjoni, tfisser il-valur ta’ karatteristika speċifika kif stabbilita fil-fabbrika u disponibbli meta l-utent juża l-prodott għall-ewwel darba jew wara li jagħmel azzjoni li treġġa’ lura l-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika, jekk il-prodott ikun jippermetti dan;
(7)“pixel (element ta’ stampa)” tfisser l-erja tal-iċken element ta’ stampa li jista’ jinfired mill-elementi ġirien tiegħu;
(8)“modalità mixgħul” jew “modalità attiv” tfisser kundizzjoni meta l-unità tal-wiri elettronika tkun imqabbda ma’ sors tal-elettriku, tkun ġiet attivata, u tkun qed taqdi waħda jew aktar mill-funzjonijiet tagħha tal-wiri;
(9)“menù obbligatorju” tfisser menù speċifiku, li jidher malli l-utent jixegħel l-unità tal-wiri għall-ewwel darba jew meta jagħmel azzjoni li treġġa’ lura l-kunfigurazzjonijiet tal-fabbrika, li joffri diversi konfigurazzjonijiet għall-unità tal-wiri, predefiniti mill-fornitur;
(10)“konfigurazzjoni normali” tfisser konfigurazzjoni tal-unità tal-wiri li l-fornitur jirrakkomanda lill-utenti finali u li tkun il-konfigurazzjoni inizjali tal-menù jew il-konfigurazzjoni tal-fabbrika li tingħata l-unità tal-wiri elettronika skont l-użu maħsub tal-prodott. Din jeħtieġ li tagħti l-aqwa kwalità lill-utent finali fl-ambjent intiż u għall-użu intiż. Il-konfigurazzjoni normali hi l-kundizzjoni li fiha jitkejlu l-valuri waqt il-modalitajiet mitfi, standby, standby man-netwerk u mixgħul;
(11)“l-aktar kundizzjoni luminuża tal-modalità mixgħul” tfisser il-kunfigurazzjoni tal-unità tal-wiri elettronika, stabbilita minn qabel mill-fornitur, li tipprovdi stampa aċċettabbli bl-akbar luminanza mkejla;
(12)“konfigurazzjoni tal-ħanut” tfisser il-konfigurazzjoni tal-unità tal-wiri elettronika għal użu speċifiku fil-kuntest biex tintwera l-unità tal-wiri elettronika, pereżempju f’kundizzjonijiet ta’ dawl qawwi (ġo ħanut) u li ma jkunux jinvolvu t-tifi awtomatiku jekk ma jinħassu l-ebda azzjoni jew preżenza tal-utent;
(13)“senser tal-preżenza fil-kamra” jew “senser tar-rikonoxximent tal-mossi” jew “senser tal-okkupanza” tfisser senser li jimmonitorja u jirreaġixxi għall-movimenti fl-ispazju ta’ madwar il-prodott li s-sinjal tiegħu jista’ jwassal għall-attivazzjoni tal-modalità mixgħul. Jekk ma jinqabad l-ebda moviment għal ammont ta’ żmien determinat minn qabel, ikun jista’ jsir qlib għall-modalità standby jew għall-modalità standby tan-netwerk;
(14)“modalità mitfi” tfisser kundizzjoni meta l-unità tal-wiri elettronika tkun imqabbda mas-sors ewlieni tal-elettriku iżda ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni: il-kundizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ta’ modalità mitfi:
(1)kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni tal-kundizzjoni tal-modalità mitfi;
(2)kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(15)“modalità standby” tfisser kundizzjoni meta l-unità tal-wiri elettronika tkun imqabbda mal-mejns jew ma’ sors tal-elettriku DC, tkun tiddependi fuq l-input tal-enerġija minn dak is-sors biex taħdem kif suppost u tkun taqdi biss dawn il-funzjonijiet li ġejjin, li tista’ tibqa’ attiva għal żmien indefinit:
–funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata; u/jew
–unità tal-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus;
(16)“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li bi swiċċ mill-bogħod, unità ta’ kontroll mill-bogħod, senser intern, kronometru jew, għall-unitajiet tal-wiri f’netwerk b’modalità standby man-netwerk, in-netwerk, tipprovdi qlib minn modalità standby jew modalità standby man-netwerk għal modalità oħra, għajr il-modalità mitfi, li tkun tipprovdi funzjonijiet addizzjonali;;
(17)“mekkaniżmu tal-wiri” tfisser skrin, inkluż l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra, li jintuża biex l-utenti jaraw il-kontenut tal-internet;
(18)“nested display” tfisser interfaċċja viżiva fejn wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew għal sett tad-data billi jagħfas fuqhom bil-maws, jew billi jmur fuqhom bil-maws, jew billi jwessa’ l-iskrin tattili ta’ immaġni oħra jew ta’ sett ieħor tad-data;
(19)“skrin tattili” tfisser skrin li jaħdem bil-mess, bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate jew tal-ismartphones;
(20)“test alternattiv” tfisser test mogħti bħala alternattiva għal grafika li tippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’għamla mhux grafika meta l-apparat tal-unità tal-wiri ma jkunx jista’ juri l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħala input għal applikazzjonijiet tal-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi;
(21)“Provvista tal-Enerġija Esterna (EPS)” tfisser apparat kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please insert the number of the Regulation C(2019)2126];
(22)“EPS standardizzata” tfisser provvista tal-elettriku esterna mfassla biex tipprovdi l-enerġija lil diversi apparati u li tkun konformi ma’ standard maħruġ minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;
(23)“kodiċi ta’ Rrispons Rapidu (QR)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott u li tkun marbuta mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;
(24)“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet u arkitettura li tinkludi l-komponenti fiżiċi, il-prinċipji organizzattivi u l-proċeduri u l-formati tal-komunikazzjoni (il-protokolli);
(25)“interfaċċja tan-netwerk” (jew “port tan-netwerk”) tfisser interfaċċja fiżika, bil-wajers jew mingħajrhom, li tipprovdi konnessjoni tan-netwerk u li permezz tagħha l-funzjonijiet tal-unità tal-wiri elettronika jkunu jistgħu jiġu attivati mill-bogħod u tasal u tintbagħat id-data. L-interfaċċji għall-input tad-data bħala sinjali vidjo u awdjo, iżda li ma joriġinawx minn sors tan-netwerk u permezz ta’ indirizz ta’ netwerk, ma jitqisux bħala interfaċċja tan-netwerk;
(26)“disponibbiltà ta’ netwerk” tfisser il-kapaċità ta’ unità tal-wiri elettroniku li tattiva funzjonijiet wara li interfaċċja tan-netwerk tinduna li skatta kmand mill-bogħod;
(27)“unità tal-wiri mqabbda ma’ netwerk” tfisser unità tal-wiri elettronika li tista’ tiġi mqabbda ma’ netwerk permezz ta’ port wieħed jew aktar tan-netwerk;
(28)“modalità standby man-netwerk” tfisser il-kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun jista’ jerġa’ jħaddem funzjoni permezz ta’ kmand mill-bogħod li jingħata minn interfaċċja ta’ netwerk.
ANNESS II
A.
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIlabel) kif stipulat fit-Tabella 1. L-EEIlabel ta’ unità tal-wiri elettronika għandu jiġi ddeterminat skont il-Parti B ta’ dan l-Anness.
Tabella 1: Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIlabel)
|
A
|
|
EEIlabel
|
< 0,30
|
B
|
0,30 ≤
|
EEIlabel
|
< 0,40
|
C
|
0,40 ≤
|
EEIlabel
|
< 0,50
|
D
|
0,50 ≤
|
EEIlabel
|
< 0,60
|
E
|
0,60 ≤
|
EEIlabel
|
< 0,75
|
F
|
0,75 ≤
|
EEIlabel
|
< 0,90
|
G
|
0,90 ≤
|
EEIlabel
|
|
B.
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIlabel)
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIlabel) ta’ unità tal-wiri elettronika għandu jiġi kkalkulat bl-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
A tirrappreżenta l-erja tas-superfiċje viżibbli f’dm²;
Pmeasured hi l-potenza mkejla waqt il-modalità mixgħul f’Watts b’konfigurazzjoni normali u stabbilita kif indikat fit-Tabella 2;
corrl hu l-fattur ta’ korrezzjoni stabbilit kif indikat fit-Tabella 3.
Tabella 2: Kejl tal-Pmeasured
Il-livell ta’ Medda Dinamika
|
Pmeasured
|
Medda Dinamika Standard (SDR): PmeasuredSDR
|
Id-domanda għall-enerġija f’Watts (W) fil-modalità mixgħul, imkejla meta jintwerew sekwenzi tat-test standardizzati ta’ immaġni tiċċaqlaq b’kontenut tax-xandir dinamiku. Meta l-kwoti jkunu applikabbli skont il-parti C ta’ dan l-Anness, dawn jenħtieġ jitnaqqsu mill-Pmeasured.
|
Medda Dinamika Qawwija (HDR):
PmeasuredHDR
|
Id-domanda għall-enerġija f’Watts (W) fil-modalità mixgħul, imkejla bħal għall-PmeasuredSDR iżda bil-funzjonalità HDR attivata bil-metadata fis-sekwenza tat-test HDR standardizzata. Meta l-kwoti jkunu applikabbli skont il-parti C ta’ dan l-Anness, dawn jenħtieġ jitnaqqsu mill-Pmeasured.
|
Tabella 3: il-valur corrl
Tip ta’ Unità tal-Wiri Elettronika
|
Il-valur corrl
|
Televixin
|
0,0
|
Moniter
|
0,0
|
Sinjalar diġitali
|
0,00062*(lum-500)*A
fejn “lum” hi l-luminanza bajda massima, f’cd/m², tal-aktar konfiogurazzjoni luminuża waqt il-modalità mixgħul tal-unità tal-wiri elettronika u “A” hi l-erja tal-iskrin f’dm²
|
C.
Kwoti u aġġustamenti għall-finijiet tal-kalkolu tal-EEIlabel
L-unitajiet tal-wiri elettroniċi b’kontroll awtomatiku tal-luminożità (ABC) għandhom jikkwalifikaw għal tnaqqis ta’ 10 % fil-Pmeasured jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)L-ABC ikun attivat fil-konfigurazzjoni normali tal-unità tal-wiri elettronika u jibqa’ attiv fil-bqija tal-konfigurazzjonijiet l-oħra b’medda dinamika standard li huma disponibbli għall-utent finali;
(b)il-valur tal-Pmeasured fil-konfigurazzjoni normali, jitkejjel, bl-ABC diżattivat jew jekk l-ABC ma jistax jiġi diżattivat, f’kundizzjoni ta’ dawl ambjentali ta’ 100 lux imkejla bis-senser ABC;
(c)jekk applikabbli, il-valur tal-Pmeasured bl-ABC diżattivat għandu jkun daqs jew akbar mill-enerġija waqt il-modalità mixgħul imkejla bl-ABC attivat f’kundizzjoni ta’ dawl ambjentali ta’ 100 lux imkejla bis-senser ABC;
(d)b’ABC attivat, il-valur imkejjel waqt il-modalità mixgħul għandu jonqos b’20 % jew aktar meta l-kundizzjoni tad-dawl ambjentali, imkejla bis-senser tal-ABC, titnaqqas minn 100 lux għal 12 lux;
(e)il-kontroll tal-ABC tal-luminanza tal-iskrin tal-unità tal-wiri jissodisfa l-karatteristiċi kollha li ġejjin meta l-kundizzjoni tad-dawl ambjentali mkejla bis-senser tal-ABC tibdel:
–il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt 60 lux tkun bejn 65 % u 95 % tal-luminanza tal-iskrin imkejla waqt 100 lux;
–il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt 35 lux tkun bejn 50 % u 80 % tal-luminanza tal-iskrin imkejla waqt 100 lux;
–il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt 12 lux tkun bejn 35 % u 70 % tal-luminanza tal-iskrin imkejla waqt 100 lux.
ANNESS III
It-tikketta tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi
1.TIKKETTA
It-tikketta tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
I.il-kodiċi QR;
II.isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;
III.l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
IV.l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;
V.il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata skont il-punt B tal-Anness II bl-użu tal-PmeasuredSDR;
VI.il-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul f’kWh għal kull 1000h, meta jinqara l-kontenut bl-SDR, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;
VII.il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata skont il-punt B tal-Anness II bl-użu tal-PmeasuredHDR;
VIII.il-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul f’kWh għal kull 1000h, meta jinqara l-kontenut bl-HDR, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;
IX.id-daqs dijagonali tal-iskrin viżibbli f’ċentimetri u f’pulzieri u r-riżoluzzjoni orizzontali u vertikali f’pixels;
X.in-numru ta’ dan ir-Regolament, li “2019/XXX” [PO- please insert the number of this Regulation in this point and in the right bottom corner of the label].
2.DISINN TAT-TIKKETTA
Fejn:
(a)It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata b’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq. Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi b’daqs dijagonali tal-erja viżibbli inqas minn 127 cm (50 pulzier), it-tikketta tista’ tiġi stampata iżgħar, iżda sa 60 % tad-daqs normali tagħha; il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jkun proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq u l-kodiċi QR xorta waħda għandu jkun jista’ jinqara b’apparat li jaqra l-kodiċi QR disponibbli b’mod komuni, bħal dawk integrati fi smartphone.
(b)L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.
(c)It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.
(d)Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta.
(e)Il-kuluri għandhom ikunu bis-CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed – bħal dan: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
(f)It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Grafika ta’ hawn fuq):
il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:
–l-isfond: 100,80,0,0;
–l-istilel: 0,0,100,0;
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;
il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;
l-isem tal-fornitur għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa grassa Verdana, 9 pt;
l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 9 pt;
il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:
–l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % bojod u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi ta’ 4,5 mm mix-xellug tal-vleġeġ;
–il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala A sa G għandhom ikunu kif ġej:
·Klassi A: 100,0,100,0;
·Klassi B: 70,0,100,0;
·Klassi C: 30,0,100,0;
·Klassi D: 0,0,100,0;
·Klassi E: 0,30,100,0;
·Klassi F: 0,70,100,0;
·Klassi G: 0,100,100,0;
id-diviżuri interni għandu jkollhom piż ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % suwed;
l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għanduha tkun 100 % bajda u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti tal-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandha tkun 100 % sewda;
il-valur tal-konsum tal-enerġija f’SDR għandu jkun Verdana b’tipa grassa, 28 pt; “kWh/1000h” għandha tkun b’tipa regolari Verdana, 16 pt. It-test għandu jkun iċċentrat u 100 % iswed;
l-HDR u l-pittogrammi tal-iskrin għandhom ikunu 100 % suwed u kif jidher fid-disinn tat-tikketta; it-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu 100 % suwed, kif ġej:
–fuq il-pittogramma tal-HDR, l-ittri tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika (A sa G) għandhom ikunu ċċentrati, bl-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika applikabbli tkun b’tipa grassa Verdana, 16 pt u l-bqija tal-ittri b’tipa regolari Verdana, 10 pt; taħt il-pittogramma tal-HDR, il-valur tal-konsum tal-enerġija fl-HDR għandu jkun iċċentrat, b’tipa grassa Verdana, 16 pt bil-kliem “kWh/1000h” b’tipa regolari Verdana, 10 pt;
–it-testi tal-pittogrammi tal-iskrin għandhom ikunu b’tipa regolari Verdana, 9 pt, u mqiegħda kif jidher fid-disinn tat-tikketta;
In-numru tar-Regolament għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 6 pt.
ANNESS IV
Il-metodi tal-kejl u l-kalkoli
Għall-finijiet ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jkunu jqisu l-aktar metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Dawn għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.
Il-kejl u l-kalkoli għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbiliti f’dan l-Anness. L-unitajiet tal-wiri elettroniċi li jistgħu joperaw kemm fil-modalità 2D kif ukoll 3D għandhom jiġu ttestjati meta joperaw fil-modalità 2D.
Unità tal-wiri elettronika li tinqasam f’żewġ unitajiet separati fiżikament jew aktar, iżda mqiegħda fis-suq f’pakkett wieħed, għandha tiġi trattata bħala unità tal-wiri elettronika waħda meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Meta unitajiet tal-wiri elettroniċi multipli li jistgħu jitqiegħdu fis-suq b’mod separat, jiġu kkombinati f’sistema waħda, l-unitajiet tal-wiri elettroniċi individwali għandhom jiġu trattati bħala unità tal-wiri elettronika waħda.
1.Il-kejl tad-domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul
Il-kejl tad-domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali kollha li ġejjin:
(a)l-unitajiet tal-wiri elettroniċi għandhom jitkejlu waqt il-konfigurazzjoni normali;
(b)il-kejl għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C +/– 5 °C;
(c)il-kejl għandu jsir permezz ta’ loops tat-test tas-sinjal vidjo imxandar dinamiku li jirrappreżenta l-kontenut tipiku mxandar għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi fil-medda dinamika standard (SDR). Għall-kejl tal-HDR, l-unità tal-wiri elettronika għandha twieġeb b’mod awtomatiku u sew għall-metadata tal-HDR fir-ripetizzjoni tat-test. Il-kejl għandu jkun il-konsum medju tal-enerġija tul għaxar (10) minuti konsekuttivi;
(d)il-kejl għandu jsir wara li l-unità tal-wiri elettronika tkun ilha minimu ta’ siegħa (1) fil-modalità mitfi, jew fil-modalità standby jekk il-modalità mitfi ma tkunx disponibbli, u segwita minnufih minn minimu ta’ siegħa (1) fil-modalità mixgħul, u għandu jitlesta qabel massimu ta’ 3 sigħat fil-modalità mixgħul. Is-sinjal vidjo rilevanti għandu jintwera tul il-ħin kollu tal-modalità mixgħul. Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi li huma magħrufin li jistabbilizzaw fi żmien siegħa (1), dan il-ħin tista’ titnaqqas jekk ikun jista’ jintwera li l-kejl li jirriżulta jkun fi ħdan 2 % tar-riżultati li kieku jinkisbu bit-tul tal-ħin deskritt hawnhekk;
(e)meta l-ABC ikun disponibbli, il-kejl għandu jsir b’dan mitfi. Jekk l-ABC ma jkunx jista’ jintefa, il-kejl għandu jsir f’kundizzjoni ta’ dawl ambjentali ta’ 100 lux imkejla bis-senser ABC.
2.Il-kejl tal-luminanza bajda massima
Il-kejl tal-luminanza bajda massima għandu jsir:
(a)b’miter tal-luminanza, li jsib dak il-porzjon tal-unità tal-wiri li jkun qed juri immaġni bajda għalkollox (100 %), li jkun parti minn xejra ta’ “test sħiħ tal-iskrin” li ma tkunx taqbeż il-punt tal-livell medju tal-istampa (APL) fejn isseħħ xi limitazzjoni tal-enerġija jew xi irregolarità oħra;
(b)mingħajr ma jiġi disturbat il-punt ta’ detezzjoni tal-miter tal-luminanza fuq l-unità tal-wiri elettronika waqt il-qlib bejn il-kundizzjonijiet normali u l-aktar kunfigurazzjoni luminuża waqt il-modalità mixgħul.
ANNESS V
L-iskeda informazzjoni dwar il-prodott
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 4.
Il-manwal tal-prodott jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar ir-rabta mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 4: L-informazzjoni, l-ordni u l-format tal-iskeda informattiva dwar il-prodott
|
Informazzjoni
|
Valur u preċiżjoni
|
Unità
|
Noti
|
1.
|
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu
|
TEST
|
|
|
2.
|
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur
|
TEST
|
|
|
3.
|
Klassi tal-effiċjenza enerġetika għall-Medda Dinamika Standard (SDR)
|
[A/B/C/D/E/F/G]
|
|
jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera awtomatikament il-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola, il-fornitur ma għandux idaħħal din id-data.
|
4.
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul għall-Medda Dinamika Standard (SDR)
|
X,X
|
W
|
Imqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali għall-valuri tal-enerġija inqas minn 100 W, u mqarrba għall-ewwel numru sħiħ għall-valuri tal-enerġija minn 100 W.
|
5.
|
Klassi tal-effiċjenza enerġetika (HDR)
|
[A/B/C/D/E/F/G] jew mhux applikabbli
|
|
jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera awtomatikament il-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola, il-fornitur ma għandux idaħħal din id-data. Il-valur jiġi stabbilit bħala “n.a. (mhux applikabbli)” jekk l-HDR mhix implimentata.
|
6.
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul għall-Medda Dinamika Qawwija (HDR)
|
X,X
|
W
|
Imqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali għall-valuri tal-enerġija inqas minn 100 W, u mqarrba għall-ewwel numru sħiħ għall-valuri tal-enerġija minn 100 W
(il-valur ikun 0 (żero) jekk “mhux applikabbli”).
|
7.
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità mitfi
|
X,X
|
W
|
|
8.
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità standby
|
X,X
|
W
|
|
9.
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità standby man-netwerk
|
X,X
|
W
|
|
10.
|
Kategorija tal-unità tal-wiri elettronika
|
[televixin/moniter/apparat tas-sinjalar/oħra]
|
|
Agħżel waħda.
|
11.
|
Il-proporzjon tad-daqs
|
X
|
:
|
Y
|
inteġer
|
Eż. 16:9, 21:9, eċċ.
|
12.
|
Ir-riżoluzzjoni tal-iskrin (pixels)
|
X
|
x
|
Y
|
pixels
|
Pixels orizzontali u vertikali
|
13.
|
Id-daqs dijagonali tal-iskrin
|
X,X
|
cm
|
F’cm skont is-Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet (SI) imqarreb għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.
|
14.
|
Id-daqs dijagonali tal-iskrin
|
X
|
pulzieri
|
Fakulattiv, f’pulzieri mqarreb għaċ-ċifra mingħajr punt deċimali.
|
15.
|
Erja tal-iskrin viżibbli
|
X,X
|
cm2
|
Imqarreb għal punt deċimali wieħed
|
16.
|
It-teknoloġija użata tal-panell
|
TEST
|
|
Eż. LCD / LED LCD / QLED LCD / OLED / MicroLED / QDLED / SED / FED / EPD, eċċ.
|
17.
|
Il-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) disponibbli
|
[IVA/LE]
|
|
Irid ikun attivat bħala prestabbilit (jekk IVA).
|
18.
|
Is-senser ta’ rikonoxximent tal-vuċi disponibbli
|
[IVA/LE]
|
|
|
19.
|
Senser tal-preżenza disponibbli
|
[IVA/LE]
|
|
Irid ikun attivat bħala prestabbilit (jekk IVA).
|
20.
|
Ir-rata ta’ frekwenza tal-aġġornament tal-immaġni
|
X
|
Hz
|
|
21.
|
Id-disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-softwer u tal-firmwer (sa):
|
GG MM AAAA
|
data
|
Mill-Anness II E, il-punt 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please insert the number of the Regulation C(2019)2122].
|
22.
|
Id-disponibbiltà garantita minima tal-ispare parts (sa):
|
GG MM AAAA
|
data
|
Mill-Anness II D, il-punt 5 tar-Regolament (UE) 2019/XXX [OP – please insert the number of the Regulation C(2019)2122].
|
23.
|
L-appoġġ garantit minimu tal-prodott (sa):
|
GG MM AAAA
|
data
|
|
24.
|
It-tip ta’ provvista tal-elettriku
|
Interna/Esterna/Esterna standardizzata
|
|
Agħżel waħda.
|
i
|
Provvista tal-elettriku esterna standardizzata (inkluża fil-kaxxa tal-prodott)
|
Isem standard
|
TEST
|
|
|
|
Il-vultaġġ tal-input
|
X
|
V
|
|
|
Il-vultaġġ tal-output
|
X
|
V
|
|
ii
|
Provvista tal-elettriku xierqa esterna standardizzata (jekk mhux inkluża fil-kaxxa tal-prodott)
|
Isem standard
|
TEST
|
|
Obbligatorja biss jekk l-EPS ma tkunx inkluża fil-kaxxa, inkella ma tkunx obbligatorja.
|
|
|
Il-vultaġġ tal-output meħtieġ
|
X,X
|
V
|
Obbligatorja biss jekk l-EPS ma tkunx inkluża fil-kaxxa, inkella ma tkunx obbligatorja.
|
|
|
Il-kurrent imwassal meħtieġ
|
X,X
|
A
|
Obbligatorja biss jekk l-EPS ma tkunx inkluża fil-kaxxa, inkella ma tkunx obbligatorja.
|
|
|
Il-frekwenza tal-kurrent meħtieġa
|
X
|
Hz
|
Obbligatorja biss jekk l-EPS ma tkunx inkluża fil-kaxxa, inkella ma tkunx obbligatorja.
|
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:
(1)data ta’ identifikazzjoni (deskrizzjoni ġenerali tal-mudell):
(a)il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell;
(b)l-isem u l-indirizz tal-fornitur, l-isem kummerċjali rreġistrat;
(2)referenzi għall-istandards armonizzati applikati, standards oħra tal-kejl u l-ispeċifikazzjonijiet użati għall-kejl tal-parametri tekniċi u l-kalkoli mwettqa;
(3)il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu meta jiġi armat, installat u ttestjat il-mudell;
(4)lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikaturi tal-mudell;
(5)il-parametri tekniċi mkejla tal-mudell u l-kalkoli mwettqa bil-parametri mkejla kif elenkat fit-Tabella 5;
Tabella 5: Il-parametri tekniċi mkejla
|
|
Valur u preċiżjoni
|
Unità
|
Noti
|
|
Ġenerali
|
|
|
|
1.
|
Temperatura ambjentali
|
XX,XX
|
°C
|
|
2.
|
Il-vultaġġ tat-test
|
X
|
V
|
|
3.
|
Il-frekwenza
|
X,X
|
Hz
|
|
4.
|
Id-distorsjoni armonika totali (THD) tas-sistema tal-provvista tal-elettriku
|
X
|
%
|
|
|
Għall-modalità mixgħul
|
|
|
|
5.
|
Il-luminanza bajda massima waqt l-aktar kunfigurazzjoni luminuża
|
X
|
cd/m²
|
|
6.
|
Il-luminanza bajda massima waqt il-kunfigurazzjoni normali
|
X
|
cd/m²
|
|
7.
|
Proporzjon tal-luminanza bajda massima (ikkalkulat)
|
X,X
|
%
|
Il-valur fir-ringiela 6 hawn fuq diviż bil-valur fir-ringiela 5 hawn fuq immultiplikati b’100
|
|
Għal APD
|
|
|
|
8.
|
Id-durata tal-kundizzjoni fil-modalità mixgħul, qabel ma l-unità tal-wiri elettronika tgħaddi awtomatikament għall-modalità standby, jew għall-modalità mitfi, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità mitfi u/jew għall-modalità standby.
|
mm:ss
|
|
|
|
Għat-televixins: il-valur imkejjel tal-ħin qabel ma t-televixin jasal awtomatikament għall-modalità standby, jew għall-modalità mitfi, jew għal kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità mitfi u/jew għall-modalità standby wara l-aħħar interazzjoni tal-utent;
|
mm:ss
|
|
|
|
Għat-televixins mgħammra bi preżenza ta’ senser fil-kamra: il-valur imkejjel tal-ħin qabel ma t-televixin jasal awtomatikament għall-modalità standby, jew għall-modalità mitfi, jew għal kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità mitfi u/jew għall-modalità standby meta ma tinħass l-ebda preżenza;
|
mm:ss
|
|
|
|
Unitajiet tal-wiri elettroniċi oħrajn għajr it-televixins u l-unitajiet tal-wiri tax-xandir: il-valur imkejjel tal-ħin qabel ma l-unità tal-wiri elettronika tasal awtomatikament għall-modalità standby, jew għall-modalità mitfi, jew għal kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità mitfi u/jew għall-modalità standby meta ma jinħass l-ebda input;
|
mm:ss
|
|
|
|
Għall-ABC
|
|
|
Jekk disponibbli u attivata b’mod prestabbilit (mill-Anness V, it-Tabella 4)
|
9.
|
Il-medja tad-domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul tal-unità tal-wiri elettronika b’intensità tad-dawl ambjentali, imkejla bis-senser tal-ABC tal-unità tal-wiri elettronika, ta’ 100 lux u 12-il lux.
|
X,X
|
W
|
|
10
|
Persentaġġ tat-tnaqqis fl-enerġija minħabba l-azzjoni tal-ABC bejn 100 lux u 12-il lux għall-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali.
|
X,X
|
%
|
|
11
|
Il-luminanza bajda massima tal-unità tal-wiri b’kull waħda minn dawn l-intensitajiet tad-dawl ambjentali li ġejjin, imkejla bis-senser ABC tal-unità tal-wiri elettronika, 100 lux, 60 lux, 35 lux, 12-il lux.
|
x
|
cd/m²
|
|
|
L-enerġija mkejla fil-modalità mixgħul waqt dawl ambjentali ta’ 100 lux fis-senser tal-ABC
|
X,X
|
W
|
|
|
L-enerġija mkejla fil-modalità mixgħul waqt dawl ambjentali ta’ 12 lux fis-senser tal-ABC
|
X,X
|
W
|
|
|
Il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt dawl ambjentali ta’ 60 lux fis-senser tal-ABC
|
X
|
cd/m²
|
|
|
Il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt dawl ambjentali ta’ 35 lux fis-senser tal-ABC
|
X
|
cd/m²
|
|
|
Il-luminanza mkejla tal-iskrin waqt dawl ambjentali ta’ 12 lux fis-senser tal-ABC
|
X
|
cd/m²
|
|
(6)Rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali
(a)it-terminal tal-input għas-sinjali tat-test tal-awdjo u tal-vidjow użati għall-ittestjar;
(b)l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-konfigurazzjoni u ċ-ċirkwiti użati għall-ittestjar elettriku;
(c)kwalunkwe kundizzjoni oħra tal-ittestjar li mhix deskritta jew stabbilia fil-punt (b);
(d)għall-modalità mixgħul:
(i)il-karatteristiċi tas-sinjal dinamiku tal-vidjo b’kontenut tax-xandir li jirrappreżentaw il-kontenut tipiku tax-xandir televiżiv; għal sinjal dinamiku HDR tal-vidjow b’kontenut tax-xandir, l-unità tal-wiri elettronika għandha tintefa awtomatikament għall-modalità tal-HDR bil-metadata tal-HDR ta’ dak is-sinjal;
(ii)is-sekwenza tal-passi biex tinkiseb kundizzjoni stabbli fir-rigward tal-livell tad-domanda għall-enerġija; u
(iii)il-konfigurazzjonijiet tal-istampa użati għall-kejl tal-aktar luminanza bajda massima luminuża u x-xejra tat-test għas-sinjal tal-vidjow użata għall-kejl.
(e)Għall-modalità standby u mitfi:
(i)il-metodu tal-kejl użat;
(ii)deskrizzjoni ta’ kif intgħażlet jew ġiet ipprogrammata l-modalità, inkluż kull funzjoni ta’ riattivazzjoni mtejba; u
(iii)is-sekwenza tal-avvenimenti biex tintlaħaq il-kundizzjoni meta l-unità tal-wiri elettronika tibdel awtomatikament il-modalitajiet.
(f)Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi b’interfaċċja speċifika tas-sinjali tal-kompjuter:
(i)konferma li l-unità tal-wiri elettronika tipprijoritizza l-protokolli ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-unità tal-wiri tal-kompjuter stabbiliti fil-punt 6.2.3 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013. Jenħtieġ li kwalunkwe devjazzjoni mill-protokolli tiġi rrappurtata.
(g)Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi f’netwerk:
(i)l-għadd u t-tip ta’ interfaċċji tan-netwerk u, għajr għall-interfaċċi tan-netwerk mingħajr wajer, il-pożizzjoni tagħhom fl-unità tal-wiri elettronika;
(ii)jekk l-unità tal-wiri elettronika tikkwalifikax bħala unità tal-wiri elettronika b’funzjonalità HiNA; jekk ma tingħata l-ebda informazzjoni, l-unità tal-wiri elettronika titqies li mhix unità tal-wiri HiNA jew unità tal-wiri b’funzjonalità HiNA; u
(iii)informazzjoni dwar jekk l-unità tal-wiri elettronika mqabbda ma’ netwerk tipprovdix funzjonalità li tippermetti l-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija u/jew lill-utent finali li jaqleb l-unità tal-wiri elettronika għal kundizzjoni li tipprovdi l-modalità standby ta’ netwerk għall-modalità standby, jew il-modalità mitfi jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tad-domanda għall-enerġija għall-modalità mitfi u/jew għall-modalità standby, inkluż kwota tal-enerġija għall-funzjoni ta’ riattivazzjoni mtejba metan applikabbli.
(h)Għal kull tip ta’ port tan-netwerk:
(i)il-ħin prestabbilit (mm:ss) li meta jgħaddi, il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija taqleb l-unità tal-wiri għal kundizzjoni li tipprovdi l-modalità standby ta’ netwerk; u
(ii)il-kmand li jrid jintuża għar-riattivazzjoni tal-unità tal-wiri elettronika;
(7)meta tkun inkisbet l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ unità tal-wiri elettronika:
(a)minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata iżda li jagħmlu manifattur differenti, jew
(b)b’kalkolu bbażat fuq id-disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur ieħor, jew it-tnejn;
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi, kif xieraq, id-dettalji ta’ dan il-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti; u
(8)id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna awtorizzata biex torbot lill-fornitur, jekk ma jkunux inklużi fl-informazzjoni teknika mqiegħda fil-bażi tad-data, għandhom isiru disponibbli, meta jintalbu, għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew għall-Kummissjoni biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
ANNESS VII
Informazzjoni li trid tingħata fir-reklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku waqt bejgħ mill-bogħod u fit-telebejgħ, għajr fil-bejgħ mill-bogħod fuq l-internet
1.Fir-reklami viżivi, ħalli tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2.Fil-materjal promozzjonali tekniku, għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u l-punt (e) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-enerġija u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3.Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta jrid juri l-klassi tal-enerġija u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4.Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Grafika 1, bi:
(a)vleġġa bl-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, 100 % bajda, b’tipa grassa Calibri u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;
(b)il-kulur tal-vleġġa jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;
(c)il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u,
(d)id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura 100 % sewda ta’ 0,5 pt madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’monokromu, il-vleġġa f’dak ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, tista’ tkun monokromu.
Grafika 1: Vleġġa lemin/xellug monokromu/bil-kulur, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5.Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telebejgħ għandu jinforma b’mod speċifiku lill-konsumaturi dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-enerġija disponibbli fuq it-tikketta, u li l-konsumaturi jistgħu jaċċessaw it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott permezz tas-sit web tal-bażi tad-data tal-prodotti, jew billi jitolbu kopja stampata.
6.Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, meta jitolbu, il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal kopja stampata tat-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott.
ANNESS VIII
Informazzjoni li trid tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod bl-internet
1.It-tikketta xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 2(a) tal-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ nested display, u f’dan il-każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk jintuża nested display, it-tikketta għandha tidher hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur fuqha bil-maws, jew hekk kif wieħed iwessa’ l-iskrin tattili fuq l-immaġni.
2.Fil-każ ta’ nested display, l-immaġni użata għall-aċċess għat-tikketta, kif indikat fil-Grafika 2, għandha:
(a)tkun vleġġa bl-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;
(b)tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, 100 % bajda, b’tipa grassa Calibri u b’daqs tat-tipa ekwivalenti għal dak tal-prezz;
(c)ikollha firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u,
(d)ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura viżibbli 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
Grafika 2: Vleġġa lemin/xellug bil-kulur, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
3.Fil-każ ta’ nested display, is-sekwenza ta’ x’jidher fuq it-tikketta għandha tkun hekk:
(a)l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott;
(b)l-immaġni għandha twassal għat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III;
(c)it-tikketta għandha tidher hekk kif wieħed jagħfas bil-maws, jew hekk kif wieħed imur fuqha bil-maws, jew hekk kif wieħed iwessa’ l-iskrin tattili fuq l-immaġni;
(d)it-tikketta għandha tintwera billi jinfetħu tieqa oħra, tab ġdida, paġna ġdida jew skrin ieħor fuq l-istess skrin;
(e)għal tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;
(f)it-tikketta ma għandhiex tintwera b’għażla ta’ għeluq jew b’xi mekkaniżmu ieħor standard ta’ għeluq; u
(g)it-test alternattiv għall-grafika, li trid tintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, b’tipa daqs it-tipa tal-prezz.
4.L-iskeda informattiva dwar il-prodott xierqa, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda informattiva dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ nested display jew b’referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti, u f’dan il-każ il-link użat għall-aċċess għall-iskeda informattiva dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara l-kelmiet “Skeda informattiva dwar il-prodott”. Jekk jintuża nested display, l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandha tidher mal-għafsa tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fl-iskeda informattiva dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur milli jkunu l-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu waqt it-test biex jilħaq livell aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni mogħtija, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformni.
Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
(1)L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.
(2)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
(a)il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri dikjarati) u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-test;
(b)il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fl-iskeda informattiva dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur milli jkunu l-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur milli tkun il-klassi determinata bil-valuri dikjarati; u
(c)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri determinati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6.
(3)Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
(4)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.
(5)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri determinati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6.
(6)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell ekwivalenti għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
(7)Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika determinati fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas jekk tkun stabbilita bi standards armonizzati jew b’xi metodu ieħor tal-kejl.
Tabella 6: Tolleranzi tal-verifika
Parametru
|
Tolleranzi tal-verifika
|
Domanda għall-enerġija fil-modalità mixgħul (Pmeasured, Watts)
|
Il-valur determinat* ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 7 %.
|
Domanda għall-enerġija f’Watts fil-modalità mitfi, fil-modalità standby u fil-modalità standby ta’ netwerk, kif applikabbli.
|
Il-valur determinat* ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 0,10 Watt jekk il-valur dikjarat ikun 1,00 Watt jew inqas, jew b’aktar minn 10 % jekk il-valur dikjarat ikun aktar minn 1,00 Watt.
|
Id-daqs dijagonali tal-iskrin viżibbli f’ċentimetri (u f’pulzieri jekk dan ikun dikjarat)
|
Il-valur determinat* ma għandux ikun anqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 1 cm jew 0,4 pulzieri.
|
L-erja tal-iskrin viżibbli f’dm2
|
Il-valur determinat* ma għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 0,1 dm2.
|
Ir-riżoluzzjoni tal-iskrin fl-għadd ta’ pixels fiżiċi orizzontali u vertikali;
|
Il-valur determinat* ma għandux jiddevja mill-valur dikjarat.
|
* Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri dikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.