|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1398 |
26.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1398
tal-25 ta’ Ġunju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti korpi ta’ kontroll, f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (2) fih il-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-kriterji li l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll iridu jissodisfaw sabiex jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali li jridu jiġu ssodisfati minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll meta jippreżentaw lill-Kummissjoni t-talba tagħhom għar-rikonoxximent li tikkonsisti minn dossier tekniku. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, it-talbiet għar-rikonoxximent mill-korpi ta’ kontroll “Baltic Testing India Private Limited”, “KAYOS ULUSLARARASI SERTİFİKASYON VE DENETİM HİZMETLERİ LİMİTED ŞİRKETİ”, “LETIS AUDIT & CERTIFICATION S.A.”, “MS Agroland Services Private Limited”, “VCERT QUALITY CERTIFICATION PRIVATE LIMITED”, u “ZENITH CERTIFICATIONS PRIVATE LIMITED”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti, għal durata indefinita, għal ċerti kategoriji ta’ prodotti f’ċerti pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat ukoll, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, it-talbiet għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ prodotti u ċerti pajjiżi terzi mill-korpi ta’ kontroll “bio.inspecta AG”, “Control Union Certifications B.V.”, “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, “IBD Certificações Ltda”, “IMOcert Latinoamérica Ltda.”, “IMO Control Private Limited”, “INDOCERT”. “Lacon Quality Certification Private Limited”, “ONECERT INTERNATIONAL PRIVATE LIMITED”, u “Organizacion Internacional Agropecuaria S.A.”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti għall-kategoriji ta’ prodotti u għall-pajjiżi terzi mitluba, għal żmien indefinit. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet talbiet mingħand “Bio Latina Certificadora”, u “Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd” għat-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħhom billi jitneħħew ċerti pajjiżi terzi, ċerti kategoriji ta’ prodotti jew it-tnejn li huma. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent ta’ dawk il-korpi ta’ kontroll jiġi aġġornat kif xieraq. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1378/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1698/oj).
ANNESS
It-tielet paragrafu tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
wara l-entrata għall-Agricert – Certificação de Produtos Alimentares Lda, tiddaħħal l-entrata li ġejja: “Baltic Testing India Private Limited
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-entrata għall-Bio Latina Certificadora hija sostitwita b’dan li ġej: “Bio Latina Certificadora
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
l-entrata għall-bio.inspecta AG hija sostitwita b’dan li ġej: “bio.inspecta AG
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
l-entrata għall-Control Union Certifications B.V. hija sostitwita b’dan li ġej: “Control Union Certifications B.V.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
l-entrata għall-Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS) hija sostitwita b’dan li ġej: “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
l-entrata għal IBD Certificações Ltda hija sostitwita b’dan li ġej: “IBD Certificações Ltda
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
l-entrata għal IMOcert Latinoamérica Ltda. hija sostitwita b’dan li ġej: “IMOcert Latinoamérica Ltda.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
l-entrata għall-IMO Control Private Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “IMO Control Private Limited
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
l-entrata għall-INDOCERT hija sostitwita b’dan li ġej: “INDOCERT
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
wara l-entrata għall-Japan Organic and Natural Foods Association, tiddaħħal l-entrata li ġejja: “KAYOS ULUSLARARASI SERTİFİKASYON VE DENETİM HİZMETLERİ LİMİTED ŞİRKETİ
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
l-entrata għal-Lacon Quality Certification Private Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “Lacon Quality Certification Private Limited
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
wara l-entrata għal-Lacon Quality Certification Private Limited, tiddaħħal l-entrata li ġejja: “LETIS AUDIT & CERTIFICATION S.A.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13) |
wara l-entrata għall-Metrocert S.C., tiddaħħal l-entrata li ġejja: “MS Agroland Services Private Limited
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14) |
l-entrata għal OneCert International Private Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “ONECERT INTERNATIONAL PRIVATE LIMITED
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(15) |
l-entrata għall-Organizacion Internacional Agropecuaria S.A. hija sostitwita b’dan li ġej: “Organizacion Internacional Agropecuaria S.A.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(16) |
l-entrata għas-Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd hija sostitwita b’dan li ġej: “Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(17) |
wara l-entrata għat-Tse-Xin Organic Certification Corporation, tiżdied l-entrata li ġejja: “VCERT QUALITY CERTIFICATION PRIVATE LIMITED
ZENITH CERTIFICATIONS PRIVATE LIMITED
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1398/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)